|
17.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/1 |
DIRETTIVA (UE) 2016/2284 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta' Diċembru 2016
dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1) |
F'dawn l-aħħar 20 sena sar progress sinifikanti fl-Unjoni fil-qasam tal-emissjonijiet antropoġeniċi fl-arja u fil-qasam tal-kwalità tal-arja, b'mod partikolari permezz ta' politika dedikata tal-Unjoni, inkluża l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-21 ta' Settembru 2005 intitolata “Strateġija Tematika dwar it-Tniġġis tal-Arja” (it-“TSAP”). Id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) kellha rwol strumentali f'dak il-progress billi imponiet limiti fuq l-emissjonijiet annwali totali tal-Istati Membri mill-2010 'l quddiem ta' diossidu tal-kubrit (SO2), ta' ossidi tan-nitroġenu (NOx), ta' komposti organiċi volatili mhux metaniċi (NMVOC) u ta' ammonijaka (NH3). Bħala riżultat, bejn l-1990 u l-2010 l-emissjonijiet tad-diossidu tal-kubrit tnaqqsu bi 82 %, l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu tnaqqsu b'47 %, l-emissjonijiet ta' komposti organiċi volatili mhux metaniċi tnaqqsu b'56 % u l-emissjonijiet tal-ammonijaka tnaqqsu bi 28 % fl-Unjoni. Madankollu, kif indikat fil-Komumikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 2013 intitolata “Programm għal Arja Nadifa għall-Ewropa” (“it-TSAP riveduta”), għad baqa' impatti negattivi sinifikanti fuq u riskji għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. |
|
(2) |
Is-seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali (5) jikkonferma l-objettiv tal-Unjoni tul perijodu ta' żmien twil rigward il-politika tal-arja, li jintlaħqu livelli ta' kwalità tal-arja li ma jagħtux lok għal impatti negattivi sinifikanti fuq u riskji sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, u jitlob, għal dak l-għan, li jkun hemm konformità sħiħa mal-leġislazzjoni attwali tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-arja, miri u azzjonijiet strateġiċi għal wara l-2020, sforzi msaħħa f'oqsma fejn il-popolazzjoni u l-ekosistemi jinsabu esposti għal livelli għolja ta' inkwinanti tal-arja, u sinerġiji msaħħa bejn il-leġislazzjoni dwar il-kwalità tal-arja u l-objettivi tal-politika tal-Unjoni li ġew stabbiliti, b'mod partikolari, fir-rigward tat-tibdil fil-klima u tal-bijodiversità. |
|
(3) |
It-TSAP riveduta tistabbilixxi objettivi strateġiċi ġodda għall-perijodu sal-2030 bl-għan li toqrob aktar lejn l-objettiv tal-Unjoni tul perijodu ta' żmien twil dwar il-kwalità tal-arja. |
|
(4) |
L-Istati Membri u l-Unjoni jinsabu fil-proċess li jirratifikaw il-Konvenzjoni ta' Minamata dwar il-Merkurju tal-2013 tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent, li tfittex li tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent permezz tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-merkurju minn sorsi eżistenti u ġodda bil-ħsieb tad-dħul fis-seħħ tagħha fl-2017. Jenħtieġ li l-emissjonijiet rapportati ta' dak l-inkwinant jinżammu taħt sorveljanza mill-Kummissjoni. |
|
(5) |
L-Istati Membri u l-Unjoni huma partijiet għall-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) dwar it-Tniġġis Transkonfini tal-Arja Fuq Distanza Twila tal-1979 (“Konvenzjoni LRTAP”) u għal diversi Protokolli tagħha, inkluż il-Protokoll sabiex Titnaqqas l-Aċidifikazzjoni, l-Ewtrofikazzjoni u l-Ożonu Troposferiku tal-1999 li ġie rivedut fl-2012 (“il-Protokoll rivedut ta' Gothenburg”). |
|
(6) |
Rigward is-sena 2020 u s-snin ta' wara, il-Protokoll rivedut ta' Gothenburg jistabbilixxi impenji ġodda għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, filwaqt li jieħu s-sena 2005 bħala s-sena bażi, għal kull parti fir-rigward ta' diossidu tal-kubrit, ossidi tan-nitroġenu, komposti organiċi volatili mhux metaniċi, ammonijaka u għall-partiċelli fini, jippromwovi tnaqqis tal-emissjonijiet ta' karbonju iswed u jitlob li jkun hemm ġbir u żamma ta' informazzjoni dwar l-effetti negattivi ta' konċentrazzjonijiet u depożizzjonijiet ta' inkwinanti tal-arja fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u għal parteċipazzjoni fil-programmi orjentati lejn l-effetti skont il-Konvenzjoni LRTAP. |
|
(7) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-limitu massimu nazzjonali tal-emissjonijiet stabbilit bid-Direttiva 2001/81/KE jiġi rivedut sabiex jinġieb konformi mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri. Għal dak l-għan, l-impenji nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għal kwalunkwe sena mill-2020 sal-2029 f'din id-Direttiva huma identiċi għal dawk stabbiliti fil-Protokoll rivedut ta' Gothenburg. |
|
(8) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jimplimentaw din id-Direttiva b'mod li jikkontribwixxi b'mod effikaċi għall-ilħuq tal-objettiv fit-tul tal-Unjoni rigward il-kwalità tal-arja kif appoġġjat mil-linji gwida tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u tal-objettivi tal-Unjoni rigward il-bijodiversità u l-protezzjoni tal-ekosistemi billi l-livelli u d-depożizzjoni tat-tniġġis tal-arja minn inkwinanti aċidifikanti, ewtrofikanti u tal-ożonu jitnaqqsu għal livelli aktar baxxi mit-tagħbijiet u l-livelli kritiċi stabbiliti mill-Konvenzjoni LRTAP. |
|
(9) |
Jenħtieġ li din id-Direttiva tikkontribwixxi wkoll għall-ksib, b'mod kosteffikaċi, tal-objettivi dwar il-kwalità tal-arja stabbiliti fil-leġislazzjoni tal-Unjoni u għall-mitigazzjoni tal-impatti tat-tibdil fil-klima flimkien mat-titjib fil-kwalità tal-arja globalment u għat-titjib tas-sinerġiji mal-politika tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija, filwaqt li tiġi evitata duplikazzjoni tal-leġislazzjoni eżistenti tal-Unjoni. |
|
(10) |
Din id-Direttiva tikkontribwixxi wkoll għat-tnaqqis tal-ispejjeż tat-tniġġis tal-arja relatati mas-saħħa fl-Unjoni billi ttejjeb il-benesseri taċ-ċittadini tal-Unjoni kif ukoll tiffavorixxi t-transizzjoni lejn ekonomija ekoloġika. |
|
(11) |
Jenħtieġ li din id-Direttiva tikkontribwixxi għat-tnaqqis progressiv tat-tniġġis tal-arja, filwaqt li tibni fuq tnaqqis li twettaq permezz ta' leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-kontroll tat-tniġġis tal-arja fuq il-bażi tas-sors li tindirizza emissjonijiet ta' sustanzi speċifiċi. |
|
(12) |
Jenħtieġ li l-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-kontroll tat-tniġġis tal-arja fuq il-bażi tas-sors tikseb it-tnaqqis tal-emissjonijiet mistenni. L-identifikazzjoni ta' leġislazzjoni dwar il-kontroll tat-tniġġis tal-arja fuq il-bażi tas-sors mhux effettiva tal-Unjoniu r-rispons għaliha fi stadju bikri huma essenzjali sabiex jintlaħqu l-objettivi aktar ġenerali marbutin mal-kwalità tal-arja, kif jidher mid-diskrepanza bejn l-emissjonijiet reali u l-emissjonijiet waqt test ta' ossidi tan-nitroġenu minn karozzi EURO 6 li jaħdmu bid-diżil. |
|
(13) |
Jenħtieġ li l--Istati Membri jkunu konformi mal-impenji għat-tnaqqis ta' emissjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva mill-2020 sal-2029 u mill-2030 'il quddiem. Sabiex jiġi żgurat progress li jista' jintwera fit-twettiq tal-impenji tal-2030, jenħtieġ li l-Istati Membri għandhom jidentifikaw livelli ta' emissjonijiet indikattivi fl-2025 li jkunu teknikament fattibbli u ma jinvolvux spejjeż sproporzjonati, u jenħtieġ li jippruvaw ikunu konformi ma' tali livelli. Fejn l-emissjonijiet għall-2025 ma jistgħux jiġu limitati f'konformità mal-perkors ta' tnaqqis determinat, jenħtieġ li l-Istati Membri jispjegaw ir-raġunijiet għal dik id-devjazzjoni kif ukoll il-miżuri li jwasslu lill-Istati Membri lura fuq il-perkors tagħhom fir-rapporti sussegwenti tagħhom li jiġu mħejjija skont din id-Direttiva |
|
(14) |
L-impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta' emissjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva għall-2030 'il quddiem huma bbażati fuq il-potenzjal għat-tnaqqis stmat ta' kull Stat Membru li jinsab fir-Rapport nru 16 tat-TSAP ta' Jannar 2015 (“TSAP 16”), dwar l-eżami tekniku tad-differenzi bejn l-istimi nazzjonali u dawk previsti tat-TSAP 16, u dwar l-objettiv politiku li jinżamm it-tnaqqis ġenerali tal-impatt fuq is-saħħa sal-2030 (meta mqabbel mal-2005) l-aktar viċin possibbli għal dak tal-proposta tal-Kummissjoni għal din id-Direttiva. Biex tiżdied it-trasparenza, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika s-suppożizzjonijiet sottostanti użati fit-TSAP 16. |
|
(15) |
Jenħtieġ li l-konformità ma' impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta' emissjonijiet tiġi evalwata b'referenza għall-istatus metodoloġiku speċifiku fil-mument li fih kien ġie stabbilit l-impenn. |
|
(16) |
Jenħtieġ li r-rekwiżiti ta' rappurtar u l-impenji għat-tnaqqis ta' emissjonijiet ikunu bbażati fuq il-konsum nazzjonali tal-enerġija u l-karburanti mibjugħa. Madankollu, xi Stati Membri jistgħu, skont il-Konvenzjoni LRTAP, li jużaw it-total tal-emissjonijiet nazzjonali kkalkulat abbażi tal-karburanti użati rigward is-settur tat-trasport bit-triq bħala bażi għall-konformità. Jenħtieġ li dik l-għażla tinżamm f'din id-Direttiva sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn il-liġi internazzjonali u dik tal-Unjoni. |
|
(17) |
Sabiex jiġu indirizzati xi wħud mill-inċertezzi inerenti fl-istabbiliment tal-impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta' emissjonijiet, il-Protokoll rivedut ta' Gothenburg jinkludi flessibbiltajiet li jenħtieġ li jiġu inkorporati f'din id-Direttiva. B'mod partikolari, il-Protokoll rivedut ta' Gothenburg jistabbilixxi mekkaniżmu biex jiġu aġġustati l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet u għal medja ta' emissjonijiet annwali nazzjonali għal massimu ta' tliet snin meta jintlaħqu ċerti kondizzjonijiet. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti flessibbiltajiet f'din id-Direttiva fejn timponi impenn għal tnaqqis, li jeċċedi t-tnaqqis kosteffikaċi identifikat fit-TSAP 16 u, wkoll biex l-Istati Membri jiġu assistiti f'każ ta' avvenimenti eċċezzjonali u mhux mistennija relatati mal-ġenerazzjoni jew il-provvista tal-enerġija dment li jintlaħqu dawk il-kondizzjonijiet speċifiċi. L-użu ta' dawk il-flessibbiltajiet għandu jkun mmonitorjat mill-Kummissjoni filwaqt li jittieħed kont tal-gwida żviluppata skont il-Konvenzjoni LRTAP. Għall-finijiet ta' valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għal aġġustamenti, l-impenji ta' tnaqqis tal-emissjoni għall-perijodu bejn 2020 u 2029 jenħtieġ li jiġu kkunsidrati li kienu stabbiliti fl-4 ta' Mejju 2012, id-data meta ġie rivedut il-Protokoll ta' Gothenburg. |
|
(18) |
