5.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 96/55


Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/341 tas-17 ta' Diċembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli tranżizzjonali għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni fejn is-sistemi elettroniċi rilevanti għadhom ma sarux operazzjonali u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 69 tal-15 ta' Marzu 2016 )

Fil-paġna 7, fl-Artikolu 13,

minflok:

“6.   Meta emittent awtorizzat juża t-timbru speċjali msemmi fl-Artikolu 129a(2)(e)(ii) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 dak it-timbru għandu jiġi approvat mill-awtoritajiet doganali u jkun jikkorrespondi għall-kampjun stabbilit fil-Kapitolu II tal-Parti II tal-Anness 72-04 għar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446. Għandha tapplika t-Taqsima 23 u 23.1 tal-Anness 72-04 għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.”

aqra:

“6.   Meta emittent awtorizzat juża t-timbru speċjali msemmi fl-Artikolu 128a(2)(e)(ii) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 dak it-timbru għandu jiġi approvat mill-awtoritajiet doganali u jkun jikkorrespondi għall-kampjun stabbilit fil-Kapitolu II tal-Parti II tal-Anness 72-04 għar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446. Għandha tapplika t-Taqsima 23 u 23.1 tal-Anness 72-04 għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.”;

Fil-paġna 29, l-Artikolu 55(13) li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446,

minflok:

“(13)

jiddaħħlu l-Artikoli 129a sal-Artikolu 129d li ġejjin:

‘Artikolu 129a

Il-formalitajiet meta jinħarġu dokument ‘T2L’ jew ‘T2LF’, fattura jew dokument tat-trasport minn emittent awtorizzat

(l-Artikolu 6(3)(a) tal-Kodiċi)

1.   Sad-data tal-iskjerament tas-sistema tal-PoUS imsemmija fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/255/UE, l-emittent awtorizzat għandu jagħmel kopja ta' kull dokument ‘T2L’ jew ‘T2LF’ maħruġ. L-awtoritajiet doganali għandhom jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li taħthom il-kopja għandha tiġi ppreżentata għall- finijiet ta' kontroll u tinżamm għal mill-inqas tliet snin.

2.   L-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 128(2) għandha tispeċifika, b'mod partikolari:

(a)

ir-responsabbiltà assenjata tal-uffiċċju doganali għall-pre-awtentikazzjoni tal-formoli ‘T2L’ jew ‘T2LF’ użati għat-tfassil tad-dokumenti kkonċernati, għall-finijiet tal-Artikolu 129b(1);

(b)

il-mod kif l-emittent awtorizzat għandu jistabbilixxi li l-formoli ntużaw kif suppost;

(c)

il-kategoriji jew il-movimenti tal-oġġetti esklużi;

(d)

il-perjodu li matulu u l-mod li bih l-emittent awtorizzat għandu jinnotifika lill-uffiċċju doganali kompetenti sabiex jagħtih iċ-ċans li jwettaq kwalunkwe kontrolli meħtieġa qabel it-tluq tal-oġġetti.

(e)

(jj) li l-faċċata tad-dokumenti kummerċjali kkonċernati jew il-kaxxa ‘C’. L-‘uffiċċju tat-tluq’ fuq il-faċċata tal-formoli użati għall-finijiet tal-kompilazzjoni tad-dokument ‘T2L’ jew ‘T2LF’ u, fejn xieraq, il-folji ta' kontinwazzjoni, għandhom jiġu ttimbrati minn qabel bit-timbru tal-uffiċċju doganali msemmi fil-paragrafu 2(a) u ffirmati minn uffiċjal ta' dak l-uffiċċju; jew

(i)

jiġu ttimbrati bit-timbru tal-uffiċċju doganali msemmi fil-paragrafu 2(a) u ffirmati minn uffiċjal ta' dak l-uffiċċju; jew

(ii)

jiġu ttimbrati mill-emittent awtorizzat b'timbru speċjali. Dan it-timbru jista' jiġi ttimbrat minn qabel fuq il-formoli meta l-istampar ikun fdat lil stampatur approvat għal dak il-għan. Il-kaxxi 1 u 2 u 4 sa 6 tat-timbru speċjali għandhom jimtlew bl-informazzjoni li ġejja:

L-emblema jew kwalunkwe sinjal ieħor jew ittra oħra li jikkaratterizzaw il-pajjiż;

L-uffiċċju doganali kompetenti;

Data;

L-emittent awtorizzat; u

In-numru tal-awtorizzazzjoni.

