16.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/20


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/2000

tal-15 ta' Novembru 2016

li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja.

(2)

Jenħtieġ li ż-żewġ entitajiet jitneħħew mil-lista ta' entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif stipulat fit-Taqsima B tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif imniżżel fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Novembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

I. KORČOK


(1)  ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.


ANNESS

I.

L-entitajiet li ġejjin u l-entrati relatati jitħassru mil-lista li tinsab fit-Taqsima B tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK:

55.

Tri-Ocean Trading

55a.

Tri-Ocean Energy