31.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 83/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/428

tat-23 ta' Marzu 2016

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rapportar superviżorju ta' istituzzjonijiet fir-rigward tar-rapportar dwar il-Proporzjon tal-Ingranaġġ

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u partikolarment it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 430(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (2) jispeċifika l-modalitajiet li skonthom l-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw informazzjoni relevanti għall-konformità tagħhom mar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Minħabba li l-qafas regolatorju stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 575/2013 qed jiġi gradwalment supplimentat u emendat fl-elementi mhux essenzjali tiegħu permezz tal-adozzjoni ta' standards tekniċi regolatorji u atti delegati, f'dan il-każ dwar il-proporzjon ta' ingranaġġ (3), għandhom isiru l-emendi korrispondenti għar-rekwiżiti ta' rapportar superviżorju stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 biex tkun żgurata konsistenza bejn il-leġiżlazzjoni emendata u tal-informazzjoni superviżorja li għandhom jipprovdu l-istituzzjonijiet.

(2)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni korretta tar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014, għandha tiġi pprovduta preċiżjoni ulterjuri għall-finijiet tar-rapportar superviżorju dwar il-proporzjon tal-ingranaġġ. Għalhekk, għal raġunijiet ta' ċarezza legali, huwa xieraq li jinbidlu diversi mudelli tar-rapportar u l-istruzzjonijiet ta' rapportar.

(3)

L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (4),

(4)

L-istituzzjonijiet għandu jkollhom żmien biżżejjed biex jadattaw il-proċeduri interni ta' rapportar u l-proċessi tal-IT tagħhom għar-rekwiżiti riveduti ta' rapportar dwar il-proporzjon tal-ingranaġġ. Għalhekk, l-ewwel data ta' applikazzjoni għandha tiġi differita sal-ewwel data ta' referenza tar-rapportar sitt (6) xhur mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament ta' Implimentazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 huwa emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 14, il-paragrafi 2 sa 5 huma sostitwiti b'dan li ġej

“2.   Ir-rapportar tad-dejta għandu jkun ibbażat fuq il-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-proporzjon tal-ingranaġġ bħala proporzjon ta' ingranaġġ fi tmiem it-trimestru.

3.   L-istituzzjonijiet huma meħtieġa li jirrappurtaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 14 tal-Parti II tal-Anness XI fil-perjodu tar-rapportar li jmiss, fejn tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

is-sehem tad-derivattivi msemmi fil-paragrafu 7 tal-Parti II tal-Anness XI jaqbeż il-1,5 %.

(b)

is-sehem tad-derivattivi msemmi fil-paragrafu 7 tal-Parti II tal-Anness XI jaqbeż it-2,0 %.

Il-kriterji għad-dħul stabbiliti fl-Artikolu 4 għandhom japplikaw, ħlief għall-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu fejn l-istituzzjonijiet jibdew jirrappurtaw l-informazzjoni mid-data ta' referenza ta' rapportar li jmiss fejn ikunu qabżu l-limitu relevanti applikabbli fuq data ta' referenza waħda ta' rapportar.

4.   L-istituzzjonijiet li għalihom it-total tal-valur nozzjonali tad-derivattivi kif definit fil-paragrafu 9 tal-Parti II tal-Anness XI jaqbeż l-EUR 10 biljun għandhom jirrapportaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 14 tal-Parti II tal-Anness XI, irrispettivament jekk is-sehem tad-derivattivi tagħhom jissodisfa l-kundizzjonijiet deskritti fil-paragrafu 3 jew le.

Il-kriterji għad-dħul stabbiliti fl-Artikolu 4 ma japplikawx. L-istituzzjonijiet għandhom jibdew jirrappurtaw l-informazzjoni mid-data ta' referenza ta' rapportar li jmiss fejn ikunu qabżu l-limitu relevanti applikabbli fuq data ta' referenza waħda ta' rapportar.

5.   L-istituzzjonijiet huma meħtieġa li jirrappurtaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 15 tal-Parti II tal-Anness XI fil-perjodu tar-rapportar li jmiss fejn tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-volum tad-derivattivi tal-kreditu msemmija fil-paragrafu 10 tal-Parti II tal-Anness XI jaqbeż it-EUR 300 miljun;

(b)

il-volum tad-derivattivi tal-kreditu msemmija fil-paragrafu 10 tal-Parti II tal-Anness XI jaqbeż il-EUR 500 miljun.

Il-kriterji għad-dħul tal-Artikolu 4 għandhom japplikaw, ħlief għall-punt (b) fejn l-istituzzjonijiet għandhom jibdew jirrappurtaw l-informazzjoni mid-data ta' referenza ta' rapportar li jmiss fejn ikunu qabżu l-limitu relevanti applikabbli fuq data ta' referenza waħda ta' rapportar.”

2.

Fl-Artikolu 14, jitħassar il-paragrafu 6.

3.

L-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 680/2014 jiġi sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

4.

L-Anness XI tar-Regolament (UE) Nru 680/2014 jiġi sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-ewwel data ta' referenza tar-rapportar, sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament ta' Implimentazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rapportar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/62 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-proporzjon ta' ingranaġġ (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 37).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).


ANNESS I

“ANNESS X

RAPPORTAR DWAR L-INGRANAĠĠ

MUDELLI TAR-RAPPORTAR TAL-PROPORZJON TAL-INGRANAĠĠ

Kodiċi tal-mudell

Kodiċi tal-mudell

Isem tal-mudell

L-isem fil-qosor

47

C 47.00

Kalkolu tal-proporzjon tal-ingranaġġ

LRCalc

40

C 40.00

Trattament alternattiv tal-kejl tal-iskopertura

LR1

41

C 41.00

Entrati fil-Karta tal-Bilanċ li jidhru u li ma jidhrux — Tqassim addizzjonali tal-iskoperturi

LR2

42

C 42.00

Definizzjoni alternattiva tal-kapital

LR3

43

C 43.00

Diżaggregazzjoni alternattiva ta' komponenti tal-kejl tal-iskopertura tal-proporzjon tal-ingranaġġ

LR4

44

C 44.00

Informazzjoni ġenerali

LR5


C 40.00 — TRATTAMENT ALTERNATTIV TAL-MIŻURA TAL-ISKOPERTURA (LR1)

Ringiela

 

Kolonna

010

020

040

050

070

075

085

120

Valur kontabilistiku tal-karta tal-bilanċ

Valur kontabilistiku jekk ma jiġu supponuti ebda netting jew CRM oħra

Supplimentazzjoni għall-SFTs

Supplimentazzjoni skont il-metodu ta' valwazzjoni skont is-suq (jekk ma jiġu supponuti ebda nettjar jew CRM oħra)

Ammont nominali/ valur nominali

Ammont nozzjonali limitat

Ammont nozzjonali limitat (l-istess isem tar-referenza)

Ammont tal-iskopertura tal-proporzjon tal-ingranaġġ ipotetikament eżentat

010

Derivattivi

 

 

 

 

 

 

 

 

020

Derivattivi tal-kreditu (protezzjoni mibjugħa)

 

 

 

 

 

 

 

 

030

Derivattivi tal-kreditu (protezzjoni mibjugħa), li huma soġġetti għal klawżola ta' għeluq

 

 

 

 

 

 

 

 

040

Derivattivi tal-kreditu (protezzjoni mibjugħa), li mhumiex soġġetti għal klawżola ta' għeluq

 

 

 

 

 

 

 

 

050

Derivattivi tal-kreditu (protezzjoni mixtrija)

 

 

 

 

 

 

 

 

060

Derivattivi finanzjarji

 

 

 

 

 

 

 

 

070

SFTs koperti minn ftehim prinċipali ta' netting

 

 

 

 

 

 

 

 

080

SFTs mhux koperti minn ftehim prinċipali ta' netting

 

 

 

 

 

 

 

 

090

Assi oħra

 

 

 

 

 

 

 

 

100

Entrati ta' riskju baxx taħt l-RSA li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ; li minnhom:

 

 

 

 

 

 

 

 

110

Skoperturi ċirkolanti fil-livell tal-konsumatur; li minnhom

 

 

 

 

 

 

 

 

120

Impenji tal-karti tal-kreditu kanċellabbli inkondizzjonalment

 

 

 

 

 

 

 

 

130

Impenji kanċellabbli inkondizzjonalment mhux ċirkolanti

 

 

 

 

 

 

 

 

140

Entrati fil-karta tal-bilanċ taħt l-RSA ta' riskju medju/baxx li ma jidhrux

 

 

 

 

 

 

 

 

150

Entrati fil-karta tal-bilanċ taħt l-RSA ta' riskju medju li ma jidhrux

 

 

 

 

 

 

 

 

160

Entrati fil-karta tal-bilanċ taħt l-RSA ta 'riskju sħiħ li ma jidhrux

 

 

 

 

 

 

 

 

170

(entrata ta' memorandum) Ammont prelevat ta' skoperturi ċirkolanti fil-livell tal-konsumatur

 

 

 

 

 

 

 

 

180

(entrata ta' memorandum) Ammonti miġbuda fuq impenji tal-karti tal-kreditu kanċellabbli inkondizzjonalment

 

 

 

 

 

 

 

 

190

(entrata ta' memorandum) Ammonti miġbuda fuq impenji mhux ċirkolanti kanċellabbli mingħajr kundizzjonijiet

 

 

 

 

 

 

 

 

210

Kollateral fi flus riċevuti fi tranżazzjonijiet f'derivattivi

 

 

 

 

 

 

 

 

220

Riċevibbli għal kollateral fi flus imqiegħda fi tranżazzjonijiet f'derivattivi

 

 

 

 

 

 

 

 

230

Titoli riċevuti f'SFT li huma rikonoxxuti bħala assi

 

 

 

 

 

 

 

 

240

Self b'veikolu fi flus ta' SFT (riċevibbli fi flus)

 

 

 

 

 

 

 

 

250

Skoperturi li jistgħu jibbenefikaw minn trattament skont l-Artikolu 113(6) tas-CRR

 

 

 

 

 

 

 

 

260

Skoperturi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 429(14) tas-CRR

 

 

 

 

 

 

 

 


C 41.00 — ENTRATI TAL-KARTA TAL-BILANĊ LI JIDHRU U LI MA JIDHRUX — DIŻAGGREGAZZJONI ADDIZZJONALI TAL-ISKOPERTURI (LR2)

Ringiela

 

Kolonna

010

020

030

Skoperturi fil-karta tal-bilanċ li jidhru u li ma jidhrux (skoperturi SA)

Skoperturi li jidhru u li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ (skoperturi IRB)

Valur nominali

010

Total tal-iskoperturi fil-karta tal-bilanċ li jidhru u li ma jidhrux li jappartjenu għall-portafoll mhux tan-negozjar kif ukoll skoperturi tal-portafoll tan-negozjar soġġetti għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti (disaggregazzjoni skont il-piż tar-riskju):

 

 

 

020

= 0 %

 

 

 

030

> 0 % u ≤ 12 %

 

 

 

040

> 12 % u ≤ 20 %

 

 

 

050

> 20 % u ≤ 50 %

 

 

 

060

> 50 % u ≤ 75 %

 

 

 

070

> 75 % u ≤ 100 %

 

 

 

080

> 100 % u ≤ 425 %

 

 

 

090

> 425 % u ≤ 1 250 %

 

 

 

100

Skoperturi f'inadempjenza

 

 

 

110

(entrata ta' memorandum) Entrati fil-karta tal-bilanċ ta' riskju baxx li ma jidhrux u entrati fil-karta tal-bilanċ li ma jidhrux li għandhom fattur ta' konverżjoni ta' 0 % taħt il-proporzjon tas-solvenza

 

 

 


C 42.00 — DEFINIZZJONI ALTERNATTIVA TA' KAPITAL (LR3)

Ringiela

 

Kolonna

010

010

Kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni — definizzjoni stabbilita

 

020

Kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni — definizzjoni tranżitorija

 

030

Fondi proprji totali — definizzjoni stabbilita

 

040

Fondi proprji totali — definizzjoni tranżitorja

 

055

Ammont tal-assi mnaqqas — minn entrati CET 1 — definizzjoni stabbilita

 

065

Ammont tal-assi mnaqqas — minn entrati CET 1 — definizzjoni tranżitorja

 

075

Ammont tal-assi mnaqqas — minn entrati ta' fondi proprji — definizzjoni stabbilita

 

085

Ammont tal-assi mnaqqas — minn elementi ta' fondi proprji — definizzjoni tranżitorja

 


C 43.00 — DIŻAGGREGAZZJONI ALTERNATTIVA TAL-KOMPONENTI TAL-MIŻURI TA' SKOPERTURA TAL-PROPORZJON TAL-INGRANAĠĠ (LR4)

Ringiela

Entrati fil-karta tal-bilanċ li ma jidhrux, derivattivi, SFTs u l-portafoll tan-negozjar

Kolonna

 

010

020

Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon tal-Ingranaġġ

RWA

010

Entrati fil-karta tal-bilanċ li ma jidhrux; li minnhom

 

 

 

020

Finanzjament tal-kummerċ; li minnhom

 

 

030

Skont skema uffiċjali ta' assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni

 

 

040

Derivattivi u SFTs soġġetti għal ftehim ta' netting bejn prodotti differenti

 

 

050

Derivattivi mhux soġġetti għal ftehim ta' netting bejn prodotti differenti

 

 

060

SFTs mhux soġġetti għal ftehim ta' netting bejn prodotti differenti

 

 

065

Ammonti ta' skopertura li jirriżultaw mit-trattament addizzjonali għad-derivattivi ta' kreditu

 

 

070

Assi oħrajn li jappartjenu għall-portafoll tan-negozjar

 

 

Ringiela

Skoperturi oħra tal-portafoll mhux tan-negozjar

Kolonna

010

020

030

040

Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon tal-Ingranaġġ

RWA

Skoperturi SA

Skoperturi IRB

Skoperturi SA

Skoperturi IRB

080

Bonds koperti

 

 

 

 

90

Skoperturi ttrattati bħala sovrani

 

 

 

 

100

Gvernijiet ċentrali u banek ċentrali

 

 

 

 

110

Gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali trattati bħala sovrani

 

 

 

 

120

MDBs u Organizzazzjonijiet internazzjonali trattati bħala sovrani

 

 

 

 

130

PSEs trattati bħala sovrani

 

 

 

 

140

Skoperturi għal gvernijiet reġjonali, MDBs, organizzazzjonijiet internazzjonali u PSEs mhux trattati bħala sovrani

 

 

 

 

150

Gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali mhux trattati bħala sovrani

 

 

 

 

160

MDBs mhux trattati bħala sovrani

 

 

 

 

170

PSEs mhux trattati bħala sovrani

 

 

 

 

180

Istituzzjonijiet

 

 

 

 

190

Iggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli; li minnhom

 

 

 

 

200

Iggarantiti b'ipoteki ta' proprjetajiet residenzjali

 

 

 

 

210

Skoperturi fil-livell tal-konsumatur; li minnhom

 

 

 

 

220

SME fil-livell tal-konsumatur

 

 

 

 

230

Korporattivi; li minnhom

 

 

 

 

240

Finanzjarji

 

 

 

 

250

Mhux finanzjarji; li minnhom

 

 

 

 

260

Skoperturi tal-SMEs

 

 

 

 

270

Skoperturi għajr skoperturi tal-SMEs

 

 

 

 

280

Skoperturi f'inadempjenza

 

 

 

 

290

Skoperturi oħrajn; li minnhom

 

 

 

 

300

Skoperturi ta' titolizzazzjoni

 

 

 

 

310

Finanzjament tan-negozju (entrata ta' memorandum); li minnhom

 

 

 

 

320

Skont skema uffiċjali ta' assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni

 

 

 

 


C 44.00 — INFORMAZZJONI ĠENERALI (LR5)

Ringiela

 

Kolonna

010

010

Struttura tal-kumpanija ta' istituzzjoni

 

020

Trattament tad-derivattivi

 

040

Tip ta' istituzzjoni

 


C 47.00 — KALKOLU TAL-PROPORZJON TAL-INGRANAĠĠ (LRCalc)

 

Kolonna

Skopertura LR: Data ta' referenza ta' rapportar

Ringiela

Valuri tal-Iskopertura

010

010

SFTs: Skopertura skont l-Artikolu 429(5) u 429(8) tas-CRR

 

020

SFTs: Supplimentazzjoni għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti

 

030

Deroga għall-SFTs: Supplimentazzjoni skont l-Artikoli 429b(4) u 222 tas-CRR

 

040

Riskju ta' kreditu tal-kontroparti ta' tranżazzjonijiet SFT bl-aġent skont l-Artikolu 429b(6) tas-CRR

 

050

(-) Komponent eżentat għal CCP ta' skoperturi SFT ikklirjati għall-klijent

 

060

Derivattivi: Kost ta' sostituzzjoni kurrenti

 

070

(-) Marġini ta' varjazzjoni ta' flus eliġibbli riċevuti li tpaċew kontra l-valur tas-suq tad-derivattivi

 

080

(-) Komponent eżentat għal CCP ta' skoperturi ta' negozju kklirjati għall-klijent (kostijiet tas-sostituzzjoni)

 

090

Derivattivi: Supplimentazzjoni bil-metodu ta' valwazzjoni skont is-suq

 

100

(-) Komponent eżentat għal CCP ta' skoperturi ta' negozju kklirjati għall-klijent (skopertura futura potenzjali)

 

110

Deroga għad-derivattivi: metodu tal-iskopertura oriġinali

 

120

(-) Komponent eżentat għal CCP ta' skoperturi ta' negozju kklirjati għall-klijent (metodu ta' skopertura oriġinali)

 

130

Ammont nozzjonali limitat tad-derivattivi ta' kreditu sottoskritti

 

140

(-) Derivattivi ta' kreditu mixtrija eliġibbli li tpaċew ma' derivattivi ta' kreditu sottoskritti

 

150

Entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ b'CCF ta' 10 % skont l-Artikolu 429(10) tas-CRR

 

160

Entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ b'CCF ta' 20 % skont l-Artikolu 429(10) tas-CRR

 

170

Entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ b'CCF ta' 50 % skont l-Artikolu 429(10) tas-CRR

 

180

Entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ b'CCF ta' 100 % skont l-Artikolu 429(10) tas-CRR

 

190

Assi oħra

 

200

Ammont gross għal kollateral tad-derivattivi pprovdut

 

210

(-) Riċevibbli għall-marġni ta' varjazzjoni fi flus ipprovduti fi tranżazzjonijiet f'derivattivi

 

220

(-) Komponent eżentat għal CCP ta' skoperturi ta' negozju kklirjati għall-klijent (marġini inizjali)

 

230

Aġġustamenti għal tranżazzjonijiet kontabilistiċi ta' SFT bħala bejgħ

 

240

(-) Assi fiduċjarji

 

250

(-) Skoperturi intragrupp (bażi individwali) eżentati skont l-Artikolu 429(7) tas-CRR

 

260

(-) Skoperturi eżentati skont l-Artikolu 429(14) tas-CRR

 

270

(-) Ammont ta' assi mnaqqas — Kapital tal-Grad 1 — definizzjoni stabbilita

 

280

(-) Ammont tal-assi mnaqqas — Kapital tal-Grad 1 — definizzjoni tranżitorja

 

290

Skopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ Totali — bl-użu ta' definizzjoni stabbilita ta' kapital tal-Grad 1

 

300

Skopertura tal-Proporzjon ta' Ingraġġ totali — bl-użu ta' definizzjoni tranżizzjonali ta' kapital tal-Grad 1

 

Ringiela

Kapital

 

310

Kapital tal-Grad 1 — definizzjoni stabbilita

 

320

Kapital tal-Grad 1 — definizzjoni tranżizzjonali

 

Ringiela

Proporzjon tal-Ingranaġġ

 

330

Proporzjon tal-Ingranaġġ — bl-użu ta' definizzjoni stabbilita ta' kapital tal-Grad 1

 

340

Proporzjon tal-Ingranaġġ — bl-użu ta' definizzjoni tranżizzjonali ta' kapital tal-Grad 1”

 


ANNESS II

“L-ANNESS XI

IR-RAPPORTAR DWAR L-INGRANAĠĠ

PARTI I:

STRUZZJONIJIET ĠENERALI 15

1.

