9.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 214/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1349

tal-5 ta' Awwissu 2016

li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għax-xedd tas-saqajn

(notifikat bid-dokument C(2016) 5028)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 6(7) u 8(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista' tingħata lil dawk il-prodotti b'impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu kollu ta' ħajjithom.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jistipula li għandhom jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE skont il-gruppi tal-prodotti.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/563/KE (2) stabbiliet il-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati għax-xedd tas-saqajn. Biex tkun riflessa aħjar l-aktar teknoloġija aġġornata tas-suq għal dan il-grupp ta' prodotti u biex titqies l-innovazzjoni li kien hemm waqt il-perjodu ta' intervent, huwa xieraq li jiġi stabbilit sett rivedut ta' kriterji ekoloġiċi.

(4)

B'mod partikolari, il-kriterji ekoloġiċi riveduti għandhom l-għan li jippromwovu prodotti li jkollhom impatt ambjentali aktar baxx, l-aktar f'termini ta' tnaqqis tar-riżorsi naturali, l-emissjonijiet fl-ilma, fl-arja u fil-ħamrija minn proċessi ta' manifatturar u li jikkontribwixxu għad-dimensjoni ambjentali tal-iżvilupp sostenibbli tul iċ-ċiklu ta' ħajjithom, li jkunu durabbli, u li jillimitaw il-preżenza ta' sustanzi perikolużi.

(5)

Il-kriterji riveduti jippromwovu wkoll id-dimensjoni soċjali tal-iżvilupp sostenibbli billi jdaħħlu rekwiżiti rigward il-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-sit tal-assemblaġġ finali, b'referenza għad-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-Prinċipji rigward l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (l-ILO), għall-Patt Globali tan-NU, għall-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, u għal-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali.

(6)

Il-kriterji ekoloġiċi riveduti, flimkien mar-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika relatati, għandhom ikunu validi għal sitt snin mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, filwaqt li jitqies iċ-ċiklu ta' innovazzjoni għal dan il-grupp ta' prodotti.

(7)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2009/563/KE għandha tiġi sostitwita.

(8)

Huwa xieraq li jingħata perjodu ta' tranżizzjoni għall-produtturi li l-prodotti tagħhom ikunu ngħataw l-Ekotikketta tal-UE għax-xedd tas-saqajn abbażi tal-kriterji ekoloġiċi stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/563/KE, biex ikun żgurat li dawn ikollhom żmien suffiċjenti biex jadattaw il-prodotti tagħhom u jkunu konformi mal-kriterji u mar-rekwiżiti riveduti. Il-produtturi għandhom ukoll ikunu jistgħu jissottomettu l-applikazzjonijiet abbażi tal-kriterji ekoloġiċi stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/563/KE jew skont il-kriterji ekoloġiċi riveduti stabbiliti f'din id-Deċiżjoni għal perjodu ta' żmien suffiċjenti.

(9)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-grupp ta' prodotti “xedd tas-saqajn” għandu jinkludi l-oġġetti kollha ddisinjati biex jipproteġu jew jgħattu s-sieq, b'pett applikat li jiġi f'kuntatt mal-art. Soġġett għall-eżenzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3, ix-xedd tas-saqajn kopert bl-Anness II tad-Direttiva 94/11/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u x-xedd tas-saqajn protettiv kopert bid-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (4) huma inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni.

2.   Ix-xedd tas-saqajn jista' jkun magħmul minn diversi materjali naturali u/jew sintetiċi f'konformità mad-Direttiva 94/11/KE.

3.   Il-grupp ta' prodotti ma għandux jinkludi l-prodotti li ġejjin:

(a)

xedd tas-saqajn li jkun fih xi komponent elettriku jew elettroniku;

(b)

xedd tas-saqajn li jintrema wara li jintuża darba;

(c)

kalzetti b'pett applikat;

(d)

xedd tas-saqajn tal-ġugarelli.

Artikolu 2

Għall-fini ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“Il-wiċċ taż-żarbun” tfisser l-element strutturali ta' fuq, magħmul minn materjal wieħed jew aktar, li jkun mehmuż mal-pett taż-żarbun. Il-wiċċ taż-żarbun jinkludi l-inforra u s-suletti.