(f)

L-emittent għandu jimla u jiffirma l-formola sa mhux aktar tard minn meta ssir il-kunsinna tal-oġġetti. Huwa għandu jdaħħal ukoll fil-kaxxa ‘D’. Kontroll mill-‘uffiċċju tat-tluq’ tad-dokument ‘T2L’ jew ‘T2LF’, jew fi spazju identifikabbli b'mod ċar fuq id-dokument kummerċjali użat, l-isem tal-uffiċċju doganali kompetenti, id-data tat-tlestija tad-dokument, flimkien ma' waħda mill-approvazzjonijiet li ġejjin:

Expedidor autorizado

Godkendt afsender

Zugelassener Versender

Εγκεκριμένος αποστολέας

Authorised consignor

Expéditeur agréé

Speditore autorizzato

Toegelaten afzender

Expedidor autorizado

Hyväksytty lähettäjä

Godkänd avsändare

Schválený odesílatel

Volitatud kaubasaatja

Atzītais nosūtītājs

Įgaliotas siuntėjas

Engedélyezett feladó

Awtorizzat li jibgħat

Upoważniony nadawca

Pooblaščeni pošiljatelj

Schválený odosielateľ

Одобрен изпращач

Expeditor agreat

Ovlašteni pošiljatelj

Artikolu 129b

Faċilitazzjonijiet għal emittent awtorizzat

(l-Artikolu 6(3)(a) tal-Kodiċi)

1.   Sad-data tal-iskjerament tas-sistema tal-PoUS imsemmija fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/255/UE, l-emittent awtorizzat jista' jkun awtorizzat biex ma jiffirmax id-dokumenti ‘T2L’ jew ‘T2LF’ jew id-dokumenti kummerċjali użati li jkollhom it-timbru speċjali msemmi fl-Artikolu 129a(2)(e)(ii) jitfasslu permezz ta' sistema elettronika jew awtomatika għall-ipproċessar tad-dejta. Awtorizzazzjoni bħal din għandha tkun soġġetta għall-kundizzjoni li l-emittent awtorizzat ikun preċedentement ta lil dawk l-awtoritajiet impenn bil-miktub li jirrikonoxxi r-responsabbiltà tiegħu għall-konsegwenzi legali li jirriżultaw mid-dokumenti ‘T2L’ jew ‘T2LF’ jew mid-dokumenti kummerċjali kollha maħruġa li jkollhom it-timbru speċjali.

2.   Id-dokumenti ‘T2L’ jew ‘T2LF’ jew id-dokumenti kummerċjali mfasslin b'konformità mal-paragrafu 1 għandhom jinkludu, minflok il-firma tal-emittent awtorizzat, waħda mill-approvazzjonijiet li ġejjin:

Dispensa de firma

Fritaget for underskrift

Freistellung von der Unterschriftsleistung

Δεν απαιτείται υπογραφή

Signature waived

Dispense de signature

Dispensa dalla firma

Van ondertekening vrijgesteld

Dispensada a assinatura

Vapautettu allekirjoituksesta

Befriad från underskrift

Podpis se nevyžaduje

Allkirjanõudest loobutud

Derīgs bez paraksta

Leista nepasirašyti

Aláírás alól mentesítve

Firma mhux meħtieġa

Zwolniony ze składania podpisu

Opustitev podpisa

Oslobodenie od podpisu

Освободен от подпис

Dispensă de semnătură

Oslobođeno potpisa.

Artikolu 129ċ

Awtorizzazzjoni għat-tfassil tal-manifest tal-kumpanija tat-tbaħħir wara t-tluq

(l-Artikolu 153(2) tal-Kodiċi)

Sad-data tal-iskjerament tas-sistema tal-PoUS imsemmija fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/255/UE, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-kumpaniji tat-tbaħħir biex ma jfasslux il-manifest tal-kumpanija tat-tbaħħir imsemmi fl-Artikolu 199(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 li jservi biex juri l-istatus doganali tal-oġġetti tal-Unjoni sa mhux aktar tard mill-jum wara t-tluq tal-bastiment u, fi kwalunkwe każ, qabel il-wasla tiegħu fil-port tad-destinazzjoni.

