19.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 12/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/44

tat-18 ta' Jannar 2016

dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-28 ta' Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/137/PESK (2). B'konformità mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 1970 (2011), u riżoluzzjonijiet suċċessivi, id-Deċiżjoni 2011/137/PESK ipprovdiet għal embargo fuq l-armi, projbizzjoni fuq l-esportazzjonijiet ta' tagħmir ta' repressjoni interna, kif ukoll restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni u l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi ta' ċerti persuni u entitajiet involuti f'abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem kontra persuni fil-Libja, inkluż l-involviment f'attakki li jiksru d-dritt internazzjonali, fuq popolazzjonijiet u faċilitajiet ċivili. Dawk il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi u entitajiet huma elenkati fl-Annessi għad-Deċiżjoni 2011/137/PESK. Għalhekk kienet meħtieġa azzjoni regolatorja sabiex tipprovdi l-miżuri rilevanti meħtieġa. Minn dak iż-żmien, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“il-Kunsill tas-Sigurtà”) adotta numru ta' Riżoluzzjonijiet addizzjonali dwar il-Libja li estendew jew emendaw il-miżuri restrittivi tan-NU kontra l-Libja, inkluż l-UNSCR 2174 (2014) li temenda l-ambitu tal-embargo fuq l-armi u testendi l-applikazzjoni ta' miżuri tal-projbizzjoni fuq vjaġġar u tal-iffriżar tal-assi, u l-UNSCR 2213 (2015) b'rabta mal-impenn tal-Kunsill tas-Sigurtà lejn is-sovranità, l-indipendenza, l-integrità territorjali u l-għaqda nazzjonali tal-Libja.

(2)

Fis-26 ta' Mejju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/818 (3) li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK li tieħdu inkunsiderazzjoni t-theddida għall-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Libja u t-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tagħha. Id-Deċiżjoni PESK 2015/818 qieset ukoll it-theddida minn persuni u entitajiet li huma sidien jew li jikkontrollaw fondi tal-istat Libjan li kienu ġew miżapproprjati matul ir-reġim preċedenti ta' Muammar Qadhafi fil-Libja, li setgħu jintużaw b'mod li jhedded il-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Libja, jew li jfixkel jew jippreġudika t-twettiq b'suċċess tat-transizzjoni politika tagħha. Il-Kunsill wettaq reviżjoni sħiħa tal-lista ta' persuni u entitajiet suġġetti għall-projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar u miżuri ta' iffriżar ta' assi, kif stabbilit fl-Annessi II u III għad-Deċiżjoni 2011/137/PESK. Fil-31 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni kkonsolidata (PESK) 2015/1333 u ħassar d-Deċiżjoni 2011/137/PESK.

(3)

Għal raġunijiet ta' ċarezza, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 (4) kif emendat u implimentat minn għadd ta' regolamenti sussegwenti għandu jiġi kkonsolidat f'regolament ġdid.

(4)

Is-setgħa biex jiġu emendati l-listi fl-Annessi II u III għal dan ir-Regolament għandha tiġi eżerċitata mill-Kunsill, fid-dawl tat-theddida speċifika għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali fir-reġjun ippreżentata mis-sitwazzjoni fil-Libja u sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-proċess għall-emendar u r-rieżami tal-Annessi għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

(5)

Għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, u sabiex tinħoloq ċertezza legali massima fl-Unjoni, l-ismijiet u data oħra rilevanti li jikkonċernaw lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom ikollhom jiġu ffriżati f'konformità ma' dan ir-Regolament għandhom isiru pubbliċi. Kull ipproċessar tad-data personali għandu jkun konformi mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(6)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“fondi” tfisser assi finanzjarji u benefiċċji ta' kull xorta, li jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

(i)

flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flus, kambjali, ordnijiet ta' flus u strumenti oħra ta' ħlas;

(ii)

depożiti ma' istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi fuq kontijiet, dejn u obbligi ta' dejn;

(iii)

titoli u strumenti ta' dejn innegozjati pubblikament u privatament, inklużi l-istokks u l-ishma, iċ-ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, bonds, noti, warrants, obbligazzjonijiet u kuntratti tad-derivattivi;

(iv)

imgħax, dividendi jew introjtu ieħor minn assi jew valur li jirriżulta minn jew li huwa ġġenerat minnhom;

(v)

kreditu, dritt ta' tpaċija, garanziji, garanziji tal-eżekuzzjoni jew impenji finanzjarji oħra;

(vi)

ittri ta' kreditu, poloz tat-tagħbija, poloz ta' bejgħ;

(vii)

dokumenti li jagħtu prova ta' interess f'fondi jew riżorsi finanzjarji;

(b)

“iffriżar ta' fondi” tfisser il-prevenzjoni ta' kull moviment, trasferiment, alterazzjoni jew użu ta', aċċess għal, jew negozjar ta' fondi b'kull mod li jirriżulta f'kull bidla fil-volum, l-ammont, il-post, is-sjieda, il-pussess, in-natura, id-destinazzjoni tagħhom jew bidla oħra li tippermetti li l-fondi jintużaw, inkluż l-immaniġġjar ta' portafolli;

(c)

“riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta' kull tip, kemm dawk tanġibbli kif ukoll dawk intanġibbli, mobbli u immobbli, li mhumiex fondi iżda li jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi;

(d)

“iffriżar ta' riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni tal-użu tagħhom biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi b'kull mod, li jinkludi, iżda mhux limitat, bil-bejgħ, il-kiri jew l-ipotekar tagħhom;

(e)

“għajnuna teknika” tfisser kull appoġġ tekniku relatat ma' tiswijiet, żvilupp, manifattura, immuntar, ittestjar, manutenzjoni, jew kull servizz tekniku ieħor, u tista' tkun f'forma ta' struzzjoni, parir, taħriġ, it-trażmissjoni ta' għarfien operazzjonali jew ħiliet jew servizzi ta' konsulenza, inklużi forom verbali ta' għajnuna;

(f)

“il-Kumitat tas-Sanzjonijiet” tfisser il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li ġie stabbilit skont il-paragrafu 24 tal-UNSCR 1970 (2011);

(g)

“territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom;

(h)

“bastimenti magħżula” tfisser bastimenti magħżula mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 11 tal-UNSCR 2146 (2014), kif elenkati fl-Anness V għal dan ir-Regolament;

(i)

“il-punt fokali tal-Gvern tal-Libja” tfisser il-punt fokali maħtur mill-Gvern tal-Libja kif notifikat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet skont il-paragrafu 3 tal-UNSCR 2146 (2014).

Artikolu 2

1.   Għandu jiġi pprojbit:

(a)

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, b'mod dirett jew indirett, ta' tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna kif elenkat fl-Anness I, kemm jekk joriġina fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kull persuna, entità jew korp fil-Libja, jew għall-użu fil-Libja;

(b)

il-parteċipazzjoni, konxja u b'intenzjoni, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom ikun li jaħarbu mill-projbizzjonijiet imsemmija fil-punt (a).

2.   Għandu jiġi pprojbit ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport ta' tagħmir mil-Libja li jista' jintuża għal repressjoni interna kif elenkat fl-Anness I, kemm jekk it-tagħmir joriġina mil-Libja kif ukoll jekk le.

3.   Il-paragrafu 1 ma japplikax għall-ħwejjeġ protettivi, inklużi sdieri rinfurzati bil-metall u elmi militari, esportati b'mod temporanju fil-Libja mill-persunal tan-NU, persunal tal-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-midja u ħaddiema umanitarji u ta' żvilupp u persunal assoċjat għall-użu tagħhom personali biss.

4.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kif elenkati fl-Anness IV jistgħu jawtorizzaw il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna, taħt tali kundizzjonijiet li jqisu xierqa, jekk jiddeterminaw li tali tagħmir huwa maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv.