Jenħtieġ li kull Stat Membru jfassal, jadotta u jimplimenta programm nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja bil-ħsieb li jilħaq l-impenji tiegħu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, u biex jagħti kontribut effettiv għall-kisba tal-objettivi dwar il-kwalità tal-arja. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu l-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet, b'mod partikolari ta' ossidi tan-nitroġenu u partiċelli fini, f'żoni u f'agglomerazzjonijiet li huma affettwati minn konċentrazzjonijiet eċċessivi ta' inkwinanti tal-arja u/jew f'dawk iż-żoni u f'agglomerazzjonijiet li jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għat-tniġġis tal-arja f'żoni u f'agglomerazzjonijiet oħra, inkluż f'pajjiżi ġirien. Għal dak l-għan, jinħtieġ li l-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja stabbiliti skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). |
|
(19) |
Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet minn sorsi antropoġeniċi, jenħtieġ li l-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja jikkunsidraw miżuri applikabbli għas-setturi rilevanti kollha, inklużi l-agrikoltura, l-enerġija, l-industrija, it-trasport bit-triq, it-tbaħħir intern, it-tisħin domestiku u l-użu ta' makkinarju mobbli mhux tat-triq u solventi. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu intitolati li jiddeċiedu dwar il-miżuri li jadottaw sabiex jikkonformaw mat-twettiq tal-impenji għat-tnaqqis ta' emissjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva. |
|
(20) |
Fit-tfassil ta' programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu kont tal-aħjar prattiki biex jiġu indirizzati, fost oħrajn,l-inkwinantil-aktar ta' ħsara fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva fir-rigward ta' gruppi sensittivi tal-popolazzjoni umana. |
|
(21) |
L-agrikoltura tagħti kontribut importanti għal emissjonijiet atmosferiċi ta' ammonijaka u partiċelli fini. Sabiex jitnaqqsu dawk l-emissjonijiet, jenħtieġ li l-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja jinkludu miżuri applikabbli għas-settur agrikolu. Jenħtieġ li tali miżuri jkunu kosteffikaċi u bbażati fuq informazzjoni u data speċifiċi, filwaqt li jittieħed kont tal-progress xjentifiku u l-miżuri preċedenti meħuda mill-Istati Membri. Il-politika agrikola komuni toffri lill-Istati Membri l-possibbiltà li jikkontribwixxu għall-kwalità tal-arja b'miżuri speċifiċi. Evalwazzjoni fil-ġejjieni ser tipprovdi fehim aħjar tal-effetti ta' dawk il-miżuri. |
|
(22) |
Jenħtieġ li t-titjib fil-kwalità tal-arja jinkiseb permezz ta' miżuri proporzjonati. Meta jieħdu miżuri li ser jiġu inklużi fi programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja li jkunu applikabbli għas-settur agrikolu, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jittieħed kont b'mod sħiħ tal-impatti tagħhom fuq azjendi agrikoli żgħar sabiex tiġi limitata, kemm jista' jkun possibbli, kwalunkwe spiża addizzjonali. |
|
(23) |
Meta ċerti miżuri meħuda taħt il-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja immirati għall-prevenzjoni tal-emissjonijiet fis-settur tal-agrikoltura jkunu eliġibbli għal appoġġ finanzjarju, b'mod partikolari miżuri minn azjendi agrikoli li jeħtieġu bidliet sinifikanti ta' prattiki jew investimenti sinifikanti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiffaċilita l-aċċess għal tali appoġġ finanzjarju u għal fondi oħrajn disponibbli tal-Unjoni. |
|
(24) |
Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw li jappoġġjaw il-bidla lejn investimenti f'teknoloġiji nodfa u effiċjenti. L-innovazzjoni tista' tgħin biex tittejjeb is-sostenibbiltà u jissolvew il-problemi f'ras il-għajn, billi ttejjeb ir-reazzjonijiet settorjali għall-isfidi tal-kwalità tal-arja. |
|
(25) |
Programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja, inkluż l-analiżi li tappoġġa l-identifikazzjoni ta' politiki u miżuri, jenħtieġ li jiġu aġġornati b'mod regolari. |
|
(26) |
Sabiex ifasslu programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja li huma infurmati tajjeb u sabiex ifasslu kwalunkwe aġġornamenti sinifikanti, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu dawk il-programmi u aġġornamenti soġġetti għal konsultazzjoni mal-pubbliku u mal-awtoritajiet kompetenti fil-livelli kollha u fi żmien meta l-għażliet kollha rigward il-politiki u l-miżuri jkunu miftuħa. L-Istati Membri għandhom jipparteċipaw f'konsultazzjonijiet transkonfinali fejn l-implimentazzjoni tal-programm tagħhom tista' taffettwa l-kwalità tal-arja fi Stat Membru jew pajjiż terz ieħor, b'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni u dik internazzjonali, inkluż il-Konvenzjoni tal-UNECE dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f'Kuntest Transkonfinali (il-“Konvenzjoni Espoo”) tal-1991 u l-Protokoll tagħha dwar il-Valutazzjoni Strateġika Ambjentali tal-2003. |
|
(27) |
L-għan ta' din id-Direttiva, fost oħrajn, huwa li tħares is-saħħa tal-bnedmin. Kif il-Qorti tal-Ġustizzja indikat f'bosta okkażjonijiet, tkun inkompatibbli mal-effett vinkolanti li t-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jagħti lil direttiva li teskludi, fil-prinċipju, il-possibbiltà ta' obbligu impost minn direttiva milli jiġi invokat minn persuni konċernati. Dik il-konsiderazzjoni tapplika partikolarment b'rabta ma' direttiva li għandha l-objettiv li tikkontrolla u tnaqqas it-tniġġis atmosferiku u li hi mfassla, għaldaqstant, biex tħares is-saħħa tal-bnedmin. |
|
(28) |
Jenħtieġ li l--Istati Membri jippreparaw u jirrappurtaw inventarji u projezzjonijiet nazzjonali ta' emissjonijiet kif ukoll rapporti tal-inventarju informattivi dwar l-inkwinanti kollha tal-arja koperti minn din id-Direttiva, li mbagħad jenħtieġ li jippermettu lill-Unjoni li tikkonforma mad-dmirijiet tagħha ta' rappurtaġġ skont il-Konvenzjoni LRTAP u l-Protokolli tagħha. |
|
(29) |
Sabiex tinżamm il-konsistenza ġenerali għall-Unjoni kollha kemm hi, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li r-rappurtar tagħhom lill-Kummissjoni dwar l-inventarji u l-projezzjonijiet nazzjonali tagħhom dwar l-emissjonijiet kif ukoll ir-rapporti tal-inventarju informattivi jkunu konsistenti bis-sħiħ mar-rappurtar tagħhom skont il-Konvenzjoni LRTAP. |
|
(30) |
Sabiex tiġi valutata l-effettività tal-impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta' emissjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jimmonitorjaw ukoll l-impatti tat-tniġġis tal-arja fuq l-ekosistemi terrestri u akkwatiċi, u jirrappurtaw it-tali impatti. Sabiex jiġi żgurat approċċ kosteffikaċi, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw l-indikaturi fakultattivi ta' monitoraġġ imsemmija f'din id-Direttiva u jenħtieġ li jikkoordinaw ma' programmi ta' monitoraġġ oħra stabbiliti skont id-Direttivi relatati u, jekk adatt, il-Konvenzjoni LRTAP. |
|
(31) |
Jenħtieġ li jiġi stabbilit Forum Ewropew dwar l-Arja Nadifa, li jinvolvi l-partijiet interessati kollha inkluż l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-livelli rilevanti kollha, għall-iskambju tal-esperjenza u l-prattiki tajba, b'mod partikolari biex jingħata kontribut għall-gwida u tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni koordinata tal-leġislazzjoni u l-politiki tal-Unjoni relatati mat-titjib tal-kwalità tal-arja. |
|
(32) |
F'konformità mad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw tixrid attiv u sistematiku ta' informazzjoni permezz ta' mezzi elettroniċi. |
|
(33) |
Jeħtieġ li d-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) tiġi emendata sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ta' dik id-Direttiva mal-Konvenzjoni tal-UNECE dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Relatati mal-Ambjent tal-1998 (il-“Konvenzjoni Aarhus”). |
|
(34) |
Sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi tekniċi u internazzjonali, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-Anness I, kif ukoll il-Parti 2 tal-Anness III u l-Anness IV, biex jiġu adattati għall-iżviluppi fi ħdan il-qafas tal-Konvenzjoni LRTAP u fir-rigward tal-emendar tal-Anness V biex jiġi adattat għall-progress tekniku u xjentifiku u għal żviluppi fi ħdan il-qafas tal-Konvenzjoni LRTAP. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, inkluż fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (9). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati. |
|
(35) |
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' flessibbiltajiet u programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja skont din id-Direttiva, jenħtieġ li s-setgħat ta' implimentazzjoni jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (KE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). |
|
(36) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli dwar penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Jenħtieġ li dawk il-penali jkunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi. |
|
(37) |
Bil-ħsieb tan-natura u l-punt safejn il-modifiki li jenħtieġ li jsiru għad-Direttiva 2001/81/KE jridu jkopru, jenħtieġ li dik id-Direttiva tiġi mibdula sabiex jittejbu ċ-ċertezza, iċ-ċarezza, u t-trasparenza legali u s-simplifikazzjoni leġislattiva. Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fit-titjib tal-kwalità tal-arja, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkonformaw mal-livelli massimi tal-emissjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2001/81/KE sakemm l-impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta' emissjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva jsiru applikabbli fl-2020. |
|
(38) |
Peress li l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni għall-ambjent u għas-saħħa tal-bnedmin, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda minflok, minħabba n-natura transkonfinali tat-tniġġis tal-arja, jista' jintlaħaq aħjar fuq il-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv. |
|
(39) |
F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni (11), l-Istati Membri refgħu r-responsabbiltà li jakkumpanjaw, f'każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew iktar li jispjega(w) ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġislatur jikkunsidra li t-trasmissjoni ta' dawn id-dokumenti għandha tkun ġustifikata, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Objettivi u suġġett
1. Sabiex tersaq lejn il-ksib ta' livelli tal-kwalità tal-arja li ma jirriżultawx f'impatti negattivi sinifikanti fuq u riskji għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, din id-Direttiva tistabbilixxi l-impenji tat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-emissjonijiet atmosferiċi antropoġeniċi ta' diossidu tal-kubrit (SO2), ossidi tan-nitroġenu (NOx), komposti organiċi volatili mhux metaniċi (NMVOC), ammonijaka (NH3) u partiċelli fini (PM2,5) tal-Istati Membri u tirrikjedi li jitfasslu, jiġu adottati u implimentati programmi nazzjonali ta' kontroll tat-tniġġis tal-arja u li jiġu sorveljati u rappurtati l-emissjonijiet għal dawk l-inkwinanti u għall-inkwinantil-oħra msemmija fl-Anness I, kif ukoll l-impatti tagħhom.