(2)

“L-inforra u s-suletti” tfisser l-inforra tal-wiċċ taż-żarbun u s-suletta, li jiffurmaw il-parti ta' ġewwa tax-xedd tas-saqajn.

(3)

“Il-pett taż-żarbun” tfisser il-parti ta' isfel tax-xedd tas-saqajn li hija mehmuża mal-wiċċ taż-żarbun.

(4)

“L-assemblaġġ tax-xedd tas-saqajn” tfisser serje ta' operazzjonijiet li għandhom l-għan li jgħaqqdu flimkien il-wiċċ taż-żarbun mal-pett taż-żarbun biex jifforma l-prodott finali. L-imballaġġ finali tal-prodott huwa inkluż.

(5)

“Is-sit tal-assemblaġġ tax-xedd tas-saqajn” tfisser is-sit li fih isiru l-aħħar stadji tal-produzzjoni (mill-qtugħ u l-iffurmar tal-materjal (għall-produzzjoni tal-forom bl-injezzjoni) sal-imballaġġ tal-prodott) li jirrigwardaw il-prodott bil-liċenzja u li jibqgħu taħt il-kontroll tal-ġestjoni tal-applikant.

(6)

“Il-Komposti organiċi volatili” (KOV) huma komposti organiċi li f'293,15 K, ikollhom pressjoni tal-fwar ta' 0,01 KPa jew aktar, jew li jkollhom volatilità korrispondenti fil-kundizzonijiet partikolari tal-użu, kif definit f'EN 14602.

(7)

“Sustanza bijodegradabbli b'mod inerenti” tfisser sustanza li turi 70 % degradazzjoni ta' karbonju organiku dissolt fi żmien 28 jum jew 60 % tal-massimu teoretiku tat-tnaqqis tal-ossiġenu jew il-ġenerazzjoni tad-dijossidu tal-karbonju fi żmien 28 jum meta jintuża wieħed mill-metodi tal-ittestjar li ġejjin: ISO 14593, OECD 302 A, ISO 9887, OECD 302 B, ISO 9888, OECD 302 C.

(8)

“Sustanza faċilment bijodegradabbli” tfisser sustanza li turi 70 % degradazzjoni ta' karbonju organiku dissolt fi żmien 28 jum jew 60 % tal-massimu teoretiku tat-tnaqqis tal-ossiġenu jew il-ġenerazzjoni tad-dijossidu tal-karbonju fi żmien 28 jum meta jintuża wieħed mill-metodi tal-ittestjar li ġejjin: OECD 301 A, ISO 7827, OECD 301 B, ISO 9439, OECD 301 C, OECD 301 D, ISO 10708, OECD 301 E, OECD 301 F, ISO 9408.

Artikolu 3

Biex prodott jingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, dan għandu jkun parti mill-grupp tal-prodotti “xedd tas-saqajn” kif definit fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni u għandu jkun konformi mal-kriterji ekoloġiċi kif ukoll mar-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika relatati li huma stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti “xedd tas-saqajn” kif ukoll ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika relatati għandhom ikunu validi għal sitt snin mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Għall-finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp tal-prodotti “xedd tas-saqajn” għandu jkun “017”.

Artikolu 6

Id-Deċiżjoni 2009/563/KE hija mħassra.

Artikolu 7

1.   B'deroga mill-Artikolu 6, l-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jkunu parti mill-grupp tal-prodotti “xedd tas-saqajn” li jkunu sottomessi qabel id-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu evalwati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/563/KE.

2.   L-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jkunu parti mill-grupp ta' prodotti “xedd tas-saqajn” sottomessi fi żmien xahrejn mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni jistgħu jissejsu jew fuq il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/563/KE jew inkella fuq il-kriterji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu evalwati skont il-kriterji li jissejsu fuqhom.

3.   Il-liċenzji tal-Ekotikketta tal-UE mogħtija skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/563/KE jistgħu jintużaw għal 12-il xahar mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Awwissu 2016.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/563/KE tad-9 ta' Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-eko-tikketta Komunitarja lix-xedd tas-saqajn (ĠU L 196, 28.7.2009, p. 27).

(3)  Id-Direttiva 94/11/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Marzu 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-tikkettjar tal-materjali li jintużaw fil-komponenti ewlenin tax-xeddijiet tas-saqajn għall-bejgħ lill-konsumatur (ĠU L 100, 19.4.1994, p. 37).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-apparat personali protettiv (ĠU L 399, 30.12.1989, p. 18).