Artikolu 129d

Il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu awtorizzati għat-tfassil tal-manifest tal-kumpanija tat-tbaħħir wara t-tluq

(l-Artikolu 153(2) tal-Kodiċi)

1.   Sad-data tal-iskjerament tas-sistema ta' Deċiżjonijiet Doganali tal-KDU msemmija fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/255/UE, l-awtorizzazzjoni sabiex il-manifest tal-kumpanija tat-tbaħħir, li jservi biex juri l-istatus doganali tal-oġġetti tal-Unjoni, ma jitfassalx sa mhux aktar tard mill-jum wara t-tluq tal-bastiment u, fi kwalunkwe każ, qabel il-wasla tiegħu fil-port tad-destinazzjoni, għandha tingħata biss lill-kumpaniji tat-tbaħħir internazzjonali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

huma stabbiliti fl-Unjoni;

(b)

joħorġu regolarment il-prova tal-istatus doganali tal-oġġetti tal-Unjoni jew li l-awtoritajiet doganali tagħhom jafu li huma jistgħu jissodisfaw l-obbligi legali għall-użu ta' dawk il-provi;

(c)

ma kkommettew ebda reat serju jew ripetut kontra l-leġiżlazzjoni doganali jew fiskali;

(d)

jużaw is-sistemi tal-iskambju elettroniku tad-dejta sabiex jittrasmettu informazzjoni bejn il-portijiet tat-tluq u tad-destinazzjoni fit-territorju doganali tal-Unjoni;

(e)

joperaw għadd sinifikanti ta' vjaġġi bejn l-Istati Membri fuq rotot rikonoxxuti.

2.   L-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jingħataw biss meta:

(a)

l-awtoritajiet doganali jkunu f'pożizzjoni li jissorveljaw il-proċedura u jwettqu kontrolli mingħajr sforz amministrattiv sproporzjonat għall-ħtiġijiet tal-persuna kkonċernata, u

(b)

il-persuni kkonċernati jżommu rekords li jippermettu lill-awtoritajiet doganali jwettqu kontrolli effettivi.

3.   Meta l-persuna kkonċernata jkollha ċertifikat ta' AEO msemmi fl-Artikolu 38(2)a tal-Kodiċi, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1(c) u 2(b) ta' dan l-Artikolu għandhom jitqiesu li ġew issodisfati.

4.   Malli jirċievu applikazzjoni, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fejn hija stabbilita l-kumpanija tat-tbaħħir għandhom jinnotifikaw b'dik l-applikazzjoni lill-Istati Membri l-oħrajn li fit-territorji rispettivi tagħhom jinsabu l-portijiet tat-tluq u tad-destinazzjoni maħsuba.

Jekk ma tasal ebda oġġezzjoni fi żmien 60 jum mid-data tan-notifika, l-awtoritajiet doganali għandhom jawtorizzaw l-użu tal-proċedura ssimplifikata deskritta fl-Artikolu 129c.

Din l-awtorizzazzjoni għandha tkun valida fl-Istati Membri kkonċernati u għandha tapplika biss għall-operazzjonijiet ta' trasport bejn il-portijiet li għalihom tirreferi.

5.   Is-simplifikazzjoni għandha tiġi applikata kif ġej:

(a)

il-manifest għall-port tat-tluq għandu jintbagħat permezz ta' sistema elettronika għall-iskambju tad-dejta lill-port tad-destinazzjoni;

(b)

il-kumpanija tat-tbaħħir għandha ddaħħal fil-manifest l-informazzjoni indikata fl-Artikolu 126a;

(c)

il-manifest trażmess bi skambju ta' dejta elettronika (manifest ta' skambju ta' dejta) għandu jkun ippreżentat lill-awtoritajiet doganali fil-port tat-tluq mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol li jiġi wara t-tluq tal-bastiment u f'kull każ qabel ma jasal fil-port ta' destinazzjoni. L-awtoritajiet doganali jistgħu jitolbu verżjoni stampata tal-manifest tal-iskambju ta' dejta li għandu jiġi ppreżentat meta ma jkollhomx aċċess għal sistema ta' informazzjoni kif approvat mill-awtoritajiet doganali li jkun fih il-manifest ta' skambju tad-dejta;

(d)

il-manifest ta' skambju tad-dejta għandu jkun ippreżentat lill-awtoritajiet doganali fil-port tad-destinazzjoni. L-awtoritajiet doganali jistgħu jitolbu verżjoni stampata tal-manifest tal-iskambju tad-dejta li għandu jiġi ppreżentat meta ma jkollhomx aċċess għal sistema ta' informazzjoni kif approvat mill-awtoritajiet doganali li jkun fih il-manifest ta' skambju tad-dejta.