Artikolu 3

1.   Għandu jiġi pprojbit:

(a)

l-għoti, b'mod dirett jew indirett, ta' għajnuna teknika relatata mal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea (7) (Lista Militari Komuni), jew relatata mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' oġġetti inklużi f'dik il-lista, lil kull persuna, entità jew korp fil-Libja jew għal użu fil-Libja;

(b)

l-għoti, b'mod dirett jew indirett, ta' għajnuna teknika relatati ma' tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna kif elenkat fl-Anness I, lil kull persuna, entità jew korp fil-Libja jew għal użu fil-Libja;

(c)

l-għoti, b'mod dirett jew indirett, finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati mal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni jew fl-Anness I, inklużi b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni fuq kreditu għall-esportazzjoni, għal kull bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' dawn l-oġġetti, jew għal kull għoti ta' għajnuna teknika relatata lil kull persuna, entità jew korp fil-Libja jew għal użu fil-Libja;

(d)

l-għoti, direttament jew indirettament, ta' għajnuna teknika, finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati mal-provvista ta' persunal merċenarju armat fil-Libja jew għal użu fil-Libja;

(e)

il-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonali, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom ikun l-evażjoni mill-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d).

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, il-projbizzjonijiet stabbiliti fih ma japplikawx għal:

(a)

l-għoti ta' għajnuna teknika, finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati ma' tagħmir militari mhux letali maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv;

(b)

ilbies protettiv, inklużi ġkieket tal-flak u elmi militari, esportati temporanjament lejn il-Libja minn persunal tan-NU, minn persunal tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha, minn rappreżentanti tal-midja u ħaddiema umanitarji u dawk impjegati fl-iżvilupp u persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss;

(c)

l-għoti ta' assistenza teknika, finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatata ma' tagħmir militari mhux letali maħsuba biss għall-għajnuna ta' sigurtà jew ta' diżarm lill-gvern Libjan;

3.   B'deroga mill-paragrafu 1, u kif approvat bil-quddiem mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, il-projbizzjonijiet stabbiliti fih ma japplikawx għal:

(a)

l-għoti ta' għajnuna teknika, finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati ma' bejgħ u forniment oħrajn ta' armi u materjal relatat;

(b)

l-għoti ta' għajnuna teknika, finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati ma' tagħmir militari, inklużi armi u materjal relatat li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu (a) u intiżi biss għas-sigurà jew bħala assistenza għad-diżarm għall-Gvern Libjan;

4.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif elenkat fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw l-għoti ta' assistenza teknika, finanzjament u assistenza finanzjarja relatati ma' tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna, skont ċerti kondizzjonijiet li huma jqisu opportuni, jekk jiddeterminaw li tali tagħmir huwa maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv.

Artikolu 4

Sabiex jiġi evitat it-trasferiment ta' oġġetti u teknoloġija li huma koperti mil-Lista Militari Komuni jew il-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment, l-esportazzjoni jew l-importazzjoni tagħhom li huwa pprojbit b'dan ir-Regolament, għall-oġġetti kollha li jiddaħħlu jew joħorġu mit-territorju doganali tal-Unjoni mil-Libja jew lejha, flimkien mar-regoli li jirregolaw l-obbligu li jiġi pprovdut tagħrif ta' qabel il-wasla u ta' qabel it-tluq kif iddeterminati fid-dispożizzjonijiet rilevanti rigward id-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u tal-ħruġ kif ukoll id-dikjarazzjonijiet doganali fir-Regolamenti (KE) Nru 450/2008 (8) u (UE) Nru 952/2013 (9) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-persuna li tipprovdi dak it-tagħrif għandha tiddikjara jekk l-oġġetti humiex koperti mil-Lista Militari Komuni jew minn dan ir-Regolament u, fejn l-oġġetti esportati jkunu suġġetti għal awtorizzazzjoni, tispeċifika l-partikolaritajiet tal-liċenzja ta' esportazzjoni mogħtija. Dawn l-elementi addizzjonali jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet doganali kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jew bil-miktub jew bl-użu ta' dikjarazzjoni doganali, skont kif ikun xieraq.

Artikolu 5

1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, li huma l-proprjetà ta', li huma miżmuma jew ikkontrollati mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi elenkati fl-Annessi II u III jiġu ffriżati.

2.   L-ebda fond jew riżorsa ekonomika ma jsir disponibbli għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Annessi II u III.

3.   Għandha tiġi pprojbita l-parteċipazzjoni, b'mod konxju u intenzjonat, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom ikun, b'mod dirett jew b'mod indirett, li jiġu evitati l-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

4.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, jew huma proprjetà ta', miżmuma jew ikkontrollati fis-16 ta' Settembru 2011 mill-entitajiet elenkati fl-Anness VI u li jinsabu barra mil-Libja f'dik id-data, jibqgħu ffriżati.

Artikolu 6

1.   L-Anness II għandu jinkludi l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi indikati mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet skont il-paragrafu 22 tal-UNSCR 1970 (2011), il-paragrafu 19, 22 jew 23 tal-UNSCR 1973 (2011), il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2174 (2014), jew il-paragrafu 11 tal-UNSCR 2213 (2015).

2.   L-Anness III jikkonsisti f'persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi, mhux koperti mill-Anness II li:

(a)

huma involuti fi jew kompliċi fl-ordni, fil-kontroll jew fid-direzzjoni b'mod ieħor, tat-twettiq ta' abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem kontra persuni fil-Libja, inkluż b'involviment jew b'kompliċità fl-ippjanar, il-kmand, l-ordni jew it-twettiq ta' attakki, inkluż il-bombardamenti mill-ajru, bi ksur tal-liġi internazzjonali, fuq popolazzjonijiet jew faċilitajiet ċivili;

(b)

kisru jew assistew fil-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1970 (2011), tal-UNSCR 1973 (2011) jew ta' dan ir-Regolament;

(c)

ġew identifikati bħala li kienu involuti fil-politika repressiva tar-reġim preċedenti ta' Muammar Qadhafi fil-Libja, jew b'xi mod ieħor preċedentement assoċjati ma' dak ir-reġim, u li jippreżentaw riskju kontinwu għall-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Libja, jew għat-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Libja;

(d)

huma impenjati fi jew li jipprovdu appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Libja, jew li jostakolaw jew jimminaw it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Libja, inkluż:

(i)

bil-pjanifikazzjoni, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti fil-Libja li jiksru d-dritt internazzjonali applikabbli dwar id-drittijiet tal-bniedem jew id-dritt umanitarju internazzjonali, jew atti li jikkostitwixxu abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem, fil-Libja;

(ii)

b'attakki kontra kull port tal-ajru, tal-art jew tal-baħar fil-Libja, jew kontra istituzzjoni jew installazzjoni statali Libjana, jew kontra kull missjoni barranija fil-Libja;

(iii)

l-għoti ta' appoġġ għal gruppi armati jew netwerks kriminali permezz tal-isfruttament illeċitu ta' żejt mhux maħdum jew kull riżorsa naturali oħra fil-Libja;

(iv)

it-theddid jew it-tiġgħil tal-istituzzjonijiet finanzjarji Statali Libjani u l-Libyan National Oil Company, jew l-involviment f'kull azzjoni li tista' twassal jew tirriżulta fil-miżapproprjazzjoni tal-fondi Statali Libjani;

(v)

billi jiksru, jew jassisti fl-evażjoni tad-dispożizzjonijiet tal-embargo tal-armi fil-Libja stabbiliti fl-UNSCR 1970 (2011) u l-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament;

(vi)

billi huma persuni, entitajiet jew korpi li jaġixxu għal jew f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' kull waħda minn dawn t'hawn fuq, jew billi huma entitajiet jew korpi li huma proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom jew minn persuni, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness II jew III, jew

(e)

għandhom fil-pussess tagħhom jew jikkontrollaw fondi tal-Istat Libjan miżapproprijati matul dak li qabel kien ir-reġim ta' Muammar Qadhafi fil-Libja li jistgħu jintużaw biex jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Libja, jew li jostakolaw jew jimminaw it-tlestija b'suċċess tat-tranżizzjoni politika tagħha.