ANNESS

IL-KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE U R-REKWIŻITI TAL-VALUTAZZJONI U TAL-VERIFIKA

Il-kriterji biex tingħata l-Ekotikketta tal-UE għax-“xedd tas-saqajn”:

1.

L-oriġini tal-ġlud ħoxnin u tal-ġlud, tal-qoton, tal-injam u tas-sufra, u tal-fibri taċ-ċelluloża magħmula mill-bniedem;

2.

It-tnaqqis fil-konsum tal-ilma u restrizzjoni fuq l-ikkonzar ta' ġlud ħoxnin u ta' ġlud;

3.

L-emissjonijiet fl-ilma mill-produzzjoni tal-ġilda, tat-tessuti u tal-gomma;

4.

Il-komposti organiċi volatili (KOV);

5.

Is-sustanzi perikolużi fil-prodott u fil-komponenti taż-żraben;

6.

Il-Lista ta' Sustanzi Ristretti (RSL);

7.

Il-parametri li jikkontribwixxu għad-durabbiltà;

8.

Ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva fir-rigward tal-aspetti tax-xogħol;

9.

L-imballaġġ;

10.

L-informazzjoni dwar l-imballaġġ.

Valutazzjoni u verifika: Għal kull kriterju jitniżżlu r-rekwiżiti dettaljati tal-valutazzjoni u tal-verifika.

Meta l-applikant ikun meħtieġ jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti ta' testijiet, jew evidenza oħra biex juri l-konformità mal-kriterji, dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant jew mill-fornitur/i tiegħu jew mill-fornituri tagħhom, kif xieraq.

Il-korpi kompetenti għandhom jirrikonoxxu preferenzjalment l-attestazzjonijiet li jinħarġu mill-korpi akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għal-laboratorji tal-ittestjar u tal-ikkalibrar, u l-verifiki li jagħmlu l-korpi akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għall-korpi li jiċċertifikaw il-prodotti, il-proċessi u s-servizzi.

Meta jkun xieraq, jistgħu jintużaw metodi ta' ttestjar għajr dawk indikati għal kull kriterju jekk il-korp kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.

Meta jkun xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni ta' sostenn u jistgħu jagħmlu verifiki indipendenti jew żjarat fuq il-post.

Il-prodott finali huwa par żarbun. Ir-rekwiżiti huma bbażati fuq id-daqs taż-żarbun: 42 punt skont il-qies ta' Pariġi għall-irġiel, 38 punt skont il-qies ta' Pariġi għan-nisa, 40 punt skont il-qies ta' Pariġi għal mudelli unisex, 32 punt skont il-qies ta' Pariġi għat-tfal (jew l-ikbar daqs fil-każ ta' daqsijiet iżgħar minn 32 punt skont il-qies ta' Pariġi), u 26 punt skont il-qies ta' Pariġi għat-tfal ta' taħt it-tliet snin.

Sakemm ma jkunux speċifikati separatament, il-kriterji japplikaw għall-prodott finali, li huwa kompost minn uċuħ taż-żraben u minn pettijiet taż-żraben li jkunu magħmula minn materjali u minn oġġetti omoġeni li jifformaw il-prodott finali.

L-applikant għandu jipprovdi l-lista tal-materjali tal-prodott, u fiha jniżżel il-materjali u l-oġġetti omoġeni kollha li ntużaw. Il-piż ta' kull materjal kostitwenti għandu jiġi espress fi grammi u bħala persentaġġ tal-uċuħ taż-żraben u tal-pettijiet taż-żraben. Għandha tiġi ddikjarata l-unità ta' piż totali tal-prodott finali.

Il-kriterju 6 jirreferi għal Lista ta' Sustanzi Ristretti li hija pprovduta fl-Appendiċi. Il-lista tistabbilixxi l-ambitu tar-restrizzjonijiet u l-metodi tal-verifika rispettivi.

IL-KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE

Kriterju 1 — L-oriġini tal-ġlud ħoxnin u tal-ġlud, tal-qoton, tal-injam u tas-sufra, u tal-fibri taċ-ċelluloża magħmula mill-bniedem

1.1.   Rekwiżiti għall-ġlud ħoxnin u għall-ġlud

Il-ġlud ħoxnin u l-ġlud mhux ipproċessati maħsuba biex jintużaw fil-prodott finali għandhom ikunu soġġetti għar-restrizzjonijiet speċifikati fil-kriterji 1.1(a) u 1.1(b).

