16.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101/12 |
DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/585
tat-12 ta' Frar 2016
li temenda, għal skopijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb, il-kadmju, il-kromju eżavalenti u l-eteri tad-difenil polibromurat (PBDE) fil-parts tal-bdil irkuprati minnn u użati għat-tiswija jew ir-rinnovament ta' mezzi mediċi jew mikroskopji tal-elettroni
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2011/65/UE tipprojbixxi l-użu taċ-ċomb, tal-kadmju, tal-kromju eżavalenti u tal-eteri tad-difenil polibromurat (PBDE) fit-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq. |
(2) |
Hemm stabbiliti prattiki ta' rinnovament għat-tagħmir tal-immaġini bħat-tagħmir tal-produzzjoni tal-immaġni bir-reżonanza manjetika, l-apparat tat-tomografija bil-kompjuter, il-mezzi dijanjostiċi in vitro, l-apparat għall-monitoraġġ tal-pazjenti u l-mikroskopji tal-elettroni. Xi wħud mill-parts tal-bdil irkuprati użati mill-ġdid għar-rinnovament ikun fihom ammonti żgħar ta' ċomb, kadmju, kromju eżavalenti, jew PBDE. |
(3) |
L-eżenzjoni stipulata fil-punt 31 tal-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE ma tippermettix l-użu tal-parts ta' bdil irkuprati minn tagħmir użat li ma kienx diġà mqiegħed fis-suq tal-Unjoni u għaldaqstant tillimita d-disponibilità tal-parts ta' bdil irkuprati. |
(4) |
Tqabbil tal-impatti ambjentali tal-użu tal-parts rinnovati f'tali każijiet mal-impatti ambjentali tas-sostituzzjoni tal-parts rinnovati ma' oħrajn ġodda juri li t-total tal-impatti negattivi tas-sostituzzjoni fuq l-ambjent, is-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi huma ikbar mill-benefiċċji totali tagħha. |
(5) |
Meta wieħed iqis li r-restrizzjoni tas-sustanza se tibda japplika fuq tagħmir differenti kkonċernat f'dati differenti kif previst fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2011/65/UE, għandha tiġi stabbilita data ta' skadenza differenti għall-eżenzjoni għal kull tip ta' tagħmir. |
(6) |
Id-Direttiva 2011/65/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(7) |
Biex tiġi żgurata tranżizzjoni mingħajr skossi għall-operaturi tas-suq mid-dispożizzjonijiet l-qodma għad-dispożizzjonijiet proposti u biex jiġi evitat tfixkil tas-suq uniku, huwa xieraq li tiġi stabbilita data għall-applikazzjoni simultanja mill-Istati Membri tad-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom li tipprovdi wkoll perjodu raġonevoli ta' żmien wara d-data tat-traspożizzjoni. |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mit-28 ta' Frar 2017, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mis-6 ta' Novembru 2017.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
ANNESS
L-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/EU tiġi emendata kif ġej:
(1) |
Il-punt 31 jitħassar. |
(2) |
Jiżdied il-punt 31a li ġej:
|