3.   L-Annessi II u III jinkludu r-raġunijiet għall-elenkar ta' persuni, entitajiet u korpi elenkati, kif previst mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet għall-Anness II.

4.   L-Annessi II u III jinkludu wkoll, fejn ikun disponibbli, informazzjoni neċessarja għall-identifikazzjoni tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi kkonċernati, kif previsti mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet għall-Anness II. Fir-rigward tal-persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet inkluż il-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza, in-numru tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta' persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju. L-Anness II għandu jinkludi wkoll id-data tan-nomina mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

5.   L-Anness VI għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar għall-persuni, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikolu 5(4) ta' dan ir-Regolament, kif ikun ipprodvut mill-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

Artikolu 7

Fir-rigward ta' persuni, entitajiet u korpi mhux innominati fl-Anness II jew III, li fihom ikollhom sehem persuna, entità jew korp innominati f'dawk l-Annessi, l-obbligu li jiġu ffriżati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-persuna, l-entità jew il-korp innominati ma għandux jipprevjeni tali persuni, entitajiet jew korpi mhux innominati milli jwettqu negozju leġittimu sakemm dan in-negozju ma jinvolvix li jsiru disponibbli xi fondi jew riżorsi ekonomiċi lil persuna, entità jew korp innominati.

Artikolu 8

1.   B'deroga mill-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif indikat fuq is-siti web elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew id-disponibbiltà ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, taħt il-kundizzjonijiet li jqisu bħala xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu:

(a)

meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta' persuni elenkati fl-Anness II jew III jew imsemmija fl-Artikolu 5(4), u l-membri tal-familja dipendenti tagħhom, inklużi pagamenti għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u trattament mediku, taxxi, poloz tal-assigurazzjoni, u spejjeż ta' servizzi pubbliċi;

(b)

maħsuba esklussivament għall-pagament ta' imposti professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta' spejjeż li huma assoċjati mal-għoti ta' servizzi legali;

(c)

maħsuba esklussivament għall-pagament ta' tariffi jew imposti ta' servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni regolari ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati,

bil-kundizzjoni li, fejn l-awtorizzazzjoni tikkonċerna persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness II jew imsemmija fl-Artikolu 5(4), l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet b'dik id-determinazzjoni u bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni, u l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ma jkunx oġġezzjona għal dak il-perkors ta' azzjoni fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol min-notifika.

2.   B'deroga mill-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikati fuq is-siti web elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew id-disponibbiltà ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ffriżati jkunu meħtieġa għal spejjeż straordinarji sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

fejn l-awtorizzazzjoni tikkonċerna persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness II jew imsemmija fl-Artikolu 5(4), il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun ġie nnotifikat dwar dik id-determinazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat u li d-determinazzjoni tkun ġiet approvata minn dak il-Kumitat; u

(b)

fejn l-awtorizzazzjoni tikkonċerna persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness III, l-awtorità kompetenti nnotifikat ir-raġunijiet għala tikkunsidra li awtorizzazzjoni speċifika għandha tingħata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni tal-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni.

Artikolu 9

1.   B'deroga mill-Artikolu 5, fir-rigward ta' persuni, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness II u l-entitajiet msemmijin fl-Artikolu 5(4), l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi in kwistjoni huma soġġetti għal garanzija ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali stabbilita, jew ta' sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali li tkun ingħat;

(i)

qabel id-data li fiha l-persuna, l-entità jew il-korp ikunu ġew inklużi fl-Anness II; jew

(ii)

qabel id-data li fiha l-entità msemmija fl-Artikolu 5(4) ġiet deżinjata mill-Kunsill tas-Sigurtà;

(b)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi inkwistjoni jintużaw esklużivament sabiex jissodisfaw pretensjonijiet assigurati b'tali garanzija jew rikonoxxuti bħala validi f'tali sentenza, fil-limiti stabbiliti bil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet tal-persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;

(c)

il-garanzija jew is-sentenza ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna, entità jew korp elenkat(a) fl-Anness I jew III;

(d)

ir-rikonoxximent li l-garanzija jew is-sentenza ma tmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat; u

(e)

il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun ġie nnotifikat mill-Istat Membru bil-garanzija jew bis-sentenza.

2.   B'deroga mill-Artikolu 5, fir-rigward ta' persuni, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness III, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi inkwistjoni jkunu s-suġġett ta' deċiżjoni arbitrali mogħtija qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmija fl-Artikolu 5 ġew inklużi fl-Anness III, jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva mogħtija fl-Unjoni, jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel jew wara dik id-data;

(b)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi inkwistjoni jintużaw esklużivament biex jissodisfaw pretensjonijiet assigurati b'tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f'tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti bil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;

(c)

id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness II jew III; u

(d)

ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.

3.   L-Istati Membri rilevanti jinformaw lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija skont dan l-Artikolu.

Artikolu 10

B'deroga mill-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' fondi ffriżati jew ta' riżorsi ekonomiċi li jappartjenu lil persuni, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness III, jew li jsiru disponibbi ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi lil persuni, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness III, taħt dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, meta huma jikkunsidraw li jkun meħtieġ għal finijiet umanitarji, bħall-forniment u l-iffaċilitar tal-forniment ta' għajnuna umanitarja, il-forniment ta' materjali u provvisti meħtieġa għal ħtiġijiet ċivili essenzjali, inkluż ikel u materjali agrikoli għall-produzzjoni tiegħu, prodotti medikali u l-forniment tal-elettriku, jew għall-evakwazzjonijiet mil-Libja. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-awtorizzazzjonijiet li jsiru skont dan l-Artikolu fi żmien ġimgħatejn mill-awtorizzazzjoni.

Artikolu 11

1.   B'deroga mill-Artikolui 5(4), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikat fis-siti web elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, sakemm:

(a)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jintużaw għal wieħed jew aktar skopijiet li ġejjin:

(i)

ħtiġijiet umanitarji;

(ii)

karburant, elettriku u ilma għall-użu strettament taċ-ċittadini;

(iii)

l-issoktar mil-Libja tal-produzzjoni u l-bejgħ ta' idrokarburi;

(iv)

l-istabbiliment, l-operat jew it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet tal-gvern ċivili u tal-infrastruttura pubblika ċivili; jew

(v)

l-iffaċilitar tal-issoktar tal-operazzjonijiet tas-settur bankarju, inkluż l-appoġġ jew l-iffaċilitar tal-kummerċ internazzjonali mal-Libja;

(b)

l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bil-ħsieb tiegħu li jawtorizza aċċess għal fondi jew riżorsi ekonomiċi, u l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ma jkunx oġġezzjona fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn tali notifika;

(c)

l-Istat Membru kkonċernat innotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet li dawk il-fondi, jew riżorsi ekonomiċi mhumiex sejrin isiru disponibbli lil jew għal benefiċċju ta' kull persuni, entitajiet jew korpi elenkati fl-Annessi II jew III;

(d)

l-Istat Membru kkonċernat ikkonsulta bil-quddiem mal-awtoritajiet Libjani dwar l-użu ta' tali fondi jew riżorsi ekonomiċi; u

(e)

l-Istat Membru kkonċernat ikkondivida mal-awtoritajiet Libjani n-notifiki mressqa skont il-punti (b) u (c) ta' dan il-paragrafu u l-awtoritajiet Libjani ma oġġezzjonaw fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol mir-rilaxx ta' tali fondi jew riżorsi ekonomiċi.