6.   Għandhom isiru n-notifiki li ġejjin:

(a)

il-kumpanija tat-tbaħħir għandha tinnotifika lill-awtoritajiet doganali bir-reati u bl-irregolaritajiet kollha;

(b)

l-awtoritajiet doganali fil-port tad-destinazzjoni għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet doganali fil-port tat-tluq u lill-awtorità li ħarġet l-awtorizzazzjoni bir-reati u l-irregolaritajiet kollha mal-ewwel opportunità.’;”

aqra:

“(13)

jiddaħħlu l-Artikoli 128a sal-Artikolu 128d li ġejjin fis-Subtaqsima 3 (‘Prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni maħruġa minn emittent awtorizzat’):

‘Artikolu 128a

Il-formalitajiet meta jinħarġu dokument ‘T2L’ jew ‘T2LF’, fattura jew dokument tat-trasport minn emittent awtorizzat

(l-Artikoli 6(2) u 6(3)(a) tal-Kodiċi)

1.   Sad-data tal-iskjerament tas-sistema tal-PoUS imsemmija fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/255/UE, l-emittent awtorizzat għandu jagħmel kopja ta' kull dokument ‘T2L’ jew ‘T2LF’ maħruġ. L-awtoritajiet doganali għandhom jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li taħthom il-kopja għandha tiġi ppreżentata għall- finijiet ta' kontroll u tinżamm għal mill-inqas tliet snin.

2.   L-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 128(2) għandha tispeċifika, b'mod partikolari:

(a)

ir-responsabbiltà assenjata tal-uffiċċju doganali għall-pre-awtentikazzjoni tal-formoli ‘T2L’ jew ‘T2LF’ użati għat-tfassil tad-dokumenti kkonċernati, għall-finijiet tal-Artikolu 128b(1);

(b)

il-mod kif l-emittent awtorizzat għandu jistabbilixxi li l-formoli ntużaw kif suppost;

(c)

il-kategoriji jew il-movimenti tal-oġġetti esklużi;

(d)

il-perjodu li matulu u l-mod li bih l-emittent awtorizzat għandu jinnotifika lill-uffiċċju doganali kompetenti sabiex jagħtih iċ-ċans li jwettaq kwalunkwe kontrolli meħtieġa qabel it-tluq tal-oġġetti.

(e)

li l-faċċata tad-dokumenti kummerċjali kkonċernati jew il-kaxxa ‘C’. L-‘uffiċċju tat-tluq’ fuq il-faċċata tal-formoli użati għall-finijiet tal-kompilazzjoni tad-dokument ‘T2L’ jew ‘T2LF’ u, fejn xieraq, il-folji ta' kontinwazzjoni, għandhom jiġu ttimbrati minn qabel bit-timbru tal-uffiċċju doganali msemmi fil-paragrafu 2(a) u ffirmati minn uffiċjal ta' dak l-uffiċċju; jew

(i)

jiġu ttimbrati bit-timbru tal-uffiċċju doganali msemmi fil-paragrafu 2(a) u ffirmati minn uffiċjal ta' dak l-uffiċċju; jew

(ii)

jiġu ttimbrati mill-emittent awtorizzat b'timbru speċjali. Dan it-timbru jista' jiġi ttimbrat minn qabel fuq il-formoli meta l-istampar ikun fdat lil stampatur approvat għal dak il-għan. Il-kaxxi 1 u 2 u 4 sa 6 tat-timbru speċjali għandhom jimtlew bl-informazzjoni li ġejja:

L-emblema jew kwalunkwe sinjal ieħor jew ittra oħra li jikkaratterizzaw il-pajjiż;

L-uffiċċju doganali kompetenti;

Data;

L-emittent awtorizzat; u

In-numru tal-awtorizzazzjoni.