IT-TIKKETTAR TAL-MUDELLI U KONVENZJONIJIET OĦRA 15

1.1.

IT-TIKKETTAR TAL-MUDELLI 15

1.2.

IL-KONVENZJONI DWAR IN-NUMERAZZJONI 16

1.3.

ABBREVJAZZJONIJIET 16

1.4.

IL-KONVENZJONI DWAR IS-SINJALI 16

PARTI II:

ISTRUZZJONIJIET RELATATI MAL-MUDELL 16

1.

L-ISTRUTTURA U L-FREKWENZA 16

2.

IL-FORMULI GĦALL-KALKOLU TAL-PROPORZJON TA' INGRANAĠĠ 16

3.

IL-LIMITI TAL-MATERJALITÀ GĦAD-DERIVATTIVI 17

4.

C47.00 — KALKOLU TAL-PROPORZJON TA' INGRANAĠĠ (LRCALC) 17

5.

C40.00 — TRATTAMENT ALTERNATTIV TAL-KEJL TAL-ISKOPERTURA (LR1) 25

6.

C41.00 — ENTRATI LI JIDJRU FIL-KARTA TAL-BILANĊ U DAWK LI MA JIDHRUX — DISAGGREGAZZJONI ADDIZZJONALI TAL-ISKOPERTURI (LR2) 34

7.

C42.00 — DEFINIZZJONI ALTERNATTIVA TA' KAPITAL (LR3) 36

8.

C43.00 — DISAGGREGAZZJONI ALTERNATTIVA TA' KOMPONENTI TAL-KEJL TAL-ISKOPERTURA TAL-PROPORZJON TA' INGRANAĠĠ (LR4) 38

9.

C44.00 — INFORMAZZJONI ĠENERALI (LR5) 55

PARTI I:   STRUZZJONIJIET ĠENERALI

1.   It-tikkettar tal-mudelli u konvenzjonijiet oħra

1.1.   It-tikkettar tal-mudelli

1.

Dan l-Anness fih struzzjonijiet addizzjonali (minn hawn 'il quddiem imsejħin “LR” — leverage ratio) inklużi fl-Anness X ta' dan ir-Regolament.

2.

B'mod ġenerali, il-qafas jikkonsisti f'sitt mudelli:

C47.00: Kalkolu tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ (LRCalc): Kalkolu tal-proporzjon tal-ingranaġġ;

C40.00: Proporzjon ta' Ingranaġġ Mudell 1 (LR1): Trattament alternattiv tal-kejl tal-iskopertura;

C41.00: Proporzjon ta' Ingranaġġ Mudell 2 (LR2): Elementi li jidhru u li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ — disaggregazzjoni addizzjonali tal-iskoperturi;

C42.00: Proporzjon ta' Ingranaġġ Mudell 3 (LR3): Definizzjoni alternattiva ta' kapital;

C43.00: Proporzjon ta' Ingranaġġ Mudell 4 (LR4): Diżaggregazzjoni ta' komponenti tal-kejl tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ u

C44.00: Proporzjon ta' Ingranaġġ Mudell 5 (LR5): Informazzjoni ġenerali.

3.

Għal kull mudell huma pprovduti referenzi legali kif ukoll aktar informazzjoni dettaljata dwar aspetti aktar ġenerali tar-rapportar.

1.2.   Il-konvenzjoni dwar in-numerazzjoni

4.

Dan id-dokument se jsegwi l-konvenzjoni dwar it-tikkettar stabbilita fil-paragrafi li ġejjin, meta jirreferi għall-kolonni, ir-ringieli u ċ-ċelloli tal-mudelli. Dawn il-kodiċijiet numeriċi jintużaw b'mod estensiv fir-regoli dwar il-validazzjoni.

5.

L-istruzzjonijiet isegwu n-notazzjoni ġenerali li ġejja: {Mudell;Ringiela;Kolonna}. Se jintuża sinjal ta' asterisk għall-kolonna jew ir-ringiela sħiħa.

6.

Fil-każ ta' validazzjonijiet f'mudell, fejn jintużaw biss il-punti tad-dejta minn dak il-mudell, in-notazzjonijiet ma jkunux jirreferu għall-mudell: {Ringiela;Kolonna}.

7.

Għall-fini tar-rapportar dwar l-ingranaġġ, “li minnhom/minnu” tirreferi għal entrata li hija subsett ta' kategorija ta' skoperturi ta' livell ogħla filwaqt li “entrata ta' memorandum” tirreferi għal entrata separata li mhijiex subsett ta' klassi ta' skopertura. Ir-rapportar taż-żewġ tipi ta' ċelloli huwa obbligatorju sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

1.3.   Abbrevjazzjonijiet

8.

Għall-iskopijiet ta' dan l-Anness u ta' mudelli relatati, jintużaw it-taqsiriet segwenti:

a.

CRR, li hija l-abbrevjazzjoni ta' Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital (Capital Requirements Regulation) u tfisser ir-Regolament (UE) Nru 575/2013;

b.

SFT, li hija l-abbrevjazzjoni ta' Tranżazzjoni ta' Finanzjament tat-Titoli (Securities Financing Transaction) u tfisser “tranżazzjonijiet ta' xiri mill-ġdid, transazzjonijiet ta' għoti jew teħid b'self ta' titoli jew ta' prodotti, transazzjonijiet b'saldu fit-tul u transazzjonijiet ta' self b' marġni” kif imsemmija fir-Regolament (UE) Nru 575/2013.

c.

CRM, hija l-abbrevjazzjoni ta' Mitigazzjoni tar-Riskju ta' Kreditu (Credit Risk Mitigation).

1.4.   Il-konvenzjoni dwar is-sinjali

9.

L-ammonti kollha jiġu rrapportati bħala ċifri pożittivi. Bħala eċċezzjoni hemm l-ammonti rrapportati f' {LRCalc;050;010}, {LRCalc;070;010}, {LRCalc;080;010}, {LRCalc;100;010}, {LRCalc;120;010}, {LRCalc;140;010}, {LRCalc;210;010}, {LRCalc;220;010}, {LRCalc;240;010}, {LRCalc;250;010}, {LRCalc;260;010}, {LRCalc;310;010}, {LRCalc;320;010}, {LRCalc;270;010}, {LRCalc;280;010}, {LRCalc;330;010}, {LRCalc;340;010}, {LR3;010;010}, {LR3;020;010}, {LR3;030;010}, {LR3;040;010}, {LR3;055;010}, {LR3;065;010}, {LR3;075;010} u {LR3;085;010}. Għalhekk, kun af li {LRCalc;050;010}, {LRCalc;070;010}, {LRCalc;080;010}, {LRCalc;100;010}, {LRCalc;120;010}, {LRCalc;140;010}, {LRCalc;210;010}, {LRCalc;220;010}, {LRCalc;240;010}, {LRCalc;250;010}, {LRCalc;260;010}, {LRCalc;270;010}, {LRCalc;280;010}, {LR3;055;010}, {LR3;065;010}, {LR3;075;010} u {LR3;085;010} jieħdu valuri negattivi biss. Kun af ukoll li, minbarra każijiet estremi, {LRCalc;310;010}, {LRCalc;320;010}, {LRCalc;330;010}, {LRCalc;340;010}, {LR3;010;010}, {LR3;020;010}, {LR3;030;010} u {LR3;040;010} jieħdu valuri pożittivi biss.

PARTI II:   ISTRUZZJONIJIET RELATATI MAL-MUDELL

1.   L-istruttura u l-frekwenza

1.

Il-mudell tal-proporzjon ta' ingranaġġ huwa maqsum f'żewġ partijiet. Il-Parti A tinkludi l-attributi kollha li jidħlu fil-kalkolu tal-proporzjon ta' ingranaġġ li l-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu lill-awtoritajiet kompetenti skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 430(1) tas-CRR, filwaqt li l-Parti B tinkludi l-attributi kollha li l-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 430(1) tas-CRR (jiġifieri għall-finijiet tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 511 tas-CRR).

2.

Meta jikkumpilaw id-dejta għal din l-ITS, l-istituzzjonijiet jikkunsidraw it-trattament tal-assi fiduċjarji b'konformità mal-Artikolu 429(13) tas-CRR.

2.   Il-formuli għall-kalkolu tal-proporzjon ta' ingranaġġ

3.

Il-proporzjon ta' ingranaġġ huwa bbażat fuq kejl kapitali u kejl tal-iskopertura totali, li jistgħu jiġu kkalkolati biċ-ċelloli mill-Parti A.

4.

Proporzjon ta' Ingranaġġ — definizzjoni stabbilita = {LRCalc;310;010}/{LRCalc;290;010}

5.

Proporzjon ta' Ingranaġġ — definizzjoni tranżitorja = {LRCalc;320;010}/{LRCalc;300;010}

3.   Il-limiti tal-materjalità għad-derivattivi

6.

Biex jonqos il-piż tar-rapportar għall-istituzzjonijiet bi skoperturi limitati f'derivattivi, il-kejl li ġej jintuża biex tiġi kkalkolata l-importanza relattiva tal-iskoperturi tad-derivattivi għall-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ. L-istituzzjonijiet jikkalkolaw dan il-kejl kif ġej:

7.

Formula

.

8.

Fejn il-kejl tal-iskopertura totali jkun daqs: {LRCalc;290;010}

9.

Valur nozzjonali totali riferenzjat mid-derivattivi = {LR1; 010;070}. Din hija ċellola li l-istituzzjonijiet dejjem għandhom jirrapportaw.

10.

Volum ta' derivattivi ta' kreditu = {LR1;020;070} + {LR1;050;070}. Dawn huma ċelloli li l-istituzzjonijiet dejjem għandhom jirrapportaw.

11.

L-istituzzjonijiet huma meħtieġa jirrapportaw iċ-ċelloli msemmijin fil-paragrafu 14 fil-perjodu ta' rapportar li jmiss, jekk tintlaħaq kwalunkwe kundizzjoni minn dawn:

is-sehem tad-derivattivi msemmi fil-paragrafu 7 huwa iktar minn 1,5 % f'żewġ dati ta' rapportar ta' referenza konsekuttivi;

is-sehem tad-derivattivi msemmi fil-paragrafu 7 jaqbeż it-2,0 %.

12.

L-istituzzjonijiet li għalihom il-valur nozzjonali totali referenzjat mid-derivattivi kif definit fil-paragrafu 9 jaqbeż l-EUR 10 biljun għandhom jirrapportaw iċ-ċelloli msemmijin fil-paragrafu 14, anke jekk is-sehem tad-derivattivi tagħhom ma jissodisfax il-kundizzjonijiet deskritti fil-paragrafu 11.

13.

L-istituzzjonijiet huma meħtieġa jirrapportaw iċ-ċelloli msemmijin fil-paragrafu 15 jekk tintlaħaq kwalunkwe waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

il-volum ta' derivattivi ta' kreditu msemmi fil-paragrafu 10 huwa iktar minn EUR 300 miljun f'żewġ dati konsekuttivi ta' rapportar ta' referenza;

il-volum ta' derivattivi ta' kreditu msemmi fil-paragrafu 10 jaqbeż il-EUR 500 miljun.

14.

Iċ-ċelloli li huma meħtieġa jiġu rrapportati mill-istituzzjonijiet skont il-paragrafu 11 huma dawn: {LR1;010;010}, {LR1;010;020}, {LR1;010;050}, {LR1;020;010}, {LR1;020;020}, {LR1;020;050}, {LR1;030;050}, {LR1;030;070}, {LR1;040;050}, {LR1;040;070}, {LR1;050;010}, {LR1;050;020}, {LR1;050;050}, {LR1;060;010}, {LR1;060;020}, {LR1;060;050} u {LR1;060;070}.

15.

Iċ-ċelloli li huma meħtieġa jiġu rrapportati mill-istituzzjonijiet skont il-paragrafu 13 huma dawn: {LR1;020;075}, {LR1;050;075} u {LR1;050;085}.

4.   C47.00 — Kalkolu tal-proporzjon ta' ingranaġġ (LRCalc)

16.

Din il-parti tal-mudell ta' rapportar tiġbor id-dejta li hija meħtieġa sabiex ikun ikkalkolat il-proporzjon ta' ingranaġġ kif definit fl-Artikoli 429, 429a u 429b tas-CRR.

17.

L-istituzzjonijiet iwettqu r-rapportar tal-proporzjon ta' ingranaġġ fuq bażi trimestrali. F'kull trimestru, il-valur ”fid-data ta' rapportar ta' referenza” għandu jkun il-valur fl-aħħar jum tal-kalendarju tat-tielet xahar tat-trimestru rispettiv.

18.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw {010;010} sa {030;010}, {060;010}, {090;010}, {110;010}, u {150;010} sa {190;010} daqslikieku ma japplikawx l-eżenzjonijiet imsemmijin f'{050;010}, {080;010}, {100;010}, {120;010}, u {220;010}.

19.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw {010;010} sa {240;010} daqslikieku ma japplikawx l-eżenzjonijiet imsemmijin f'{250;010} u {260;010}.

20.

Kwalunkwe ammont li jżid il-fondi proprji jew l-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ għandu jkun irrapportat bħala ċifra pożittiva. Għall-kuntrarju, kwalunkwe ammont li jnaqqas il-fondi proprji jew l-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ għandu jiġi rrapportat bħala ċifra negattiva. Meta jkun hemm sinjal negattiv (-) qabel it-tikketta ta' entrata, ma jkun mistenni li tiġi rrapportata ebda ċifra pożittiva għal dik l-entrata.

 

Ir-referenzi ġuridiċi u l-istruzzjonijiet

Ringiela u kolonna

Valuri tal-Iskopertura

{010;010}

SFTs: Skopertura skont l-Artikoli 429(5) u 429(8) tas-CRR

L-Artikoli 429(5)(d) u 429(8) tas-CRR

L-iskopertura għall-SFTs hija kkalkolata skont l-Artikoli 429(5)(d) u 429(8) tas-CRR

F'din iċ-ċellola l-istituzzjonijiet għandhom iqisu tranżazzjonijiet skont l-Artikolu 429b(6)(c).

F'din iċ-ċellola, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jinkludu flus riċevuti jew xi titolu li huwa pprovdut lil kontroparti permezz tat-tranżazzjonijiet imsemmijin iktar 'il fuq u li jinżamm fuq il-karta tal-bilanċ (jiġifieri ma jintlaħqux il-kriterji tal-kontabilità għad-dekontabilizzar). Minflok, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu dawk l-entrati f'{190,010}.

F'din iċ-ċellola, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jinkludu SFTs minn aġenti li fihom l-istituzzjoni tipprovdi indennizz jew garanzija lil klijent jew kontroparti limitat(a) għal kull differenza bejn il-valur tat-titolu jew tal-flus li l-klijent ikun silef u l-valur tal-kollateral li l-mutwatarju jkun ipprovda f'konformità mal-Artikolu 429b(6)(a) tas-CRR.

{020;010}

SFTs: Supplimentazzjoni għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti

L-Artikolu 429b(1) tas-CRR

Is-supplimentazzjoni għal riskju ta' kreditu tal-kontroparti għal SFTs li ma jidhrux fil-karta bilanċjali, determinati skont l-Artikolu 429b(2) jew (3) tas-CRR, kif applikabbli.

F'din iċ-ċellola l-istituzzjonijiet għandhom iqisu tranżazzjonijiet skont l-Artikolu 429b(6)(c).

F'din iċ-ċellola, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jinkludu SFTs minn aġenti li fihom l-istituzzjoni tipprovdi indennizz jew garanzija lil klijent jew kontroparti limitat(a) għal kull differenza bejn il-valur tat-titolu jew tal-flus li l-klijent ikun silef u l-valur tal-kollateral li l-mutwatarju jkun ipprovda f'konformità mal-Artikolu 429b(6)(a) tas-CRR. Minflok, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu dawk l-entrati f'{040;010}.

{030;010}

Deroga għall-SFTs: Supplimentazzjoni skont l-Artikoli 429b(4) u 222 tas-CRR

L-Artikoli 429b(4) u 222 tas-CRR

Il-valur tal-iskopertura għal SFTs inkluż dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ ikkalkolati skont l-Artikolu 222 tas-CRR, soġġetti għal minimu ta' 20 % għall-piż tar-riskju applikabbli.

L-istituzzjonijiet għandhom iqisu f'din iċ-ċellola tranżazzjonijiet skont l-Artikolu 429b(6)(c) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet ma għandhomx iqisu f'din iċ-ċellola tranżazzjonijiet li għalihom il-valur tal-parti supplimentari tal-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ huwa determinat skont il-metodu definit fl-Artikolu 429b(1) tas-CRR.

{040;010}

Riskju ta' kreditu tal-kontroparti ta' tranżazzjonijiet SFT bl-aġent skont l-Artikolu 429b(6) tas-CRR

L-Artikolu 429b(6)(a), (2) u (3) tas-CRR

L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw il-valur tal-iskopertura għall-SFTs minn aġenti li fihom l-istituzzjoni tipprovdi indennizz jew garanzija lil klijent jew kontroparti limitat(a) għal kull differenza bejn il-valur tat-titolu jew tal-flus li l-klijent ikun silef u l-valur tal-kollateral li l-mutwatarju jkun ipprovda f'konformità mal-Artikolu 429b(6)(a) tas-CRR, li jikkonsisti biss f'supplimentazzjoni ddeterminata f'konformità mal-Artikolu 429b(2) jew (3) tas-CRR, kif applikabbli.

L-istituzzjonijiet ma għandhomx jinkludu f'din iċ-ċellola tranżazzjonijiet skont l-Artikolu 429b(6)(c). Minflok, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu dawn l-entrati f'{010;010} u {020;010} jew {010;010} u {030;010}, kif applikabbli.

{050;010}

(-) Komponent eżentat għal CCP ta' skoperturi SFT ikklirjati għall-klijent

L-Artikoli 429(11) u 306(1)(c) tas-CRR

Il-komponent eżentat tas-CCP ta' skoperturi ta' negozju kklirjati għall-klijent, diment li dawk l-entrati jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 306(1)(c) tas-CRR.

Meta l-komponent eżentat għas-CCP ikun titolu, dan ma għandux jiġi rrapportat f'din iċ-ċellola sakemm ma jkunx titolu mirhun mill-ġdid li fil-qafas kontabilistiku applikabbli (jiġifieri skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 111(1) tas-CRR) ikun inkluż bil-valur sħiħ.

L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu wkoll l-ammont irrapportat f'din iċ-ċellola f'{010;010}, {020;010} u {030;010} daqslikieku ma tapplika l-ebda eżenzjoni, u, jekk tkun issodisfata l-kundizzjoni fit-tieni nofs tas-sentenza ta' qabel, f'{190;010}.

Meta jkun hemm marġni inizjali mdaħħal mill-istituzzjoni għal komponent eżentat ta' SFT li hija rrapportata f'{190;010} u mhux irrapportata f'{020;010} jew {030;010}, l-istituzzjoni tista' tirrapportaha f'din iċ-ċellola.

{060;010}

Id-derivattivi: Kost ta' sostituzzjoni kurrenti

L-Artikoli 429a, 274, 295, 296, 297 u 298 tas-CRR.

Il-kost ta' sostituzzjoni kurrenti kif speċifikat fl-Artikolu 274(1) tas-CRR tal-kuntratti elenkati fl-Anness II tas-CRR u derivattivi ta' kreditu inklużi dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ irrapportati gross mill-marġni ta' varjazzjoni riċevut.