2.   B'deroga mill-Artikolu 5(4) u sakemm ikun hemm ħlas dovut skont kuntratt jew ftehim li ġie konkluż minn, jew obbligu li tqajjem għal persuna, entità jew korp ikkonċernat, qabel id-data li fiha dik il-persuna, entità jew korp ġew innominati mill-Kunsill tas-Sigurtà u mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikat fis-siti web elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw, skont tali kundizzjonijiet kif iqisu xieraq, ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:

(a)

l-awtorità kompetenti kkonċernata stipulat li l-pagament ma jmurx kontra l-Artikolu 5(2) u lanqas mhuwa għall-benefiċċju ta' entità msemmija fl-Artikolu 5(4);

(b)

il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ġie nnotifikat mill-Istat Membru relevanti dwar l-intenzjoni li jagħti awtorizzazzjoni, għaxart ijiem ta' xogħol bil-quddiem.

Artikolu 12

1.   L-Artikolu 5(2) ma japplikax għaż-żieda mal-kontijiet ikkonġelati ta':

(a)

imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet;

(b)

pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li okkorrew qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmi(ja) fl-Artikolu 5 jkun/tkun ġie/ġiet innominat(a) mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kunsill;

(c)

ħlasijiet dovuti skont sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali, kif imsemmi fl-Artikolu 9(1); jew

(d)

ħlasijiet dovuti skont deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali mogħtija fl-Unjoni, jew infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat, kif imsemmi fl-Artikolu 9(2),

dment li kull imgħax, qligħ u pagamenti tali oħra jkunu ffriżati skont l-Artikolu 5(1).

2.   L-Artikolu 5(2) ma jipprekludix lill-istituzzjonijiet finanzjarji jew ta' kreditu fl-Unjoni milli jikkreditaw kontijiet iffriżati meta jirċievu fondi trasferiti fil-kont ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati, sakemm kull żieda għal dawn il-kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu tinforma lill-awtorità kompetenti rilevanti b'kull tranżazzjoni bħal din, mingħajr dewmien.

Artikolu 13

B'deroga mill-Artikolu 5 u bil-kundizzjoni li pagament minn persuna, entità jew korp elenkat(a) fl-Anness II jew III jkun dovut taħt kuntratt jew ftehim li ġie konkluż minn, jew obbligu li okkorra għall-persuna, l-entità jew il-korp ikkonċernat(a), qabel id-data li fiha dik il-persuna, l-entità jew il-korp kien/kienet innominat/innominata, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikat fuq is-siti web elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw, skont il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li:

(i)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi għandhom jintużaw għal pagament minn persuna, entità jew korp elenkat(a) fl-Anness II jew III;

(ii)

il-pagament mhuwiex bi ksur tal-Artikolu 5(2);

(b)

fejn l-awtorizzazzjoni tikkonċerna persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness II, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun ġie nnotifikat mill-Istat Membru dwar l-intenzjoni li jagħti awtorizzazzjoni għaxart ijiem qabel;

(c)

fejn l-awtorizzazzjoni tikkonċerna persuna, entità jew korp elenkat fl-Anness III, l-Istat Membru kkonċernat għandu, mill-anqas ġimgħatejn qabel l-għoti tal-awtorizzazzjoni, jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b'dik id-determinazzjoni u bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni.

Artikolu 14

B'deroga mill-Artikolu 5(2), l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif indikat fuq is-siti web elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli lill-awtoritajiet portwali elenkati fl-Anness III fir-rigward tal-eżekuzzjoni, sal-15 ta' Lulju 2011, ta' kuntratti konklużi qabel is-7 ta' Ġunju 2011, bl-eċċezzjoni ta' kuntratti marbuta maż-żejt, il-gass u prodotti taż-żejt raffinat. L-Istat Membru jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-awtorizzazzjonijiet li jsiru skont dan l-Artikolu fi żmien ġimgħatejn mill-awtorizzazzjoni.

Artikolu 15

1.   Għandu jiġi pprojbit it-tagħbija, it-trasport jew l-iskarikar ta' żejt mhux raffinat mil-Libja fuq bastimenti nominati li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru sakemm mhux awtorizzat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru wara konsultazzjoni mal-punt fokali tal-Gvern tal-Libja.

2.   Għandu jiġi pprojbit li jiġi aċċettat jew li jingħata aċċess għall-portijiet fit-territorju tal-Unjoni lil bastimenti nominati, jekk hekk ikun speċifikat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

3.   Il-miżura stabbilita fil-paragrafu 2 ma għandhiex tapplika fejn id-dħul għal xi port fit-territorju tal-Unjoni jkun meħtieġ għal xi ispezzjoni, f'każ ta' emerġenza jew fejn il-bastiment ikun qiegħed jirritorna lejn il-Libja.

4.   L-għoti minn ċittadini tal-Istati Membri jew minn territorji tal-Istati Membri ta' servizzi ta' proviżjonament jew ta' forniment ta' bastimenti, jew kull servizz ieħor ta' bastimenti, lil bastimenti nominati, inkluż il-forniment ta' karburant jew provvisti, għandu, jekk hekk ikun speċifikat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, ikun ipprojbit.

5.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri identifikati fl-Anness IV jistgħu jagħtu eżenzjonijiet għall-miżura imposta mill-paragrafu 4 fejn dawn ikunu meħtieġa għal għanijiet umanitarji jew ta' sikurezza, jew meta l-bastiment jirritorna lejn il-Libja. Kull awtorizzazzjoni bħal din għandha tiġi notifikata bil-miktub lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u lill-Kummissjoni.

6.   It-tranżazzjonijiet finanzjarji fir-rigward ta' żejt mhux raffinat abbord bastimenti nominati, inkluż il-bejgħ taż-żejt mhux raffinat jew l-użu taż-żejt mhux raffinat bħala kreditu, kif ukoll il-kuntrattazzjoni ta' assigurazzjonijiet fir-rigward tat-trasport taż-żejt mhux raffinat, għandhom, jekk hekk ikun speċifikat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, ikunu pprojbiti. Tali projbizzjoni ma tapplikax għall-aċċettazzjoni ta' taxxi portwali fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 3.

Artikolu 16

1.   L-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, imwettaq in bona fede fuq il-bażi li tali azzjoni tkun konformi ma' dan ir-Regolament, ma għandux joħloq responsabbiltà ta' kull tip min-naħa tal-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jkunu qegħdin jimplimentawh, jew id-diretturi jew l-impjegati tagħhom, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati jew miżmuma b'riżultat ta' negliġenza.

2.   Azzjonijiet minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ma għandhomx iwasslu għal ebda tip ta' responsabbiltà min-naħa tagħhom, jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom jiksru l-miżuri li jinsabu f' dan ir-Regolament.

Artikolu 17

1.   L-ebda pretensjoni b'konnessjoni ma' kull kuntratt jew transazzjoni fejn il-prestazzjoni ta' dawn ġiet affettwata, direttament jew indirettament, b'mod sħiħ jew parzjali, mill-miżuri imposti skont dan ir-Regolament, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kull pretensjoni oħra ta' dak it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b'mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew ħlas ta' bond, garanzija jew indennizz, partikolarment garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta' kull forma, ma għandha tiġi sodisfatta, jekk din issir minn:

(a)

persuni, entitajiet jew korpi deżinjati elenkati fl-Anness II jew III;

(b)

kull persuna, entità jew korp ieħor Libjan, inkluż il-gvern Libjan;

(c)

kull persuna, entità jew korp li jaġixxi permezz ta', jew f'isem, waħda mill-persuni, entitajiet jew korpi msemmija fil-punt (a) jew (b).

2.   F'kull proċedura għall-infurzar ta' pretensjoni, l-oneru tal-prova li l-issodisfar tat-talba mhux projbit mill-paragrafu 1, ikun fuq il-persuna li titlob l-infurzar ta' dik il-pretensjoni.

3.   Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għal reviżjoni ġudizzjarja tal-legalità tan-nuqqas ta' prestazzjoni ta' obbligi kuntrattwali skont dan ir-Regolament.