1.1(a)   Ġlud ħoxnin u ġlud

Il-kriterju 1.1(a) għandu japplika meta l-kontenut tal-ġilda fl-uċuħ taż-żraben jew fil-pettijiet taż-żraben ikun akbar minn 10,0 % piż b'piż ta' kull komponent.

Il-ġlud ħoxnin u l-ġlud mhux ipproċessati minn annimali mrobbija għall-ħalib jew għall-produzzjoni tal-laħam biss huma permessi li jintużaw għall-produzzjoni tal-ġilda li hija intiża għall-użu fil-prodott finali.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jissottometti dikjarazzjoni ta' konformità mingħand il-manifattur tal-ġilda jew mill-fornitur tal-ġlud ħoxnin jew tal-ġlud. Id-dikjarazzjoni għandha ssostni li l-kumpanija li timmanifattura l-ġilda twettaq il-kontrolli tal-verifika tal-konformità fuq il-materja prima li tintuża, u li l-ġlud ħoxnin u l-ġlud mhux ipproċessati maħsuba biex jintużaw fil-prodott finali joriġinaw minn annimali mrobbija għall-ħalib jew għall-produzzjoni tal-laħam.

1.1(b)   Ġlud ħoxnin u ġlud projbiti

Il-ġlud ħoxnin u ġlud mhux ipproċessati li joriġinaw minn speċijiet estinti, estinti fis-selvaġġ, f'periklu kritiku, fil-periklu, vulnerabbli, u dawk li jkunu kważi fil-periklu, skont il-kategoriji stabbiliti mil-Lista l-Ħamra tal-Ispeċijiet fil-Periklu tal-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura (IUCN) (1), ma għandhomx jintużaw fil-prodott finali.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità mingħand il-manifattur tal-ġilda jew mill-fornitur tal-ġilda. Id-dikjarazzjoni għandha tidentifika l-annimal tal-oriġini u ssostni li l-ġlud ħoxnin u l-ġlud mhux ipproċessati intiżi biex jintużaw fil-prodott finali ma joriġinawx minn speċijiet estinti, estinti fis-selvaġġ, f'periklu kritiku, fil-periklu, vulnerabbli, jew dawk li jkunu kważi fil-periklu skont il-klassifikazzjoni tal-IUCN.

1.2.   Qoton u fibri naturali oħra ta' żrieragħ taċ-ċelluloża

Il-kriterju 1.2 għandu japplika meta l-kontenut tal-qoton fl-uċuħ taż-żraben jew fil-pettijiet taż-żraben ikun akbar minn 10,0 % piż b'piż ta' kull komponent.

Il-qoton li jkun fih 70,0 % piż b'piż jew aktar ta' kontenut riċiklat huwa eżentat mir-rekwiżit tal-kriterju 1.2.

Il-qoton u l-fibri naturali l-oħra ta' żrieragħ taċ-ċelluloża (minn hawn 'il quddiem, il-qoton) li mhumiex fibri riċiklati, għandu jkollhom kontenut minimu jew ta' qoton organiku (ara l-kriterju 1.2(a)) jew ta' qoton b'ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara (IPM) (ara l-kriterju 1.2(b)).

Il-prodotti tat-tessuti li jkunu ngħataw l-Ekotikketta tal-UE abbażi tal-kriterji ekoloġiċi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/350/UE (2) huma kkunsidrati li jikkonformaw mal-kriterju 1.2.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità.

Meta jintużaw tessuti bl-Ekotikketta tal-UE, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tal-Ekotikketta tal-UE sabiex juri li l-ekotikketta ngħatat skont id-Deċiżjoni 2014/350/UE.

Meta jkun applikabbli, il-kontenut riċiklat għandu jkun jista' jiġi intraċċat lura lejn ir-riproċessar tal-materja prima. Dan għandu jiġi vverifikat permezz ta' ċertifikazzjoni minn parti terza indipendenti tal-katina tal-kustodja jew permezz ta' dokumentazzjoni pprovduta mill-fornituri u mir-riproċessuri tal-materja prima.