Kif determinat mill-Artikolu 429a(1) tas-CRR, l-istituzzjonijiet jistgħu jqisu wkoll l-effetti tal-kuntratti għal novazzjoni u ftehimiet oħrajn ta' netting skont l-Artikolu 295 tas-CRR. In-netting bejn prodotti differenti(Cross-Product Netting) ma japplikax. Madankollu, l-istituzzjonijiet jistgħu jinnettjaw fil-kategorija tal-prodott imsemmija fil-punt (25)(c) tal-Artikolu 272 tas-CRR u d-derivattivi ta' kreditu meta jkunu soġġetti għal ftehim kuntrattwali ta' netting bejn prodotti differenti msemmi fl-Artikolu 295(c) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet ma għandhomx jinkludu f'din iċ-ċellola kuntratti mkejla bl-applikazzjoni tal-metodu ta' skopertura oriġinali skont l-Artikoli 429a(8) u 275 tas-CRR.

{070;010}

(-) Marġni ta' varjazzjoni ta' flus eliġibbli riċevuti li tpaċew kontra l-valur tas-suq tad-derivattivi

L-Artikolu 429a(3) tas-CRR

Marġni ta' varjazzjoni riċevut fi flus mingħand il-kontroparti eliġibbli biex ipaċi kontra s-sehem tal-kost tas-sostituzzjoni tal-iskopertura tad-derivattivi skont l-Artikolu 429a(3) tas-CRR.

Kwalunkwe marġni ta' varjazzjoni fi flus riċevuti fuq komponent eżentat għal CCP skont l-Artikolu 429(11) tas-CRR ma għandux ikun irrapportat.

{080;010}

(-) Il-komponent eżentat għal CCP ta' skoperturi ta' negozju kklirjati għll-klijent (kost tas-sostituzzjoni)

L-Artikolu 429(11) tas-CRR.

Is-sehem tal-kost tas-sostituzzjoni ta' skoperturi ta' negozju eżentati għal QCCP minn tranżazzjonijiet derivattivi kklirjati għall-klijent, diment li dawk l-entrati jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 306(1)(c) tas-CRR. Dan l-ammont għandu jkun irrapportat gross tal-marġni ta' varjazzjoni tal-flus riċevuti f'dan il-komponent.

L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu l-ammont irrapportata f'din iċ-ċellola anke f'{060;010} daqslikieku ma tapplika l-ebda eżenzjoni.

{090;010}

Id-derivattivi: Supplimentazzjoni bil-metodu ta' valwazzjoni skont is-suq

L-Artikoli 429a, 274, 295, 296, 297, 298 u 299(2) tas-CRR

Din iċ-ċellola tipprovdi s-supplimentazzjoni għall-iskopertura futura potenzjali tal-kuntratti elenkati fl-Anness II tas-CRR u tad-derivattivi tal-kreditu inklużi dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ ikkalkolati skont il-Metodu ta' valwazzjoni skont is-suq (l-Artikolu 274 tas-CRR għall-kuntratti elenkati fl-Anness II tas-CRR u l-Artikolu 299(2) tas-CRR għal derivattivi ta' kreditu) u bl-applikazzjoni ta' regoli dwar in-netting skont l-Artikolu 429a(1) tas-CRR. Meta jiġu biex jiddeterminaw il-valur tal-iskopertura ta' dawk il-kuntratti, l-istituzzjonijiet jistgħu jqisu l-effetti tal-kuntratti għal novazzjoni u ftehimiet oħrajn ta' netting skont l-Artikolu 295 tas-CRR. In-netting bejn prodotti differenti(Cross-Product Netting) ma japplikax. Madankollu, l-istituzzjonijiet jistgħu jinnettjaw fil-kategorija tal-prodott imsemmija fil-punt (25)(c) tal-Artikolu 272 tas-CRR u d-derivattivi ta' kreditu meta jkunu soġġetti għal ftehim kuntrattwali ta' netting bejn prodotti differenti msemmi fl-Artikolu 295(c) tas-CRR.

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 429a(1) tas-CRR, meta jiġu biex jiddeterminaw l-iskopertura ta' kreditu futura potenzjali tad-derivattivi ta' kreditu, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 299(2)(a) tas-CRR għad-derivattivi ta' kreditu kollha tagħhom, mhux biss dawk assenjati fil-portafoll tan-negozjar.

L-istituzzjonijiet ma għandhomx jinkludu f'din iċ-ċellola kuntratti mkejla bl-applikazzjoni tal-metodu ta' skopertura oriġinali skont l-Artikoli 429a(8) u 275 tas-CRR.

{100;010}

(-) Il-komponent eżentat għal CCP ta' skoperturi ta' negozju kklirjati għall-klijent (skopertura futura potenzjali)

L-Artikolu 429(11) tas-CRR.

L-iskopertura futura potenzjali ta' skoperturi ta' negozju eżentati għal QCCP minn tranżazzjonijiet derivattivi kklirjati għall-klijent, diment li dawn l-entrati jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 306(1)(c) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu l-ammont irrapportat f'din iċ-ċellola anke f'{090;010} daqslikieku ma tapplika l-ebda eżenzjoni.

{110;010}

Deroga għad-derivattivi: metodu ta' skopertura oriġinali

L-Artikoli 429a(8) u 275 tas-CRR

Din iċ-ċellola tipprovdi l-kejl tal-iskopertura tal-kuntratti elenkati fil-punti 1 u 2 tal-Anness II tas-CRR ikkalkolat skont il-metodu tal-iskopertura oriġinali stabbilit fl-Artikolu 275 tas-CRR.

L-istituzzjonijiet li japplikaw il-metodu ta' skopertura oriġinali ma għandhomx inaqqsu l-kejl tal-iskopertura bl-ammont tal-marġni ta' varjazzjoni riċevut fi flus skont l-Artikolu 429a(8) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet li ma jużawx il-metodu ta' skopertura oriġinali ma għandhomx jirrapportaw din iċ-ċellola.

L-istituzzjonijiet ma għandhomx iqisu f'din iċ-ċellola kuntratti mkejlin bl-applikazzjoni tal-metodu ta' valwazzjoni skont is-suq skont l-Artikoli 429a(1) u 274 tas-CRR.

{120;010}

(-) Il-komponent eżentat għal CCP ta' skoperturi ta' negozju kklirjati għall-klijent (metodu ta' skopertura oriġinali)

L-Artikolu 429(11) tas-CRR.

Il-komponent eżentat għas-CCP ta' skoperturi ta' negozju kklirjati għall-klijent meta jkun applikat il-metodu ta' skopertura oriġinali kif stipulat fl-Artikolu 275 tas-CRR, diment li dawn l-entrati jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 306(1)(c) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu l-ammont irrapportat f'din iċ-ċellola anke f'{110;010} daqslikieku ma tapplika l-ebda eżenzjoni.

{130;010}

Ammont nozzjonali limitat tad-derivattivi ta' kreditu sottoskritti

L-Artikolu 429a(5) sa (7) tas-CRR

Valur nozzjonali limitat tad-derivattivi ta' kreditu sottoskritti (jiġifieri meta l-istituzzjoni tkun qed tipprovdi protezzjoni ta' kreditu lil kontroparti) kif stabbilit fl-Artikolu 429a(5) sa (7) tas-CRR.

{140;010}

(-) Derivattivi ta' kreditu mixtrija eliġibbli li tpaċew ma' derivattivi ta' kreditu sottoskritti

L-Artikolu 429a(5) sa (7) tas-CRR

Il-valur nozzjonali limitat ta' derivattivi ta' kreditu mixtrijin (jiġifieri meta l-istituzzjoni tkun qed tixtri protezzjoni ta' kreditu mingħand kontroparti) bl-istess ismijiet ta' referenza bħal dawk id-derivattivi ta' kreditu sottoskritti mill-istituzzjoni, meta l-maturità li jifdal tal-protezzjoni mixtrija tkun daqs jew ikbar mill-maturita li jifdal tal-protezzjoni mibjugħa. Għalhekk, il-valur ma għandux ikun ikbar mill-valur imdaħħal f'{130;010} għal kull isem ta' referenza.

{150;010}

Entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ b'CCF ta' 10 % skont l-Artikolu 429(10) tas-CRR

L-Artikoli 429(10), 111(1)(d) u 166(9) tas-CRR

Il-valur tal-iskopertura, skont l-Artikoli 429(10) u 111(1)(d) tas-CRR, ta' entrati ta' riskju baxx li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jkunu assenjati fattur ta' konverżjoni tal-kreditu ta' 0 % kif imsemmi fil-punti 4(a) sa (c) tal-Anness I tas-CRR (bħala tfakkira, il-valur tal-iskopertura hawnhekk għandu jkun ta' 10 % tal-valur nominali). Dan ifisser impenji li jistgħu jkunu kkanċellati inkondizzjonalment fi kwalunkwe waqt mill-istituzzjoni mingħajr avviż minn qabel (UCC), jew li effettivament jipprovdu għal kanċellazzjoni awtomatika minħabba deterjorament fl-affidabbiltà kreditizja ta' mutwatarju. Bħala tfakkira, il-valur nominali ma għandux jitnaqqas bl-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta' kreditu.

Meta impenn jirreferi għall-estensjoni ta' impenn ieħor, għandu jintuża l-iktar fattur ta' konverżjoni baxx mit-tnejn assoċjati mal-impenn indivdwali skont l-Artikolu 166(9) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet ma għandhomx iqisu f'din iċ-ċellola l-kuntratti elenkati fl-Anness II tas-CRR, derivattivi ta' kreditu u SFTs skont l-Artikolu 429(10) tas-CRR.

{160;010}

Entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ b'CCF ta' 20 % skont l-Artikolu 429(10) tas-CRR

L-Artikoli 429(10), 111(1)(c) u 166(9) tas-CRR

Il-valur tal-iskopertura, skont l-Artikoli 429(10) u 111(1)(c) tas-CRR, ta' entrati ta' riskju medju/baxx li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jkunu assenjati fattur ta' konverżjoni tal-kreditu ta' 20 % kif imsemmi fil-punti 3(a) u (b) tal-Anness I tas-CRR (bħala tfakkira, il-valur tal-iskopertura hawnhekk għandu jkun ta' 20 % tal-valur nominali). Bħala tfakkira, il-valur nominali ma għandux jitnaqqas bl-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta' kreditu.

Meta impenn jirreferi għall-estensjoni ta' impenn ieħor, għandu jintuża l-iktar fattur ta' konverżjoni baxx mit-tnejn assoċjati mal-impenn indivdwali skont l-Artikolu 166(9) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet ma għandhomx iqisu f'din iċ-ċellola l-kuntratti elenkati fl-Anness II tas-CRR, derivattivi ta' kreditu u SFTs skont l-Artikolu 429(10) tas-CRR.

{170;010}

Entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ b'CCF ta' 50 % skont l-Artikolu 429(10) tas-CRR

L-Artikoli 429(10), 111(1)(b) u 166(9) tas-CRR

Il-valur tal-iskopertura, skont l-Artikoli 429(10) u 111(1)(b) tas-CRR, ta' entrati ta' riskju medju li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jkunu assenjati fattur ta' konverżjoni tal-kreditu ta' 50 % kif definit fl-Approċċ Standardizzat għar-riskju ta' kreditu imsemmi fil-punti 2(a) u (b) tal-Anness I tas-CRR (bħala tfakkira, il-valur tal-iskopertura hawn għandu jkun 50 % tal-valur nominali). Bħala tfakkira, il-valur nominali ma għandux jitnaqqas bl-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta' kreditu.

Din iċ-ċellola tinkludi faċilitajiet ta' likwidità u impenji oħra għal titolizzazzjonijiet. Fi kliem ieħor, is-CCF għall-faċilitajiet kollha ta' likwidità skont l-Artikolu 255 tas-CRR huwa 50 % indipendentement mill-maturità.

Meta impenn jirreferi għall-estensjoni ta' impenn ieħor, għandu jintuża l-iktar fattur ta' konverżjoni baxx mit-tnejn assoċjati mal-impenn indivdwali skont l-Artikolu 166(9) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet ma għandhomx iqisu f'din iċ-ċellola l-kuntratti elenkati fl-Anness II tas-CRR, derivattivi ta' kreditu u SFTs skont l-Artikolu 429(10) tas-CRR.

{180;010}

Entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ b'CCF ta' 100 % skont CRR 429 (10)

L-Artikoli 429(10), 111(1)(a) u 166(9) tas-CRR

Il-valur tal-iskopertura, skont l-Artikoli 429(10) u 111(1)(a) tas-CRR, ta' entrati ta' riskju għoli li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jkunu assenjati fattur ta' konverżjoni tal-kreditu ta' 100 % kif imsemmi fil-punti 1(a) sa (k) tal-Anness I tas-CRR (bħala tfakkira, il-valur tal-iskopertura hawnhekk għandu jkun 100 % tal-valur nominali). Bħala tfakkira, il-valur nominali ma għandux jitnaqqas bl-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta' kreditu.

Din iċ-ċellola tinkludi faċilitajiet ta' likwidità u impenji oħra għal titolizzazzjonijiet.

Meta impenn jirreferi għall-estensjoni ta' impenn ieħor, għandu jintuża l-iktar fattur ta' konverżjoni baxx mit-tnejn assoċjati mal-impenn indivdwali skont l-Artikolu 166(9) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet ma għandhomx iqisu f'din iċ-ċellola l-kuntratti elenkati fl-Anness II tas-CRR, derivattivi ta' kreditu u SFTs skont l-Artikolu 429(10) tas-CRR.

{190;010}

Assi oħra

L-Artikolu 429(5) tas-CRR.

L-assi kollha minbarra l-kuntratti elenkati fl-Anness II tas-CRR, derivattivi ta' kreditu, SFTs (eż. fost l-oħrajn assi li jridu jiġu rrapportati f'din iċ-ċellola huma kontijiet riċevibbli għall-marġni ta' varjazzjoni tal-flus fejn rikonoxxut fil-qafas kontabilistiku operattiv, assi likwidi kif definiti skont il-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità, tranżazzjonijiet li fallew jew mhux saldati). L-istituzzjonijiet għandhom jibbażaw il-valwazzjoni fuq il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 429 (5) tas-CRR.

F'din iċ-ċellola, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jinkludu flus riċevuti jew xi titolu li huwa pprovdut lil kontroparti permezz tat-tranżazzjonijiet imsemmijin iktar 'il fuq u li jinżamm fuq il-karta tal-bilanċ (jiġifieri l-kriterji ta' kontabilità għad-dekontabilizzar ma jiġux issodisfati). Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet għandhom jirrikonoxxu entrati li huma mnaqqsin minn entrati tal-Grad 1 u tal-Grad 1 Addizzjonali (eż. intanġibbli, assi tat-taxxi differita eċċ) hawnhekk.

{200;010}

Ammont gross għall-kollateral tad-derivattivi pprovdut

L-Artikolu 429a(2) tas-CRR

L-ammont ta' kwalunkwe kollateral tad-derivattivi pprovdut meta l-provvediment ta' dak il-kollateral inaqqas l-ammont tal-assi fil-qafas applikabbli tal-kontabbiltà, kif stabbilit fl-Artikolu 429a(2) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet ma għandhomx jinkludu f'din iċ-ċellola l-marġni inizjali għal tranżazzjonijiet derivattivi kklirjati għall-klijent b'CCP kwalifikanti (QCCP) jew marġni ta' varjazzjoni eliġibbli fi flus, kif definit fl-Artikolu 429a(3) tas-CRR.

{210;010}

(-) Ir-riċevibbli għall-marġni ta' varjazzjoni fil-flus ipprovduti fi tranżazjonijiet ta' derivattivi

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 429a(3) tas-CRR

Ir-riċevibbli għall-marġni ta' varjazzjoni mħallsa fi flus lill-kontroparti fi tranżazzjonijiet derivattivi jekk l-istituzzjoni tkun meħtieġa, fil-qafas kontabilistiku applikabbli, li tirrikonoxxi dawn ir-riċevibbli bħala assi, diment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 429a(3) tas-CRR.

L-ammont irrapportat għandu jkun inkluż ukoll fl-assi l-oħrajn irrapportati f'{190, 010}.

{220;010}

(-) Il-komponent eżentat għal CCP ta' skoperturi ta' negozju kklirjati għall-klijent (marġni inizjali)

L-Artikolu 429(11) tas-CRR.

Is-sehem tal-marġni inizjali (imdaħħal) tal-iskoperturi ta' negozju eżentati għal QCCP minn tranżazzjonijiet derivattivi kklirjati għall-klijent, diment li dawk l-oġġetti jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 306(1)(c) tas-CRR.

L-ammont irrapportat għandu jkun inkluż ukoll fl-assi l-oħrajn irrapportati f'{190, 010}.

{230;010}

Aġġustamenti għal tranżazzjonijiet kontabilistiċi bħala bejgħ ta' SFTs

L-Artikolu 429b(5) tas-CRR

Il-valur tat-titoli msellfa fi tranżazzjoni ta' riakkwist li huma dekontabilizzati minħabba tranżazzjoni ta' kontabbiltà tal-bejgħ fil-qafas kontabilistiku applikabbli.

{240;010}

(-) Assi fiduċjarji

L-Artikolu 429(13) tas-CRR.

Il-valur tal-assi fiduċjarji li jissodisfaw il-kriterji tal-IAS 39 għad-dekontabilizzar u, fejn applikabbli, l-IFRS 10 għad-dekonsolidazzjoni, skont l-Artikolu 429(13) tas-CRR, meta ma jiġu supponuti ebda effett ta' netting kontabilistiku jew effett CRM ieħor (jiġifieri kull effett li jirriżulta min-netting kontabilistiku jew CRM li kellhom impatt fuq il-valur kontabilistiku jitreġġgħu lura).

L-ammont irrapportat għandu jkun inkluż ukoll fl-assi l-oħrajn irrapportati f'{190, 010}.

{250;010}

(-) Skoperturi intragrupp eżentati (bażi individwali) skont l-Artikolu 429(7) tas-CRR

L-Artikoli 429(7) u 113(6) tas-CRR

Skoperturi li ma kinux konsolidati fil-livell applikabbli ta' konsolidazzjoni, li jistgħu jibbenefikaw mit-trattament stipulat fl-Artikolu 113(6) tas-CRR, diment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha stipulati fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 113(6) tas-CRR u meta l-awtoritajiet kompetenti jkunu taw l-approvazzjoni tagħhom.

L-ammont irrapportat għandu jkun inkluż ukoll fiċ-ċelloli applikabbli hawn fuq daqslikieku ma tapplika l-ebda eżenzjoni.

{260;010}

(-) Skoperturi eżentati skont l-Artikolu 429(14) tas-CRR

L-Artikolu 429(14) tas-CRR.

Skoperturi eżentati skont l-Artikolu 429(14) tas-CRR diment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet imsemmija u l-awtoritajiet kompetenti jkunu taw l-approvazzjoni tagħhom.

L-ammont irrapportat għandu jkun inkluż ukoll fiċ-ċelloli applikabbli hawn fuq daqslikieku ma tapplika l-ebda eżenzjoni.

{270;010}

(-) Ammont ta' assi mnaqqas — Kapital tal-Grad 1 — definizzjoni stabbilita

L-Artikoli 429(4)(a) u 499(1)(a) tas-CRR

Dan jinkludi l-aġġustamenti kollha mmirati għall-valur ta' assi u li huma meħtieġa minn:

l-Artikoli 32 sa 35 tas-CRR, jew

l-Artikoli 36 sa 47 tas-CRR, jew

l-Artikoli 56 sa 60 tas-CRR,

kif applikabbli.

L-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-eżenzjonijiet, l-alternattivi u r-rinunzji għal dan it-tnaqqis stabbiliti fl-Artikoli 48, 49 u 79 tas-CRR, mingħajr ma jqisu d-deroga stabbilita fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu I tal-Parti Għaxra tas-CRR. Sabiex jevitaw għadd doppju, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jirrapportaw aġġustamenti diġà applikati skont l-Artikolu 111 tas-CRR meta jikkalkolaw il-valur tal-iskopertura f'{010;010} sa {260;010}, u lanqas ma għandhom jirrapportaw xi aġġustament li ma jnaqqasx il-valur ta' assi speċifiku.