Artikolu 18

1.   Mingħajr preġudizju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi:

(a)

jipprovdu minnufih kull informazzjoni li tista' tiffaċilita l-konformità ma' dan ir-Regolament, bħal kontijiet u ammonti ffriżati skont l-Artikolu 5, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huma residenti jew fejn jinsabu bħalissa, kif indikati fis-siti web elenkati fl-Anness IV, u jittrasmettu din l-informazzjoni direttament jew permezz tal-Istati Membri, lill-Kummissjoni; u

(b)

jikkooperaw ma' dik l-awtorità kompetenti f'kull verifika ta' din l-informazzjoni.

2.   Kull informazzjoni mogħtija jew milqugħa skont dan l-Artikolu tintuża biss għall-għanijiet li għalihom tkun ngħatat jew ġiet milqugħa.

3.   Il-paragrafu 2 ma jipprekludix lill-Istati Membri milli jikkondividu dak it-tagħrif, b'konformità mal-liġijiet nazzjonali tagħhom, mal-awtoritajiet rilevanti tal-Libja u ma' Stati Membri oħrajn fejn meħtieġ bl-iskop tal-għajnuna fl-irkupru ta' assi miżapproprjati.

Artikolu 19

L-Istati Membri u l-Kummissjoni jgħarrfu lil xulxin minnufih dwar il-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u għandhom ifornu lil xulxin b'kull informazzjoni oħra rilevanti, b'rabta ma' dan ir-Regolament, li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom, b'mod partikolari informazzjoni dwar problemi ta' ksur u ta' infurzar u sentenzi mogħtija minn qrati nazzjonali.

Artikolu 20

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li:

(a)

temenda l-Anness IV abbażi ta' informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri;

(b)

temenda l-Anness V skont l-emendi fl-Anness V tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 u fuq il-bażi tad-determinazzjonijiet li jsiru mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet skont il-paragrafi 11 u 12 tal-UNSCR 2146 (2014).

Artikolu 21

1.   Fejn il-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jelenka persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp, il-Kunsill għandu jinkludi tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fl-Anness II.

2.   Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jissuġġetta persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 6(2), huwa għandu jemenda l-Anness III kif meħtieġ.

3.   Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, filwaqt li lil tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.

4.   Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jeżamina mill-ġdid id-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 kif meħtieġ.

5.   F'każ li n-NU jiddeċiedu li jneħħu persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp, mil-lista jew li jemendaw id-data ta' indentifikazzjoni ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat, il-Kunsill għandu jemenda l-Anness II kif meħtieġ.

6.   Il-lista fl-Anness III għandha tiġi eżaminata mill-ġdid f'intervalli regolari u mill-inqas kull 12-il xahar.

Artikolu 22

1.   L-Istati Membri jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u jieħdu l-miżuri kollha li hemm bżonn biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.

2.   L-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u jinnotifikawha dwar kull emenda sussegwenti.

Artikolu 23

F'dan ir-Regolament, fejn ikun hemm rekwiżit li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata, infurmata jew li jsir xi tip ieħor ta' komunikazzjoni magħha, l-indirizz u d-dettalji l-oħra ta' kuntatt li jintużaw għal tali komunikazzjoni għandhom ikunu dawk indikati fl-Anness IV.

Artikolu 24

Dan ir-Regolament japplika:

(a)

fit-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;

(b)

abbord kull inġenju tal-ajru jew bastiment taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru;

(c)

għal kull persuna fit-territorju tal-Unjoni jew lil hinn minnu li tkun ċittadina ta' Stat Membru;

(d)

għal kull persuna legali, entità jew korp li huwa inkorporat jew kostitwit skont il-liġi tal-Istat Membru;

(e)

għal kull persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta' kull negozju li jsir kompletament jew parzjalment fl-Unjoni.

Artikolu 25

Ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 huwa imħassar. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 26

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Jannar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK tat-28 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 58, 3.3.2011, p. 53).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/818 tas-26 ta' Mejju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 129, 27.5.2015, p. 13).

(4)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 tat-2 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 58, 3.3.2011, p. 1).

(5)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13 Volum 26 p. 102).

(6)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13, Volum 15, p. 355).

(7)  ĠU C 69, 18.3.2010, p. 19.

(8)  Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1).

(9)  Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).


ANNESS I

LISTA TA' TAGĦMIR LI JISTA' JINTUŻA GĦAL REPRESSJONI INTERNA KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLI 2, 3 U 4

1.

Armi tan-nar, ammunizzjon u aċċessorji relatati għalhekk, kif ġej:

1.1

Armi tan-nar mhux ikkontrollati mill-ML 1 u l-ML 2 tal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea (1) (il-Lista Militari Komuni);

1.2

Munizzjon iddisinjat speċifikament għall-armi tan-nar elenkati fil-punt 1.1 u komponenti ddisinjati apposta għalihom;

1.3

Miri tal-armi mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni.

2.

Bombi u granati mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni.

3.

Vetturi kif ġej:

3.1

Vetturi mgħammra b'kanun tal-ilma iddisinjat jew immodifikat speċifikament bl-iskop tal-kontroll ta' rvellijiet;

3.2

Vetturi ddisinjati jew immodifikati speċifikament biex ikunu elettrifikati biex jimbuttaw l-attakkanti;

3.3

Vetturi ddiżinjati jew modifikati speċjalment biex ineħħu barrikadi, inkluż tagħmir ta' bini bi protezzjoni ballistika;

3.4

Vetturi ddiżinjati speċjalment għat-trasport u t-trasferiment ta' priġunieri u/jew persuni arrestati;

3.5

Vetturi ddiżinjati speċjalment biex jiskjeraw barrieri mobbli;

3.6

Komponenti għall-vetturi speċifikati fil-punti 3.1 sa 3.5 mfassla speċifikament għall-finijiet ta' kontroll tal-irvellijiet.

Nota 1: Dan il-punt ma jikkontrollax il-vetturi speċifikament iddisinjati għall-finijiet ta' tifi tan-nar.

Nota 2: Għall-finijiet tal-element 3.5, it-terminu “vetturi” jinkludi l-karrijiet.

4.

Sustanzi esplussivi u tagħmir relatat kif ġej:

4.1

Apparat u strumenti ddisinnjati b'mod speċjali biex jagħtu bidu għall-isplużjonijiet b'mezzi elettriċi jew mhux elettriċi, inkluż settijiet ta' l-isparar, detonaturi, apparat li jqabbad, busters u korda tad-detonaturi, u komponenti ddisinnjati b'mod speċjali għal dak l-iskop; minbarra dawk iddisinjati speċifikament għal użu kummerċjali speċifiku li jikkonsistu fl-attwazzjoni jew l-operar b'mezzi splussivi ta' tagħmir jew apparat ieħor li l-funzjoni tagħhom mhijiex il-ħolqien ta' splużjonijiet (pereżempju, neffieħa tal-airbags tal-karozzi, apparat li jipprevjeni ż-żieda f'daqqa tal-elettriku ta' attwaturi ta' bexxiexa għat-tifi tan-nar);

4.2

Kargi splussivi ta' qtugħ lineari mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni;

4.3

Splussivi oħra mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni u sustanzi relatati kif ġej:

(a)

amatol;

(b)

nitroċelluloża (li fiha aktar minn 12,5 % nitroġenu);

(c)

nitroglikol;

(d)

tetranitrat tal-pentaeritritol (PETN);

(e)

klorur tal-pikril;

(f)

2,4,6-trinitrutoluwen (TNT).

5.

Tagħmir protettiv mhux ikkontrollat mil-LM 13 tal-Lista Militari Komuni kif ġej:

5.1

Korazzi tal-persuna li jipprovdi protezzjoni ballistika u/jew ta' feriment;

5.2

Elmi li jipprovdu protezzjoni ballistika u/jew frammentarja, elmi għal kontra l-irvell, tarki għal kontra l-irvell u tarki ballistiċi.