1.2(a)   Standard tal-produzzjoni organika

Bl-eċċezzjoni tax-xedd tas-saqajn intiż għat-tfal ta' taħt it-tliet snin, minimu ta' 10 % piż b'piż tal-fibra tal-qoton mhux riċiklata li jintuża fil-prodott għandha titkabbar skont ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (3), fil-Programm Organiku Nazzjonali (NOP) tal-Istati Uniti jew skont obbligi legali ekwivalenti stabbiliti mis-sħab kummerċjali tal-UE. Il-kontenut tal-qoton organiku jista' jinkludi qoton li jkun tkabbar b'mod organiku u qoton organiku tranżizzjonali.

Mill-inqas 95 % piż b'piż tal-fibra tal-qoton mhux riċiklata użata fix-xedd tas-saqajn intiż għat-tfal ta' taħt it-tliet snin għandha tkun qoton organiku.

Meta l-qoton organiku jrid jiġi mħallat ma' qoton konvenzjonali jew ma' qoton IPM, il-qoton għandu jkun minn varjetajiet mhux ġenetikament modifikati.

Id-dikjarazzjonijiet dwar il-kontenut organiku jistgħu jsiru biss meta l-kontenut organiku jkun tal-anqas 95 %.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità għall-kontenut organiku appoġġata b'evidenza li tkun ġiet ċertifikata minn korp ta' kontroll indipendenti, li kien ġie prodott f'konformità mar-rekwiżiti tal-produzzjoni u tal-ispezzjoni stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007, fil-Programm Organiku Nazzjonali (NOP) tal-Istati Uniti jew dawk stabbiliti minn sħab kummerċjali oħra. Il-verifika għandha tkun ipprovduta għal kull pajjiż ta' oriġini.

L-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu juri l-konformità mar-rekwiżit ta' kontenut minimu ta' qoton organiku bbażat fuq il-volum annwali ta' qoton mixtri għall-manifattura tal-prodott/i finali u skont kull linja ta' prodotti. Għandhom jiġu pprovduti r-rekords tat-tranżazzjonijiet u/jew il-fatturi li jiddokumentaw il-kwantità ta' qoton ċertifikat mixtri.

Għall-qoton konvenzjonali jew IPM li jintuża f'taħlitiet mal-qoton organiku, it-test ta' skrinjar għall-modifikazzjonijiet ġenetiċi komuni għandu jiġi aċċettat bħala prova ta' konformità tal-varjetà tal-qoton.

1.2(b)   Produzzjoni tal-qoton skont il-prinċipji ta' Ġestjoni Integrata tal-Organiżmi ta' Ħsara (IPM) u r-restrizzjoni fuq il-pestiċidi

Bl-eċċezzjoni tax-xedd tas-saqajn intiż għat-tfal ta' taħt it-tliet snin, minimu ta' 20 % piż b'piż tal-fibra qoton mhux riċiklata li tintuża fil-prodott għandha titkabbar skont il-prinċipji tal-IPM kif definiti fil-programm tal-IPM tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) jew skont is-sistemi ta' Ġestjoni Integrata tal-Uċuħ tar-Raba' (ICM) li jinkorporaw il-prinċipji tal-IPM.

Mill-inqas 60 % tal-fibra tal-qoton mhux riċiklata li tintuża fix-xedd tas-saqajn intiż għat-tfal ta' taħt it-tliet snin għandha titkabbar skont il-prinċipji tal-IPM.

Il-qoton IPM li jkun intiż biex jintuża fil-prodott finali għandu jitkabbar mingħajr l-użu tal-ebda waħda mis-sustanzi li ġejjin: aldikarb, aldrin, kamfeklor (toksafen), kaptafol, klordan, 2,4,5-T, klordimeform, ċipermetrina, DDT, dieldrin, dinoseb u l-imluħa tiegħu, endosulfan, endrin, ħeptaklor, eżaklorobenżen, eżakloroċikloeżan (isomeri totali), metamidofos, metilparatjon, monokrotofos, neonikotinojdi (klotjanidin, imidakloprid, tijametoksam), paratjon, pentaklorofenol.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità mal-kriterju 1.2(b), appoġġata b'evidenza li tikkonferma li tal-anqas 20 % piż b'piż tal-qoton mhux riċiklat li jinsab fil-prodott, jew 60 % piż b'piż fil-każ ta' xedd tas-saqajn maħsub għat-tfal ta' taħt it-tliet snin, ikun tkabbar minn bdiewa li jkunu pparteċipaw fi programmi ta' taħriġ formali tal-FAO tan-NU jew fi programmi IPM jew ICM tal-Gvern u/jew li jkunu ġew awditjati bħala parti minn skemi tal-IPM ċertifikati minn parti terza. Il-verifika għandha tiġi pprovduta fuq bażi annwali għal kull pajjiż ta' oriġini jew inkella fuq il-bażi ta' ċertifikazzjonijiet għall-qoton IPM kollu mixtri għall-manifattura tal-prodott.