2. Din id-Direttiva tikkontribwixxi wkoll biex jinkisbu:
|
(a) |
l-objettivi dwar il-kwalità tal-arja stabbiliti fil-leġislazzjoni tal-Unjoni u progress lejn l-objettiv fit-tul tal-Unjoni li tilħaq livelli ta' kwalità tal-arja konformi mal-linji gwida dwar il-kwalità tal-arja ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa; |
|
(b) |
l-objettivi tal-Unjoni dwar il-bijodiversità u l-ekosistemi f'konformità mas-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali; |
|
(c) |
it-tisħiħ ta' sinerġiji bejn il-politika tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-arja u politiki rilevanti oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari l-politiki tal-klima u l-enerġija. |
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal emissjonijiet tal-inkwinantimsemmija fl-Anness I mis-sorsi kollha li jinsabu fit-territorju tal-Istati Membri, fiż-żoni ekonomiċi esklużivi tagħhom u fiż-żoni tagħhom ta' kontroll tat-tniġġis.
2. Din id-Direttiva ma tkoprix l-emissjonijiet fil-Gżejjer Kanarji, id-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej, il-Madejra u l-Azores.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“emissjoni” tfisser ir-rilaxx ta' sustanza minn punt jew sors diffuż fl-atmosfera; |
|
(2) |
“emissjonijiet antropoġeniċi” tfisser l-emissjonijiet atmosferiċi ta' inkwinanti assoċjati mal-attivitajiet tal-bniedem; |
|
(3) |
“prekursuri tal-ożonu” tfisser ossidi tan-nitroġenu, komposti volatili organiċi mhux metaniċi, metan u monossidu tal-karbonju; |
|
(4) |
“objettivi ta' kwalità tal-arja” tfisser il-valuri ta' limitu, il-valuri mira u l-obbligi tal-konċentrazzjoni tal-espożizzjoni għall-kwalità tal-arja stabbiliti fid-Direttiva 2008/50/KE u d-Direttiva 2004/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12); |
|
(5) |
“diossidu tal-kubrit” jew “SO2” tfisser il-komposti kollha tal-kubrit espressi bħala diossidu tal-kubrit, inkluż it-trijossidu tal-kubrit (SO3), l-aċidu tal-kubrit (H2SO4), u komposti ridotti tal-kubrit bħas-sulfur tal-idroġenu (H2S), merkaptani u sulfidi tad-dimetil; |
|
(6) |
“ossidi tan-nitroġenu” jew “NOx” tfisser monossidu tan-nitroġenu u diossidu tan-nitroġenu, espressi bħala diossidu tan-nitroġenu; |
|
(7) |
“komposti organiċi volatili mhux metaniċi” jew “NMVOC” tfisser il-komposti organiċi kollha, għajr il-metan, li huma kapaċi jipproduċu ossidanti fotokimiċi permezz ta' reazzjoni ma' ossidi tan-nitroġenu fil-preżenza tad-dawl tax-xemx; |
|
(8) |
“partiċelli fini” jew “PM2,5” tfisser partikoli b'dijametru ajrudinamiku daqs jew anqas minn 2,5 mikrometri (μm); |
|
(9) |
“karbonju iswed” jew “BC” tfisser partiċelli karbonjużi li jassorbu d-dawl; |
|
(10) |
“impenn nazzjonali għat-tnaqqis ta' emissjonijiet” tfisser l-obbligu tal-Istati Membri fit--tnaqqis ta' emissjonijiet ta' sustanza; tispeċifika it-tnaqqis ta' emissjonijiet li bħala minimu għandu jintlaħaqt fis-sena kalendarja mira' bħala perċentwal tat-total ta' emissjonijiet rilaxxati matul is-sena bażi (2005); |
|
(11) |
“ċiklu tal-inżul u tat-tluq” tfisser iċ-ċiklu li jinkludi l-mument li l-ajruplan jidħol minn u joħroġ għal fuq ir-runway, il-ġirja għat-tluq, x'ħin jinqata' mill-art, x'ħin javviċina r-runway, l-inżul u l-attivitajiet l-oħra kollha tal-ajruplan li jseħħu f'altitudni ta' inqas minn 3 000 pied; |
|
(12) |
“traffiku marittimu internazzjonali” tfisser vjaġġi fuq il-baħar jew f'ilmijiet kostali ta' bastimenti tal-bnadar kollha, għajr bastimenti tas-sajd, li jitilqu mit-territorju ta' pajjiż wieħed u li jaslu fit-territorju ta' pajjiż ieħor; |
|
(13) |
“żona ta' kontroll tat-tniġġis” tfisser żona tal-baħar li tinsab mhux aktar minn 200 mil nawtiku bogħod mil-linji ta' referenza li minnhom titkejjel il-wisa' tal-baħar territorjali, stabbilita minn Stat Membru għall-prevenzjoni, it-tnaqqis u l-kontroll tat-tniġġis minn bastimenti skont ir-regoli u l-istandards internazzjonali applikabbli; |
|
(14) |
“Leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-kontroll tat-tniġġis tal-arja fuq il-bażi tas-sors” tfisser leġislazzjoni tal-Unjoni bil-għan li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' inkwinantital-arja koperti minn din id-Direttiva billi jittieħdu miżuri ta' mitigazzjoni fis-sors. |
Artikolu 4
Impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta' emissjonijiet
1. Bħala minimu, l-Istati Membri għandhom jillimitaw l-emissjonijiet antropoġeniċi annwali tagħhom ta' diossidu tal-kubrit, ta' ossidi tan-nitroġenu, komposti organiċi volatili mhux metaniċi, ammonijaka, u partiċelli fini b'konformità mal-impenji nazzjonali għat-tnaqqis ta' emissjonijiet applikabbli mill-2020 sal-2029 u mill-2030 'il quddiem, kif stabbilit fl-Anness II.
2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa bil-għan li jillimitaw l-emissjonijiet antropoġeniċi tal-2025 tagħhom ta' diossidu tal-kubrit, ossidi tan-nitroġenu, komposti organiċi volatili mhux metaniċi, ammonijaka u partiċelli fini5. Il-livelli indikattivi ta' dawk l-emissjonijiet għandhom jiġu determinati permezz ta' perkors ta' tnaqqis lineari stabbilit bejn il-livelli tal-emissjonijiet tagħhom definiti mill-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2020 u l-livelli ta' emissjonijiet definiti mill-impenji għat-tnaqqis ta' emissjonijiet għall-2030.
L-Istati Membri jistgħu jsegwu perkors ta' tnaqqis mhux lineari jekk dan ikun ekonomikament jew teknikament aktar effiċjenti, u sakemm mill-2025 dan jingħaqad progressivament mal-perkors ta' tnaqqis lineari u sakemm ma jaffettwa ebda impenn ta' tnaqqis ta' emissjoni għall-2030. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dak il-perkors ta' tnaqqis lineari u r-raġunijiet għaliex ikunu qed isegwuh fil-programmi nazzjonali ta' kontroll tat-tniġġis tal-arja li għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 10(1).
Fejn l-emissjonijiet għall-2025 ma jistgħux jiġu limitati f'konformità mal-perkors tat-tnaqqis determinat, l-Istati Membri għandhom jispjegaw ir-raġunijiet għal dik id-devjazzjoni kif ukoll il-miżuri li jwasslu lill-Istati Membri lura fuq il-perkors tagħhom fir-rapporti tal-inventarju informattivi sussegwenti tagħhom li għandhom jiġu pprovduti lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 10(2).
3. L-emissjonijiet li ġejjin mhumiex meqjusa għall-fini ta' konformità mal-paragrafi 1 u 2:
|
(a) |
emissjonijiet mill-ajruplani lil hinn miċ-ċiklu ta' nżul u tlugħ; |
|
(b) |
emissjonijiet mit-traffiku marittimu nazzjonali lejn u mit-territorji msemmija fl-Artikolu 2(2); |
|
(c) |
emissjonijiet minn traffiku marittimu internazzjonali; |
|
(d) |
emissjonijiet ta' ossidi tan-nitroġenu u komposti organiċi volatili mhux metaniċi minn attivitajiet li jaqgħu taħt in-Nomenklatura 2014 għar-Rappurtar (NFR) kif previst mill-kategoriji 3B (ġestjoni ta' demel) u 3D (ħamriji agrikoli) tal-Konvenzjoni LRTAP. |
Artikolu 5
Flessibbiltajiet
1. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu, f'konformità mal-Parti 4 tal-Anness IV, inventarji nazzjonali annwali aġġustati tal-emissjonijiet għal diossidu tal-kubrit, ossidi tan-nitroġenu, komposti organiċi volatili mhux metaniċi, ammonijaka u partiċelli fini, meta n-nuqqas ta' konformità mal-impenji nazzjonali tagħhom għat-tnaqqis ta' emissjonijiet jirriżulta mill-applikazzjoni ta' metodi ta' inventarji tal-emissjonijiet imtejba aġġornati skont l-għarfien xjentifiku.
Għall-fini tad-determinazzjoni ta' jekk il-kondizzjonijiet rilevanti stabbiliti fil-Parti 4 tal-Anness IV humiex sodisfatti, l-impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għas-snin 2020 sa 2029 għandhom jiġu kkunsidrati li ġew stabbiliti fl-4 ta' Mejju 2012.