Nota: Dan il-punt ma jikkontrollax:

tagħmir imfassal apposta għal attivitajiet sportivi;

tagħmir imfassal apposta għall-ħtiġijiet tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

6.

Simulaturi, minbarra dawk ikkontrollati mil-LM 14 tal-Lista Militari Komuni, għal taħriġ fl-użu ta' armi tan-nar, u softwer iddisinjat speċifikament għalihom.

7.

Tagħmir ta' viżjoni fid-dlam, termografiku u tubi tal-intensifikazzjoni tal-immaġni, minbarra dawk ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni.

8.

Fildiferru tal-ingiegeż li jaqta'.

9.

Skieken militari, skieken tal-ġlied u bajunetti b'xafra itwal minn 10 cm.

10.

Tagħmir ta' produzzjoni ddisinjat apposta għall-oġġetti speċifikati f'din il-lista.

11.

Teknoloġija speċifika għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu tal-oġġetti speċifikati f'din il-lista.


(1)  ĠU C 69, 18.3.2010, p. 19.


ANNESS II

LISTA TA' PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI, ENTITAJIET JEW KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(1)

A.   Persuni

6.

Isem: ABU ZAYD UMAR DORDA

Titolu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: a) Pożizzjoni: Direttur, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna. b) Kap tal-aġenzija tal-intelligence esterna. Data tat-twelid: mhux disponibbli Post tat-Twelid: mhux disponibbli Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Il-Libja ((Status/post preżunt: fil-kustodja fil-Libja)) Elenkat fi: 26 ta' Frar 2011Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi).

Informazzjoni addizzjonali

Fidil għar-reġim. Kap tal-aġenzija tal-intelligence esterna.

7.

Isem: ABU BAKR YUNIS JABIR

Titolu: Maġġur Ġeneral Deżinjazzjoni: Pożizzjoni: Ministru għad-Difiża. Data tat-twelid: 1952 Post tat-Twelid: Jalo, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi: 26 ta' Frar 2011Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi). Status/post preżunt: deċedut.

Informazzjoni addizzjonali

Responsabbiltà ġenerali għall-azzjonijiet tal-forzi armati.

8.

Isem: MATUQ MOHAMMED MATUQ

Titolu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Pożizzjoni: Segretarju għall-Utilitajiet Data tat-Twelid: 1956 Post tat-Twelid: Khoms, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi: 26 ta' Frar 2011Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi). Status/post preżunt: mhux magħruf, maħsub li hu maħtuf.

Informazzjoni addizzjonali

Membru anzjan tar-reġim. Involviment mal-Kumitati Rivoluzzjonarji. Fil-passat kien involut f'ripressjoni ta' persuni dissidenti u vjolenza.

9.

Isem: AISHA MUAMMAR MUHAMMED ABU MINYAR QADHAFI

Titolu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid: 1978 Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: Aisha Muhammed Abdul Salam (Numru tal-passaport: 215215) Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: 428720 Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Is-Sultanat tal-Oman (Status/Post preżunt: Is-Sultanat tal-Oman) Elenkat fi: 26 ta' Frar 2011 Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi).

Informazzjoni addizzjonali

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Ivvjaġġat bi ksur tal-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970, kif deskritt mill-Bord ta' Esperti dwar il-Libja fir-Rapport Interim tiegħu tal-2013.

10.

Isem: HANNIBAL MUAMMAR QADHAFI

Titolu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid: 20 ta' Settembru 1975Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: B/002210 Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: L-Alġerija ((Status/post preżunt: L-Alġerija) Elenkat fi: 26 ta' Frar 2011Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi).

Informazzjoni addizzjonali

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

11.

Isem: KHAMIS MUAMMAR QADHAFI

Titolu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid: 1978 Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi: 26 ta' Frar 2011 Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Status/post preżunt: deċedut.

Informazzjoni addizzjonali

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet.

12.

Isem: MOHAMMED MUAMMAR QADHAFI

Titolu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid: 1970 Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Is-Sultanat tal-Oman (Status/Post preżunt: Is-Sultanat tal-Oman) Elenkat fi: 26 ta' Frar 2011Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi).

Informazzjoni addizzjonali

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

13.

Isem; MUAMMAR MOHAMMED ABU MINYAR QADHAFI

Titolu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Mexxej tar-Rivoluzzjoni, Kmandant Suprem tal-Forzi Armati. Data tat-Twelid: 1942 Post tat-Twelid: Sirte, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi: 26 ta' Frar 2011Informazzjoni oħra: Elenkat minn-NU skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Status/post preżunt: deċedut.

Informazzjoni addizzjonali

Responsabbiltà għall-ordni tar-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet, abbużi tad-drittijiet tal-bniedem.

14.

Isem: MUTASSIM QADHAFI

Titolu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Konsulent dwar is-Sigurtà Nazzjonali Data tat-Twelid: 1976 Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi: 26 ta' Frar 2011Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Status/post preżunt: deċedut.

Informazzjoni addizzjonali

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

15.

Isem: SAADI QADHAFI

Titolu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Kmandant tal-Forzi Speċjali Data tat-Twelid: a) 27 ta' Mejju 1973 b) 1 ta' Jannar. 1975Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: a) 014797 b) 524521 Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: il-Libja (fil-kustodja) Elenkat fi: 26 ta' Frar 2011Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi).

Informazzjoni addizzjonali

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet.

16.

Isem: SAIF AL-ARAB QADHAFI

Titolu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid: 1982 Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi: 26 ta' Frar 2011Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi). Status/post preżunt: deċedut.

Informazzjoni addizzjonali

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

17.

Isem: SAIF AL-ISLAM QADHAFI

Titolu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Direttur, Fondazzjoni Qadhafi Data tat-twelid: 25 ta' Ġunju 1972Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: B014995 Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Il-Libja ((Status/post preżunt: fil-kustodja fil-Libja.) Elenkat fis-26 ta' Frar 2011Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi).

Informazzjoni addizzjonali

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Dikjarazzjonijiet pubbliċi xewwiexa li jinkoraġġixxu l-vjolenza kontra d-dimostranti.

18.

Isem: ABDULLAH AL-SENUSSI

Titolu: Kurunell Deżinjazzjoni: Direttur tal-Intelligence Militari Data tat-Twelid: 1949 Post tat-Twelid: Is-Sudan Psewdonimu affidabbli: a) Abdoullah Ould Ahmed (Numru tal-passaport: B0515260; Data tat-twelid: 1948; Post tat-Twelid: Anefif (Kidal), Mali; Data tal-ħruġ: 10 ta' Jannar 2012; Post tal-ħruġ: Bamako, Mali; Data ta' skadenza: 10 ta' Jannar 2017.) b)Abdoullah Ould Ahmed (Numru tal-karta tal-identità tal-Mali 073/SPICRE; Post tat-Twelid: Anefif, Mali; Data tal-ħruġ: 6 ta' Diċembru 2011; Post tal-ħruġ: Essouck, Mali) Psewdonimu ta' kwalità baxxa: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Il-Libja ((Status/post preżunt: fil-kustodja fil-Libja.) Elenkat fi: 26 ta' Frar 2011Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi).

Informazzjoni addizzjonali

Involviment tal-Intelligence Militari fis-soppressjoni tad-dimostrazzjonijiet. Passat li jinkludi suspett ta' involviment fil-massakru tal-ħabs ta' Abu Selim. Ikkundannat in absentia għall-bumbardament ta' titjira tal-UTA. Ħaten Muammar Qadhafi.

19.

Isem: SAFIA FARKASH AL-BARASSI

Titolu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid: Madwar l-1952 Post tat-Twelid: Al Bayda, il-Libja Psewdonimu affidabbli: Safia Farkash Mohammed Al-Hadad, imwielda fl-1 ta' Jannar 1953 (Nru tal-passaport tal-Oman 03825239) Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: 03825239 Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Is-Sultanat tal-Oman Elenkat fi: 24 ta' Ġunju 2011Informazzjoni oħra: Elenkata skont il-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni 1970 u l-paragrafu 19 tar-riżoluzzjoni 1973 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi).