Minħabba li dawn l-ammonti huma diġà mnaqqsin mill-kejl kapitali, dawn inaqqsu l-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ u għandhom ikunu rrapportati bħala ċifra negattiva.

{280;010}

(-) L-ammont tal-assi mnaqqas — Kapital tal-Grad 1 — definizzjoni tranżitorja

L-Artikoli 429(4)(a) u 499(1)(b) tas-CRR

Dan jinkludi l-aġġustamenti kollha li jaġġustaw il-valur ta' assi u li huma meħtieġa minn:

l-Artikoli 32 sa 35 tas-CRR, jew

l-Artikoli 36 sa 47 tas-CRR, jew

l-Artikoli 56 sa 60 tas-CRR'

kif applikabbli.

L-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-eżenzjonijiet, l-alternattivi u r-rinunzji għal tali tnaqqis kif stabbiliti fl-Artikoli 48, 49 u 79 tas-CRR, apparti li jqisu d-derogi stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu I tal-Parti Għaxra tas-CRR. Sabiex jevitaw għadd doppju, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jirrapportaw aġġustamenti diġà applikati skont l-Artikolu 111 tas-CRR meta jikkalkolaw il-valur tal-iskopertura f'{010;010} sa {260;010}, u lanqas ma għandhom jirrapportaw xi aġġustament li ma jnaqqasx il-valur ta' assi speċifiku.

Minħabba li dawn l-ammonti huma diġà mnaqqsin mill-kejl kapitali, dawn inaqqsu l-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ u għandhom ikunu rrapportati bħala ċifra negattiva.

{290;010}

Skopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ Totali — bl-użu ta' definizzjoni stabbilita ta' kapital tal-Grad 1

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-ammont li ġej:

{LRCalc;010;010} + {LRCalc;020;010} + {LRCalc;030;010} + {LRCalc;040;010} + {LRCalc;050;010} + {LRCalc;060;010} + {LRCalc;070;010} + {LRCalc;080;010} + {LRCalc;090;010} + {LRCalc;100;010} + {LRCalc;110;010} + {LRCalc;120;010} + {LRCalc;130;010} + {LRCalc;140;010} + {LRCalc;150;010} + {LRCalc;160;010} + {LRCalc;170;010} + {LRCalc;180;010} + {LRCalc;190;010} + {LRCalc;200;010} + {LRCalc;210;010} + {LRCalc;220;010} + {LRCalc;230;010} + {LRCalc;240;010} + {LRCalc;250;010} + {LRCalc;260;010} + {LRCalc;270;010}.

{300;010}

Skopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ Totali — bl-użu ta' definizzjoni tranżitorja ta' Kapital tal-Grad 1

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-ammont li ġej:

{LRCalc;010;010} + {LRCalc;020;010} + {LRCalc;030;010} + {LRCalc;040;010} + {LRCalc;050;010} + {LRCalc;060;010} + {LRCalc;070;010} + {LRCalc;080;010} + {LRCalc;090;010} + {LRCalc;100;010} + {LRCalc;110;010} + {LRCalc;120;010} + {LRCalc;130;010} – {LRCalc;140;010} + {LRCalc;150;010} + {LRCalc;160;010} + {LRCalc;170;010} + {LRCalc;180;010} + {LRCalc;190;010} + {LRCalc;200;010} + {LRCalc;210;010} + {LRCalc;220;010} + {LRCalc;230;010} + {LRCalc;240;010} + {LRCalc;250;010} + {LRCalc;260;010} + {LRCalc;280;010}.

Ringiela u kolonna

Kapital

{310;010}

Kapital tal-Grad 1 — definizzjoni stabbilita

L-Artikoli 429(3) u 499(1) tas-CRR

Dan huwa l-ammont ta' kapital tal-Grad 1 kif ikkalkolat skont l-Artikolu 25 tas-CRR, mingħajr ma titqies id-deroga stabbilita fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu I tal-Parti Għaxra tas-CRR.

{320;010}

Kapital tal-Grad 1 — definizzjoni tranżitorja

L-Artikoli 429(3) u 499(1) tas-CRR

Dan huwa l-ammont ta' kapital tal-Grad 1 kif ikkalkolat skont l-Artikolu 25 tas-CRR, wara li tqieset id-deroga stabbilita fil-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu 1 tal-Parti Għaxra tas-CRR.

Ringiela u kolonna

Proporzjon ta' Ingranaġġ

{330;010}

Proporzjon ta' Ingranaġġ — bl-użu ta' definizzjoni stabbilita ta' kapital tal-Grad 1

L-Artikoli 429(2) u 499(1) tas-CRR

Dan huwa l-proporzjon ta' ingranaġġ kif ikkalkolat fil-paragrafu 4 tal-Parti II ta' dan l-Anness.

{340;010}

Proporzjon ta' Ingranaġġ — bl-użu ta' definizzjoni tranżitorja ta' kapital tal-Grad 1

L-Artikoli 429(2) u 499(1) tas-CRR

Dan huwa l-proporzjon ta' ingranaġġ kif ikkalkolat fil-paragrafu 5 tal-Parti II ta' dan l-Anness.

5.   C40.00 — Trattament alternattiv tal-Kejl tal-Iskopertura (LR1)

21.

Din il-parti tar-rapportar tiġbor dejta dwar it-trattament alternattiv tad-derivattivi, SFTs u entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċj.

22.

L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-”valuri kontabilistiċi tal-karta tal-bilanċ” f'LR1 fuq il-bażi tal-qafas kontabilistiku applikabbli b'konformità mal-Artikolu 4(1)(77) tas-CRR. ”Valur kontabilistiku jekk ma jiġu supponuti ebda netting jew CRM oħra” tirreferi għall-valur kontabilistiku tal-karta tal-bilanċ li ma jqis ebda effett ta' netting jew mitigazzjoni oħra tar-riskju tal-kreditu.

23.

Minbarra {250;120} u {260;120}, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw LR1 daqslikieku ma japplikawx l-eżenzjonijiet imsemmija fiċ-ċelloli LRCalc {050;010}, {080;010}, {100;010}, {120;010}, {220;010}, {250;010} u {260;010}.

Ringiela u kolonna

Ir-referenzi ġuridiċi u l-istruzzjonijiet

{010;010}

Id-derivattivi — Il-valur kontabilistiku tal-karta tal-bilanċ

Din hija s-somma ta' {020;010}, {050;010} u {060;010}

{010;020}

Id-derivattivi — Il-valur kontabilistiku jekk ma jiġu supponuti ebda netting jew CRM oħra

Din hija s-somma ta' {020;020}, {050;020} u {060;020}

{010;050}

Derivattivi — Supplimentazzjoni skont il-metodu ta' valwazzjoni skont is-suq (filwaqt li ma jiġu supponuti ebda netting jew CRM oħra)

Din hija s-somma ta' {020;050}, {050;050} u {060;050}

{010;070}

Id-derivattivi — L-ammont nozzjonali

Din hija s-somma ta' {020;070}, {050;070} u {060;070}

{020;010}

Id-derivattivi ta' kreditu (protezzjoni mibjugħa) — Il-valur kontabilistiku tal-karta tal-bilanċ

L-Artikolu 4(1)(77) tas-CRR

Il-valur kontabilistiku tal-karta tal-bilanċ skont il-qafas kontabilistiku applikabbli tad-derivattivi ta' kreditu meta l-istituzzjoni tkun qed tbigħ protezzjoni ta' kreditu lil kontroparti u l-kuntratt ikun rikonoxxut bħala assi fuq il-karta tal-bilanċ.

{020;020}

Id-derivattivi ta' kreditu (protezzjoni mibjugħa) — Il-valur kontabilistiku jekk ma jiġu supponuti ebda netting jew CRM oħra

L-Artikolu 4(1)(77) tas-CRR

Il-valur kontabilistiku tal-karta tal-bilanċ skont il-qafas kontabilistiku applikabbli tad-derivattivi ta' kreditu meta l-istituzzjoni tkun qed tbigħ protezzjoni ta' kreditu lil kontroparti u l-kuntratt ikun rikonoxxut bħala assi fuq il-karta tal-bilanċ jekk ma jiġu supponuti ebda effett prudenzjali jew ta' netting kontabilistiku jew ta' CRM oħra (jiġifieri kull effett ta' netting kontabilistiku jew CRM li kellhom effett fuq il-valur kontabilistiku jitreġġgħu lura).

{020;050}

Id-derivattivi ta' kreditu (protezzjoni mibjugħa) — Supplimentazzjoni bil-metodu ta' valwazzjoni skont is-suq (jekk ma jiġu supponuti ebda netting jew CRM oħra)

Din hija s-somma ta' {030;050} u {040;050}

{020;070}

Id-derivattivi ta' kreditu (protezzjoni mibjugħa) — L-ammont nozzjonali

Din hija s-somma taċ-ċelloli {030;070} u {040;070}

{020;075}

Derivattivi ta' kreditu (protezzjoni mibjugħa) — Ammont nozzjonali limitat

Din iċ-ċellola tipprovdi l-ammont nozzjonali referenzjat mid-derivattivi tal-kreditu (protezzjoni mibjugħa) bħal f'{020; 070} wara tnaqqis bi kwalunkwe tibdil negattiv fil-valur ġust li kien inkorporat fil-Kapital tal-Grad 1 fir-rigward tad-derivattiv ta' kreditu sottoskritt.

{030;050}

Id-derivattivi ta' kreditu (protezzjoni mibjugħa) li huma soġġetti għal klawżola ta' għeluq — Supplimentazzjoni bil-metodu ta' valwazzjoni skont is-suq (jekk ma jiġu supponuti ebda netting jew CRM oħra)

L-Artikolu 299(2) tas-CRR.

Din iċ-ċellola tipprovdi l-iskopertura futura potenzjali ta' derivattivi ta' kreditu meta l-istituzzjoni tkun qiegħda tbigħ protezzjoni tal-kreditu lil kontroparti soġġetta għal klawżola ta' għeluq jekk ma jiġu supponuti ebda netting jew CRM oħra. L-istituzzjonijiet ma għandhomx jinkludu f'din iċ-ċellola s-supplimentazzjoni għal derivattivi ta' kreditu meta l-istituzzjoni tkun qed tbigħ protezzjoni tal-kreditu lil kontroparti mhux soġġetta għal klawżola ta' għeluq. Minflok, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu dan f'{LR1;040;050}.

Klawżola ta' għeluq tiġi definita bħala klawżola li tipprovdi lill-parti mhux inadempjenti d-dritt li ttemm u tagħlaq fil-ħin kull tranżazzjoni skont il-ftehim f'event ta' inadempjenza, anki fil-każ ta' insolvenza jew falliment tal-kontroparti.

L-istituzzjonijiet għandhom iqisu d-derivattivi ta' kreditu kollha, u mhux biss dawk assenjati lill-portafoll tan-negozjar.

{030;070}

Id-derivattivi ta' kreditu (protezzjoni mibjugħa) mhux soġġetti għal klawżola ta' għeluq — L-ammont nozzjonali

Din iċ-ċellola tipprovdi l-ammont nozzjonali referenzjat bid-derivattivi tal-kreditu meta l-istituzzjoni tkun qed tbigħ protezzjoni tal-kreditu lil kontroparti soġġetta għal klawżola ta' għeluq.

Klawżola ta' għeluq tiġi definita bħala klawżola li tipprovdi lill-parti mhux inadempjenti d-dritt li ttemm u tagħlaq fil-ħin kull tranżazzjoni skont il-ftehim f'event ta' inadempjenza, anki fil-każ ta' insolvenza jew falliment tal-kontroparti.

L-istituzzjonijiet għandhom iqisu d-derivattivi ta' kreditu kollha, u mhux biss dawk assenjati lill-portafoll tan-negozjar.

{040;050}

Id-derivattivi ta' kreditu (protezzjoni mibjugħa) mhux soġġetti għal klawżola ta' għeluq — Supplimentazzjoni bil-metodu ta' valwazzjoni skont is-suq (jekk ma jiġu supponuti ebda netting jew CRM oħra)

L-Artikolu 299(2) tas-CRR.

Din iċ-ċellola tipprovdi l-iskopertura futura potenzjali tad-derivattivi ta' kreditu meta l-istituzzjoni tkun qed tbigħ protezzjoni tal-kreditu lill-kontroparti mhux soġġetta għal “klawżola ta' għeluq” jekk ma jiġu supponuti ebda netting jew CRM oħra.

Klawżola ta' għeluq tiġi definita bħala klawżola li tipprovdi lill-parti mhux inadempjenti d-dritt li ttemm u tagħlaq fil-ħin kull tranżazzjoni skont il-ftehim f'event ta' inadempjenza, anki fil-każ ta' insolvenza jew falliment tal-kontroparti.

L-istituzzjonijiet għandhom iqisu d-derivattivi ta' kreditu kollha, u mhux biss dawk assenjati lill-portafoll tan-negozjar.

{040;070}

Id-derivattivi ta' kreditu (protezzjoni mibjugħa) mhux soġġetti għal klawżola ta' għeluq — L-ammont nozzjonali

Din iċ-ċellola tipprovdi l-ammont nozzjonali referenzjat bid-derivattivi ta' kreditu meta l-istituzzjoni tkun qed tbigħ protezzjoni tal-kreditu lil kontroparti mhux soġġetta għal klawżola ta' għeluq.

Klawżola ta' għeluq tiġi definita bħala klawżola li tipprovdi lill-parti mhux inadempjenti d-dritt li ttemm u tagħlaq fil-ħin kull tranżazzjoni skont il-ftehim f'event ta' inadempjenza, anki fil-każ ta' insolvenza jew falliment tal-kontroparti.

L-istituzzjonijiet għandhom iqisu d-derivattivi ta' kreditu kollha, u mhux biss dawk assenjati lill-portafoll tan-negozjar.

{050;010}

Id-derivattivi ta' kreditu (protezzjoni mixtrija) — Valur kontabilistiku tal-karta tal-bilanċ

L-Artikolu 4(1)(77) tas-CRR

Il-valur kontabilistiku tal-karta tal-bilanċ skont il-qafas kontabilistiku applikabbli ta' derivattivi ta' kreditu meta l-istituzzjoni tkun qed tixtri protezzjoni ta' kreditu minn kontroparti u l-kuntratt ikun rikonoxxut bħala assi fuq il-karta tal-bilanċ.

L-istituzzjonijiet għandhom iqisu d-derivattivi ta' kreditu kollha, u mhux biss dawk assenjati lill-portafoll tan-negozjar.

{050;020}

Id-derivattivi ta' kreditu (protezzjoni mixtrija) — Il-valur kontabilistiku filwaqt li ma jiġu supponuti ebda netting jew CRM oħra

L-Artikolu 4(1)(77) tas-CRR

Il-valur kontabilistiku tal-karta tal-bilanċ skont il-qafas kontabilistiku applikabbli ta' derivattivi ta' kreditu meta l-istituzzjoni tkun qed tixtri protezzjoni ta' kreditu minn kontroparti u l-kuntratt ikun rikonoxxut bħala assi fuq il-karta tal-bilanċ jekk ma jiġi supponut ebda effett prudenzjali jew ta' netting kontabilistiku jew ta' CRM (jiġifieri kull effett tan-netting kontabilistiku jew ta' CRM li kellhom effett fuq il-valur kontabilistiku jitreġġgħu lura).

L-istituzzjonijiet għandhom iqisu d-derivattivi ta' kreditu kollha, u mhux biss dawk assenjati lill-portafoll tan-negozjar.

{050;050}

Derivattivi ta' kreditu (protezzjoni mixtrija) — Supplimentazzjoni bil-metodu ta' valwazzjoni skont is-suq (jekk ma jiġu supponuti ebda netting jew CRM oħra)

L-Artikolu 299(2) tas-CRR.

Din iċ-ċellola tipprovdi l-iskopertura futura potenzjali tad-derivattivi ta' kreditu meta l-istituzzjoni tkun qiegħda tixtri protezzjoni tal-kreditu mingħand kontroparti filwaqt li ma jkunu supponuti ebda netting jew CRM.

L-istituzzjonijiet għandhom iqisu d-derivattivi ta' kreditu kollha, u mhux biss dawk assenjati lill-portafoll tan-negozjar.

{050;070}

Derivattivi ta' kreditu (protezzjoni mixtrija) — L-ammont nozzjonali

Din iċ-ċellola tipprovdi l-ammont nozzjonali referenzjat mid-derivattivi ta' kreditu meta l-istituzzjoni tkun qed tixtri protezzjoni tal-kreditu mingħand kontroparti.

L-istituzzjonijiet għandhom iqisu d-derivattivi ta' kreditu kollha, u mhux biss dawk assenjati lill-portafoll tan-negozjar.

{050;075}

Id-derivattivi ta' kreditu (protezzjoni mixtrija) — L-ammont nozzjonali limitat

Din iċ-ċellola tipprovdi l-ammont nozzjonali referenzjat mid-derivattivi ta' kreditu (il-protezzjoni mixtrija) bħal f'{050; 050} wara tnaqqis minn kwalunkwe tibdil pożittiv fil-valur ġust li kien inkorporat fil-kapital tal-Grad 1 fir-rigward tad-derivattiva ta' kreditu mixtrija.

{050;085}

Id-derivattivi ta' kreditu (protezzjoni mixtrija) — L-ammont nozzjonali limitat (l-istess isem ta' referenza)

L-ammont nozzjonali referenzjat mid-derivattivi ta' kreditu meta l-istituzzjoni tkun qed tixtri protezzjoni tal-kreditu bl-istess isem ta' referenza sottostanti bħal dawk id-derivattivi ta' kreditu sottoskritti mill-istituzzjoni tar-rapportar.

Għall-fini tar-rapportar tal-valur ta' din iċ-ċellola, l-ismijiet ta' referenza sottostanti jitqiesu l-istess jekk jirreferu għall-istess entità ġuridika u livell ta' anzjanità.

Il-protezzjoni tal-kreditu mixtrija fuq grupp ta' entitajiet referenzjarji titqies l-istess jekk il-protezzjoni hija ekonomikament ekwivalenti għax-xiri tal-protezzjoni b'mod separat fuq kull wieħed mill-ismijiet individwali fil-grupp.

Jekk istituzzjoni qed tixtri protezzjoni tal-kreditu fuq grupp ta' ismijiet ta' referenza, f'dak il-każ din il-protezzjoni tal-kreditu titqies l-istess biss jekk il-protezzjoni tal-kreditu mixtrija tkopri kull subsett tal-grupp li fuqu nbiegħet il-protezzjoni tal-kreditu. Fi kliem ieħor, it-tpaċija tista' tiġi rikonoxxuta biss meta l-grupp ta' entitajiet referenzjarji u l-livell ta' subordinazzjoni fiż-żewġ tranżazzjonijiet huma identiċi.

Għal kull isem ta' referenza, l-ammonti nozzjonali ta' protezzjoni tal-kreditu mixtrija li jitqiesu f'din iċ-ċellola ma għandhomx jaqbżu l-amonti rrapportati f'{020;075} u {050;075}.

{060;010}

Derivattivi finanzjarji — Il-valur kontabilistiku tal-karta tal-bilanċ

L-Artikolu 4(1)(77) tas-CRR

Il-valur kontabilistiku tal-karta tal-bilanċ skont il-qafas kontabilistiku applikabbli tal-kuntratti elenkati fl-Anness II tas-CRR meta l-kuntratti jkunu rikonoxxuti bħala assi fuq il-karta tal-bilanċ.

{060;020}

Id-derivattivi finanzjarji — Il-valur kontabilistiku filwaqt li ma jiġu supponuti ebda netting jew CRM oħra

L-Artikolu 4(1)(77) tas-CRR

Il-valur kontabilistiku tal-karta tal-bilanċ skont il-qafas kontabilistiku applikabbli tal-kuntratti elenkati fl-Anness II tas-CRR meta l-kuntratti jkunu rikonoxxuti bħala assi fuq il-karta tal-bilanċ jekk ma jiġi supponut ebda effett prudenzjali jew ta' netting kontabilistiku jew ta' CRM oħra (jiġifieri kwalunkwe effett tan-netting kontabilistiku jew ta' CRM li kellhom effett fuq il-valur kontabilistiku jitreġġgħu lura).