Mill-2025 il-kondizzjonijiet addizzjonali li ġejjin għandhom japplikaw għall-aġġustamenti fil-każ li jkun hemm fatturi ta' emissjonijietli jkunu differenti b'mod sinifikanti minn kategoriji ta' sorsi speċifiċi meta mqabbla ma' dawk li kienu mistennija bħala riżultat tal-implimentazzjoni ta' norma jew standard partikolari skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-kontroll tat-tniġġis tal-arja fuq il-bażi tas-sors, skont il-punti 1(d)(ii) u (iii) tal-Parti 4 tal-Anness IV:
|
(a) |
l-Istat Membru ikkonċernat, wara li jkun qies is-sejbiet tal-programmi nazzjonali ta' spezzjoni u infurzar li jissorveljaw l-effettività tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-kontroll tat-tniġġis tal-arja fuq il-bażi tas-sors, juri li l-fatturi differenti b'mod sinifikanti ma jirriżultawx mill-implimentazzjoni tagħha fil-pajjiż jew l-infurzar ta' dik il-leġislazzjoni; |
|
(b) |
l-Istat Membru kkonċernat ikun informa lill-Kummissjoni bid-differenza sinifikanti fil-fatturi ta' emissjoni li, skont l-Artikolu 11(2), għandha tinvestiga l-ħtieġa għal azzjoni ulterjuri. |
2. Jekk f'sena partikolari Stat Membru, minħabba xitwa eċċezzjonalment kiesħa jew sajf eċċezzjonalment niexef, ma jkunx jista' jkun konformi mal-impenji tiegħu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, huwa jista' jikkonforma ma' dawk l-impenji billi jieħu medja tal-emissjonijiet annwali nazzjonali tiegħu għas-sena inkwistjoni u s-sena ta' qabel dik is-sena u s-sena ta' wara, sakemm din il-medja ma taqbiżx il-livell ta' emissjonijiet annwali nazzjonali determinat mill-impenn tal-Istat Membru.
3. Jekk f'sena partikolari Stat Membru, li għalih impenn ta' tnaqqis wieħed jew aktar stabbiliti fl-Anness II huma stabbiliti f'livell aktar strett mit-tnaqqis kosteffikaċi identifikat fit-TSAP 16, ma jistax jikkonforma mal-impenn ta' tnaqqis ta' emissjonijiet rilevanti wara li jkun implimenta l-miżuri kosteffikaċi kollha, għandu jitqies li qed jikkonforma ma dak l-impenn għat-tnaqqis ta' emissjonijiet rilevanti għal massimu ta' ħames snin, sakemm għal kull waħda minn dawk is-snin jikkumpensa għal dak in--nuqqas ta' konformità permezz ta' tnaqqis ekwivalenti tal-emissjonijiet ta' inkwinantieħor imsemmi fl-Anness II.
4. Stat Membru għandu jitqies li jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 4 għal massimu ta' tliet snin, meta n-nuqqas ta' konformità mal-impenji tiegħu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għas-sustanzi li jniġġsu rilevanti jirriżulta minn interruzzjoni jew telf ta' kapaċità għal għarrieda u eċċezzjonali fis-sistema tal-provvista jew produzzjoni tal-enerġija u/jew tat-tisħin, li ma setax jiġi raġonevolment previst, u sakemm jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
l-Istat Membru ikkonċernat ikun wera li jkunu saru l-isforzi kollha raġonevoli, inkluż l-implimentazzjoni ta' miżuri u politiki ġodda, biex tiġi żgurata l-konformità, u li jkunu ser jibqgħu jsiru biex il-perijodu ta' nuqqas ta' konformità jinżamm qasir kemm jista' jkun; u |
|
(b) |
l-Istat Membru ikkonċernat ikun wera li l-implimentazzjoni ta' miżuri u politiki addizzjonali ma' dawk imsemmija fil-punt (a) twassal għal spejjeż sproporzjonati, li jqiegħdu sostanzjalment f'periklu s-sigurtà tal-enerġija nazzjonali, jew joħolqu riskju sostanzjali ta' faqar enerġetiku għal parti sinifikanti tal-popolazzjoni. |
5. L-Istati Membri li biħsiebhom japplikaw il-paragrafu 1, 2, 3 jew 4 għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan sal-15 ta' Frar tas-sena ta' rappurtar konċernata. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-inkwinanti u l-oqsma kkonċernati u, fejn disponibbli, il-kobor tal-impatti fuq l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet.
6. Il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha teżamina u tevalwa jekk l-użu ta' kwalunkwe flessibbiltà għal sena partikolari jissodisfax il-kondizzjonijiet rilevanti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u fil-Parti 4 tal-Anness IV, jew fil-paragrafi 2, 3 jew 4 ta' dan l-Artikolu, fejn applikabbli.
Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li l-użu ta' flessibbiltà mogħtija ma jkunx f'konformità mal-kondizzjonijiet rilevanti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u fil-Parti 4 tal-Anness IV, jew fil-paragrafi 2, 3 jew 4 ta' dan l-Artikolu, hija għandha tadotta deċiżjoni fi żmien disa' xhur mid-data tal-wasla tar-rapport rilevanti msemmi fl-Artikolu 8(4), li tinforma lill-Istat Membru kkonċernat li l-użu ta' dik il-flessibbiltà ma jistax jiġi aċċettat u tiddikjara r-raġunijiet għal dak ir-rifjut. Fejn il-Kummissjoni ma tqajjem ebda oġġezzjoni fi żmien disa' xhur mid-data tal-wasla tar-rapport rilevanti msemmi fl-Artikolu 8(4), l-Istat Membru kkonċernat għandu jqis l-użu ta' dik il-flessibbiltà bħala valida u aċċettata għal dik is-sena.
7. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw ir-regoli dettaljati għall-użu tal-flessibbiltajiet imsemmijin fil-paragrafi 1, 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 17.
8. Il-Kummissjoni, meta teżerċita s-setgħat tagħha skont il-paragrafi 6 u 7, għandha tqis id-dokumenti ta' gwida rilevanti żviluppati skont il-Konvenzjoni LRTAP.
Artikolu 6
Programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja
1. L-Istati Membri għandhom ifasslu, jadottaw u jimplimentaw il-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja rispettivi tagħhom f'konformità mal-Parti 1 tal-Anness III sabiex jillimitaw l-emissjonijiet antropoġeniċi annwali tagħhom f'konformità mal-Artikolu 4, u biex jikkontribwixxu għall-ksib tal-objettivi ta' din id-Direttiva skont l-Artikolu 1(1).
2. Fit-tfassil, l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-programm imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom:
|
(a) |
jivvalutaw sa liema punt is-sorsi nazzjonali ta' emissjonijiet x'aktarx li jkollhom impatt fuq il-kwalità tal-arja fit-territorji tagħhom u fl-Istati Membri ġirien tagħhom bl-użu, fejn adatt, tad-data u l-metodoloġiji żviluppati bħala parti mill-Programm Ewropew għall-Monitoraġġ u l-Evalwazzjoni (EMEP) skont il-Protokoll għall-Konvenzjoni LRTAP dwar il-finanzjament fit-tul tal-programm ta' kooperazzjoni għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tat-trasmissjoni fuq medda twila ta' inkwinanti tal-arja fl-Ewropa; |
|
(b) |
iqisu l-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' inkwinanti tal-arja sabiex tintlaħaq il-konformità mal-objettivi relatati mal-kwalità tal-arja fit-territorji tagħhom u, fejn adatt, fl-Istati Membri ġirien; |
|
(c) |
jagħtu prijorità lil miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju iswed meta jieħdu miżuri biex jinkisbu l-impenji nazzjonali tagħhom għat-tnaqqis ta' emissjonijiet għall-partiċelli fini; |
|
(d) |
jiżguraw koerenza ma' pjanijiet u programmi rilevanti oħrajn stabbiliti bis-saħħa ta' rekwiżiti stabbiliti fil-leġislazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni. |
Bil-ħsieb li jikkonformaw mal-impenji nazzjonali rilevanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, l-Istati Membri għandhom jinkludu fil-programmi nazzjonali tagħhom għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja l-miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet stabbiliti bħala obbligatorji fil-Parti 2 tal-Anness III u jistgħu jinkludu f'dawk il-programmi l-miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet stabbiliti bħala fakultattivi fil-Parti 2 tal-Anness III jew miżuri li jkollhom effett ta' mitigazzjoni ekwivalenti.
3. L-Istati Membri għandhom jaġġornaw il-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja tagħhom tal-anqas kull erba' snin.
4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-politiki u l-miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li jinsabu fil-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja għandhom jiġu aġġornati fi żmien 18-il xahar mill-preżentazzjoni tal-aħħar inventarju nazzjonali tal-emissjonijiet jew projezzjonijiet nazzjonali tal-emissjonijiet jekk, skont id-data ppreżentata, l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4 ma jitħarsux jew ikun hemm riskju ta' nuqqas ta' konformità.
5. L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-pubbliku, f'konformità mad-Direttiva 2003/35/KE, u lill-awtoritajiet kompetenti li, minħabba r-responsabbiltajiet ambjentali speċifiċi tagħhom fil-qasam tat-tniġġis, il-kwalità u l-ġestjoni tal-arja fil-livelli kollha, x'aktarx li jiġu milquta mill-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja, dwar l-abbozzi tal-programmi nazzjonali tagħhom ta' kontroll tat-tniġġis tal-arja u kwalunkwe aġġornament sinifikanti qabel il-finalizzazzjoni ta' dawk il-programmi.
6. Fejn adatt, għandhom isiru konsultazzjonijiet transkonfinali.
7. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja, fejn adatt, permezz ta' skambju ta' prattiki tajba.
8. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 16 sabiex temenda din id-Direttiva fir-rigward tal-adattament tal-Parti 2 tal-Anness III għall-iżviluppi, inkluż progress tekniku, fi ħdan il-qafas tal-Konvenzjoni LRTAP.
9. Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi gwida dwar l-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta' programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja.
10. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika wkoll permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-format tal-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 17.
Artikolu 7
Appoġġ finanzjarju
Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tiffaċilita l-aċċess għal fondi eżistenti tal-Unjoni, f'konformità mad-dispożizzjonijiet legali li jirregolaw dawk il-fondi, sabiex tappoġġa l-miżuri li għandhom jittieħdu bil-ħsieb li jkun hemm konformità mal-objettivi ta' din id-Direttiva.
Dawk il-fondi tal-Unjoni jinkludu l-finanzjament disponibbli attwali u futur skont, fost oħrajn:
|
(a) |
il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni; |
|
(b) |
il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, inkluż il-finanzjament rilevanti fil-qafas tal-politika agrikola komuni; |
|
(c) |
strumenti għall-finanzjament ta' azzjoni għall-ambjent u l-klima bħall-programm LIFE. |
Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-possibbiltà li jinħoloq punt ta' kuntatt waħdieni, fejn kwalunkwe parti interessata tkun tista' tivverifika faċilment id-disponibbiltà ta' fondi tal-Unjoni, u l-proċeduri ta' aċċess relatati, għal proġetti li jindirizzaw tħassib dwar it-tniġġis tal-arja.
Artikolu 8
Inventarji u projezzjonijiet nazzjonali tal-emissjonijiet, u rapporti tal-inventarju informattivi
1. L-Istati Membri għandhom jippreparaw u jaġġornaw kull sena l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet għall-inkwinanti stabbiliti fit-Tabella A tal-Anness I, f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fiha.
L-Istati Membri jistgħu jħejju u jaġġornaw ta' kull sena l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet għall-inkwinanti stabbiliti fit-Tabella B tal-Anness I, f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fiha.
2. L-Istati Membri għandhom iħejju u jaġġornaw kull erba' snin inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet spazjalment diżaggregati u inventarji ta' sorsi lokalizzati kbar u, kull sentejn, projezzjonijiet nazzjonali tal-emissjonijiet ta' inkwinanti stabbiliti fit-Tabella C tal-Anness I, f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fiha.