L-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jiddikjara wkoll li l-qoton IPM ma tkabbarx bl-użu ta' xi sustanza elenkata fil-kriterju 1.2(b). L-iskemi ta' ċertifikazzjoni tal-IPM li jeskludu l-użu tas-sustanzi elenkati għandhom jiġu aċċettati bħala prova ta' konformità.

1.3.   Injam u sufra sostenibbli

Il-kriterju 1.3 għandu japplika meta l-kontenut tal-injam jew tas-sufra li jintuża fl-uċuħ taż-żraben jew fil-pettijiet taż-żraben ikun akbar minn 10,0 % piż b'piż ta' kull komponent.

L-injam kollu u s-sufra kollha għandhom ikunu koperti minn ċertifikati tal-katina tal-kustodja maħruġa minn skema ta' ċertifikazzjoni ta' parti terza indipendenti bħall-Kunsill Dispensier tal-Foresti (FSC), il-Programm għall-Approvazzjoni taċ-Ċertifikazzjoni Forestali (PEFC) jew ekwivalenti.

L-injam u s-sufra verġni kollu ma għandux joriġina mill-ispeċijiet OĠM u għandu jkun kopert b'ċertifikati validi ta' ġestjoni sostenibbli tal-foresti u ċertifikati tal-katina tal-kustodja maħruġa minn skema ta' ċertifikazzjoni ta' parti terza indipendenti bħall-FSC, il-PEFC jew ekwivalenti.

Meta skema ta' ċertifikazzjoni tippermetti t-taħlit ta' materjal mhux iċċertifikat ma' materjal iċċertifikat u/jew riċiklat fi prodott jew f'linja ta' produzzjoni, minimu ta' 70 % tal-materjal tal-injam jew tas-sufra, kif xieraq, għandu jkun materjal iċċertifikat bħala verġni u/jew materjal riċiklat sostenibbli.

Il-materjal mhux ċertifikat għandu jkun kopert minn sistema ta' verifika li tiżgura li jkun inkiseb b'mod legali u li jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-iskema ta' ċertifikazzjoni fir-rigward tal-materjal mhux iċċertifikat.

Il-korpi ta' ċertifikazzjoni li joħorġu ċertifikati tal-foresta u/jew tal-katina ta' kustodja għandhom ikunu akkreditati jew rikonoxxuti minn dik l-iskema ta' ċertifikazzjoni.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata b'ċertifikat/i validu/i tal-katina tal-kustodja ċċertifikat/i b'mod indipendenti għall-materjal kollu tal-injam u tas-sufra li ntuża fil-prodott jew fil-linja tal-produzzjoni u juri li tal-anqas 70 % tal-materjal tal-injam jew tas-sufra joriġina minn foresti jew minn żoni ġestiti skont il-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u/jew minn sorsi riċiklati li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti mill-iskema rilevanti indipendenti tal-katina tal-kustodja. L-iskemi tal-FSC, tal-PEFC jew skemi ekwivalenti għandhom jiġu aċċettati bħala ċertifikazzjoni indipendenti minn parti terza. Jekk l-iskema ma teħtieġx speċifikament li l-materjal verġni kollu jinkiseb minn speċijiet mhux OĠM, għandha tingħata evidenza addizzjonali biex dan jintwera.

Jekk il-prodott jew il-linja tal-produzzjoni jinkludu materjal verġni mhux iċċertifikat, għandha tingħata prova li l-kontenut tal-materjal verġni mhux iċċertifikat ma jaqbiżx it-30 % u li jkun kopert minn sistema ta' verifika li tiżgura li jkun inkiseb legalment u li jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-iskema ta' ċertifikazzjoni fir-rigward ta' materjal mhux iċċertifikat.

