10.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 33/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/171
tal-20 ta' Novembru 2015
li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) 2015/98 dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, skont il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku u tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fil-Majjistral tal-Atlantiku
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Paragrafu 4 tar-Rakkomandazzjoni 14-01 tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (“ICCAT”) dwar il-programm multiannwali għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tat-tonn tropikali jiddikjara li l-bastimenti tas-sajd twal 20 metru jew aktar li ma ddaħħlux fir-reġistru ta' bastimenti awtorizzati għas-sajd tat-tonn tropikali huma meqjusa mhux awtorizzati biex jistadu, iżommu abbord, jittrasbordaw, jittrasferixxu, jipproċessaw, jew iħottu l-art it-tonn obeż u/jew it-tonn isfar miż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT. L-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/98 (2) jeżenta din ir-regola tal-ICCAT mill-applikazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art stabbilit fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 iżda biss fir-rigward tat-tonn obeż. Billi fil-prattika, il-qbid inċidentali tat-tonn isfar huwa possibbli f'żoni tas-sajd oħrajn li mhumiex immirati għas-sajd tat-tonn isfar li huwa soġġett għall-obbligu tal-ħatt l-art, l-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/98 għandu jiġi emendat biex, apparti mit-tonn obeż ikopri wkoll it-tonn isfar. |
(2) |
L-Artikolu 4(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/98 jipprevedi deroga mill-obbligu tal-ħatt l-art għat-tonn li jkun iżgħar mid-daqs minimu stabbilit fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 (3). Id-daqs minimu stabbilit fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 302/2009 huwa ta' 30 kg jew 115-il ċentimetru. Iżda l-Artikolu 9(2) u (8) ta' dak ir-Regolament jipprevedi daqs minimu differenti għat-tonn li jinqabad (i) fl-Atlantiku tal-Lvant minn dgħajjes bil-lixka u minn dgħajjes bir-rixa; (ii) fl-Adrijatiku għat-trobbija; u (iii) fil-Mediterran għas-sajd artiġinali minn max-xtut ta' ħut frisk minn dgħajjes bil-lixka, minn bastimenti li jistadu bil-konz u minn dgħajjes tas-sajd bix-xlief. L-Artikolu 4(2) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/98 għandu jiġi emendat biex jinkludi d-daqsijiet minimi inqas minn 30 kg jew 115-il ċentimetru stabbiliti fl-Artikolu 9(2) u (8) tar-Regolament (KE) Nru 302/2009. |
(3) |
L-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/98 jipprevedi d-derogi mill-obbligu tal-ħatt l-art rigward il-pixxispad (Xiphias gladius) fl-Oċean Atlantiku tat-Tramuntana. Billi l-paragrafu 9 tar-Rakkomandazzjoni 13-02 tal-ICCAT għall-konservazzjoni tal-Pixxispad tal-Atlantiku tat-Tramuntana japplika għall-pixxispad li jinqabad jew jinħatt l-art fl-Oċean tal-Atlantiku kollu, dak l-Artikolu għandu jiġi emendat biex ikopri l-Oċean Atlantiku kollu. |
(4) |
Għalhekk, ir-Regolament ta' Delega (UE) 2015/98 għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Delega (UE) 2015/98 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 3 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 3 Tonn obeż u tonn isfar 1. Dan l-Artikolu għandu japplika għat-tonn obeż (Thunnus obesus) u għat-tonn isfar (Thunnus albacares) fl-Oċean Atlantiku. 2. B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-bastimenti tas-sajd ta' tul ta' 20 metru jew aktar mhux imniżżla fir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti awtorizzati biex jistadu għat-tonn obeż u għat-tonn isfar ma għandux ikollhom fil-mira tagħhom, iżommu abbord, jittrażbordaw, jittrasportaw, jittrasferixxu, jiproċessaw jew iħottu l-art it-tonn obeż u t-tonna safra fl-Oċean Atlantiku.” |
(2) |
Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej: “2. B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għandu jkun ipprojbit is-sajd għat-tonn, li t-tonn jinżamm abbord, jiġi trażbordat, jiġi ttrasferit, jinħatt l-art, jiġi ttrasportat, maħżun, jinbiegħ, jiġi offrut għall-bejgħ, jew jintwera għall-bejgħ:
|
(3) |
Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej: “1. Dan l-Artikolu japplika għall-pixxispad (Xiphias gladius) fl-Oċean Atlantiku.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.
(2) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/98 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, skont il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku u tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (ĠU L 16, 23.1.2015, p. 23).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 tas-6 ta' April 2009 li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 43/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1559/2007 (ĠU L 96, 15.4.2009, p. 1).