3. L-Istati Membri għandhom ifasslu rapport tal-inventarju informattiv li għandu jakkompanja l-inventarji u l- projezzjonijiet nazzjonali tal-emissjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Tabella D tal-Anness I.
4. L-Istati Membri li jagħżlu flessibbiltà skont l-Artikolu 5 għandhom jinkludu l-informazzjoni li turi li l-użu ta' dik il-flessibbiltà jissodisfa l-kondizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 5(1) u fil-Parti 4 tal-Anness IV jew fl-Artikolu 5(2), (3) jew (4) fejn applikabbli, fir-rapport tal-inventarju informattiv tas-sena konċernata.
5. L-Istati Membri għandhom iħejju u jaġġornaw l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet, (inkluż jekk ikun adatt l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet aġġustati), il-proġettazzjonijiet nazzjonali tal-emissjonijiet, inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet spazjalment diżaggregati, inventarji ta' sorsi lokalizzati kbar u r-rapporti tal-inventarju informattivi li jakkumpanjawhom f'konformità mal-Anness IV.
6. Il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha ta' kull sena tħejji u taġġorna inventarji tal-emissjonijiet fl-Unjoni kollhau rapport tal-inventarju informattiv kif ukoll kull sentejn, projezzjonijiet tal-emissjonijiet fl-Unjoni kollha u, kull erba' snin, inventarji tal-Unjoni kollha tal-emissjonijiet spazjalment diżaggregati, għall-inkwinanti kollha msemmija fl-Anness I, fuq il-bażi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.
7. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 16 sabiex temenda din id-Direttiva fir-rigward tal-adattament tal-Anness I u l-Anness IV għall-iżviluppi, inkluż progress tekniku u xjentifiku, fi ħdan il-qafas tal-Konvenzjoni LRTAP.
Artikolu 9
Monitoraġġ tal-impatti tat-tniġġis tal-arja
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-monitoraġġ ta' impatti negattivi tat-tniġġis tal-arja fuq l-ekosistemi abbażi ta' netwerk ta' siti ta' monitoraġġ li jkun jirrappreżenta t-tipi ta' ekosistemi tagħhom tal-ilma ħelu, il-ħabitati naturali u seminaturali u l-foresti, filwaqt li jieħdu approċċ kosteffikaċi u bbażat fuq ir-riskji.
Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw ma' programmi ta' monitoraġġ oħra stabbiliti skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni inkluż id-Direttiva 2008/50/KE, id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) u d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (14) u, jekk adatt, il-Konvenzjoni LRTAP u, fejn adatt, jużaw data miġbura taħt dawk il-programmi.
Sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jużaw l-indikaturi fakultattivi ta' monitoraġġ elenkati fl-Anness V.
2. Il-metodoloġiji stabbiliti fil-Konvenzjoni LRTAP u l-Manwali tagħha għall-Programmi Internazzjonali ta' Kooperazzjoni jistgħu jintużaw meta tinġabar u tiġi rrappurtata l-informazzjoni elenkata fl-Anness V.
3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 16 sabiex temenda din id-Direttiva fir-rigward tal-adattament tal-Anness V għall-progress tekniku u xjentifiku u għall-iżviluppi fi ħdan il-qafas tal-Konvenzjoni LRTAP.
Artikolu 10
Rappurtar mill-Istati Membri
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-ewwel programm nazzjonali tagħhom għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja lill-Kummissjoni sal-1 ta' April 2019.
Meta programm nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja jiġi aġġornat skont l-Artikolu 6(4), l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi l-programm aġġornat lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn.
Il-Kummissjoni għandha teżamina l-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja u l-aġġornamenti tagħhom fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 6.
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-inventarji u l- projezzjonijiet nazzjonali tal-emissjonijiet, l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet spazjalment diżaggregati, l-inventarji ta' sorsi lokalizzati kbar u r-rapporti tal-inventarju informattivi tagħhom imsemmija fl-Artikolu 8(1), (2) u (3) u, fejn rilevanti, fl-Artikolu 8 (4), lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent f'konformità mad-dati tar-rappurtar stabbiliti fl-Anness I.
Dan ir-rappurtar għandu jkun konsistenti mar-rappurtar lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni LRTAP.
3. Il-Kummissjoni, assistita mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, u f'konsultazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati, għandha tirrieżamina d-data dwar l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet fl-ewwel sena ta' rappurtar u regolarment wara dan. Dak ir-rieżami għandu jinvolvi dan li ġej:
|
(a) |
kontrolli li jivverifikaw it-trasparenza, il-preċiżjoni, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza tal-informazzjoni ppreżentata; |
|
(b) |
kontrolli biex jiġu identifikati każijiet fejn id-data tal-inventarju titħejja b'mod li mhuwiex konsistenti mar-rekwiżiti stabbiliti skont il-liġi internazzjonali, b'mod partikolari skont il-Konvenzjoni LRTAP; |
|
(c) |
fejn adatt, il-kalkolu tal-korrezzjonijiet tekniċi meħtieġa li jirriżultaw, f'konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat. |
Fejn l-Istat Membru konċernat u l-Kummissjoni ma jkunux jistgħu jilħqu qbil dwar il-ħtieġa jew dwar il-kontenut tal-korrezzjonijiet tekniċi skont il-punt (c), il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li tistabbilixxi l-korrezzjonijiet tekniċi li għandhom jiġu applikati mill-Istat Membru konċernat.
4. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw l-informazzjoni li ġejja msemmija fl-Artikolu 9 lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent:
|
(a) |
sal-1 ta' Lulju 2018 u kull erba' snin minn hemm 'il quddiem, il-post fejn jinsabu s-siti tal-monitoraġġ u l-indikaturi assoċjati li jintużaw għall-monitoraġġ tal-impatti tat-tniġġis tal-arja; u |
|
(b) |
sal-1 ta' Lulju 2019 u kull erba' snin minn hemm 'il quddiem, id-data ta' monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 9. |
Artikolu 11
Rapporti mill-Kummissjoni
1. Il-Kummissjoni għandha, sal-1 ta' April 2020 u kull erba' snin minn hemm 'il quddiem, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, inkluż valutazzjoni tal-kontribut tagħha għall-ksib tal-objettivi msemmija fl-Artikolu 1, inkluż:
|
(a) |
progress lejn:
|
|
(b) |
l-identifikazzjoni ta' miżuri ulterjuri meħtieġa fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri biex jinkisbu l-objettivi msemmija fil-punt (a); |
|
(c) |
l-użu ta' fondi tal-Unjoni biex jiġu appoġġati l-miżuri meħuda bil-ħsieb li jkun hemm konformità mal-objettivi ta' din id-Direttiva; |
|
(d) |
ir-riżultati tal-eżami tal-Kummissjoni tal-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja u l-aġġornamenti tagħhom skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 10(1); |
|
(e) |
evalwazzjoni tal-impatti fuq is-saħħa, dawk ambjentali u soċjoekonomiċi ta' din id-Direttiva. |
2. Fejn ir-rapport jindika li n-nuqqas ta' ksib tal-livelli indikattivi ta' emissjonijiet u impenji ta' tnaqqis ta' emissjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 4 jista' jkun riżultat ta' leġislazzjoni ineffettiva tal-Unjoni dwar il-kontroll tat-tniġġis tal-arja fuq il-bażi tas-sors, inkluż l-implimentazzjoni tagħha fil-livell tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha, fejn adatt, tinvestiga l-ħtieġa għal azzjoni ulterjuri filwaqt li tikkunsidra wkoll l-impatti settorjali tal-implimentazzjoni. Fejn adatt, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti leġislattivi, inkluż leġislazzjoni ġdida dwar il-kontroll tat-tniġġis tal-arja fuq il-bażi tas-sors, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-impenji ta' din id-Direttiva.
Artikolu 12
Forum Ewropew dwar l-Arja Nadifa
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Forum Ewropew dwar l-Arja Nadifa biex jingħata kontribut għall-gwida u tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni koordinata tal-leġislazzjoni u l-politiki tal-Unjoni relatati mat-titjib tal-kwalità tal-arja, li jlaqqa' l-partijiet interessati kollha inkluż l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-livelli rilevanti kollha, il-Kummissjoni, l-industrija, is-soċjetà ċivili u l-komunità xjentifika f'intervalli regolari. Fil-Forum Ewropew dwar l-Arja Nadifa għandu jsir skambju tal-esperjenza u l-prattiki tajba, inkluż dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet mit-tisħin domestiku u t-trasport bit-triq, li jistgħu jinfurmaw u jsaħħu l-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja u l-implimentazzjoni tagħhom.
Artikolu 13
Reviżjoni
1. Fuq il-bażi tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 11(1), il-Kummissjoni għandha tirrevedi din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025 bil-ħsieb li jiġi ssalvagwardjat il-progress lejn il-ksib tal-objettivi msemmija fl-Artikolu 1(2), b'mod partikolari billi jitqies il-progress xjentifiku u tekniku u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija.
Jekk ikun adatt, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti leġislattivi għal impenji dwar it-tnaqqis fl-emissjonijiet għall-perijodu wara l-2030.
2. Fir-rigward tal-ammonijaka, il-Kummissjoni, fir-reviżjoni tagħha, għandha tevalwa b'mod partikolari:
|
(a) |
l-evidenza xjentifika l-aktar reċenti'; |
|
(b) |
aġġornamenti tad-Dokument ta' Gwida tal-UNECE dwar il-Prevenzjoni u t-Tnaqqis ta' Emissjonijiet tal-Ammonijaka minn Sorsi Agrikoli tal-2014 (id- “Dokument ta' Gwida dwar l-Ammonijaka”) (15), il-Kodiċi Qafas tal-UNECE għall-Prattika Agrikola Tajba għat-Tnaqqis ta' Emissjonijiet tal-Ammonijaka (16), kif riveduti l-aħħar fl-2014; |
|
(c) |
aġġornamenti tal-Aħjar Metodi Tekniċi Disponibbli kif iddefiniti fil-punt (10)fl-Artikolu 3(10) tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17); |
|
(d) |
miżuri agroambjentali fil-qafas tal-politika agrikola komuni. |
3. Fuq il-bażi tal-emissjonijiet nazzjonali rappurtati tal-merkurju l-Kummissjoni għandha tivvaluta l-impatt tagħhom fuq il-ksib tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1(2) u għandha tikkunsidra miżuri biex jitnaqqsu dawk l-emissjonijiet, u jekk adatt, tippreżenta proposta leġislattiva.