1.4.   Fibri taċ-ċelluloża artifiċjali (inklużi l-visk, il-modal, il-lijoċell)

Il-kriterju 1.4(a) għandu japplika meta l-kontenut tal-fibri taċ-ċelluloża artifiċjali li jintużaw fl-uċuħ taż-żraben jew fil-pettijiet taż-żraben ikun iktar minn 10,0 % piż b'piż ta' kull komponent.

Il-fibri taċ-ċelluloża artifiċjali li fihom 70,0 % piż b'piż jew aktar ta' kontenut riċiklat huma eżentati m

Minimu ta' 25,0 % tal-fibri tal-polpa mhux riċiklati għandhom jiġu mmanifatturati minn injam li jkun tkabbar skont il-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti kif definit mill-FAO tan-NU. Il-proporzjon li jifdal tal-fibri tal-polpa mhux riċiklati għandu jkun ġej minn polpa li tittieħed minn pjantaġġuni u minn forestrija legali.

Il-prodotti tat-tessuti li jkunu ngħataw l-Ekotikketta tal-UE abbażi tal-kriterji ekoloġiċi tad-Deċiżjoni 2014/350/UE huma kkunsidrati li jikkonformaw mal-kriterju 1.4.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità.

Meta jintużaw prodotti tat-tessuti bl-Ekotikketta tal-UE, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tal-Ekotikketta tal-UE biex juri li l-ekotikketta ngħatat skont id-Deċiżjoni 2014/350/UE. Inkella, l-applikant għandu jikseb mingħand il-manifattur/i tal-fibri, ċertifikati validi tal-katina tal-kustodja ċċertifikati b'mod indipendenti li juru li l-fibri tal-injam tkabbru skont il-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u/jew ittieħdu minn sorsi legali. L-iskemi tal-FSC, tal-PEFC jew skemi ekwivalenti għandhom jiġu aċċettati bħala ċertifikazzjoni indipendenti.

Il-manifattur tal-fibri għandu juri li ġew segwiti proċessi ta' diliġenza dovuta kif speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) biex jiġi żgurat li l-injam ikun inqata' legalment. Il-liċenzji validi u/jew iċ-ċertifikazzjoni minn parti terza dwar l-Infurzar tal-Liġi, it-Tmexxija u l-Kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT) jew il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) għandhom ikunu aċċettati bħala evidenza ta' qtugħ minn sorsi legali.

Meta jkun applikabbli, il-kontenut riċiklat għandu jkun jista' jiġi intraċċat lura lejn ir-riproċessar tal-materja prima. Dan għandu jiġi vverifikat permezz ta' ċertifikazzjoni minn parti terza indipendenti tal-katina tal-kustodja jew permezz ta' dokumentazzjoni pprovduta mill-fornituri u mir-riproċessuri tal-materja prima.

1.5.   Plastik

Il-plastik tal-PVC ma għandu jintuża fl-ebda parti tal-prodott.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità.

Kriterju 2 — Tnaqqis fil-konsum tal-ilma u restrizzjoni fuq l-ikkonzar ta' ġlud ħoxnin u ta' ġlud

Il-ġlud ħoxnin u l-ġlud mhux ipproċessati li jkunu maħsuba biex jintużaw fil-prodott finali għandhom ikunu soġġetti għal limitu fuq il-konsum tal-ilma fil-proċess tal-ikkonzar kif speċifikat fil-kriterju 2.1.

Il-ġilda li tintuża fi prodotti intiżi għat-tfal ta' taħt it-tliet snin għandha tkun soġġetta għal restrizzjoni fuq l-ikkonzar abbażi tal-kromu kif speċifikat fil-kriterju 2.2.

2.1.   Konsum tal-ilma

Dan il-kriterju għandu japplika meta l-kontenut tal-ġilda użata fl-uċuħ taż-żraben jew fil-pettijiet taż-żraben ikun iktar minn 10,0 % piż b'piż ta' kull komponent.

