20.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/66


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2316

tas-16 ta' Diċembru 2016

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1849 dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni ta' organiżmi ta' ħsara fir-rigward ta' ċertu ħxejjex tal-ikel li joriġinaw fil-Ghana

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari t-tielet sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1849 (2) tipprojbixxi l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni tal-pjanti, barra ż-żerriegħa, ta'Capsicum L., Lagenaria Ser., Luffa Mill., Momordica L. u Solanum L., barra S. lycopersicum L., li joriġinaw mill-Ghana.

(2)

Din il-projbizzjoni hija limitata fiż-żmien. Din tapplika sa tmiem is-sena 2016. Il-verifika mwettqa fil-Ghana f'Settembru 2016 uriet li li għadhom jippersistu n-nuqqasijiet fis-sistema taċ-ċertifikazzjoni tal-esportazzjoni fitosanitarja ta' dak il-pajjiż terz. Għaldaqstant, jixraq li tiġi estiża din il-projbizzjoni sal-31 ta' Diċembru 2017.

(3)

Għalhekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1849 għandha tiġi emendata skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1849 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 2

L-Artikolu 1 għandu japplika sal-31 ta' Diċembru 2017.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1849 tat-13 ta' Ottubru 2015 dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni ta' organiżmi ta' ħsara fir-rigward ta' ċertu ħxejjex tal-ikel li joriġinaw fil-Ghana (ĠU L 268, 15.10.2015, p. 33).