Artikolu 14
Aċċess għall-informazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom, b'konformità mad-Direttiva 2003/4/KE, jiżguraw it-tixrid attiv u sistematiku fost il-pubbliku tal-informazzjoni li ġejja billi tippubblikaha fuq sit web li jista' jiġi aċċessat mill-pubbliku:
|
(a) |
il-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja u kwalunkwe aġġornamenti; |
|
(b) |
l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet, (inkluż, fejn applikabbli, l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet aġġustati), il- projezzjonijiet nazzjonali tal-emissjonijiet, r-rapporti tal-inventarju informattivi u rapporti u informazzjoni addizzjonali pprovduti lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10. |
2. Il-Kummissjoni, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), għandha tiżgura t-tixrid attiv u sistematiku fost il-pubbliku ta' inventarji u projezzjonijiet tal-emissjonijiet fl-Unjoni kollha, kif ukoll rapporti tal-inventarju informattivi fuq sit web li jista' jiġi aċċessat mill-pubbliku.
3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha:
|
(a) |
is-suppożizzjonijiet sottostanti kkunsidrati għal kull Stat Membru għad-definizzjoni tal-potenzjal ta' tnaqqis ta' emissjonijiet nazzjonali tagħhom użat għat-tħejjija ta' TSAP 16; |
|
(b) |
il-lista ta' leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar il-kontroll tat-tniġġis tal-arja fuq il-bażi tas-sors; u |
|
(c) |
ir-riżultati tal-eżami msemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 10(1). |
Artikolu 15
Kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u koordinazzjoni fi ħdan organizzazzjonijiet internazzjonali
L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom, kif adatt, ifittxu li, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 218 tat-TFUE, ikun hemm kooperazzjoni bilaterali u multilaterali ma' pajjiżi terzi u koordinazzjoni fi ħdan organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti bħall-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP), l-UNECE, l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO), l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) u l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), inkluż permezz tal-iskambju ta' informazzjoni dwar ir-riċerka u l-iżvilupp tekniku u xjentifiku, bl-għan li tittejjeb il-bażi għall-iffaċilitar tat-tnaqqis tal-emissjonijiet.
Artikolu 16
Eżerċizzju tad-delega
1. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati bil-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati msemmija fl-Artikoli 6(8), 8(7) u 9(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mill-31 ta' Diċembru 2016. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.
3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 6(8), 8(7) u 9(3) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. (19)
5. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 6(8), 8(7) u 9(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 17
Proċedura ta' Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandu jassistiha l-Kumitat dwar il-Kwalità tal-Arja fl-Ambjent stabbilit bl-Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/50/KE. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Fejn il-Kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 18
Pieni
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawk il-pieni jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Artikolu 19
Emenda għad-Direttiva 2003/35/KE
Fl-Anness I tad-Direttiva 2003/35/KE, għandu jiżdied il-punt li ġej:
|
“(g) |
L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (*1). |
Artikolu 20
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikun hemm konformità ma' din id-Direttiva sal-1 ta' Lulju 2018.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu f'konformità mal-Artikolu 10(2) sal-15 ta' Frar 2017.
L-Istati Membri għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni f'dak ir-rigward.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi li bihom issir tali referenza għandha tkun stabbilita mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 21
Tħassir u dispożizzjonijiet transizzjonali
1. Id-Direttiva 2001/81/KE hija mħassra b'effett mill-1 ta' Lulju 2018.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu:
|
(a) |
l-Artikoli 1 u 4 ta' u l-Anness I għad-Direttiva 2001/81/KE għandhom jibqgħu japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2019; |
|
(b) |
l-Artikoli 7 u 8 ta' u l-Anness III għad-Direttiva 2001/81/KE għandhom jitħassru fil-31 ta' Diċembru 2016. |
Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni stabbilita fl-Anness VI.
2. Sal-31 ta' Diċembru 2019, l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-Artikolu 5(1) ta' din id-Direttiva b'rabta mal-livelli massimi skont l-Artikolu 4 ta' u l-Anness I għad-Direttiva 2001/81/KE.
Artikolu 22
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2016.
Artikolu 23
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta' Diċembru 2016.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
I. KORČOK
(1) ĠU C 451, 16.12.2014, p. 134.
(2) ĠU C 415, 20.11.2014, p. 23.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Novembru 2016 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Diċembru 2016.
(4) Id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 22).
(5) Id-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 “Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna”, (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 171).
(6) Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1).
(7) Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsil 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).
(8) Id-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta' ċerti pjani u programmi li għandhom x'jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17).
(9) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(10) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(11) ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
(12) Id-Direttiva 2004/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali (ĠU L 23, 26.1.2005, p. 3).
(13) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
(14) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
(15) Id-Deċiżjoni 2012/11, ECE/EB/AIR/113/Add. 1.
(16) Id-Deċiżjoni ECE/EB.AIR/127, paragrafu 36e.
(17) Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
(18) Ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13).
ANNESS I
MONITORAĠĠ U RAPPURTAR TA' EMISSJONIJIET FL-ARJA
Tabella A
Rekwiżiti ta' rappurtar annwali tal-emissjonijiet kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1)
|
Element |
Inkwinanti |
Serje kronoloġika |
Dati tar-rappurtar |
||||||
|
Emissjonijiet nazzjonali totali skont il-kategorija tas-sorsi tal-NFR (1) (2) |
|
Annwali, mill-1990 sas-sena ta' rappurtar nieqes 2 (X–2) |
15 ta' Frar (9) |
||||||
|
Emissjonijiet nazzjonali totali skont il-kategorija tas-sorsi tal-NFR (2) |
|
Annwali, mill-2000 sas-sena ta' rappurtar nieqes 2 (X–2) |
15 ta' Frar (9) |
Tabella B
Rekwiżiti ta' rappurtar annwali tal-emissjonijiet kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(1)
|
Element |
Inkwinanti |
Serje kronoloġika |
Data tar-rappurtar |
||||
|
Emissjonijiet nazzjonali totali skont il-kategorija tas-sorsi tal-NFR (10) |
|
Annwali, mill-1990 (2000 għal TSP,) sas-sena ta' rappurtar nieqes 2 (X–2) |
15 ta' Frar |
Tabella C
Rekwiżiti ta' rappurtar dwar l-emissjonijiet u l- projezzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 8(2)
|
Element |
Inkwinanti |
Serje kronoloġika/snin ta' mira |
Dati tar-rappurtar |
||||||||
|
Data nazzjonali dwar l-emissjonijiet imqassma fi grilji skont il-kategorija tas-sorsi (GNFR) |
|
Kull erba' snin għas-sena ta' rappurtar nieqes 2 (X–2) mill-2017 |
1 ta' Mejju (13) |
||||||||
|
Sorsi Lokalizzati Kbar (LPS) skont il-kategorija tas-sorsi (GNFR) |
|
Kull erba' snin għas-sena ta' rappurtar nieqes 2 (X–2) mill-2017 |
1 ta' Mejju (13) |
||||||||
|
Emissjonijiet projettati, aggregati skont l-NFR |
|
Kull sentejn, li jkopru s-snin ta' projezzjoni 2020, 2025, 2030 u, fejn disponibbli, 2040 u 2050 mill-2017 |
15 ta' Marzu |
Tabella D
Rekwiżiti ta' rappurtar annwali dwar ir-rapport tal-inventarju informattiv kif imsemmi fl-Artikolu 8(3)
|
Element |
Inkwinanti |
Serje kronoloġika/snin ta' mira |
Dati tar-rappurtar |
||||||||
|
Rapport tal-Inventarju Informattiv |
|
Is-snin kollha (kif indikat fit-tabelli A-B-C) |
15 ta' Marzu |
(1) Nomenklatura għar-rappurtar (NFR) skont kif stipulat mill-Konvenzjoni LRTAP.
(2) emissjonijiet naturali għandhom jiġu rrappurtati skont il-metodoloġiji stabbiliti fil-Konvenzjoni LRTAP u l-gwida għall-inventarju tal-emissjonijiet ta' inkwinanti tal-arja tal-EMEP/EEA. Ma għandhomx ikunu inklużi f'totali nazzjonali u għandhom jiġu rappurtati separatament.
(3) Cd (kadmju), Hg (merkurju), Pb (ċomb).
(4) POPs (inkwinanti organiċi persistenti).
(5) PAHs (idrokarburi poliċikliki aromatiċi).
(6) PCBs (Polychlorinated biphenyls).
(7) HCB (hexachlorobenzene)
(8) “PM10 ” tfisser partiċelli b'dijametru aerodinamiku daqs jew anqas minn 10 mikrometri (μm).
(9) Sottomissjonijiet mill-ġdid minħabba żbalji għandhom isiru wara mhux aktar tard minn erba' ġimgħat u għandhom jinkludu spjegazzjoni ċara dwar il-bidliet li jkunu saru.
(10) emissjonijiet naturali għandhom jiġu rrappurtati skont il-metodoloġiji stabbiliti fil-konvenzjoni LRTAP u l-gwida għall-inventarju tal-emissjonijiet ta' inkwinanti tal-arja tal-EMEP/EEA. Ma għandhomx ikunu inklużi f'totali nazzjonali u għandhom jiġu rappurtati separatament.
(11) As (arseniku), Cr (kromju), Cu (ram), Ni (nikil), Se (selenju), Zn (żingu).
(12) TSP (total ta' partikoli sospiżi).
(13) Sottomissjonijiet mill-ġdid minħabba żbalji għandhom isiru fi żmien erba' ġimgħat u għandhom jinkludu spjegazzjoni ċara dwar il-bidliet li jkunu saru.
ANNESS II
IMPENJI NAZZJONALI GĦAT-TNAQQIS TA' EMISSJONIJIET
Tabella A
Impenji għat-tnaqqis ta' emissjonijiet għad-diossidu tal-kubrit (SO2), ossidi tan-nitroġenu (NOx) u komposti volatili organiċi mhux metaniċi (NMVOC). L-impenji għat-tnaqqis għandhom is-sena 2005 bħala s-sena bażi, u għat-trasport bit-triq, japplikaw għal emissjonijiet ikkalkulati fuq il-bażi ta' karburanti mibjugħa (*1).