{060;050}

Id-Derivattivi Finanzjarji — Supplimentazzjoni bil-metodu ta' valwazzjoni skont is-suq (jekk ma jiġu supponuti ebda netting jew CRM oħra)

L-Artikolu 274 tas-CRR.

Din iċ-ċellola tipprovdi l-iskopertura regolatorja futura potenzjali tal-kuntratti elenkati fl-Anness II tas-CRR jekk jkunux supponuti ebda netting jew CRM oħra.

{060;070}

Id-derivattivi finanzjarji — L-ammont nozzjonali

Din iċ-ċellola tipprovdi l-ammont nozzjonali referenzjat mill-kuntratti elenkati fl-Anness II tas-CRR.

{070;010}

SFTs koperti minn ftehim prinċipali ta' netting — Il-valur kontabilistiku tal-karta tal-bilanċ

L-Artikoli 4(1)(77) u 206 tas-CRR

Il-valur kontabilistiku tal-karta tal-bilanċ ta' SFTs skont il-qafas kontabilistiku applikabbli li huma koperti minn ftehim prinċipali ta' netting eliġibbli skont l-Artikolu 206 tas-CRR

F'din iċ-ċellola, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jinkludu flus riċevuti jew xi titolu li huwa pprovdut lil kontroparti permezz tat-tranżazzjonijiet imsemmijin iktar 'il fuq u li jinżamm fuq il-karta tal-bilanċ (jiġifieri ma jintlaħqux il-kriterji tal-kontabilità għad-dekontabilizzar). Minflok, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu dan f'{090,010}.

{070;020}

SFTs koperti minn ftehim prinċipali ta' netting — Valur kontabilistiku filwaqt li ma jiġi supponut ebda netting jew CRM ieħor

L-Artikoli 4(77) u 206 tas-CRR

Il-valur kontabilistiku tal-karta tal-bilanċ skont il-qafas kontabilistiku applikabbli ta' SFTs li huma koperti minn ftehim prinċipali ta' netting eliġibbli skont l-Artikolu 206 tas-CRR meta l-kuntratti jkunu rikonoxxuti bħala assi fuq il-karta tal-bilanċ jekk ma jiġi supponut ebda effett prudenzjali jew ta' netting kontabilistiku jew ta' CRM oħra (jiġifieri kwalunkwe effett tan-netting kontabilistiku jew ta' CRM li kellhom effett fuq il-valur kontabilistiku jitreġġgħu lura). Barra minn hekk, meta tinkiseb kontabilità tal-bejgħ għal SFT skont il-qafas applikabbli dwar il-kontabilità, l-istituzzjonijiet ireġġgħu lura kull attribut tal-kontabilità relatat mal-bejgħ.

F'din iċ-ċellola, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jinkludu flus riċevuti jew xi titolu li huwa pprovdut lil kontroparti permezz tat-tranżazzjonijiet imsemmijin iktar 'il fuq u li jinżamm fuq il-karta tal-bilanċ (jiġifieri ma jintlaħqux il-kriterji tal-kontabilità għad-dekontabilizzar). Minflok, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu dan f'{090,020}.

{070;040}

It-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli koperti minn ftehim prinċipali ta' netting — Supplimentazzjoni għal SFT

L-Artikoli 206 tas-CRR

Għal SFTs inkluż dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, li huma koperti minn ftehim ta' netting li jissodisfa r-rekwiżiti fl-Artikolu 206 tas-CRR, l-istituzzjonijiet għandhom jiffurmaw settijiet tan-netting. Għal kull sett ta' netting, l-istituzzjonijiet jikkalkolaw is-supplimentazzjoni għall-iskopertura attwali tal-kontroparti (CCE) b'konformità mal-formula

Formula

Meta

i

=

kull tranżazzjoni inkluża fis-sett tan-netting.

Ei

=

għal tranżazzjoni i, il-valur Ei kif definit fl-Artikolu 220(3) tas-CRR.

Ci

=

għal tranżazzjoni i, il-valur Ci kif definit fl-Artikolu 220(3) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jaggregaw ir-riżultat ta' din il-formula għas-settijiet kollha tan-netting u jirrapportaw ir-riżultat f'din iċ-ċellola.

{080;010}

It-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli mhux koperti minn ftehim prinċipali ta' netting — Il-valur kontabilistiku tal-karta tal-bilanċ

L-Artikolu 4(1)(77) tas-CRR

Il-valur kontabilistiku tal-karta tal-bilanċ fil-qafas kontabilistiku applikabbli għal SFTs li mhumiex koperti minn ftehim prinċipali ta' netting eliġibbli skont l-Artikolu 206 tas-CRR, meta l-kuntratti jkunu rikonoxxuti bħala assi fuq il-karta tal-bilanċ.

F'din iċ-ċellola, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jinkludu flus riċevuti jew xi titolu li huwa pprovdut lil kontroparti permezz tat-tranżazzjonijiet imsemmijin iktar 'il fuq u li jinżamm fuq il-karta tal-bilanċ (jiġifieri ma jintlaħqux il-kriterji tal-kontabilità għad-dekontabilizzar). Minflok, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu dan f'{090,010}.

{080;020}

SFTs mhux koperti minn ftehim prinċipali ta' netting — Valur kontabilistiku meta ma jkunu supponuti ebda netting jew CRM oħra

L-Artikolu 4(1)(77) tas-CRR

Il-valur kontabilistiku tal-karta tal-bilanċ skont il-qafas kontabilistiku applikabbli ta' SFTs li mhumiex koperti minn ftehim prinċipali ta' netting eliġibbli skont l-Artikolu 206 tas-CRR meta l-kuntratti jkunu rikonoxxuti bħala assi fuq il-karta tal-bilanċ jekk ma jiġi supponut ebda effett ta' netting kontabilistiku jew ta' CRM oħra (jiġifieri kwalunkwe effett tan-netting kontabilistiku jew ta' CRM li kellhom effett fuq il-valur kontabilistiku jitreġġgħu lura). Barra minn hekk, meta tinkiseb kontabilità tal-bejgħ għal SFT skont il-qafas applikabbli dwar il-kontabilità, l-istituzzjonijiet ireġġgħu lura kull attribut tal-kontabilità relatat mal-bejgħ.

F'din iċ-ċellola, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jinkludu flus riċevuti jew xi titolu li huwa pprovdut lil kontroparti permezz tat-tranżazzjonijiet imsemmijin iktar 'il fuq u li jinżamm fuq il-karta tal-bilanċ (jiġifieri ma jintlaħqux il-kriterji tal-kontabilità għad-dekontabilizzar). Minflok, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu dan f'{090,020}.

{080;040}

It-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli koperti minn ftehim prinċipali ta' netting — Supplimentazzjoni għal SFT

L-Artikoli 206 tas-CRR

Għal SFTs, inklużi dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li mhumiex koperti minn ftehim prinċipali ta' netting eliġibbli skont l-Artikolu 206 tas-CRR, l-istituzzjonijiet jiffurmaw settijiet li jikkonsistu fl-assi kollha inklużi fi tranżazzjoni (jiġifieri kull tranżazzjoni SFT tiġi trattata bħala sett għaliha), u kull waħda tiddetermina għa kull sett is-supplimentazzjoni għall-iskopertura attwali tal-kontroparti (CCE) b'konformità mal-formula

CCE = max {(E — C); 0}

Meta

E

=

, il-valur Ei kif definit fl-Artikolu 220(3) tas-CRR.

C

=

, il-valur Ci kif definit fl-Artikolu 220(3) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jaggregaw ir-riżultat ta' din il-formula għas-settijiet kollha msemmijin hawn fuq u jirrapportaw ir-riżultat f'din iċ-ċellola.

{090;010}

Assi oħra — Il-valur kontabilistiku tal-karta tal-bilanċ

L-Artikolu 4(1)(77) tas-CRR

Il-valur kontabilistiku tal-karta tal-bilanċ skont il-qafas kontabilistiku applikabbli tal-assi kollha minbarra l-kuntratti elenkati fl-Anness II tas-CRR, derivattivi ta' kreditu, u SFTs.

{090;020}

Assi oħrajn — Il-valur kontabilistiku filwaqt li ma jiġu supponuti ebda netting jew CRM oħra

L-Artikolu 4(1)(77) tas-CRR

Il-valur kontabilistiku tal-karta tal-bilanċ skont il-qafas kontabilistiku applikabbli tal-assi kollha li mhumiex kuntratti elenkati fl-Anness II tas-CRR, derivattivi ta' kreditu, u SFTs jekk ma jiġi supponut ebda effett ta' netting kontabilistiku jew ta' CRM oħra (jiġifieri kwalunkwe effett tan-netting kontabilistiku jew ta' CRM li kellhom effett fuq il-valur kontabilistiku jitreġġgħu lura).

{100;070}

L-entrati ta' riskju baxx fl-RSA li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ; li minnhom — valur nominali

L-Artikolu 111 tas-CRR.

Din iċ-ċellola tipprovdi l-valur nominali ta' entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jkunu assenjati fattur ta' konverżjoni tal-kreditu ta' 0 % bl-Approċċ Standardizzat għar-riskju ta' kreditu. Dan il-valur ma għandux jitnaqqas bl-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta' kreditu.

L-istituzzjonijiet ma għandhomx iqisu f'din iċ-ċellola l-kuntratti elenkati fl-Anness II tas-CRR, derivattivi ta' kreditu u SFTs skont l-Artikolu 429(10) tas-CRR.

{110;070}

L-iskoperturi ċirkolanti fil-livell tal-konsumatur; li minnhom — valur nominali

L-Artikoli 111 u 154(4) tas-CRR

Din iċ-ċellola tipprovdi l-valur nominali ta' skoperturi ċirkolanti fil-livell tal-konsumatur li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti minn (a) sa (c) tal-Artikolu 154(4) tas-CRR. Dan il-valur ma għandux jitnaqqas bl-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta' kreditu.

Dan ikopri l-iskoperturi kollha li huma għal individwi, huma ċirkolanti u kanċellabli inkondizzjonalment kif deskritti fil-punt (b) tal-Artikolu 149 tas-CRR, u b'kollox huma limitati għal EUR 100 000 għal kull debitur.

L-istituzzjonijiet ma għandhomx iqisu f'din iċ-ċellola l-kuntratti elenkati fl-Anness II tas-CRR, derivattivi ta' kreditu u SFTs skont l-Artikolu 429(10) tas-CRR.

{120;070}

Impenji tal-kards tal-kreditu kanċellabbli inkondizzjonalment — valur nominali

L-Artikoli 111 u 154(4) tas-CRR

Din iċ-ċellola tipprovdi l-valur nominali ta' impenji b'kards ta' kreditu li huma kanċellabbli inkondizzjonalment fi kwalunkwe waqt mill-istituzzjoni mingħajr avviż minn qabel (UCC) li jirċievu fattur ta' konverżjoni tal-kreditu ta' 0 % skont l-Approċċ Standardizzat għar-riskju ta' kreditu. Dan il-valur ma għandux jitnaqqas bl-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta' kreditu.

L-istituzzjonijiet ma għandhomx jinkludu f'din iċ-ċellola impenji ta' kreditu li effettivament jipprovdu għall-kanċellazzjoni awtomatika minħabba deterjorament fl-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju iżda li mhumiex UCC.

L-istituzzjonijiet ma għandhomx iqisu f'din iċ-ċellola l-kuntratti elenkati fl-Anness II tas-CRR, derivattivi ta' kreditu u SFTs skont l-Artikolu 429(10) tas-CRR.

{130;070}

Impenji mhux ċirkolanti kanċellabbli inkondizzjonalment — Valur nominali

L-Artikoli 111 u 154(4) tas-CRR

Dan jipprovdi l-valur nominali ta' impenji oħrajn li huma kanċellabbli inkondizzjonalment fi kwalunkwe ħin mill-istituzzjoni mingħajr avviż minn qabel (UCC) u li jkunu jirċievu fattur ta' konverżjoni tal-kreditu ta' 0 % skont l-Approċċ Standardizzat għar-riskju ta' kreditu. Dan il-valur ma għandux jitnaqqas bl-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta' kreditu.

L-istituzzjonijiet ma għandhomx jinkludu f'din iċ-ċellola impenji ta' kreditu li effettivament jipprovdu għall-kanċellazzjoni awtomatika minħabba deterjorament fl-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju iżda li mhumiex UCC.

L-istituzzjonijiet ma għandhomx iqisu f'din iċ-ċellola l-kuntratti elenkati fl-Anness II tas-CRR, derivattivi ta' kreditu u SFTs skont l-Artikolu 429(10) tas-CRR.

{140;070}

Entrati ta' riskju medju/baxx li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ bl-RSA — Valur nominali

L-Artikolu 111 tas-CRR.

Din iċ-ċellola tipprovdi l-valur nominali ta' entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jkunu assenjati fattur ta' konverżjoni tal-kreditu ta' 20 % bl-Approċċ Standardizzat għar-riskju ta' kreditu. Dan il-valur ma għandux jitnaqqas bl-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta' kreditu.

L-istituzzjonijiet ma għandhomx iqisu f'din iċ-ċellola l-kuntratti elenkati fl-Anness II tas-CRR, derivattivi ta' kreditu u SFTs skont l-Artikolu 429(10) tas-CRR.

{150;070}

Entrati ta' riskju medju li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ bl-RSA — Valur nominali

L-Artikolu 111 tas-CRR.

Din iċ-ċellola tipprovdi l-valur nominali ta' entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jkunu assenjati fattur ta' konverżjoni tal-kreditu ta' 50 % bl-Approċċ Standardizzat għar-riskju ta' kreditu. Dan il-valur ma għandux jitnaqqas bl-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta' kreditu.

L-istituzzjonijiet ma għandhomx iqisu f'din iċ-ċellola l-kuntratti elenkati fl-Anness II tas-CRR, derivattivi ta' kreditu u SFTs skont l-Artikolu 429(10) tas-CRR.

{160;070}

Entrati ta' riskju sħiħ li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ fl-RSA — Valur nominali

L-Artikolu 111 tas-CRR.

Din iċ-ċellola tipprovdi l-valur nominali ta' entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jkunu assenjati fattur ta' konverżjoni tal-kreditu ta' 100 % bl-Approċċ Standardizzat għar-riskju ta' kreditu. Dan il-valur ma għandux ikun imnaqqas mill-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu.

L-istituzzjonijiet ma għandhomx iqisu f'din iċ-ċellola l-kuntratti elenkati fl-Anness II tas-CRR, derivattivi ta' kreditu u SFTs skont l-Artikolu 429(10) tas-CRR.

{170;070}

(entrata ta' memorandum) Ammonti prelevati ta'skopertura ċirkolanti fil-livell tal-konsumatur — Valur nominali

L-Artikolu 154(4) tas-CRR.

Din iċ-ċellola tipprovdi l-valur nominali ta' ammonti prelevati minn skopertura ċirkolanti fil-livell tal-konsumatur li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ. Dan il-valur ma għandux jitnaqqas bl-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta' kreditu.

{180;070}

(entrata ta' memorandum) L-ammonti prelevati minn impenji tal-kards tal-kreditu kanċellabbli inkondizzjonalment — Valur nominali

L-Artikoli 111 u 154(4) tas-CRR

Din iċ-ċellola tipprovdi l-valur nominali tal-ammonti prelevati minn impenji tal-kards tal-kreditu kanċellabbli inkondizzjonalment. Dan il-valur ma għandux jitnaqqas bl-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta' kreditu.

{190;070}

(entrata ta' memorandum) L-ammonti prelevati fuq impenji kanċellabbli inkondizzjonalment mhux ċirkolanti — Valur nominali

L-Artikoli 111 u 154(4) tas-CRR

Din iċ-ċellola tipprovdi l-valur nominali tal-ammonti prelevati minn impenji tal-kards tal-kreditu kanċellabbli inkondizzjonalment. Dan il-valur ma għandux jitnaqqas bl-aġġustamenti speċifiċi tar-riskju ta' kreditu.

{210;020}

Kollateral fi flus riċevut fi tranżazzjonijiet derivattivi — Valur kontabilistiku jekk ma jiġu supponuti ebda netting jew CRM oħra

Il-valur kontabilistiku tal-karta tal-bilanċ skont il-qafas kontabilistiku applikabbli ta' kollateral fi flus riċevut fi tranżazzjonijiet derivattivi jekk ma jiġi supponut ebda effett tan-netting kontabilistiku jew tas-CRM (jiġifieri kull effett li jirriżulta min-netting kontabilistiku jew CRM li kellhom impatt fuq il-valur kontabilistiku jitreġġgħu lura).

Għall-fini ta' din iċ-ċellola, il-flus huma definiti bħala l-ammont totali ta' flus inklużi muniti u karti. L-ammont totali ta' depożiti fil-banek ċentrali huwa inkluż sakemm dawn id-depożiti jkunu jistgħu jiġu prelevati fi żminijiet ta' stress. L-istituzzjonijiet ma għandhomx jirrapportaw flus fuq depożitu ma' istituzzjonijiet oħra f'din iċ-ċellola.

{220;020}

Riċevibbli għal kollateral fi flus imdaħħlin fi tranżazzjonijiet derivattivi — Valur kontabilistiku jekk ma jiġu supponuti ebda netting jew CRM oħra

Il-valur kontabilistiku tal-karta tal-bilanċ skont il-qafas kontabilistiku applikabbli ta' riċevibbli għal kollateral fi flus iddepożitat kontra tranżazzjonijiet derivattivi jekk ma jiġi supponut ebda effett tan-netting kontabilistiku jew ta' CRM (jiġifieri kull effett li jirriżulta min-netting kontabilistiku jew CRM li kellhom impatt fuq il-valur kontabilistiku jitreġġgħu lura). L-istituzzjonijiet li huma awtorizzati skont il-qafas kontabilistiku applikabbli sabiex joħorġu n-nett tar-riċevibbli għal kollateral fi flus iddepożitat kontra l-obbligazzjoni relatata tad-derivattivi (valur ġust negattiv) u li jagħżlu li jagħmlu dan iridu jreġġgħu lura n-netting u jirrapportaw ir-riċevibbli nett fi flus kontanti.

{230;020}

Titoli riċevuti f'SFT li huma rikonoxxuti bħala assi — Valur kontabilistiku jekk ma jiġu supponuti ebda netting jew CRM oħra

Il-valur kontabilistiku tal-karta tal-bilanċ skont il-qafas kontabilistiku applikabbli tal-titoli riċevuti f'SFT li huma rikonoxxuti bħala assi skont il-qafas kontabilitstiku applikabbli jekk ma jiġi supponut ebda effett ta' netting kontabilistiku jew ta' CRM oħra (jiġifieri kwalunkwe effett tan-netting kontabilistiku jew ta' CRM li kellhom effett fuq il-valur kontabilistiku jitreġġgħu lura).

{240;020}

Self b'veikolu ta' flus SFT (flus riċevibbli) — Valur kontabilistiku filwaqt li ma jiġu supponuti ebda netting jew CRM oħra

Il-valur kontabilistiku tal-karta tal-bilanċ skont il-qafas kontabilistiku applikabbli tar-riċevibbli fi flus għall-flus mogħtijin b'self lill-proprjetarju tat-titoli fi tranżazzjoni kwalifikattiva ta' self b'vejikolu fi flus (CCLT) jekk ma jiġi supponut ebda effett tan-netting kontabilistiku jew ta' CRM oħra (jiġifieri kull effett li jirriżulta min-netting kontabilistiku jew CRM li kellhom impatt fuq il-valur kontabilistiku jitreġġgħu lura).