(f)

L-emittent għandu jimla u jiffirma l-formola sa mhux aktar tard minn meta ssir il-kunsinna tal-oġġetti. Huwa għandu jdaħħal ukoll fil-kaxxa ‘D’. Kontroll mill-‘uffiċċju tat-tluq’ tad-dokument ‘T2L’ jew ‘T2LF’, jew fi spazju identifikabbli b'mod ċar fuq id-dokument kummerċjali użat, l-isem tal-uffiċċju doganali kompetenti, id-data tat-tlestija tad-dokument, flimkien ma' waħda mill-approvazzjonijiet li ġejjin:

Expedidor autorizado

Godkendt afsender

Zugelassener Versender

Εγκεκριμένος αποστολέας

Authorised consignor

Expéditeur agréé

Speditore autorizzato

Toegelaten afzender

Expedidor autorizado

Hyväksytty lähettäjä

Godkänd avsändare

Schválený odesílatel

Volitatud kaubasaatja

Atzītais nosūtītājs

Įgaliotas siuntėjas

Engedélyezett feladó

Awtorizzat li jibgħat

Upoważniony nadawca

Pooblaščeni pošiljatelj

Schválený odosielateľ

Одобрен изпращач

Expeditor agreat

Ovlašteni pošiljatelj

Artikolu 128b

Faċilitazzjonijiet għal emittent awtorizzat

(l-Artikolu 6(3)(a) tal-Kodiċi)

1.   Sad-data tal-iskjerament tas-sistema tal-PoUS imsemmija fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/255/UE, l-emittent awtorizzat jista' jkun awtorizzat biex ma jiffirmax id-dokumenti ‘T2L’ jew ‘T2LF’ jew id-dokumenti kummerċjali użati li jkollhom it-timbru speċjali msemmi fl-Artikolu 128a(2)(e)(ii) jitfasslu permezz ta' sistema elettronika jew awtomatika għall-ipproċessar tad-dejta. Awtorizzazzjoni bħal din għandha tkun soġġetta għall-kundizzjoni li l-emittent awtorizzat ikun preċedentement ta lil dawk l-awtoritajiet impenn bil-miktub li jirrikonoxxi r-responsabbiltà tiegħu għall-konsegwenzi legali li jirriżultaw mid-dokumenti ‘T2L’ jew ‘T2LF’ jew mid-dokumenti kummerċjali kollha maħruġa li jkollhom it-timbru speċjali.

2.   Id-dokumenti ‘T2L’ jew ‘T2LF’ jew id-dokumenti kummerċjali mfasslin b'konformità mal-paragrafu 1 għandhom jinkludu, minflok il-firma tal-emittent awtorizzat, waħda mill-approvazzjonijiet li ġejjin:

Dispensa de firma

Fritaget for underskrift

Freistellung von der Unterschriftsleistung

Δεν απαιτείται υπογραφή

Signature waived

Dispense de signature

Dispensa dalla firma

Van ondertekening vrijgesteld

Dispensada a assinatura

Vapautettu allekirjoituksesta

Befriad från underskrift

Podpis se nevyžaduje

Allkirjanõudest loobutud

Derīgs bez paraksta

Leista nepasirašyti

Aláírás alól mentesítve

Firma mhux meħtieġa

Zwolniony ze składania podpisu

Opustitev podpisa

Oslobodenie od podpisu

Освободен от подпис

Dispensă de semnătură

Oslobođeno potpisa.

Artikolu 128c

Awtorizzazzjoni għat-tfassil tal-manifest tal-kumpanija tat-tbaħħir wara t-tluq

(l-Artikolu 153(2) tal-Kodiċi)

Sad-data tal-iskjerament tas-sistema tal-PoUS imsemmija fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/255/UE, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-kumpaniji tat-tbaħħir biex ma jfasslux il-manifest tal-kumpanija tat-tbaħħir imsemmi fl-Artikolu 199(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 li jservi biex juri l-istatus doganali tal-oġġetti tal-Unjoni sa mhux aktar tard mill-jum wara t-tluq tal-bastiment u, fi kwalunkwe każ, qabel il-wasla tiegħu fil-port tad-destinazzjoni.

Artikolu 128d

Il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu awtorizzati għat-tfassil tal-manifest tal-kumpanija tat-tbaħħir wara t-tluq

(l-Artikoli 6(3)(a) u 153(2) tal-Kodiċi)

1.   Sad-data tal-iskjerament tas-sistema ta' Deċiżjonijiet Doganali tal-KDU msemmija fl-Anness għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/255/UE, l-awtorizzazzjoni sabiex il-manifest tal-kumpanija tat-tbaħħir, li jservi biex juri l-istatus doganali tal-oġġetti tal-Unjoni, ma jitfassalx sa mhux aktar tard mill-jum wara t-tluq tal-bastiment u, fi kwalunkwe każ, qabel il-wasla tiegħu fil-port tad-destinazzjoni, għandha tingħata biss lill-kumpaniji tat-tbaħħir internazzjonali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

huma stabbiliti fl-Unjoni;