|
Stat Membru |
Tnaqqis ta' SO2 imqabbel mal-2005 |
Tnaqqis ta' NOx imqabbel mal-2005 |
Tnaqqis ta' NMVOC imqabbel mal-2005 |
||||||
|
Għal kwalunkwe sena mill-2020 sal-2029 |
|
Għal kwalunkwe sena mill-2030 |
Għal kwalunkwe sena mill-2020 sal-2029 |
|
Għal kwalunkwe sena mill-2030 |
Għal kwalunkwe sena mill-2020 sal-2029 |
|
Għal kwalunkwe sena mill-2030 |
|
|
Belġju |
43 % |
|
66 % |
41 % |
|
59 % |
21 % |
|
35 % |
|
Bulgarija |
78 % |
|
88 % |
41 % |
|
58 % |
21 % |
|
42 % |
|
Repubblika Ċeka |
45 % |
|
66 % |
35 % |
|
64 % |
18 % |
|
50 % |
|
Danimarka |
35 % |
|
59 % |
56 % |
|
68 % |
35 % |
|
37 % |
|
Ġermanja |
21 % |
|
58 % |
39 % |
|
65 % |
13 % |
|
28 % |
|
Estonja |
32 % |
|
68 % |
18 % |
|
30 % |
10 % |
|
28 % |
|
Greċja |
74 % |
|
88 % |
31 % |
|
55 % |
54 % |
|
62 % |
|
Spanja |
67 % |
|
88 % |
41 % |
|
62 % |
22 % |
|
39 % |
|
Franza |
55 % |
|
77 % |
50 % |
|
69 % |
43 % |
|
52 % |
|
Kroazja |
55 % |
|
83 % |
31 % |
|
57 % |
34 % |
|
48 % |
|
Irlanda |
65 % |
|
85 % |
49 % |
|
69 % |
25 % |
|
32 % |
|
Italja |
35 % |
|
71 % |
40 % |
|
65 % |
35 % |
|
46 % |
|
Ċipru |
83 % |
|
93 % |
44 % |
|
55 % |
45 % |
|
50 % |
|
Latvja |
8 % |
|
46 % |
32 % |
|
34 % |
27 % |
|
38 % |
|
Litwanja |
55 % |
|
60 % |
48 % |
|
51 % |
32 % |
|
47 % |
|
Lussemburgu |
34 % |
|
50 % |
43 % |
|
83 % |
29 % |
|
42 % |
|
Ungerija |
46 % |
|
73 % |
34 % |
|
66 % |
30 % |
|
58 % |
|
Malta |
77 % |
|
95 % |
42 % |
|
79 % |
23 % |
|
27 % |
|
Netherlands |
28 % |
|
53 % |
45 % |
|
61 % |
8 % |
|
15 % |
|
Awstrija |
26 % |
|
41 % |
37 % |
|
69 % |
21 % |
|
36 % |
|
Polonja |
59 % |
|
70 % |
30 % |
|
39 % |
25 % |
|
26 % |
|
Portugall |
63 % |
|
83 % |
36 % |
|
63 % |
18 % |
|
38 % |
|
Rumanija |
77 % |
|
88 % |
45 % |
|
60 % |
25 % |
|
45 % |
|
Slovenja |
63 % |
|
92 % |
39 % |
|
65 % |
23 % |
|
53 % |
|
Slovakkja |
57 % |
|
82 % |
36 % |
|
50 % |
18 % |
|
32 % |
|
Finlandja |
30 % |
|
34 % |
35 % |
|
47 % |
35 % |
|
48 % |
|
Żvezja |
22 % |
|
22 % |
36 % |
|
66 % |
25 % |
|
36 % |
|
Renju Unit |
59 % |
|
88 % |
55 % |
|
73 % |
32 % |
|
39 % |
|
UE 28 |
59 % |
|
79 % |
42 % |
|
63 % |
28 % |
|
40 % |
Tabella B
Impenji għat-tnaqqis ta' emissjonijiet għall-ammonijaka (NH3) u partiċelli fini (PM2,5). L-impenji għat-tnaqqis għandhom is-sena 2005 bħala s-sena bażi, u għat-trasport bit-triq, japplikaw għal emissjonijiet ikkalkulati fuq il-bażi ta' karburanti mibjugħa (*2).
|
Stat Membru |
Tnaqqis ta' NH3 imqabbel mal-2005 |
Tnaqqis ta' PM2,5 imqabbel mal-2005 |
||||
|
Għal kwalunkwe sena mill-2020 sal-2029 |
|
Għal kwalunkwe sena mill-2030 |
Għal kwalunkwe sena mill-2020 sal-2029 |
|
Għal kwalunkwe sena mill-2030 |
|
|
Belġju |
2 % |
|
13 % |
20 % |
|
39 % |
|
Bulgarija |
3 % |
|
12 % |
20 % |
|
41 % |
|
Repubblika Ċeka |
7 % |
|
22 % |
17 % |
|
60 % |
|
Danimarka |
24 % |
|
24 % |
33 % |
|
55 % |
|
Ġermanja |
5 % |
|
29 % |
26 % |
|
43 % |
|
Estonja |
1 % |
|
1 % |
15 % |
|
41 % |
|
Greċja |
7 % |
|
10 % |
35 % |
|
50 % |
|
Spanja |
3 % |
|
16 % |
15 % |
|
50 % |
|
Franza |
4 % |
|
13 % |
27 % |
|
57 % |
|
Kroazja |
1 % |
|
25 % |
18 % |
|
55 % |
|
Irlanda |
1 % |
|
5 % |
18 % |
|
41 % |
|
Italja |
5 % |
|
16 % |
10 % |
|
40 % |
|
Ċipru |
10 % |
|
20 % |
46 % |
|
70 % |
|
Latvja |
1 % |
|
1 % |
16 % |
|
43 % |
|
Litwanja |
10 % |
|
10 % |
20 % |
|
36 % |
|
Lussemburgu |
1 % |
|
22 % |
15 % |
|
40 % |
|
Ungerija |
10 % |
|
32 % |
13 % |
|
55 % |
|
Malta |
4 % |
|
24 % |
25 % |
|
50 % |
|
Netherlands |
13 % |
|
21 % |
37 % |
|
45 % |
|
Awstrija |
1 % |
|
12 % |
20 % |
|
46 % |
|
Polonja |
1 % |
|
17 % |
16 % |
|
58 % |
|
Portugall |
7 % |
|
15 % |
15 % |
|
53 % |
|
Rumanija |
13 % |
|
25 % |
28 % |
|
58 % |
|
Slovenja |
1 % |
|
15 % |
25 % |
|
60 % |
|
Slovakia |
15 % |
|
30 % |
36 % |
|
49 % |
|
Finlandja |
20 % |
|
20 % |
30 % |
|
34 % |
|
Żvezja |
15 % |
|
17 % |
19 % |
|
19 % |
|
Renju Unit |
8 % |
|
16 % |
30 % |
|
46 % |
|
UE 28 |
6 % |
|
19 % |
22 % |
|
49 % |
(*1) L-Istati Membri li għandhom l-għażla li jużaw it-total nazzjonali tal-emissjonijiet kif ikkalkulat abbażi tal-karburanti użati bħala bażi għall-konformità skont il-Konvenzjoni LRTAP jistgħu jżommu dik l-għażla sabiex jiżguraw koerenza bejn il-liġi internazzjonali u tal-Unjoni.
(*2) L-Istati Membri li għandhom l-għażla li jużaw it-total nazzjonali tal-emissjonijiet kif ikkalkulat abbażi tal-karburanti użati bħala bażi għall-konformità skont il-Konvenzjoni LRTAP jistgħu jżommu dik l-għażla sabiex jiżguraw koerenza bejn il-liġi internazzjonali u tal-Unjoni.
ANNESS III
KONTENUT TAL-PROGRAMMI NAZZJONALI GĦALL-KONTROLL TAT-TNIĠĠIS TAL-ARJA MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 6 U 10
PARTI 1
Kontenut minimu ta' programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja
|
1. |
Il-programmi nazzjonali tal-bidu għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja msemmija fl-Artikoli 6 u 10 għandhom tal-inqas ikopru l-kontenut li ġej:
|
|
2. |
L-aġġornamenti tal-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja msemmija fl-Artikoli 6 u 10 għandhom tal-inqas jinkludu:
|
PARTI 2
Miżuri għat-tnaqqis ta' emissjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2)
L-Istati Membri għandhom jieħdu kont tad-Dokument ta' Gwida dwar l-Ammonijaka rilevanti, u għandhom jużaw l-aqwa tekniki disponibbli skont id-Direttiva 2010/75/UE.
A. Miżuri biex jiġu kkontrollati l-emissjonijiet tal-ammonijaka
|
1. |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kodiċi nazzjonali konsultattiv ta' prattika agrikola tajba għall-kontroll tal-emissjonijiet tal-ammonijaka, b'kont meħud tal-Kodiċi Qafas tal-UNECE għal Prattika Agrikola Tajba għat-Tnaqqis tal-Emissjonijiet tal-Ammonja tal-2014, li jkopri tal-inqas it-temi li ġejjin:
|
|
2. |
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu baġit nazzjonali għan-nitroġenu biex jiġu sorveljati l-bidliet fit-telf ġenerali ta' nitroġenu reattiv mill-agrikoltura, inkluż l-ammonijaka, l-ossidu nitruż, l-ammonijaka, in-nitrati u n-nitriti, fuq il-bażi tal-prinċipji stabbiliti fid-Dokument Gwida dwar il-Baġits tan-Nitroġenu tal-UNECE (1). |
|
3. |
L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-użu tal-fertilizzanti tal-karbonat tal-ammonju u jistgħu jnaqqsu l-emissjonijiet tal-ammonijaka mill-fertilizzanti inorganiċi billi jużaw il-metodi li ġejjin:
|
|
4. |
L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu l-emissjonijiet tal-ammonijaka mid-demel tal-irziezet billi jużaw il-metodi li ġejjin:
|
B. Miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet biex jiġu kkontrollati l-emissjonijiet ta' partiċelli fini u ta' karbonju iswed
|
1. |
Mingħajr preġudizzju għall-Anness II dwar il-kondizzjonalità tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu l-ħruq fil-miftuħ fl-għelieqi ta' skart u fdal tal-ħsad agrikolu u ta' fdal tal-foresti.
L-Istati Membri għandhom jissorveljaw u jinfurzaw l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe projbizzjoni implimentata skont l-ewwel subparagrafu. Kwalunkwe eżenzjoni għal tali projbizzjoni għandha tkun limitata għal programmi preventivi biex jiġu evitati nirien bla kontroll, għall-kontroll ta' pesti, jew biex titħares il-bijodiversità. |
|
2. |
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kodiċi konsultattiv nazzjonali ta' prattiki agrikoli tajbin għall-ġestjoni tajba tal-fdal tal-ħsad, abbażi tal-metodi li ġejjin:
|
C. Il-prevenzjoni tal-impatti fuq azjendi agrikoli żgħar
Meta jieħdu l-miżuri deskritti fit-taqsimiet A u B, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu kkunsidrati b'mod sħiħ l-impatti fuq l-azjendi agrikoli żgħar u mikro.
L-Istati Membri jistgħu, pereżempju, jeżentaw azjendi żgħar u mikro minn dawk il-miżuri fejn ikun xieraq u possibbli fid-dawl tal-impenji għat-tnaqqis ta' emissjonijiet.
(1) Deċiżjoni 2012/10, ECE/EB.AIR/113/Add 1.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).
ANNESS IV
IL-METODOLOĠIJI GĦAT-TĦEJJIJA U L-AĠĠORNAMENT TAL-INVENTARJI U L- PROJEZZJONIJIET NAZZJONALI TAL-EMISSJONIJIET, IR-RAPPORTI TAL-INVENTARJU INFORMATTIVI U L-INVENTARJI NAZZJONALI TAL-EMISSJONIJIET AĠĠUSTATI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 5 U 8
Għall-inkwinanti msemmija fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jippreparaw inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet, inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet aġġustati fejn rilevanti, projezzjonijiet nazzjonali ta' emissjonijiet, inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet spazjalment diżaggregati, inventarji ta' sorsi lokalizzati kbar u rapporti tal-inventarju informattivi, bl-użu ta' metodoloġiji adottati mill-Partijiet għall-Konvenzjoni LRTAP (Linji Gwida għar-Rappurtar tal-EMEP), u huma mitluba li jużaw il-Gwida tal-EMEP/EEA għall-inventarju tal-emissjonijiet ta' inkwinanti tal-arja (il-Gwida tal-EMEP/EEA) msemmija fih. Barra minn hekk, informazzjoni supplimentari, b'mod partikolari d-data tal-attivitajiet, meħtieġa għall-valutazzjoni tal-inventarji u l- projezzjonijiet nazzjonali tal-emissjonijiet għandha titħejja skont l-istess linji gwida.