Għall-fini ta' din iċ-ċellola, il-flus huma definiti bħala l-ammont totali ta' flus inklużi muniti u karti. L-ammont totali ta' depożiti fil-banek ċentrali huwa inkluż sakemm dawn id-depożiti jkunu jistgħu jiġu prelevati fi żminijiet ta' stress. L-istituzzjonijiet ma għandhomx jirrapportaw flus fuq depożitu ma' istituzzjonijiet oħrajn f'din iċ-ċellola.

CCLT hija definita bħala taħlita ta' żewġ tranżazzjonijiet li fihom istituzzjoni tieħu b'self titoli mill-proprjeatrju tat-titoli u terġa' tislef it-titoli lill-mutwatarju tat-titoli. Fl-istess waqt, l-istituzzjoni tirċievi kollateral fi flus mill-mutwatarju tat-titoli u terġa' tislef il-flus riċevuti lill-proprjetarju tat-titoli. CCLT kwalifikattiva għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

iż-żewġ tranżazzjonijiet individwali li jinkludu s-CCLT kwalifikanti għandhom isiru fl-istess data tan-negozju, jew għal tranżazzjonijiet internazzjonali f'jiem ta' negozju li jaħbtu wara xulxin;

(b)

meta t-tranżazzjonijiet involuti fiha ma jispeċifikawx maturità, l-istutuzzjoni għandu jkollha d-dritt ġuridiku li tagħlaq kwalunkwe naħa tas-CCLT, jiġifieri ż-żewġ tranżazzjonijiet involuti fiha, fi kwalunkwe waqt u mingħajr avviż minn qabel;

(c)

fejn it-tranżazzjonijiet involuti tagħha jispeċifikaw maturità, is-CCLT ma għandhiex twassal għal spariġġ fil-maturità għall-istituzzjoni; l-istituzzjoni għandu jkollha d-dritt ġuridiku li tagħlaq kwalunkwe naħa tas-CCLT, jiġifieri ż-żewġ tranżazzjonijiet involuti fiha, fi kwalunkwe waqt u mingħajr avviż minn qabel;

(d)

hija ma twassalx għal xi skopertura inkrementali oħra.

{250;120}

Skoperturi li jistgħu jibbenefikaw minn trattament skont l-Artikolu 113(6) tas-CRR — Ammont tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ipotetikament eżentat

L-ammont tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta' ingranaġġ li jkun eżentat li kieku l-awtoritajiet kompetenti jagħtu permess sħiħ sabiex jiġu eżentati dawn l-iskoperturi li l-kundizzjonijiet għalihom kienu stabbiliti fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 113(6) tas-CRR u li tkun ingħatat għalihom l-approvazzjoni stabbilita fl-Artikolu 113(6) tas-CRR. Jekk l-awtorità kompetenti diġà tagħti permess sħiħ, il-valur f'din iċ-ċellola jkun daqs dak f'{LRCalc;250;010}.

{260;120}

Skoperturi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 429(14) tas-CRR — Ammont tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ipotetikament eżentat

L-ammont tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ totali li jkun eżentat li kieku l-awtoritajiet kompetenti jagħtu permess sħiħ biex jiġu eżentati l-iskoperturi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet fil-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 429(14) tas-CRR. Jekk l-awtorità kompetenti diġà tagħti permess sħiħ, il-valur f'din iċ-ċellola jkun daqs dak f'{LRCalc;260;010}.

6.   C41.00 — Entrati li jidjru fil-karta tal-bilanċ u dawk li ma jidhrux — disaggregazzjoni addizzjonali tal-iskoperturi (LR2)

24.

Il-mudell LR2 jipprovdi informazzjoni dwar entrati ta' disaggregazzjoni addizzjonali tal-iskoperturi kollha li jidhru fil-karta tal-bilanċ u dawk li ma jidhrux (1) li jappartjenu għall-portafoll mhux tan-negozjar u tal-iskoperturi kollha tal-portafoll tan-negozjar soġġetti għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti. Id-disaggregazzjoni hija skont il-piżijiet tar-riskju applikati fit-taqsima tar-riskju ta' kreditu tas-CRR. L-informazzjoni tinġieb b'mod differenti għall-iskoperturi skont l-Approċċ Standardizzat u tal-IRB rispettivament.

25.

Għal skoperturi appoġġati minn tekniki ta' CRM li jimplikaw is-sostituzzjoni tal-ponderazzjoni tar-riskju tal-kontroparti mal-ponderazzjoni tar-riskju tal-garanzija, l-istituzzjonijiet jirreferu għall-ponderazzjoni tar-riskju wara l-effett tas-sostituzzjoni. Bl-Approċċ IRB, l-istituzzjonijiet għandhom ikomplu bil-kalkolu li ġej: għal skoperturi (minbarra dawk li għalihom huma pprovduti ponderazzjonijiet regolatorji speċifiċi tar-riskju) li jappartjenu għal kull grad ta' obbligant, il-ponderazzjoni tar-riskju jinġieb billi tinqasam l-iskopertura ponderata għar-riskju miksuba mill-formula tal-ponderazzjoni tar-riskju jew il-formula superviżorja (għal riskju ta' kreditu u skoperturi ta' titolizzazzjonijiet, rispettivament) bil-valur tal-iskopertura wara li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-flussi ta' dħul u ta' ħruġ dovuti għal tekniki ta' CRM bl-effett ta' sostituzzjoni fuq l-iskopertura. Fl-Approċċ IRB, skoperturi kklassifikati bħala f'inadempjenza għandhom ikunu esklużi minn {020;010} sa {090;010} u jkunu inklużi f'{100;010}. Bl-Approċċ Standardizzat, skoperturi li jaqgħu taħt l-Artikolu 112(j) tas-CRR għandhom ikunu esklużi minn {020;020} sa {090;020} u ikunu inklużi f'{100;020}.

26.

Fiż-żewġ approċċi, l-istituzzjonijiet jikkunsidraw li għall-iskoperturi mnaqqsin mill-kapital regolatorju bħala li ġie applikat piż tar-riskju ta' 1 250 %.

Ringiela

Ir-referenzi ġuridiċi u l-istruzzjonijiet

010

Total tal-iskoperturi li jidhru fil-karta tal-bilanċ u dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jappartjenu għall-portafoll mhux tan-negozjar kif ukoll skoperturi tal-portafoll tan-negozjar soġġetti għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti (disaggregazzjoni skont il-piż tar-riskju)

Din hija s-somma ta' {020:*} sa {100;*}.

020

= 0 %

Skoperturi b'piż tar-riskju ta' 0 %

030

> 0 % u ≤ 12 %

Skoperturi b'piż tar-riskju inkluż fil-medda ta' piżijiet tar-riskju strettament ikbar minn 0 % u iżgħar minn jew jaslu sa 12 %.

040

> 12 % u ≤ 20 %

Skoperturi b'piż tar-riskju inkluż fil-medda ta' piżijiet tar-riskju strettament ikbar minn 12 % u iżgħar minn jew jaslu sa 20 %.

050

> 20 % u ≤ 50 %

Skoperturi b'piż tar-riskju inkluż fil-medda ta' piżijiet tar-riskju strettament ikbar minn 20 % u iżgħar minn jew jaslu sa 50 %.

060

> 50 % u ≤ 75 %

Skoperturi b'piż tar-riskju inkluż fil-medda ta' piżijiet tar-riskju strettament ikbar minn 50 % u iżgħar minn jew jaslu sa 75 %.

070

> 75 % u ≤ 100 %

Skoperturi b'piż tar-riskju inkluż fil-medda ta' piżijiet tar-riskju strettament ikbar minn 75 % u iżgħar minn jew jaslu sa 100 %.

080

> 100 % u ≤ 425 %

Skoperturi b'piż tar-riskju inkluż fil-medda ta' piżijiet tar-riskju strettament ikbar minn 100 % u iżgħar minn jew jaslu sa 425 %.

090

> 425 % u ≤ 1 250 %

Skoperturi b'piż tar-riskju inkluż fil-medda ta' piżijiet tar-riskju strettament ikbar minn 425 % u iżgħar minn jew jaslu sa 1 250 %.

100

L-iskoperturi f'inadempjenza

Bl-approċċ standardizzat, skoperturi li jaqgħu taħt l-Artikolu 112(j) tas-CRR.

Bl-approċċ IRB, l-iskoperturi kollha b'PD ta' 100 % huma skoperturi f' inadempjenza.

110

(entrata ta' memorandum) L-entrati barra l-karta tal-bilanċ ta' riskju baxx jew l-entrati barra l-karta tal-bilanċ li jattiraw fattur ta' konverżjoni ta' 0 % skont il-proporzjon ta' solvenza

Entrati ta' riskju baxx li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ skont l-Artikolu 111 tas-CRR u entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jattiraw fattur ta' konverżjoni ta' 0 % skont l-Artikolu 166 tas-CRR.

Kolonna

Ir-referenzi ġuridiċi u l-istruzzjonijiet

010

L-iskoperturi li jidhru fil-karta tal-bilanċ u dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ (l-iskoperturi SA)

Il-valuri li jidhru fil-karta tal-bilanċ u dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ wara li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-aġġustamenti tal-valur, il-fatturi kollha ta' CRM u ta' konverżjoni tal-kreditu, kif ikkalkolati fit-Titolu II, Kapitolu 2, Parti Tlieta tas-CRR.

020

L-iskoperturi li jidhru fil-karta tal-bilanċ u dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ (l-iskoperturi IRB)

Valuri tal-iskoperturi li jidhru u dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ skont l-Artikolu 166 tas-CRR u l-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 230(1) tas-CRR, wara li jitqiesu l-flussi 'l ġewwa u 'l barra dovuti għal tekniki CRM b'effetti ta' sostituzzjoni fuq l-iskopertura.

Għal entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-fatturi ta' konverżjoni kif definiti fl-Artikolu 166(8) sa (10) tas-CRR.

030

Valur nominali

Il-valuri tal-iskoperturi tal-entrati barra l-karta tal-bilanċ kif definiti fl-Artikolu 111 u 166 tas-CRR mingħajr l-applikazzjoni tal-fatturi ta' konverżjoni.

7.   C42.00 — Definizzjoni alternattiva ta' kapital (LR3)

27.

Mudell LR3 jipprovdi informazzjoni dwar il-miżuri kapitali meħtieġa għar-rieżami tal-Artikolu 511 tas-CRR.

Ringiela u kolonna

Ir-referenzi ġuridiċi u l-istruzzjonijiet

{010;010}

Kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni — definizzjoni stabbilita

L-Artikolu 50 tas-CRR.

Dan huwa l-ammont ta' kapital tal-Grad 1 kif definit fl-Artikolu 50 tas-CRR, mingħajr ma titqies id-deroga stabbilita fil-Kapitoli 1 u 2 u l-Parti Għaxra tas-CRR.

{020;010}

Kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni — definizzjoni tranżitorja

L-Artikolu 50 tas-CRR.

Dan huwa l-ammont ta' kapital tal-Grad 1 kif ikkalkolat u definit fl-Artikolu 50 tas- CRR, wara li titqies id-deroga stabbilita fil-Kapitoli 1 u 2 tal-Għaxar Parti tas-CRR.

{030;010}

Fondi proprji totali — definizzjoni stabbilita

L-Artikolu 72 tas-CRR.

Dan huwa l-ammont ta' fondi proprji kif definit fl-Artikolu 72 tas-CRR, mingħajr ma titqies id-deroga stabbilita fil-Kapitoli 1 u 2 tal-Parti Għaxra tas-CRR.

{040;010}

Il-fondi proprji totali — definizzjoni tranżitorja

L-Artikolu 72 tas-CRR.

Dan huwa l-ammont ta' fondi proprji kif definit fl-Artikolu 72 tas-CRR, wara li titqies id-deroga stabbilita fil-Kapitoli 1 u 2 tal-Parti Għaxra tas-CRR.

{055;010}

Ammont tal-assi mnaqqas — minn entrati CET 1 — definizzjoni stabbilita

Dan jinkludi l-ammont ta' aġġustamenti regolatorji għal entrati CET 1 li jaġġustaw il-valur ta' assi u li huma mitluba minn:

l-Artikoli 32 sa 35 tas-CRR, jew

l-Artikoli 36 sa 47 tas-CRR,

kif applikabbli

L-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-eżenzjonijiet, l-alternattivi u r-rinunzji għal dan it-tnaqqis stabbiliti fl-Artikoli 48, 49 u 79 tas-CRR, mingħajr ma jqisu d-deroga stabbilita fil-Kapitoli 1 u 2 tal-Parti Għaxra tas-CRR. Sabiex jevitaw għadd doppju, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jirrapportaw aġġustamenti diġà applikati skont l-Artikolu 111 tas-CRR meta jikkalkolaw il-valur tal-iskopertura f'{LRCalc;10;10} sa {LRCalc;260;10}, u lanqas ma għandhom jirrapportaw xi aġġustament li ma jnaqqasx il-valur ta' assi speċifiku.

Peress li dawn l-aġġustamenti jnaqqsu l-fondi proprji totali, dawn għandhom jiġu rrapportati bħala ċifra negattiva.

{065;010}

Ammont tal-assi mnaqqas — minn entrati CET 1 — definizzjoni tranżitorja

Dan jinkludi l-ammont ta' aġġustamenti regolatorji minn CET 1 li jaġġustaw il-valur ta' assi u li huma mitluba minn:

l-Artikoli 32 sa 35 tas-CRR, jew

l-Artikoli 36 sa 47 tas-CRR,

kif applikabbli.

L-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-eżenzjonijiet, l-alternattivi u r-rinunzji għal dan it-tnaqqis stabbiliti fl-Artikoli 48, 49 u 79 tas-CRR, apparti li jqisu d-deroga stabbilita fil-Kapitoli 1 u 2 tal-Parti Għaxra tas-CRR. Sabiex jevitaw għadd doppju, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jirrapportaw aġġustamenti diġà applikati skont l-Artikolu 111 tas-CRR meta jikkalkolaw il-valur tal-iskopertura f'{LRCalc;10;10} sa {LRCalc;260;10}, u lanqas ma għandhom jirrapportaw xi aġġustament li ma jnaqqasx il-valur ta' assi speċifiku.

Peress li dawn l-aġġustamenti jnaqqsu l-fondi proprji totali, dawn għandhom jiġu rrapportati bħala ċifra negattiva.

{075;010}

Ammont tal-assi mnaqqas — minn elementi ta' fondi proprji — definizzjoni stabbilita

Dan jinkludi l-ammont ta' aġġustamenti regolatorji minn elementi ta' fondi proprji li jaġġustaw il-valur ta' assi u li huma mitlubin minn:

l-Artikoli 32 sa 35 tas-CRR, jew

l-Artikoli 36 sa 47 tas-CRR, jew

l-Artikoli 56 sa 60 tas-CRR, jew

l-Artikoli 66 sa 70 tas-CRR,

kif applikabbli.

L-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-eżenzjonijiet, l-alternattivi u r-rinunzji għal dan it-tnaqqis stabbiliti fl-Artikoli 48, 49 u 79 tas-CRR, mingħajr ma jqisu d-deroga stabbilita fil-Kapitoli 1 u 2 tal-Parti Għaxra tas-CRR. Sabiex jevitaw għadd doppju, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jirrapportaw aġġustamenti diġà applikati skont l-Artikolu 111 tas-CRR meta jikkalkolaw il-valur tal-iskopertura fir-ringieli {LRCalc;10;10} sa {LRCalc;260;10}, u lanqas ma għandhom jirrapportaw xi aġġustament li ma jnaqqasx il-valur ta' assi speċifiku.

Peress li dawn l-aġġustamenti jnaqqsu l-fondi proprji totali, dawn għandhom jiġu rrapportati bħala ċifra negattiva.

{085,010}

Ammont tal-assi mnaqqas — minn elementi ta' fondi proprji — definizzjoni tranżitorja

Dan jinkludi l-ammont ta' aġġustamenti regolatorji minn elementi ta' fondi proprji li jaġġustaw il-valur ta' assi u li huma mitlubin minn:

l-Artikoli 32 sa 35 tas-CRR, jew

l-Artikoli 36 sa 47 tas-CRR, jew

l-Artikoli 56 sa 60 tas-CRR, jew

l-Artikoli 66 sa 70 tas-CRR,

kif applikabbli.

L-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-eżenzjonijiet, l-alternattivi u r-rinunzji għal dan it-tnaqqis stabbiliti fl-Artikoli 48, 49 u 79 tas-CRR, apparti li jqisu d-deroga stabbilita fil-Kapitoli 1 u 2 tal-Parti Għaxra tas-CRR. Sabiex jevitaw għadd doppju, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jirrapportaw aġġustamenti diġà applikati skont l-Artikolu 111 tas-CRR meta jikkalkolaw il-valur tal-iskopertura f'{LRCalc;10;10} sa {LRCalc;260;10}, u lanqas ma għandhom jirrapportaw xi aġġustament li ma jnaqqasx il-valur ta' assi speċifiku.

Peress li dawn l-aġġustamenti jnaqqsu l-fondi proprji totali, dawn għandhom jiġu rrapportati bħala ċifra negattiva.

8.   C43.00 — Disaggregazzjoni alternattiva ta' komponenti tal-kejl tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ (LR4)

28.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valuri tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ fl-LR4 wara l-applikazzjoni ta' eżenzjonijiet, kif applikabbli, imsemmija f'dawn iċ-ċelloli LRCalc: {050;010}, {080;010}, {100;010}, {120;010}, {220; 010}, {250;010} uj {260;010}.

29.

Sabiex jevitaw għadd doppju, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-ekwazzjoni msemmija fil-paragrafu li ġej:

30.

L-ekwazzjoni li l-istituzzjonijiet għandhom iħaddmu skont il-paragrafu 29 hija: [{LRCalc;010;010} + {LRCalc;020;010} + {LRCalc;030;010} + {LRCalc;040;010} + {LRCalc;050;010} + {LRCalc;060;010} + {LRCalc;070;010} + {LRCalc;080;010} + {LRCalc;090;010} + {LRCalc;100;010} + {LRCalc;110;010} + {LRCalc;120;010} + {LRCalc;130;010} + {LRCalc;140;010} + {LRCalc;150;010} + {LRCalc;160;010} + {LRCalc;170;010} + {LRCalc;180;010} + {LRCalc;190;010} + {LRCalc;200;010} + {LRCalc;210;010} + {LRCalc;220;010} + {LRCalc;230;010} + {LRCalc;240;010} + {LRCalc;250;010} + {LRCalc;260;010}] = [{LR4;010;010} + {LR4;040;010} + {LR4;050;010} + {LR4;060;010} + {LR4;065;010} + {LR4;070;010} + {LR4;080;010} + {LR4;080;020} + {LR4;090;010} + {LR4;090;020} + {LR4;140;010} + {LR4;140;020} + {LR4;180;010} + {LR4;180;020} + {LR4;190;010} + {LR4;190;020} + {LR4;210;010} + {LR4;210;020} + {LR4;230;010} + {LR4;230;020} + {LR4;280;010} + {LR4;280;020} + {LR4;290;010} + {LR4;290;020}].

Ringiela u kolonna

Ir-referenzi ġuridiċi u l-istruzzjonijiet

{010;010}

Entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li minnhom — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ikkalkolat bħala s-somma ta' {LRCalc;150;010}, {LRCalc;160;010}, {LRCalc;170;010} u {LRCalc;180;010}.

{010;020}

Entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li minnhom — RWA

L-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju ta' entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ — esklużi l-SFTs u d-derivattivi — bħal fl-Approċċ Standardizzat u l-Approċċ IRD. Għal skoperturi skont l-Approċċ Standardizzat, l-istituzzjonijiet jiddeterminaw l-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju skont il-Kapitolu 2, Titolu II, Parti Tlieta tas-CRR. Għal skoperturi skont l-Approċċ IRB, l-istituzzjonijiet jiddeterminaw l-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju skont il-Kapitolu 3, Titolu II, Parti Tlieta tas-CRR.

