2.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 25/46


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/130

tal-1 ta' Frar 2016

li jadatta għall-progress tekniku r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta' Diċembru 1985 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 jistipula l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-kostruzzjoni, l-ittestjar, l-installazzjoni u l-ispezzjonar tat-takografi diġitali.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2009 (2) introduċa adapter bħala soluzzjoni temporanja sal-31 ta' Diċembru 2013, biex ikunu jistgħu jiġu installati takografi f'vetturi tat-tip M1 u N1, f'konformità mal-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1161/2014 (3) emenda r-Regolament (KEE) Nru 3821/85 biex jestendi l-perjodu ta' validità tal-adapter sal-31 ta' Diċembru 2015.

(4)

Ir-Regolament (KEE) Nru 3821/85 ġie ssostitwit bir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Madankollu, skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 165/2014, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85, inkluż l-Anness IB tiegħu, jibqgħu japplikaw, fuq bażi tranżitorja, sad-data ta' applikazzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fir-Regolament (UE) Nru 165/2014.

(5)

Il-Premessa 5 tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 tistipula li l-Kummissjoni se tikkunsidra li testendi l-perjodu ta' validità tal-adapter għal vetturi M1 u N1 sal-2015 u se tkompli tieħu f'kunsiderazzjoni soluzzjoni fit-tul għal vetturi M1 u N1 qabel l-2015.

(6)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Takografu Diġitali: Pjan direzzjonali għall-attivitajiet tal-ġejjieni” (5), li akkumpanjat il-proposta għar-Regolament (UE) Nru 165/2014, tipprevedi perjodu ta' żmien ta' sentejn għat-tħejjija u l-adozzjoni ta' annessi u appendiċijiet, wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 165/2014.

(7)

Soluzzjoni permanenti dwar l-adapter għandha tiġi stipulata fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi marbuta mal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 165/2014. B'applikazzjoni tal-prinċipju tal-aspettattiva leġittima, il-possibbiltà li jintużaw adapters f'vetturi tat-tip M1 u N1 għandha għalhekk tiġi estiża mill-inqas sal-adozzjoni ta' dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi minn atti ta' implimentazzjoni.

(8)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 165/2014,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IB tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 huwa mibdul kif ġej:

 

Fil-parti I, Definizzjonijiet, il-punt (rr), l-ewwel inċiż, id-data “31 ta' Diċembru 2015” hija sostitwita b'“31 ta' Diċembru 2016”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2009 tat-23 ta' Jannar 2009 adattament għad-disa' darba għall-progress tekniku tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (ĠU L 21, 24.1.2009, p. 3).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1161/2014 tat-30 ta' Ottubru 2014 li jadatta għall-progress tekniku r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (ĠU L 311, 31.10.2014, p. 19).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).

(5)  COM(2011) 454 final.