Id-dipendenza fuq il-Linji Gwida għar-Rappurtar tal-EMEP hija mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti addizzjonali speċifikati f'dan l-Anness u għar-rekwiżiti għan-nomenklatura tar-rappurtar, is-serje kronoloġika u d-dati tar-rappurtar speċifikati fl-Anness I.
PARTI 1
Inventarji nazzjonali annwali tal-emissjonijiet
|
1. |
L-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet għandhom ikunu trasparenti, konsistenti, komparabbli, sħaħ u preċiżi. |
|
2. |
L-emissjonijiet mill-kategoriji ewlenin identifikati għandhom jiġu kkalkulati skont il-metodoloġiji definiti fil-Gwida tal-EMEP/EEA u bil-għan li tintuża l-metodoloġija ta' livell 2 jew ogħla (iddettaljata).
L-Istati Membri jistgħu jużaw metodoloġiji oħra kompatibbli u bbażati fuq ix-xjenza biex jistabbilixxu l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet fejn dawk il-metodoloġiji jagħtu stimi aktar preċiżi mill-metodoloġiji standard stabbiliti fil-Gwida tal-EMEP/EEA. |
|
3. |
Għall-emissjonijiet mit-trasport, l-Istati Membri għandhom jikkalkulaw u jirrappurtaw l-emissjonijiet konsistenti mal-bilanċi nazzjonali tal-enerġija kif rappurtati lill-Eurostat. |
|
4. |
L-emissjonijiet mit-trasport tat-triq għandhom jiġu kkalkulati u rrappurtati abbażi tal-karburanti li jinbiegħu (1) fl-Istat Membru kkonċernat. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu wkoll jirrappurtaw l-emissjonijiet mit-trasport tat-triq abbażi tal- karburanti użati jew abbażi tal-kilometri misjuqa fl-Istat Membru. |
|
5. |
L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw l-emissjonijiet nazzjonali annwali tagħhom espressi fl-unità applikabbli speċifikata fil-mudell għar-rappurtar NFR tal-Konvenzjoni LRTAP. |
PARTI 2
Projezzjonijiet nazzjonali tal-emissjonijiet
|
1. |
Il- projezzjonijiet nazzjonali tal-emissjonijiet għandhom ikunu trasparenti, konsistenti, komparabbli, sħaħ u preċiżi u l-informazzjoni rappurtata għandha tinkludi tal-inqas dan li ġej:
|
|
2. |
Il- projezzjonijiet tal-emissjonijiet għandhom jiġu stmati u aggregati għas-setturi tas-sorsi rilevanti. L-Istati Membri għandhom jipprovdu proġettazzjoni “b'miżuri” (miżuri adottati) u, fejn ikun rilevanti, projezzjoni “b'miżuri addizzjonali” (miżuri ppjanati) projezzjoni għal kull inkwinant skont il-gwida stabbilita fil-Gwida tal-EMEP/EEA. |
|
3. |
Il- projezzjonijiet nazzjonali tal-emissjonijiet għandhom ikunu konsistenti mal-inventarju nazzjonali annwali tal-emissjonijiet għas- sena x – 3 u mal- projezzjonijiet rappurtati skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
PARTI 3
Rapport tal-inventarju informattiv
Ir-rapporti tal-inventarju informattivi għandhom jitħejjew skont il-Linji Gwida għar-Rappurtar tal-EMEP u għandhom jiġu rrappurtati billi jintuża l-mudell għar-rapporti tal-inventarju kif speċifikat fil-linji gwida. Ir-rapport tal-inventarju għandu jinkludi tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
deskrizzjonijiet, referenzi u sorsi ta' informazzjoni tal-metodoloġiji, suppożizzjonijiet, fatturi ta' emissjoni u data tal-attivitajiet speċifiċi, kif ukoll ir-raġunament għall-għażla tagħhom; |
|
(b) |
deskrizzjoni tal-kategoriji ewlenin nazzjonali tas-sorsi ta' emissjonijiet; |
|
(c) |
informazzjoni dwar inċertezzi, garanzija tal-kwalità u verifika; |
|
(d) |
deskrizzjoni tal-arranġamenti istituzzjonali għat-tħejjija tal-inventarju; |
|
(e) |
kalkoli mill-ġdid u titjib ippjanat; |
|
(f) |
jekk rilevanti, informazzjoni dwar l-użu tal-flessibbiltajiet previsti fl-Artikolu 5(1), (2), (3) u (4); |
|
(g) |
jekk tkun rilevanti, informazzjoni dwar ir-raġunijiet għall-iżvijar mill-perkors ta' tnaqqis determinat skont l-Artikolu 4(2), kif ukoll il-miżuri ta' konverġenza mal-perkors; |
|
(h) |
sommarju eżekuttiv. |
PARTI 4
Aġġustament tal-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet
|
1. |
Stat Membru li jipproponi aġġustament tal-inventarju nazzjonali tal-emissjonijiet tiegħu skont l-Artikolu 5(1) għandu jinkludi fil-proposta tiegħu lill-Kummissjoni tal-anqas id-dokumenti ta' sostenn li ġejjin:
|
|
2. |
L-Istati Membri jistgħu jippreżentaw l-istess informazzjoni ta' sostenn għal proċeduri ta' aġġustament fuq il-bażi ta' prekondizzjonijiet simili, bil-kondizzjoni li kull Stat Membru jippreżenta l-informazzjoni speċifika meħtieġa għall-pajjiż individwali kif stabbilit fil-paragrafu 1. |
|
3. |
L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw mill-ġdid l-emissjonijiet aġġustati sabiex tiġi żgurata l-konsistenza, sa fejn ikun possibbli, tas-serje kronoloġika għal kull sena li għaliha jiġi(u) applikat(i) l-aġġustament/i. |
(1) L-Istati Membri li għandhom l-għażla li jużaw it-total nazzjonali tal-emissjonijiet kif ikkalkulat abbażi tal- karburanti użati bħala bażi għall-konformità skont il-Konvenzjoni LRTAP jistgħu jżommu din l-għażla sabiex jiżguraw koerenza bejn il-liġi internazzjonali u tal-Unjoni.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13).
ANNESS V
INDIKATURI FAKULTATTIVI GĦALL-MONITORAĠĠ TAL-IMPATTI TAT-TNIĠĠIS TAL-ARJA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 9
|
(a) |
għall-ekosistemi tal-ilma ħelu: jiġi stabbilit kemm hi kbira l-ħsara bijoloġika, inklużi r-riċevituri sensittivi (mikrofiti, makrofiti u dijatomi), u telf tal-istokk tal-ħut jew telf ta' invertebrati:
|
|
(b) |
għall-ekosistemi terrestri: jiġu eżaminati l-aċidità tal-ħamrija, it-telf tan-nutrijenti fil-ħamrija, il-qagħda u l-bilanċ tan-nitroġenu kif ukoll it-telf tal-bijodiversità:
|
|
(c) |
għall-ekosistemi terrestri: tiġi eżaminata l-ħsara mill-ożonu għat-tkabbir u l-bijodiversità tal-veġetazzjoni:
|
ANNESS VI
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
|
Id-Direttiva 2001/81/KE |
Din id-Direttiva |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2, l-ewwel subparagrafu, u t-tieni subparagrafu, il-punti (c), (d) u (e) |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 3, il-punt (e) |
Artikolu 3, punt (1) |
|
— |
Artikolu 3, punti (2), (3), (4), (5), (8), (9), (12) u (13) |
|
Artikolu 3, il-punt (i) |
Artikolu 3, punt (6) |
|
Artikolu 3, il-punt (k) |
Artikolu 3, punt (7) |
|
Artikolu 3, il-punt (h) |
Artikolu 3, punt (10) |
|
Artikolu 3, il-punt (g) |
Artikolu 3, punt (11) |
|
Artikolu 4 |
Artikolu 4(1) u (2) |
|
Artikolu 2, it-tieni subparagrafu, il-punti (a) u (b) |
Artikolu 4(3) |
|
— |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 6(1) |
Artikolu 6(1) |
|
Artikolu 6(2) |
Artikolu 6 (2), (5) sa (10) |
|
Artikolu 6(3) |
Artikolu 6(3) u (4) |
|
— |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 7(1) |
Artikolu 8 (1), l-ewwel subparagrafu |
|
— |
Artikolu 8 (1), it-tieni subparagrafu, (2) sa (4) |
|
Artikolu 7(2) |
Artikolu 8 (5) |
|
Artikolu 7(3) |
Artikolu 8 (6) |
|
Artikolu 7(4) |
Artikolu 8 (7) |
|
— |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 8(2) |
Artikolu 10 (1) |
|
Artikolu 8(1) |
Artikolu 10 (2) |
|
— |
Artikolu 10 (3) u (4) |
|
Artikolu 9 |
Artikolu 11 |
|
— |
Artikolu 12 |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 13 |
|
Artikolu 6(4) |
Artikolu 14(1) |
|
Artikolu 7(3) u Artikolu 8(3) |
Artikolu 14(2) u (3) |
|
Artikolu 11 |
Artikolu 15 |
|
Artikolu 13(3) |
Artikolu 16 |
|
Artikolu 13(1) u (2) |
Artikolu 17 |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 18 |
|
— |
Artikolu 19 |
|
Artikolu 15 |
Artikolu 20 |
|
— |
Artikolu 21 |
|
Artikolu 16 |
Artikolu 22 |
|
Artikolu 17 |
Artikolu 23 |
|
Artikolu 8(1) u Anness III |
Anness I |
|
Anness I |
Anness II |
|
— |
Annessi III, V u VI |
|
Anness III |
Anness IV |
Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-Rieżami ta' Emissjonijiet tal-Metan
Il-Kummissjoni tikkunsidra li hemm każ qawwi tal-kwalità tal-arja biex l-iżvilupp tal-emissjonijiet tal-metan fl-Istati Membri jinżamm taħt rieżami bil-għan li jitnaqqsu l-konċentrazzjonijiet tal-ożonu fl-UE u biex jiġi promoss internazzjonalment it-tnaqqis tal-metan.
Il-Kummissjoni tikkonferma li abbażi tar-rapporti ta' emissjonijiet nazzjonali, hija biħsiebha tkompli tivvaluta l-impatt tal-emissjonijiet tal-metan fuq il-ksib tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 tad-Direttiva NEC u se tikkunsidra miżuri biex jitnaqqsu dawn l-emissjonijiet, u fejn adatt, tippreżenta proposta leġiżlattiva għal dak l-għan. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tqis għadd ta' studji li għadhom għaddejjin f'dan il-qasam, li mistennija li jiġu ffinalizzati fl-2017, kif ukoll aktar żviluppi internazzjonali f'dan il-qasam.