{020;010}

Finanzjament tal-Kummerċ; li minnu — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ tal-entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ relatat mal-finanzjament tal-kummerċ. Għall-fini tar-rapportar f'LR4, entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ relatati mal-finanzjament tal-kummerċ għandhom ikunu relatati ma' ittri ta' kreditu ta' importazzjoni u esportazzjoni maħruġin u kkonfermati ta' terminu qasir u awtolikwidanti, u ma' tranżazzjonijiet simili.

{020;020}

Finanzjament tal-Kummerċ; li minnu — RWA

L-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju ta' entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ — esklużi l-SFTs u d-derivattivi — relatati mal-finanzjament tal-kummerċ. Għall-fini tar-rapportar f'LR4, entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ relatati mal-finanzjament tal-kummerċ għandhom ikunu relatati ma' ittri ta' kreditu ta' importazzjoni u esportazzjoni maħruġin u kkonfermati ta' terminu qasir u awtolikwidanti, u ma' tranżazzjonijiet simili.

{030;010}

Skont l-iskema uffiċjali tal-assigurazzjoni tal-kreditu ta' esportazzjoni — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ tal-entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ relatati mal-finanzjament tal-kummerċ skont skema uffiċjali ta' assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni.

Għall-fini tar-rapportar f'LR4, skema uffiċjali ta' assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni tkun relatata ma' appoġġ uffiċjali pprovdut mill-gvern jew entità oħra bħal aġenzija ta' kreditu għall-esportazzjoni fil-forma ta', fost l-oħrajn, krediti diretti/finanzjament, rifinanzjament, appoġġ tar-rata tal-imgħax (fejn tkun iggarantita rata tal-imgħax fissa għal kemm idum il-kreditu), finanzjament tal-għajnuna (krediti u sovvenzjonijiet), assigurazzjoni tal-kreditu u garanziji għall-esportazzjoni.

{030;020}

Taħt skema uffiċjali tal-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni — RWA

L-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju ta' entrati fil-karta tal-bilanċ relatati mal-finanzjament tal-kummerċ skont skema uffiċjali tal-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni.

Għall-fini tar-rapportar f'LR4, skema uffiċjali ta' assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni tkun relatata ma' appoġġ uffiċjali pprovdut mill-gvern jew entità oħra bħal aġenzija ta' kreditu għall-esportazzjoni fil-forma ta', fost l-oħrajn, krediti diretti/finanzjament, rifinanzjament, appoġġ tar-rata tal-imgħax (fejn tkun iggarantita rata tal-imgħax fissa għal kemm idum il-kreditu), finanzjament tal-għajnuna (krediti u sovvenzjonijiet), assigurazzjoni tal-kreditu u garanziji għall-esportazzjoni.

{040;010}

Derivattivi u SFTs soġġetti għal ftehim ta' netting bejn prodotti differenti — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' derivattivi u SFTs jekk humiex soġġetti għal ftehim ta' netting bejn prodotti differenti kif definit fl-Artikolu 272(25) tas-CRR.

{040;020}

Derivattivi u SFTs soġġetti għal ftehim ta' netting bejn prodotti differenti — RWA

Il-valur tal-iskopertura ponderat għar-riskju jammonta għar-riskju ta' kreditu u r-riskju ta' kreditu tal-kontroparti kif ikkalkolati fit-Titolu II tal-Parti Tlieta tas-CRR tad-derivattivi u tal-SFTs, inklużi dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, jekk soġġetti għal ftehim ta' netting bejn prodotti differenti kif definit fl-Artikolu 272(25) tas-CRR.

{050;010}

Derivattivi mhux soġġetti għal ftehim ta' netting bejn prodotti differenti — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' derivattivi jekk mhumiex soġġetti għal ftehim ta' netting bejn prodotti differenti kif definit fl-Artikolu 272(25) tas-CRR.

{050;020}

Derivattivi mhux soġġetti għal ftehim ta' netting bejn prodotti differenti — RWA

Il-valur tal-iskopertura ponderat għar-riskju jammonta għar-riskju ta' kreditu u r-riskju ta' kreditu tal-kontroparti kif ikkalkolati fit-Titolu II tal-Parti Tlieta tas-CRR, inklużi dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, jekk mhijiex soġġetta għal ftehim ta' netting bejn prodotti differenti kif definit fl-Artikolu 272(25) tas-CRR.

{060;010}

SFTs mhux soġġetti għal ftehim ta' netting bejn prodotti differenti — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' derivattivi jekk mhumiex soġġetti għal ftehim ta' netting bejn prodotti differenti kif definit fl-Artikolu 272(25) tas-CRR.

{060;020}

SFTs mhux soġġetti għal ftehim ta' netting bejn prodotti differenti — RWA

Il-valur tal-iskopertura ponderat għar-riskju jammonta għar-riskju ta' kreditu u r-riskju ta' kreditu tal-SFTs kif ikkalkolati fit-Titolu II tal-Parti Tlieta tas-CRR, inklużi dawk li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, jekk mhijiex soġġetta għal ftehim ta' netting bejn prodotti differenti kif definit fl-Artikolu 272(25) tas-CRR.

{065;010}

Ammonti ta' skopertura li jirriżultaw mit-trattament addizzjonali għad-derivattivi ta' kreditu — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ

Din iċ-ċellola għandha tkun daqs id-differenza bejn {LRCalc;130;010} u {LRCalc;140;010}.

{070;010}

Assi oħrajn tal-portafoll tan-negozjar — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' entrati rrapportati f'{LRCalc;190;010} esklużi entrati fil-portafoll mhux tan-negozjar.

{070;020}

Assi oħrajn li jappartjenu għall-portafoll tan-negozjar — RWA

Ir-rekwiżiti ta' fondi proprji multiplikati bi 12,5 tal-entrati soġġetti għat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tas-CRR

{080;010}

Bonds koperti — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi SA

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi li huma skoperturi fil-forma ta' bonds koperti kif definiti fl-Artikolu 129 tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{080;020}

Bonds koperti — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi IRB

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi li huma skoperturi fil-forma ta' bonds koperti kif definiti fl-Artikolu 161(1)(d) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{080;030}

Bonds koperti — RWA — Skoperturi SA

L-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju ta' assi li huma skoperturi fil-forma ta' bonds koperti bħal fl-Artikolu 129 tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{080;040}

Bonds koperti — RWA — Skoperturi IRB

L-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju ta' assi li huma skoperturi fil-forma ta' bonds koperti bħal fl-Artikolu 161(1)(d) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{090,010}

Skoperturi ttrattati bħala sovrani — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi SA

Din hija s-somma taċ-ċelloli minn {100,010} sa{130,010}.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{090;020}

Skoperturi ttrattati bħala sovrani — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi IRB

Din hija s-somma taċ-ċelloli minn {100,020} sa{130,020}.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{090;030}

Skoperturi ttrattati bħala sovrani — RWA — Skoperturi SA

Din hija s-somma taċ-ċelloli minn {100,030} sa{130,030}.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{090;040}

Skoperturi ttrattati bħala sovrani — RWA — Skoperturi IRB

Din hija s-somma taċ-ċelloli minn {100,040} sa{130,040}.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{100;010}

Gvernijiet ċentrali u banek ċentrali — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi SA

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi li huma skoperturi għal gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali kif definiti fl-Artikolu 114 tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{100;020}

Gvernijiet ċentrali u banek ċentrali — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — skoperturi IRB

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi li huma skoperturi għal gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali kif definiti fl-Artikolu 147(2)(a) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{100;030}

Gvernijiet ċentrali u banek ċentrali — RWA — Skoperturi SA

L-ammont ta' liskopertura ponderat għar-riskju ta' assi li huma skoperturi għal gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali kif definiti fl-Artikolu 114 tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{100;040}

Gvernijiet ċentrali u banek ċentrali — RWA — Skoperturi IRB

L-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju ta' assi li huma skoperturi għal gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali kif definiti fl-Artikolu 147(2)(a) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{110;010}

Gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali ttrattati bħala sovrani — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi SA

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi li huma skoperturi għal gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali ttrattati bħala sovrani li jaqgħu taħt l-Artikolu 115(2) u (4) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{110;020}

Gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali ttrattati bħala sovrani — Valur tal-Iskopertura ta' Proporzjon tal-Ingranaġġ — Skoperturi IRB

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi li huma skoperturi għal gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali li jaqgħu taħt l-Artikolu 147(3)(a) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{110;030}

Gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali ttrattati bħala sovrani — RWA — Skoperturi SA

L-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju ta' assi li huma skoperturi għal gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali ttrattati bħala sovrani li jaqgħu taħt l-Artikolu 115(2) u (4) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{110;040}

Gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali ttrattati bħala sovrani — RWA — Skoperturi IRB

L-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju ta' assi li huma skoperturi għal gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali li jaqgħu taħt l-Artikolu 147(3)(a) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{120;020}

MDBs u organizzazzjonijiet internazzjonali ttrattati bħala sovrani — Il-Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi IRB

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi li huma skoperturi għal banek multilaterali tal-iżvilupp u organizzazzjonijiet internazzjonali li jaqgħu taħt l-Artikoli 147(3)(b) u (c) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{120;010}

MDBs u organizzazzjonijiet internazzjonali ttrattati bħala sovrani — Il-Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi SA

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi li huma skoperturi għal banek multilaterali tal-iżvilupp u organizzazzjonijiet internazzjonali li jaqgħu taħt l-Artikoli 117(2) u 118 tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{120;030}

MDBs u organizzazzjonijiet internazzjonali ttrattati bħala sovrani — RWA — Skoperturi SA

L-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju ta' assi li huma skoperturi għal banek multilaterali tal-iżvilupp u organizzazzjonijiet internazzjonali li jaqgħu taħt l-Artikoli 117(2) u 118 tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{120;040}

MDBs u organizzazzjonijiet internazzjonali ttrattati bħala sovrani — RWA — Skoperturi IRB

L-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju ta' assi li huma skoperturi għal banek multilaterali tal-iżvilupp u organizzazzjonijiet internazzjonali li jaqgħu taħt l-Artikoli 147(3)(b) u (c) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{130;010}

PSEs ittrattati bħala sovrani — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi SA

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi li huma skoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt l-Artikolu 116(4) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{130;020}

PSEs ittrattati bħala sovrani — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi IRB

L-ammont tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi li huma skoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt l-Artikolu 147(3)(a) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{130;030}

PSEs ittrattati bħala sovrani — RWA — Skoperturi SA

L-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju ta' assi li huma skoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt l-Artikolu 116(4) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{130;040}

PSEs ittrattati bħala sovrani — RWA — Skoperturi IRB

L-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju ta' assi li huma skoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt l-Artikolu 147(3) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{140;010}

L-iskoperturi għal gvernijiet reġjonali, MDBs, organizzazzjonijiet internazzjonali u PSE mhux ittrattati bħala sovrani — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi SA

Din hija s-somma taċ-ċelloli minn {150,010} sa{170,010}.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{140;020}

L-iskoperturi għal gvernijiet reġjonali, MDBs, organizzazzjonijiet internazzjonali u PSE mhux ittrattati bħala sovrani — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi IRB

Din hija s-somma taċ-ċelloli minn {150,020} sa{170,020}.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{140;030}

L-iskoperturi għal gvernijiet reġjonali, MDBs, organizzazzjonijiet internazzjonali u PSE mhux ittrattati bħala sovrani — RWA — Skoperturi SA

Din hija s-somma taċ-ċelloli minn {150,030} sa{170,030}.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{140;040}

L-iskoperturi għal gvernijiet reġjonali, MDBs, organizzazzjonijiet internazzjonali u PSE mhux ittrattati bħala sovrani — RWA — Skoperturi IRB

Din hija s-somma taċ-ċelloli minn {150,040} sa{170,040}.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{150;010}

Gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali mhux ittrattati bħala sovrani — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi SA

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi li huma skoperturi għal gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali mhux ittrattati bħala sovrani li jaqgħu taħt l-Artikolu 115(3) u (5) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{150;020}

Gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali mhux ittrattati bħala sovrani — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi IRB

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi li huma skoperturi għal gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali mhux ittrattati bħala sovrani li jaqgħu taħt l-Artikolu 147(4)(a) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{150;030}

Gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali mhux ittrattati bħala sovrani — RWA — Skoperturi SA

L-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju ta' assi li huma skoperturi għal gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali mhux ittrattati bħala sovrani li jaqgħu taħt l-Artikolu 115(3) u (5) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{150;040}

Gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali mhux ittrattati bħala sovrani — RWA — Skoperturi IRB

L-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju ta' assi li huma skoperturi għal gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali mhux ittrattati bħala sovrani li jaqgħu taħt l-Artikolu 147(4)(a) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{160;010}

MDBs mhux ittrattati bħala sovrani — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi SA

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi li huma skoperturi għal banek multilaterali tal-iżvilupp li jaqgħu taħt l-Artikolu 117(1) u (3) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{160;020}

MDBs mhux ittrattati bħala sovrani — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi IRB

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi li huma skoperturi għal banek multilaterali tal-iżvilupp mhux ittrattati bħala sovrani li jaqgħu taħt l-Artikolu 147(4)(c) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{160;030}

MDBs mhux ittrattati bħala sovrani — RWA — Skoperturi SA

L-ammont ta' skoperturi peżati għar-riskju ta' assi li huma skoperturi għal banek multilaterali tal-iżvilupp li jaqgħu taħt l-Artikolu 117(1) u (3) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{160;040}

MDBs mhux ittrattati bħala sovrani — RWA — Skoperturi IRB

L-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju ta' assi li huma skoperturi għal banek multilaterali tal-iżvilupp mhux ittrattati bħala sovrani li jaqgħu taħt l-Artikolu 147(4)(c) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{170;010}

PSEs mhux ittrattati bħala sovrani — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi SA

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi li huma skoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt l-Artikolu 116(1), (2), (3) u (5) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{170;020}

PSEs mhux ittrattati bħala sovrani — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi IRB

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi li huma skoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku mhux ittrattati bħala sovrani li jaqgħu taħt l-Artikolu 147(4)(b) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{170;030}

PSEs mhux ittrattati bħala sovrani — RWA — Skoperturi SA

L-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju ta' assi li huma skoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt l-Artikolu 116(1), (2), (3) u (5) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{170;040}

PSEs mhux ittrattati bħala sovrani — RWA — skoperturi IRB

L-assi tal-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju li huma skoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku mhux ittrattati bħala sovrani li jaqgħu taħt l-Artikolu 147(4)(b) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{180;010}

Istituzzjonijiet — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon Ta' Ingranaġġ — Skoperturi SA

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi li huma skoperturi għal istituzzjonijiet li jaqgħu taħt l-Artikoli minn 119 sa 121 tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{180;020}

Istituzzjonijiet — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi IRB

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi li huma skoperturi għal istituzzjonijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 147(2)(b) tas-CRR u li mhumiex skoperturi fil-forma ta' bonds koperti fl-Artikolu 161(d) tas-CRR u li ma jaqgħux taħt l-Artikolu 147(4)(a) sa (c) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{180;030}

Istituzzjonijiet — RWA — Skoperturi SA

L-ammont ta' skoperturi peżati għar-riskju ta' assi li huma skoperturi għal istituzzjonijiet li jaqgħu taħt l-Artikoli minn 119 sa 121 tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{180;040}

Istituzzjonijiet — RWA — Skoperturi IRB

L-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju ta' assi li huma skoperturi għal istituzzjonijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 147(2)(b) tas-CRR u li mhumiex skoperturi fil-forma ta' bonds koperti fl-Artikolu 161(d) tas-CRR u li ma jaqgħux taħt l-Artikolu 147(4)(a) sa (c) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{190;010}

Iggarantiti b'ipoteki fuq proprjetajiet immobbli; li minnhom — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi SA

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi li huma skoperturi ggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli li jaqgħu taħt l-Artikolu 124 tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{190;020}

Iggarantiti b'ipoteki fuq proprjetajiet immobbli; li minnhom — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi IRB

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi li huma skoperturi għal korporattivi skont l-Artikolu 147(2)(c) jew skoperturi fil-livell tal-konsumatur skont l-Artikolu 147(2)(d) tas-CRR jekk dawn l-iskoperturi huma ggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli b'konformità mal-Artikolu 199(1)(a) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{190;030}

Iggarantiti b'ipoteki fuq proprjetajiet immobbli; li minnhom — RWA — Skoperturi SA

L-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju ta' assi li huma skoperturi ggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli li jaqgħu taħt l-Artikolu 124 tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{190;040}

Iggarantiti b'ipoteki fuq proprjetajiet immobbli; li minnhom — RWA — Skoperturi IRB

L-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju ta' assi li huma skoperturi għal korporattivi skont l-Artikolu 147(2)(c) jew skoperturi fil-livell tal-konsumatur skont l-Artikolu 147(2)(d) tas-CRR jekk dawn l-iskoperturi huma ggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli b'konformità mal-Artikolu 199(1)(a) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{200;010}

Skoperturi garantiti b'ipoteki fuq proprjetajiet residenzjali — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi SA

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi li huma skoperturi ggarantiti bis-sħiħ u kompletament b'ipoteki fuq proprjetà residenzjali li jaqgħu taħt l-Artikolu 125 tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{200;020}

Skoperturi ggarantiti b'ipoteki fuq proprjetajiet residenzjali — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi IRB

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi li huma skoperturi għal korporattivi skont l-Artikolu 147(2)(c) jew skoperturi fil-livell tal-konsumatur skont l-Artikolu 147(2)(d) tas-CRR jekk dawn l-iskoperturi huma ggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà residenzjali b'konformità mal-Artikolu 199(1)(a) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{200;030}

Skoperturi ggarantiti b'ipoteki fuq proprjetajiet residenzjali — RWA — Skoperturi SA

L-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju ta' assi li huma skoperturi ggarantiti bis-sħiħ u kompletament b'ipoteki fuq proprjetà residenzjali li jaqgħu taħt l-Artikolu 125 tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{200;040}

Skoperturi ggarantiti b'ipoteki fuq proprjetajiet residenzjali — RWA — Skoperturi IRB

L-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju ta' assi li huma skoperturi għal korporattivi skont l-Artikolu 147(2)(c) jew skoperturi fil-livell tal-konsumatur skont l-Artikolu 147(2)(d) tas-CRR jekk dawn l-iskoperturi huma ggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli b'konformità mal-Artikolu 199(1)(a) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{210;010}

L-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur; li minnhom — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi SA

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi li huma skoperturi fil-livell tal-konsumatur li jaqgħu taħt l-Artikolu 123 tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{210;020}

L-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur; li minnhom — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi IRB

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi li huma skoperturi fil-livell tal-konsumatur skont l-Artikolu 147(2)(d) tas-CRR jekk dawn l-iskoperturi mhumiex iggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli b'konformità mal-Artikolu 199(1)(a) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{210;030}

L-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur; li minnhom — RWA — Skoperturi SA

L-ammont ta' skoperturi ponderat għar-riskju ta' assi li huma skoperturi fil-livell tal-konsumatur li jaqgħu taħt l-Artikolu 123 tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{210;040}

L-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur; li minnhom — RWA — Skoperturi IRB

L-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju ta' assi li huma skoperturi fil-livell tal-konsumatur skont l-Artikolu 147(2)(d) tas-CRR jekk dawn l-iskoperturi mhumiex iggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli b'konformità mal-Artikolu 199(1)(a) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{220;010}

SME fil-livell tal-konsumatur — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi SA

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi li huma skoperturi fil-livell tal-konsumatur għal impriżi żgħar u medji li jaqgħu taħt l-Artikolu 123 tas-CRR.

