15.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 467/1 |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għal Ewropa Inklużiva u Kompetittiva
(2016/C 467/01)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
FILWAQT LI JAGĦRAF IL-KUNTEST ĠDID TA’ POLITIKA fejn:
— |
metodi ġodda ta’ ħidma, awtomatizzazzjoni u robotizzazzjoni qed jaffettwaw it-tip ta’ għarfien, ħiliet u kompetenzi meħtieġa f’dinja dejjem aktar kompetittiva, kumplessa u multikulturali, bosta setturi ekonomiċi għaddejjin minn bidla teknoloġika u strutturali rapida, u saru meħtieġa kompetenza diġitali u ħiliet trasversali biex jingħelbu d-diskrepanzi fil-ħiliet u n-nuqqas ta’ tlaqqigħ tal-ħiliet u biex il-persuni jkunu jistgħu jwettqu impjiegi futuri u jadattaw għalihom u għal bidliet fis-soċjetà; |
— |
livelli baxxi ta’ ħiliet bażiċi, ħiliet trasversali u kompetenza diġitali jipperikolaw l-impjegabbiltà u l-parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà; |
— |
fl-istess ħin, u f’livelli differenti, partijiet mill-Ewropa huma soġġetti għal fenomeni differenti, bħal perijodi twal ta’ tkabbir baxx ekonomiku u fir-rata tal-impjiegi li jolqtu b’mod partikolari liż-żgħażagħ, tixjiħ demografiku, kif ukoll il-flussi migratorji akbar, livelli baxxi ta’ innovazzjoni u riskji ġodda għas-sigurtà; |
1. |
JIEĦU NOTA tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa: Naħdmu flimkien biex insaħħu l-kapital uman, l-impjegabbiltà u l-kompetittività (1); JILQA’ l-kontribut tagħha għall-isforzi konġunti fil-qasam tal-iżvilupp tal-ħiliet fl-Ewropa u biex jinġabru flimkien id-dinjiet tax-xogħol u tal-edukazzjoni; u JFAKKAR li l-proposti individwali taħt l-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa ser jiġu eżaminati fil-korpi rispettivi tal-Kunsill; |
2. |
JAQBEL li l-kwistjonijiet li ġejjin għandhom jiġu ssottolinjati minħabba l-importanza assoluta tagħhom:
|
3. |
JAPPELLA lill-Kummissjoni biex tqis din ir-Riżoluzzjoni meta tippreżenta aktar riżultati tanġibbli fil-qafas tal-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa. |
(1) Dok. 10038/16.