Informazzjoni addizzjonali

Ġid personali sinifikanti, li jista' jintuża għall-finijiet tar-reġim. Oħtha Fatima FARKASH hija miżżewġa lil ABDALLAH SANUSSI, kap tal-intelligence militari Libjana.

20.

Isem: ABDELHAFIZ ZLITNI

Titolu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: a) Ministru għall-Ippjanar u l-Finanzi fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi. b) Segretarju tal-Kumitat Ġenerali tal-Poplu għall-Finanzi u l-Ippjanar c) Kap temporanju tal-Bank Ċentrali tal-Libja Data tat-Twelid: 1935 Post tat-Twelid: mhux disponibbli Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi: 24 ta' Ġunju 2011 Informazzjoni oħra: Elenkata skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 u l-paragrafu 19 tar-riżoluzzjoni 1973 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi).

Informazzjoni addizzjonali

Involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti. Segretarju tal-Kumitat Ġenerali tal-Poplu għall-Finanzi u l-Ippjanar. Zltini bħalissa jaġixxi bħala kap temporanju tal-Bank Ċentrali tal-Libja. Qabel kien il-President tal-Korporazzjoni Nazzjonali taż-Żejt. L-informazzjoni li għandna tissuġġerixxi li huwa attwalment qed jipprova jiġbor fondi għar-reġim biex jagħmel riforniment tar-riżervi tal-Bank Ċentrali li diġà ntefqu biex isostnu l-kampanja militari attwali.


ANNESS III

LISTA TA' PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI, ENTITAJIET JEW KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(2)

A.   Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

ABDUSSALAM, Abdussalam Mohammed

Pożizzjoni: Kap fil-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: Tripli, il-Libja

Membru prominenti tal-Kumitat Rivoluzzjonarju.

Sieħeb qrib ta' Muammar Qadhafi. Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

28.2.2011

2.

ABU SHAARIYA

Pożizzjoni: Viċi Kap, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna

Ħaten Muammar Qadhafi.

Membru prominenti tar-reġim ta' Qadhafi u bħala tali assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

28.2.2011

3.

ASHKAL, Omar

Pożizzjoni: Kap, Moviment tal-Kumitati Rivoluzzjonarji

Post tat-twelid: Sirte, il-Libja

Status maħsub: inqatel fl-Eġittu, f'Awwissu 2014

Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

28.2.2011

4.

ALSHARGAWI, Bashir Saleh Bashir

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Traghen

Kap tal-Kabinett ta' Muammar Qadhafi. Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

28.2.2011

5.

TOHAMI, Ġeneral, Khaled

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Genzur

Ex direttur tal-Uffiċċju għas-Sigurtà Interna.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

28.2.2011

6.

FARKASH, Mohammed Boucharaya

Data tat-twelid: 1 ta' Lulju 1949

Post tat-twelid: Al-Bayda

Ex direttur tal-intelligence fl-Uffiċċju għas-Sigurtà Esterna.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

28.2.2011

7.

EL-KASSIM ZOUAI, Mohamed Abou

 

Ex Segretarju Ġenerali tal-Kungress Ġenerali tal-Poplu.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

8.

AL-MAHMOUDI, Baghdadi

 

Prim Ministru fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

9.

HIJAZI, Mohamad Mahmoud

 

Ministru għas-Saħħa u l-Ambjent fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

10.

HOUEJ, Mohamad Ali

Data tat-twelid: 1949

Post tat-twelid: Al-Azizia (viċin Tripli)

Ministru għall-Industrija, l-Ekonomija u l-Kummerċ fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

11.

AL-GAOUD, Abdelmajid

Data tat-twelid: 1943

Ministru għall-Agrikoltura u r-Riżorsi tal-Annimali u dawk Marittimi fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

12.

AL-CHARIF, Ibrahim Zarroug

 

Ministru għall-Affarijiet Soċjali fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

13.

FAKHIRI, Abdelkebir Mohamad

Data tat-twelid: 4 ta' Mejju 1963

Numru tal-Passaport: B/014965 (skada fi tmiem l-2013)

Ministru għall-Edukazzjoni, l-Edukazzjoni Għolja u r-Riċerka fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi. Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

14.

MANSOUR, Abdallah

Data tat-twelid: 8.7.1954

Numru tal-Passaport: B/014924 (skada fi tmiem l-2013)

Ex kollaboratur mill-qrib tal-Kurunell Qadhafi, ex rwol ewlieni fis-servizzi tas-sigurtà u direttur tar-radju u t-televiżjoni.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

15.

Kurunell Taher Juwadi

Pożizzjoni: Ir-raba' responsabbli fil-linja tal-kmand tal-Gwardja Rivoluzzjonarja

Kurunell.

Membru Ewlieni fir-regim ta' Qadhafi. Bħala tali, assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

23.5.2011

16.

AL-BAGHDADI, Dr Abdulqader Mohammed

Kap tal-Uffiċċju ta' Kollegament tal-Kumitati Rivoluzzjonarji.

Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

28.2.2011

17.

DIBRI, Abdulqader Yusef

Pożizzjoni: Kap tas-sigurtà personali ta' Muammar Qadhafi.

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Houn, il-Libja

Responsabbli għas-sigurtà tar-reġim. Passat ta' ordnijiet ta' vjolenza kontra d-dissidenti.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

28.2.2011

18.

QADHAF AL-DAM, Sayyid Mohammed

Data tat-twelid: 1948

Post tat-twelid: Sirte, il-Libja

Kuġin ta' Muammar Qadhafi. Fis-snin 80, Sayyid kien involut fil-kampanja tal-qtil tad-dissidenti u allegatament responsabbli għal diversi mwiet fl-Ewropa. Huwa suspettat ukoll li kien involut fl-akkwist tal-armi. Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

28.2.2011

19.

AL QADHAFI, Quren Salih Quren

 

Ex ambaxxatur Libjan għaċ-Chad. Telaq miċ-Chad lejn Sabha. Involut direttament fir-reklutaġġ u l-koordinazzjoni ta' merċenarji għar-reġim.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011

20

AL KUNI, il-Kurunell Amid Husain

Status/post preżunt: fin-Nofsinhar tal-Libja

Ex Gvernatur ta' Ghat (Nofsinhar tal-Libja). Involut direttament fir-reklutaġġ ta' merċenarji.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011

B.   Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Libyan Arab African Investment Company — LAAICO

Sit: http://www.laaico.com Kumpannija stabbilita fl-1981, 76351 Janzour-Libja. 81370 Tripli-Libja

Tel: 00 218 (21) 4890146-4890586-4892613

Faks: 00 218 (21) 4893800 — 4891867

posta elettronika: info@laaico.com

Ikkontrollata mir-reġim ta' Muammar Qadhafi u sors potenzjali ta' finanzjament għalih.

21.3.2011

2.

Fondazzjoni Internazzjonali Qadhafi għall-Karità u l-Iżvilupp

Dettalji tal-amministrazzjoni: Hay Alandalus — Jian St. — Tripli — PoBox: 1101 — il-Libja

Tel.: (+218) 214778301 —

Faks: (+218) 214778766;

posta elettronika: info@gicdf.org

Ikkontrollata mir-reġim ta' Muammar Qadhafi u sors potenzjali ta' finanzjament għalih.

21.3.2011

3.

Fondazzjoni Waatassimou

Ibbażata fi Tripli.

Ikkontrollata mir-reġim ta' Mouammar Qadhafi u sors potenzjali ta' finanzjament għalih.

21.3.2011

4.

Libyan Jamahirya Broadcasting Corporation

Dettalji ta' kuntatt:

Tel: 00 218 21 444 59 26;

00 21 444 59 00;

Faks: 00 218 21 340 21 07;

http://www.ljbc.net;

posta elettronika: info@ljbc.net

Tixwix pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza bil-parteċipazzjoni f'kampanji ta' misinformazzjoni dwar il-vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

5.