Għall-fini ta' din iċ-ċellola, it-terminu “impriżi żgħar u medji” huwa definit skont l-Artikolu 501(2)(b) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{220;020}

SME fil-livell tal-konsumatur — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi SA

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi li huma skoperturi fil-livell tal-konsumatur skont l-Artikolu 147(2)(d) tas-CRR jekk dawn l-iskoperturi huma skoperturi għal intrapriżi żgħar u medji u mhumiex iggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli b'konformità mal-Artikolu 199(1)(a) tas-CRR.

Għall-fini ta' din iċ-ċellola, it-terminu “impriżi żgħar u medji” huwa definit skont l-Artikolu 501(2)(b) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{220;030}

SME fil-livell tal-konsumatur — RWA — Skoperturi SA

L-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju ta' assi li huma skoperturi fil-livell tal-konsumatur għal intrapriżi żgħar u medji li jaqgħu taħt l-Artikolu 123 tas-CRR.

Għall-fini ta' din iċ-ċellola, it-terminu “impriżi żgħar u medji” huwa definit skont l-Artikolu 501(2)(b) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{220;040}

SME fil-Livell tal-Konsumatur — RWA — Skoperturi IRB

L-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju ta' assi li huma skoperturi fil-livell tal-konsumatur skont l-Artikolu 147(2)(d) tas-CRR jekk dawn l-iskoperturi huma skoperturi għal intrapriżi żgħar u medji u mhumiex iggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli b'konformità mal-Artikolu 199(1)(a) tas-CRR.

Għall-fini ta' din iċ-ċellola, it-terminu “impriżi żgħar u medji” huwa definit skont l-Artikolu 501(2)(b) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{230;010}

Il-korporattivi; li minnhom — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi SA

Din hija s-somma ta' {240,010} u {250,010}.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{230;020}

Il-korporattivi; li minnhom — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi IRB

Din hija s-somma ta' {240,020} u {250,020}.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{230;030}

Il-korporattivi; li minnhom — RWA — Skoperturi SA

Din hija s-somma ta' {240,030} u {250,030}.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{230;040}

Il-korporattivi; li minnhom — RWA — Skoperturi IRB

Din hija s-somma ta' {240,040} u {250,040}.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{240;010}

Finanzjarji — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi SA

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi li huma skoperturi għal korporattivi finanzjarji li jaqgħu taħt l-Artikolu 122 tas-CRR. Għall-fini tar-rapportar fl-LR4, il-korporazzjonijiet finanzjarji għandhom ifissru impriżi regolati u mhux regolati minbarra l-istituzzjonijiet imsemmijin f'{180;10}, li l-attività ewlenija tagħhom hija li jakkwistaw parteċipazzjonijiet jew li jwettqu attività waħda jew iktar minn fost dawk imniżżlin fl-Anness I tad-Direttiva 2013/36/UE, kif ukoll l-impriżi definiti fl-Artikolu 4(1)(27) tas-CRR minbarra l-istituzzjonijiet imsemmijin f'{180;10}.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{240;020}

Finanzjarji — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi IRB

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi li huma skoperturi għal korporattivi finanzjarji skont l-Artikolu 147(2)(c) tas-CRR jekk dawn l-iskoperturi mhumiex iggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli b'konformità mal-Artikolu 199(1)(a) tas-CRR. Għall-fini tar-rapportar fl-LR4, il-korporazzjonijiet finanzjarji għandhom ifissru impriżi regolati u mhux regolati minbarra l-istituzzjonijiet imsemmijin f'{180;10}, li l-attività ewlenija tagħhom hija li jakkwistaw parteċipazzjonijiet jew li jwettqu attività waħda jew iktar minn fost dawk imniżżlin fl-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE, kif ukoll l-impriżi definiti fl-Artikolu 4(1)(27) tas-CRR minbarra l-istituzzjonijiet imsemmijin f'{180;10}.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{240;030}

Finanzjarji — RWA– Skoperturi SA

L-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju ta' assi li huma skoperturi għal korporattivi finanzjarji li jaqgħu taħt l-Artikolu 122 tas-CRR. Għall-fini tar-rapportar fl-LR4, il-korporazzjonijiet finanzjarji għandhom ifissru impriżi regolati u mhux regolati minbarra l-istituzzjonijiet imsemmijin f'{180;10}, li l-attività ewlenija tagħhom hija li jakkwistaw parteċipazzjonijiet jew li jwettqu attività waħda jew iktar minn fost dawk imniżżlin fl-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE, kif ukoll l-impriżi definiti fl-Artikolu 4(1)(27) tas-CRR minbarra l-istituzzjonijiet imsemmijin f'{180;10}.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{240;040}

Finanzjarji — RWA — Skoperturi IRB

L-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju ta' assi li huma skoperturi għal korporattivi finanzjarji skont l-Artikolu 147(2)(c) tas-CRR jekk dawn l-iskoperturi mhumiex iggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli b'konformità mal-Artikolu 199(1)(a) tas-CRR. Għall-fini tar-rapportar fl-LR4, il-korporazzjonijiet finanzjarji għandhom ifissru impriżi regolati u mhux regolati minbarra l-istituzzjonijiet imsemmijin f'{180;10}, li l-attività ewlenija tagħhom hija li jakkwistaw parteċipazzjonijiet jew li jwettqu attività waħda jew iktar minn fost dawk imniżżlin fl-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE, kif ukoll l-impriżi definiti fl-Artikolu 4(1)(27) tas-CRR minbarra l-istituzzjonijiet imsemmijin f'{180;10}.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{250;010}

Mhux finanzjarji; li minnhom — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi SA

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi li huma skoperturi għal korporattivi mhux finanzjarji li jaqgħu taħt l-Artikolu 122 tas-CRR.

Din hija s-somma ta' {260,010} u {270,010}.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{250;020}

Mhux finanzjarji; li minnhom — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi IRB

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi li huma skoperturi għal korporattivi mhux finanzjarji skont l-Artikolu 147(2)(c) tas-CRR jekk dawn l-iskoperturi mhumiex iggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli b'konformità mal-Artikolu 199(1)(a) tas-CRR.

Din hija s-somma ta' {260,020} u {270,020}.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{250;030}

Mhux finanzjarji; li minnhom — RWA — Skoperturi SA

L-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju ta' assi li huma skoperturi għal korporattivi mhux finanzjarji li jaqgħu taħt l-Artikolu 122 tas-CRR.

Din hija s-somma ta' {260,030} u {270,030}.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{250;040}

Mhux finanzjarji; li minnhom — RWA — Skoperturi IRB

L-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju ta' assi li huma skoperturi għal korporattivi mhux finanzjarji skont l-Artikolu 147(2)(c) tas-CRR jekk dawn l-iskoperturi mhumiex iggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli b'konformità mal-Artikolu 199(1)(a) tas-CRR.

Din hija s-somma ta' {260,040} u {270,040}.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{260;010}

Skoperturi SME — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi SA

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi li huma skoperturi għal korporattivi fil-forma ta' intrapriżi żgħar u medji li jaqgħu taħt l-Artikolu 122 tas-CRR.

Għall-fini ta' din iċ-ċellola, impriża żgħra u medja hija skont l-Artikolu 501(2)(b) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{260;020}

Skoperturi SME — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi IRB

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi li huma skoperturi għal korporattivi skont l-Artikolu 147(2)(c) tas-CRR jekk dawn l-iskoperturi huma skoperturi għal intrapriżi żgħar u medji u mhumiex iggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli b'konformità mal-Artikolu 199(1)(a) tas-CRR.

Għall-fini ta' din iċ-ċellola, it-terminu “impriżi żgħar u medji” huwa definit skont l-Artikolu 501(2)(b) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{260;030}

Skoperturi tal-SME — RWA — Skoperturi SA

L-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju ta' assi li huma skoperturi għal korporattivi fil-forma ta' intrapriżi żgħar u medji li jaqgħu taħt l-Artikolu 122 tas-CRR.

Għall-fini ta' din iċ-ċellola, it-terminu “impriżi żgħar u medji” huwa definit skont l-Artikolu 501(2)(b) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{260;040}

Skoperturi SME — RWA — Skoperturi IRB

L-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju ta' assi li huma skoperturi għal korporattivi skont l-Artikolu 147(2)(c) tas-CRR jekk dawn l-iskoperturi huma skoperturi għal intrapriżi żgħar u medji u li mhumiex iggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli b'konformità mal-Artikolu 199(1)(a) tas-CRR.

Għall-fini ta' din iċ-ċellola, it-terminu “impriżi żgħar u medji” huwa definit skont l-Artikolu 501(2)(b) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{270;010}

Skoperturi minbarra skoperturi SME — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi SA

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi li huma skoperturi għal korporazzjonijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 122 tas-CRR u li mhumiex irrapportati f'{230;040} u {250;040}.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{270;020}

Skoperturi minbarra skoperturi SME — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi IRB

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi li huma skoperturi għal korporattivi skont l-Artikolu 147(2)(c) tas-CRR jekk dawn l-iskoperturi mhumiex iggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli skont l-Artikolu 199(1)(a) tas-CRR u li mhumiex irrapportati f'{230;040} u {250;040}.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{270;030}

Skoperturi minbarra skoperturi SME — RWA — Skoperturi SA

L-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju ta' assi li huma skoperturi għal korporazzjonijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 122 tas-CRR u li mhumiex irrapportati f'{230;040} u {250;040}.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{270;040}

Skoperturi minbarra skoperturi SME — RWA — Skoperturi IRB

L-ammont tal-iskopertura ponderata għar-riskju ta' assi li huma skoperturi għal korporattivi skont l-Artikolu 147(2)(c) tas-CRR jekk dawn l-iskoperturi mhumiex iggarantiti b'ipoteki fuq proprjetà immobbli skont l-Artikolu 199(1)(a) tas-CRR u li mhumiex irrapportati f'{230;040} u {250;040}.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{280;010}

Skoperturi f'inadempjenza — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi SA

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi li huma skoperturi f'inadempjenza u b'hekk jaqgħu taħt l-Artikolu 127 tas-CRR.

{280;020}

Skoperturi f'inadempjenza — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi IRB

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi kategorizzati fil-klassijiet tal-iskoperturi elenkati fl-Artikolu 147(2) tas-CRR jekk seħħet inadempjenza b'konformità mal-Artikolu 178 tas-CRR.

{280;030}

Skoperturi f'inadempjenza — RWA — Skoperturi SA

L-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju ta' assi li huma skoperturi f'inadempjenza u b'hekk jaqgħu taħt l-Artikolu 127 tas-CRR.

{280;040}

Skoperturi f'inadempjenza — RWA — Skoperturi IRB

L-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju ta' assi kategorizzati fil-klassijiet tal-iskoperturi elenkati fl-Artikolu 147(2) tas-CRR jekk seħħet inadempjenza b'konformità mal-Artikolu 178 tas-CRR.

{290;010}

Skoperturi oħrajn; li minnhom — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi SA

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi kategorizzati fil-klassijiet tal-iskoperturi elenkati fl-Artikolu 112(k), (m), (n), (o), (p) u (q) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw assi li huma mnaqqsin mill-fondi proprji (eż. intanġibbli) iżda li ma jistgħux jiġu kkategorizzati hawn, anke jekk din il-kategorizzazzjoni mhijiex meħtieġa biex jiġu stabbiliti r-rekwiżiti ta' fondi proprji bbażati fuq ir-riskju fil-kolonni {*; 030} u {*; 040}.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{290;020}

Skoperturi oħrajn; li minnhom — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi IRB

L-ammont tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi kategorizzati fil-klassijiet tal-iskoperturi elenkati fl-Artikolu 147(2)(e), (f) u (g) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw assi li huma mnaqqsin mill-fondi proprji (eż. intanġibbli) iżda li ma jistgħux jiġu kkategorizzati hawn, anke jekk din il-kategorizzazzjoni mhijiex meħtieġa biex jiġu stabbiliti r-rekwiżiti ta' fondi proprji bbażati fuq ir-riskju fil-kolonni {*; 030} u {*; 040}.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{290;030}

Skoperturi oħrajn; li minnhom — RWA — Skoperturi SA

Il-valur tal-iskopertura ponderat għar-riskju ta' assi kkategorizzati fil-klassijiet tal-iskoperturi elenkati fl-Artikolu 112(k), (m), (n), (o), (p) u (q) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{290;040}

Skoperturi oħrajn; li minnhom — RWA — Skoperturi IRB

Il-valur tal-iskopertura ponderata għar-riskju ta' assi kategorizzati fil-klassijiet tal-iskoperturi elenkati fl-Artikolu 147(2)(e), (f) u (g) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{300;010}

Skoperturi tat-titolizzazzjoni — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi SA

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi li huma skoperturi għal titolizzazzjonijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 112(m) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{300;020}

Skoperturi tat-titolizzazzjonijiet — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi IRB

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' assi li huma skoperturi għal titolizzazzjonijiet u jaqgħu taħt l-Artikolu 147(2)(f) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{300;030}

Skoperturi tat-titolizzazzjoni — RWA — Skoperturi SA

L-ammont ta' skoperturi ponderat għar-riskju ta' assi li huma skoperturi għal titolizzazzjonijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 112(m) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{300;040}

Skoperturi tat-titolizzazzjoni — RWA — Skoperturi IRB

L-ammont ta' skoperturi peżati għar-riskju ta' assi li huma skoperturi għal titolizzazzjonijiet u jaqgħu taħt l-Artikolu 147(2)(f) tas-CRR.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{310;010}

Finanzjament tal-kummerċ (entrata ta' memorandum); li minnu — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi SA

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' entrati tal-karta tal-bilanċ relatati mal-għoti b'self lil esportatur jew importatur ta' prodotti jew servizzi permezz ta' krediti għall-importazzjoni u l-esportazzjoni u tranżazzjonijiet simili.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{310;020}

Finanzjament tal-kummerċ (entrata ta' memorandum); li minnu — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi IRB

L-ammont tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ tal-entrati fil-karta tal-bilanċ relatati mal-għoti b'self lil esportatur jew importatur ta' prodotti jew servizzi permezz ta' krediti għall-importazzjoni u l-esportazzjoni u tranżazzjonijiet simili.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{310;030}

Finanzjament tal-kummerċ (entrata ta' memorandum); li minnu — RWA — Skoperturi SA

Il-valur tal-iskoperturi ponderati għar-riskju ta' entrati fil-karta tal-bilanċ relatati mal-għoti b'self lil esportatur jew importatur ta' prodotti jew servizzi permezz ta' krediti għall-importazzjoni u l-esportazzjoni u tranżazzjonijiet simili.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{310;040}

Finanzjament tal-kummerċ (entrata ta' memorandum); li minnu — RWA — Skoperturi IRB

L-ammont ta' skoperturi peżati għar-riskju ta' entrati tal-karta tal-bilanċ relatati mal-għoti b'self lil esportatur jew importatur ta' prodotti jew servizzi permezz ta' krediti għall-importazzjoni u l-esportazzjoni u tranżazzjonijiet simili.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{320;010}

Taħt skema uffiċjali tal-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi SA

Il-valur tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' entrati tal-karta tal-bilanċ relatati mal-finanzjament tal-kummerċ skont skema uffiċjali ta' assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni. Għall-fini tar-rapportar f'LR4, skema uffiċjali ta' assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni tkun relatata ma' appoġġ uffiċjali pprovdut mill-gvern jew entità oħra bħal aġenzija ta' kreditu għall-esportazzjoni fil-forma ta', fost l-oħrajn, krediti diretti/finanzjament, rifinanzjament, appoġġ tar-rata tal-imgħax (fejn tkun iggarantita rata tal-imgħax fissa għal kemm idum il-kreditu), finanzjament tal-għajnuna (krediti u sovvenzjonijiet), assigurazzjoni tal-kreditu u garanziji għall-esportazzjoni.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{320;020}

Taħt skema uffiċjali tal-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni — Valur tal-Iskopertura tal-Proporzjon ta' Ingranaġġ — Skoperturi IRB

L-ammont tal-iskopertura tal-proporzjon ta' ingranaġġ ta' entrati fil-karta tal-bilanċ relatati mal-finanzjament tal-kummerċ taħt skema uffiċjali ta' assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni. Għall-fini tar-rapportar f'LR4, skema uffiċjali ta' assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni tkun relatata ma' appoġġ uffiċjali pprovdut mill-gvern jew minn entità oħra bħal aġenzija ta' kreditu għall-esportazzjoni fil-forma ta', fost l-oħrajn, krediti diretti/finanzjament, rifinanzjament, appoġġ tar-rata tal-imgħax (fejn tkun iggarantita rata tal-imgħax fissa għal kemm idum il-kreditu), finanzjament tal-għajnuna (krediti u sovvenzjonijiet), assigurazzjoni tal-kreditu u garanziji għall-esportazzjoni.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{320;030}

Taħt skema uffiċjali tal-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni — RWA — Skoperturi SA

Il-valur tal-iskopertura ponderata għar-riskju ta' entrati fil-karta tal-bilanċ relatati mal-finanzjament tal-kummerċ skont skema uffiċjali tal-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni. Għall-fini tar-rapportar f'LR4, skema uffiċjali ta' assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni tkun relatata ma' appoġġ uffiċjali pprovdut mill-gvern jew minn entità oħra bħal aġenzija ta' kreditu għall-esportazzjoni fil-forma ta', fost l-oħrajn, krediti diretti/finanzjament, rifinanzjament, appoġġ tar-rata tal-imgħax (fejn tkun iggarantita rata tal-imgħax fissa għal kemm idum il-kreditu), finanzjament tal-għajnuna (krediti u sovvenzjonijiet), assigurazzjoni tal-kreditu u garanziji għall-esportazzjoni.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

{320;040}

Taħt skema uffiċjali tal-assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni — RWA — Skoperturi IRB

L-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju ta' entrati tal-karta tal-bilanċ relatati mal-finanzjament tal-kummerċ skont skema uffiċjali ta' assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni. Għall-fini tar-rapportar f'LR4, skema uffiċjali ta' assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni tkun relatata ma' appoġġ uffiċjali pprovdut mill-gvern jew minn entità oħra bħal aġenzija ta' kreditu għall-esportazzjoni fil-forma ta', fost l-oħrajn, krediti diretti/finanzjament, rifinanzjament, appoġġ tar-rata tal-imgħax (fejn tkun iggarantita rata tal-imgħax fissa għal kemm idum il-kreditu), finanzjament tal-għajnuna (krediti u sovvenzjonijiet), assigurazzjoni tal-kreditu u garanziji għall-esportazzjoni.

L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur nett mingħajr l-iskoperturi inadempjenti.

9.   C44.00 — Informazzjoni ġenerali (LR5)

31.

Hawnhekk tinġabar informazzjoni addizzjonali għall-fini ta' kategorizzazzjoni tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet u l-opzjonijiet regolatorji magħżulin mill-istituzzjoni.

Ringiela u kolonna

Istruzzjonijiet

{010;010}

Struttura tal-kumpanija tal-istituzzjoni

L-istituzzjoni għandha tikklassifika l-istruttura tal-kumpanija skont il-kategoriji ta' hawn taħt:

Kumpanija b'ishma konġunti;

Reċiproka/kooperattiva

Kumpanija oħra mhux kumpanija b'ishma konġunti.

{020;010}

Trattament tad-derivattivi

L-istitutuzzjoni għandha tispeċifika t-trattament regolatorju tad-derivattivi skont il-kategoriji mogħtija hawn taħt:

Metodu ta' skopertura oriġinali

Metodu ta' valwazzjoni skont is-suq

{040;010}

Tip ta' istituzzjoni

L-istituzzjoni għandha tikklassifika t-tip ta' istituzzjoni tagħha skont il-kategoriji mogħtijin hawn taħt:

Servizzi bankarji universali (servizzji bankarji fil-livell ta' konsumatur/kummerċjali u ta' investiment)

Servizzi bankarji fil-livell tal-konsumatur/kummerċjali

Bank tal-investiment

Mutwant speċjalizzat.”


(1)  Dan jinkludi skoperturi tat-titolizzazzjonijiet u tal-ekwitajiet soġġetti għar-riskju ta' kreditu