(b)

joħorġu regolarment il-prova tal-istatus doganali tal-oġġetti tal-Unjoni jew li l-awtoritajiet doganali tagħhom jafu li huma jistgħu jissodisfaw l-obbligi legali għall-użu ta' dawk il-provi;

(c)

ma kkommettew ebda reat serju jew ripetut kontra l-leġiżlazzjoni doganali jew fiskali;

(d)

jużaw is-sistemi tal-iskambju elettroniku tad-dejta sabiex jittrasmettu informazzjoni bejn il-portijiet tat-tluq u tad-destinazzjoni fit-territorju doganali tal-Unjoni;

(e)

joperaw għadd sinifikanti ta' vjaġġi bejn l-Istati Membri fuq rotot rikonoxxuti.

2.   L-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jingħataw biss meta:

(a)

l-awtoritajiet doganali jkunu f'pożizzjoni li jissorveljaw il-proċedura u jwettqu kontrolli mingħajr sforz amministrattiv sproporzjonat għall-ħtiġijiet tal-persuna kkonċernata, u

(b)

il-persuni kkonċernati jżommu rekords li jippermettu lill-awtoritajiet doganali jwettqu kontrolli effettivi.

3.   Meta l-persuna kkonċernata jkollha ċertifikat ta' AEO msemmi fl-Artikolu 38(2)a tal-Kodiċi, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1(c) u 2(b) ta' dan l-Artikolu għandhom jitqiesu li ġew issodisfati.

4.   Malli jirċievu applikazzjoni, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fejn hija stabbilita l-kumpanija tat-tbaħħir għandhom jinnotifikaw b'dik l-applikazzjoni lill-Istati Membri l-oħrajn li fit-territorji rispettivi tagħhom jinsabu l-portijiet tat-tluq u tad-destinazzjoni maħsuba.

Jekk ma tasal ebda oġġezzjoni fi żmien 60 jum mid-data tan-notifika, l-awtoritajiet doganali għandhom jawtorizzaw l-użu tal-proċedura ssimplifikata deskritta fl-Artikolu 128c.

Din l-awtorizzazzjoni għandha tkun valida fl-Istati Membri kkonċernati u għandha tapplika biss għall-operazzjonijiet ta' trasport bejn il-portijiet li għalihom tirreferi.

5.   Is-simplifikazzjoni għandha tiġi applikata kif ġej:

(a)

il-manifest għall-port tat-tluq għandu jintbagħat permezz ta' sistema elettronika għall-iskambju tad-dejta lill-port tad-destinazzjoni;

(b)

il-kumpanija tat-tbaħħir għandha ddaħħal fil-manifest l-informazzjoni indikata fl-Artikolu 126a;

(c)

il-manifest trażmess bi skambju ta' dejta elettronika (manifest ta' skambju ta' dejta) għandu jkun ippreżentat lill-awtoritajiet doganali fil-port tat-tluq mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol li jiġi wara t-tluq tal-bastiment u f'kull każ qabel ma jasal fil-port ta' destinazzjoni. L-awtoritajiet doganali jistgħu jitolbu verżjoni stampata tal-manifest tal-iskambju ta' dejta li għandu jiġi ppreżentat meta ma jkollhomx aċċess għal sistema ta' informazzjoni kif approvat mill-awtoritajiet doganali li jkun fih il-manifest ta' skambju tad-dejta;

(d)

il-manifest ta' skambju tad-dejta għandu jkun ippreżentat lill-awtoritajiet doganali fil-port tad-destinazzjoni. L-awtoritajiet doganali jistgħu jitolbu verżjoni stampata tal-manifest tal-iskambju tad-dejta li għandu jiġi ppreżentat meta ma jkollhomx aċċess għal sistema ta' informazzjoni kif approvat mill-awtoritajiet doganali li jkun fih il-manifest ta' skambju tad-dejta.

6.   Għandhom isiru n-notifiki li ġejjin:

(a)

il-kumpanija tat-tbaħħir għandha tinnotifika lill-awtoritajiet doganali bir-reati u bl-irregolaritajiet kollha;

(b)

l-awtoritajiet doganali fil-port tad-destinazzjoni għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet doganali fil-port tat-tluq u lill-awtorità li ħarġet l-awtorizzazzjoni bir-reati u l-irregolaritajiet kollha mal-ewwel opportunità.’;”.