2.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 208/58


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1319

tad-29 ta' Lulju 2016

li temenda r-Rakkomandazzjoni 2006/576/KE dwar id-deossinivalenol, iz-zearalenon u l-okratossina A fl-ikel tal-annimali domestiċi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi,

(1)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2006/576/KE (1) tistabbilixxi valuri ta' gwida għad-deossinivalenol, iz-zearalenon, l-okratossina A, il-fumoniżini B1 + B2 u t-tossini T-2 u HT-2 f'materjali tal-għalf u fl-għalf kompost.

(2)

Il-livell ta' linja gwida attwali ta' deossinivalenol fl-għalf tal-klieb huwa ta' 5 mg/kg. B'kont meħud tal-informazzjoni li waslet riċentement fir-rigward tat-tossiċità tad-deossinivalenol fl-għalf tal-klieb u tal-opinjoni tal-EFSA dwar id-deossinivalenol fl-għalf (2), jidher li l-livell ta' linja gwida attwali ma jipprovdix garanziji biżżejjed fir-rigward tas-saħħa tal-annimali għall-klieb u għalhekk huwa xieraq li jitnaqqas il-livell ta' linja gwida tad-deossinivalenol fl-għalf tal-klieb.

(3)

B'kont meħud tal-informazzjoni li waslet riċentement fir-rigward tat-tossiċità ta' zearalenone fl-għalf tal-qtates u tal-klieb, huwa xieraq li jiġi stabbilit livell ta' linja gwida għaz-zearalenone fl-għalf tal-qtates u tal-klieb biex jipprovdi garanziji fir-rigward tas-saħħa tal-annimali għall-qtates u għall-klieb, sakemm issir valutazzjoni tar-riskju aġġornata, li għandha titwettaq mill-EFSA, dwar ir-riskji possibbli għas-saħħa tal-annimali minħabba l-preżenza ta' zearalenone fl-għalf.

(4)

B'kont meħud tal-informazzjoni li waslet riċentement fir-rigward tat-tossiċità tal-okratossina A fl-għalf tal-qtates u tal-klieb u tal-opinjoni tal-EFSA dwar l-okratossina A fl-ikel (3), huwa xieraq li jiġi stabbilit livell ta' linja gwida għall-okratossina A fl-għalf tal-qtates u tal-klieb biex jipprovdi garanziji fir-rigward tas-saħħa tal-annimali għall-qtates u għall-klieb.

(5)

Sabiex tinżamm il-leġġibbiltà tad-dispożizzjonijiet fir-Rakkomandazzjoni, huwa xieraq li l-Anness tar-Rakkomandazzjoni jiġi sostitwit b'Anness ġdid.

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

L-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2006/576/KE jinbidel bl-Anness ta' din ir-Rakkomandazzjoni.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Lulju 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2006/576/KE tas-17 ta' Awwissu 2006 dwar il-preżenza tad-Deoxynivalenol, zearalenone, Ochratoxin A, T-2 u HT-2 u l-fumonisins fil-prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali (ĠU L 229, 23.8.2006, p. 7).

(2)  L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar Kontaminanti fil-Katina tal-Ikel fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tad-Deossinivalenol (DON) bħala sostanza mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/73

(3)  L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar Kontaminanti fil-Katina tal-Ikel fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-Okratossina A (OTA) bħala sostanza mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/101


ANNESS

VALURI TA' GWIDA

Mikotossina

Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

Valur ta' gwida f'mg/kg (ppm) għall-għalf b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Deossinivalenol

Materjali tal-għalf (*)

 

Ċereali u prodotti taċ-ċereali (**) ħlief il-prodotti sekondarji tal-qamħirrum

8

Prodotti sekondarji tal-qamħirrum

12

Għalf kompost ħlief

5

l-għalf kompost għall-ħnieżer

0,9

l-għalf kompost għall-għoġġiela (< 4 xhur), għall-ħrief, għall-gidjien u għall-klieb

2

Zearalenon

Materjali tal-għalf (*)

 

Ċereali u prodotti taċ-ċereali (**) ħlief il-prodotti sekondarji tal-qamħirrum

2

Prodotti sekondarji tal-qamħirrum

3

Għalf kompost għal:

 

qżieqeż, ħnieżer żgħar (ħnieżer nisa żgħar), ġriewi, frieħ tal-qtates, klieb u qtates għar-riproduzzjoni

0,1

klieb u qtates adulti li mhumiex għar-riproduzzjoni

0,2

ħnieżer nisa u ħnieżer għat-tismin

0,25

għoġġiela, baqar tal-ħalib, nagħaġ (inklużi l-ħrief) u mogħoż (inklużi l-gidjien)

0,5

Okratossina A

Materjali tal-għalf (*)

 

Ċereali u prodotti taċ-ċereali (**)

0,25

Għalf kompost għal:

 

ħnieżer

0,05

tjur

0,1

qtates u klieb

0,01

Fumoniżina B1 + B2

Materjali tal-għalf (*)

 

qamħirrum u prodotti tal-qamħirrum (***)

60

Għalf kompost għal:

 

ħnieżer, żwiemel (Equidae), fniek u annimali domestiċi

5

ħut

10

tjur, għoġġiela (< 4 xhur), ħrief u gidjien

20

ruminanti adulti (> 4 xhur) u mink

50

Tossini T-2 + HT-2

Għalf kompost għall-qtates

0,05


(*)  Għandha tingħata attenzjoni partikolari liċ-ċereali u lill-prodotti taċ-ċereali li jingħataw direttament lill-annimali li l-użu tagħhom fir-razzjon ta' kuljum m'għandux iwassal biex l-annimal ikun espost għal livell ogħla ta' dawn il-mikotossini mil-livelli korrispondenti ta' esponiment fejn jintuża biss għalf komplut fir-razzjon ta' kuljum.

(**)  It-terminu “Ċereali u prodotti taċ-ċereali” jinkludi mhux biss il-materjali tal-għalf elenkati taħt l-intestatura 1 “Qmuħ taċ-Ċereali u prodotti derivati minnhom” tal-lista ta' materjali tal-għalf imsemmija fil-parti C tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) No 68/2013 tas-16 ta' Jannar 2013 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf (ĠU L 29, 30.1.2013, p. 1) iżda wkoll materjali tal-għalf oħrajn li huma derivati miċ-ċereali, b'mod partikolari mill-foraġġ u mill-għalf oħxon taċ-ċereali.

(***)  It-terminu “Qamħirrum u prodotti tal-qamħirrum” jinkludi mhux biss il-materjali tal-għalf elenkati taħt l-intestatura 1 “Qmuħ taċ-Ċereali u prodotti derivati minnhom” tal-lista ta' materjali tal-għalf imsemmija fil-parti C tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 68/2013 iżda wkoll materjali tal-għalf oħrajn li huma derivati mill-qamħqirrum, b' mod partikolari mill-foraġġ u mill-għalf oħxon tal-qamħirrum.