Korpi tal-Gwardji Revoluzzjonarji

 

Involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

6.

Libyan Agricultural Bank (magħruf ukoll bħala l-Bank Agrikolu; magħruf ukoll bħala Al Masraf AL Zirae Agricultural Bank; magħruf ukoll bħala Al Masraf Al Zirae; magħruf ukoll bħala Libyan Agricultural Bank)

El Ghayran Area, Ganzor El Sharqya, P.O. Box 1100, Tripli, Il-Libja; Al Jumhouria Street, East Junzour, Al Gheran, Tripli, il-Libja;

posta elettronika: agbank@agribankly.org; SWIFT/BIC AGRULYLT (Il-Libja);

Nru. tat-tel: (218)214870586;

Nru. tat-tel: (218) 214870714;

Nru. tat-tel:(218) 214870745;

Nru. tat-tel: (218) 213338366;

Nru. tat-tel: (218) 213331533;

Nru. tat-tel: (218) 213333541;

Nru. tat-tel: (218) 213333544;

Nru. tat-tel: (218) 213333543;

Nru. tat-tel: (218) 213333542;

Nru. tal-faks (218) 214870747;

Nru. tal-faks (218) 214870767;

Nru. tal-faks (218) 214870777;

Nru. tal-faks (218) 213330927;

Nru. tal-faks (218) 213333545

Sussidjarju Libjan tal-Bank Ċentrali tal-Libja.

12.4.2011

7.

Al-Inma Holding Co. for Services Investments

 

Sussidjarja Libjana tal-Fond għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali.

12.4.2011

8.

Al-Inma Holding Co. For Industrial Investments

 

Sussidjarja Libjana tal-Fond għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali.

12.4.2011

9.

Al-Inma Holding Company for Tourism Investment

Hasan al-Mashay Street (qrib Zawiyah Street)

Nru tat-tel.: (218) 213345187

Faks: +218.21.334.5188

posta elettronika: info@ethic.ly

Sussidjarja Libjana tal-Fond għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali.

12.4.2011

10.

Al-Inma Holding Co. for Construction and Real Estate Developments

 

Sussidjarja Libjana tal-Fond għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali.

12.4.2011

11.

LAP Green Networks (magħrufa wkoll bħala LAP Green Holding Company)

 

Sussidjarja Libjana tal-Libyan Africa Investment Portfolio.

12.4.2011

12.

Sabtina Ltd

530-532 Elder Gate, Elder House, Milton Keynes, ir-Renju Unit

Informazzjoni oħra:

Nru tar-Reġistrazzjoni 01794877 (UK)

Sussidjarja ta' Libyan Investment Authority inkorporata fir-Renju Unit.

12.4.2011

13.

Ashton Global Investments Limited

Woodbourne Hall, PO Box 3162, Road Town, Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi.

Informazzjoni oħra:

Nru tar-Reġistrazzjoni 1510484 (BVI)

Sussidjarja ta' Libyan Investment Authority inkorporata fil-Gżejjer Verġni Brittaniċi.

12.4.2011

14.

Capitana Seas Limited

 

Entità inkorporata fil-Gżejjer Verġni Brittaniċi proprjetà ta' Saadi Qadhafi.

12.4.2011

15.

Kinloss Property Limited

Woodbourne Hall, PO Box 3162, Road Town, Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi.

Informazzjoni oħra:

Nru tar-Reġistrazzjoni 1534407 (BVI)

Sussidjarja ta' Libyan Investment Authority inkorporata fil-Gżejjer Verġni Brittaniċi.

12.4.2011

16.

Baroque Investments Limited

c/o ILS Fiduciaries (IOM) Ltd, First Floor, Millennium House, Victoria Road, Douglas, Isle of Man

Informazzjoni oħra:

Nru tar-Reġistrazzjoni 59058C (IOM)

Sussidjarja ta' Libyan Investment Authority inkorporata fl-IOM.

12.4.2011


ANNESS IV

LISTA TA' AWTORITAJIET KOMPETENTI FL-ISTATI MEMBRI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 8(1), 9(1), 13 U 18(1) U L-INDIRIZZ GĦAN-NOTIFIKI LILL-KUMMISSJONI EWROPEA

(a)

Awtoritajiet kompetenti f'kull Stat Membru:

BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

BULGARIJA

http://www.mfa.bg/en/pages/135/index.html

REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

DANIMARKA

http://um.dk/da/politik-og-diplomati/retsorden/sanktioner/

ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/DE/Themen/Aussenwirtschaft/aussenwirtschaftsrecht,did=404888.html

ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

GREĊJA

http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

SPANJA

http://www.exteriores.gob.es/Portal/es/PoliticaExteriorCooperacion/GlobalizacionOportunidadesRiesgos/Documents/ORGANISMOS%20COMPETENTES%20SANCIONES%20INTERNACIONALES.pdf

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

KROAZJA

http://www.mvep.hr/sankcije

ITALJA

http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

UNGERIJA

http://2010-2014.kormany.hu/download/b/3b/70000/ENSZBT-ET-szankcios-tajekoztato.pdf

MALTA

https://www.gov.mt/en/Government/Government%20of%20Malta/Ministries%20and%20Entities/Officially%20Appointed%20Bodies/Pages/Boards/Sanctions-Monitoring-Board-.aspx

IL-PAJJIŻI L-BAXXI

http://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties

AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

POLONJA

http://www.msz.gov.pl

PORTUGALL

http://www.portugal.gov.pt/pt/os-ministerios/ministerio-dos-negocios-estrangeiros/quero-saber-mais/sobre-o-ministerio/medidas-restritivas/medidas-restritivas.aspx

RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548

SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/omejevalni_ukrepi

SLOVAKKJA

http://www.mzv.sk/sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu

FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

ŻVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

RENJU UNIT

https://www.gov.uk/sanctions-embargoes-and-restrictions

(b)

Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea jew għal xi komunikazzjoni oħra magħha:

Il-Kummissjoni Ewropea

Is-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Estera

CHAR 12/106

B-1049 Bruxelles/Brussel

Il-Belġju

Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu

Tel.: (32 2) 295 55 85

Faks: (32 2) 299 08 73


ANNESS V

LISTA TA' BASTIMENTI MSEMMIJA FIL-PUNT (H) TAL-ARTIKOLU 1 U L-ARTIKOLU 15 U MIŻURI APPLIKABBLI KIF SPEĊIFIKAT MILL-KUMITAT TAS-SANZJONIJIET


ANNESS VI

LISTA TA' PERSUNI, ENTITAJIET JEW KORPI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 5(4)

1.

Isem: LIBYAN INVESTMENT AUTHORITY

Magħrufa wkoll bħala: Libyan Foreign Investment Company (LFIC) Qabel magħrufa wkoll bħala: mhux disponibbli Indirizz:1 Fateh Tower Office, No 99 22nd Floor, Borgaida Street, Tripli, 1103, LibjaElenkata fi: 17 ta' Marzu 2011Informazzjoni oħra: Elenkata skont il-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 1973, kif immodifikata fis-16 ta' Settembru skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 2009.

Informazzjoni addizzjonali

Taħt il-kontroll ta' Muammar Qadhafi u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu.

2.

Isem: LIBYAN AFRICA INVESTMENT PORTFOLIO

Magħrufa wkoll bħala: mhux disponibbli Qabel magħruf ukoll bħala: mhux disponibbli Indirizz:Jamahiriya Street, LAP Building, PO Box 91330, Tripli, Libja Elenkata fi: 17 ta' Marzu 2011Informazzjoni oħra: Elenkata skont il-paragrafu 17 tar-riżoluzzjoni 1973, kif immodifikata fis-16 ta' Settembru skont il-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 2009.

Informazzjoni addizzjonali

Taħt il-kontroll ta' Muammar Qadhafi u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu.