16.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 308/59 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2003
tal-14 ta' Novembru 2016
li temenda d-Deċiżjonijiet 2009/300/KE, 2011/263/UE, 2011/264/UE, 2011/382/UE, 2011/383/UE, 2012/720/UE u 2012/721/UE sabiex tittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil ċerti prodotti
(notifikata bid-dokument C(2016) 7218)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3)(c) tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Bord tal-Unjoni Ewropea għat-Tikkettar Ekoloġiku,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/300/KE (2) tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2016. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/263/UE (3) tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2016. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/264/UE (4) tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2016. |
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/382/UE (5) tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2016. |
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/383/UE (6) tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2016. |
(6) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/720/UE (7) tiskadi fl-14 ta' Novembru 2016. |
(7) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/721/UE (8) tiskadi fl-14 ta' Novembru 2016. |
(8) |
Saret valutazzjoni li tikkonferma r-rilevanza u l-adegwatezza tal-kriterji ekoloġiċi attwali, kif ukoll tar-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika, stabbiliti bid-Deċiżjonijiet 2009/300/KE, 2011/263/UE, 2011/264/UE, 2011/382/UE, 2011/383/UE, 2012/720/UE u 2012/721/UE. Billi għadha għaddeja r-reviżjoni tal-kriterji ekoloġiċi attwali u tar-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika relatati stabbiliti f'dawk id-Deċiżjonijiet, jixraq li l-perjodi ta' validità ta' dawk il-kriterji ekoloġiċi u tar-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u ta' verifika jittawlu sal-31 ta' Diċembru 2017. Għaldaqstant, id-Deċiżjonijiet Nri 2009/300/KE, 2011/263/UE, 2011/264/UE, 2011/382/UE, 2011/383/UE, 2012/720/UE u 2012/721/UE għandhom jiġu emendati skont dan. |
(9) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/300/KE jinbidel b'li ġej:
“Artikolu 3
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti “televiżjonijiet”, u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati, jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2017.”
Artikolu 2
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2011/263/UE jinbidel b'li ġej:
“Artikolu 4
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti “deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti”, u r-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika, jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2017.”
Artikolu 3
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2011/264/UE jinbidel b'li ġej:
“Artikolu 4
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti “deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ”, u r-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika, jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2017.”
Artikolu 4
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2011/382/UE jinbidel b'li ġej:
“Artikolu 4
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti tad-“deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn”, u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u verifika marbutin magħhom, jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2017.”
Artikolu 5
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2011/383/UE jinbidel b'li ġej:
“Artikolu 4
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti “deterġenti tat-tindif b'użi multipli u deterġenti tat-tindif sanitarji”, u r-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika, jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2017.”
Artikolu 6
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2012/720/UE jinbidel b'li ġej:
“Artikolu 3
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti tad-“deterġenti għall-ħasil tal-platti bil-magni industrijali u istituzzjonali awtomatiċi”, u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika marbutin magħhom, jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2017.”
Artikolu 7
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2012/721/UE jinbidel b'li ġej:
“Artikolu 3
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti tad-“deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali”, u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika marbutin magħhom, jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2017.”
Artikolu 8
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Novembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Karmenu VELLA
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/300/KE tat-12 ta' Marzu 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja lit-televiżjonijiet (ĠU L 82, 28.3.2009, p. 3).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/263/UE tat-28 ta' April 2011 dwar l-istabbiliment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti (ĠU L 111, 30.4.2011, p. 22).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/264/UE tat-28 ta' April 2011 dwar l-istabbiliment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ (ĠU L 111, 30.4.2011, p. 34).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/382/UE tal-24 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn (ĠU L 169, 29.6.2011, p. 40).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/383/UE tat-28 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti tat-tindif b'użi multipli u deterġenti tat-tindif sanitarji (ĠU L 169, 29.6.2011, p. 52).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/720/UE tal-14 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil Deterġenti għall-Magni Awtomatiċi tal-Ħasil tal-Platti Industrijali u Istituzzjonali (ĠU L 326, 24.11.2012, p. 25).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/721/UE tal-14 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil Deterġenti tal-Ħasil tal-Ħwejjeġ Industrijali u Istituzzjonali (ĠU L 326, 24.11.2012, p. 38).