Il-konsum ta' ilma espress bħala volum medju annwali ta' ilma kkonsmat għal kull tunnellata ta' ġlud ħoxnin u ta' ġlud mhux ipproċessati ma għandux jaqbeż il-limiti mogħtija fit-Tabella 1:

Tabella 1

Il-konsum massimu ta' ilma awtorizzat fi proċessi tal-ikkonzar

Ġlud ħoxnin

28 m3/t

Ġlud

45 m3/t

Ikkunzar veġetali tal-ġilda

35 m3/t

Ġilda tal-majjal

80 m3/t

Ġilda tan-nagħaġ

180 l/ġilda

Valutazzjoni u verifika: kif xieraq, l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità mingħand il-fornitur tal-ġilda jew mill-kumpanija li timmanifattura l-ġilda. Id-dikjarazzjoni għandha tispeċifika l-ammont annwali ta' produzzjoni ta' ġilda u l-konsum relatat ta' ilma abbażi tal-valuri medji ta' kull xahar tal-aħħar tnax-il xahar qabel l-applikazzjoni, imkejjel mill-kwantità ta' ilma mormi skarikat.

Jekk il-proċess tal-produzzjoni tal-ġilda jsir f'postijiet ġeografiċi differenti, l-applikant jew il-fornitur tal-ġlud nofshom lesti għandu jipprovdi dokumentazzjoni li tispeċifika li l-kwantità ta' ilma skarikat (m3) għall-kwantità ta' ġlud nofshom lesti pproċessati f'tunnellati (t) jew l-għadd ta' ġlud għall-ġlud tan-nagħaġ, kif xieraq, abbażi tal-valuri medji ta' kull xahar matul it-tnax-il xahar ta' qabel l-applikazzjoni.

2.2.   Restrizzjoni fuq l-ikkonzar ta' ġlud ħoxnin u ta' ġlud

Għal żraben intiżi għat-tfal ta' taħt it-tliet snin, il-ġlud ħoxnin u l-ġlud mhux ipproċessati maħsuba biex jintużaw fil-kisi u fl-inforra, kif definit fl-Artikolu 2(2), għandhom jiġu pproċessati bl-użu ta' teknoloġija tal-ikkonzar mingħajr kromu.

Valutazzjoni u verifika: Għal żraben intiżi għat-tfal ta' taħt it-tliet snin, l-applikant għandu jissottometti dikjarazzjoni ta' konformità mingħand il-manifattur tal-ġilda jew mill-fornitur tal-ġilda, kif jixraq, bl-informazzjoni li l-ġilda li ntużat fil-partijiet ta' ġewwa tax-xedd tas-saqajn (il-kisi u/jew l-inforra) ġiet ikkonzata mingħajr kromu. Id-dikjarazzjoni għandha tispeċifika l-aġent tal-ikkonzar li ntuża fl-ipproċessar ta' ġlud ħoxnin u ta' ġlud.

Kriterju 3 — Emissjonijiet fl-ilma mill-produzzjoni tal-ġilda, tat-tessuti u tal-gomma

It-tessuti, il-ġilda u l-gomma li jkunu maħsuba biex jintużaw fil-prodott finali għandhom ikunu soġġetti għal limitu fuq l-emissjonijiet fl-ilma.

Dan il-kriterju għandu japplika kull meta l-kontenut tal-ġilda, tal-gomma jew tat-tessuti, kif xieraq, li jintużaw fl-uċuħ taż-żraben jew fil-pettijiet taż-żraben ikun akbar minn 10,0 % piż b'piż ta' kull komponent.

3.1.   Domanda Kimika ta' Ossiġenu (DKO) fl-ilma mormi mis-siti tal-ikkunzar tal-ġilda

Il-valur tad-DKO fl-ilma mormi mis-siti tal-ikkonzar tal-ġilda, meta jintrema fl-ilma tal-wiċċ wara t-trattament (kemm jekk fuq il-post u mhux), ma għandux jaqbeż 200,0 mg/l.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata minn dokumentazzjoni dettaljata u rapporti tal-ittestjar skont l-ISO 6060 li juru l-konformità ma' dan il-kriterju abbażi tal-valuri medji ta' kull xahar, għas-sitt xhur ta' qabel l-applikazzjoni. Id-dejta għandha turi l-konformità tas-sit tal-produzzjoni jew, jekk l-effluwent ma jiġix trattat fuq il-post, tal-operatur tat-trattament tal-ilma mormi.

3.2.   Domanda Kimika ta' Ossiġenu (DKO) fl-ilma mormi mill-proċessi tal-irfinar tat-tessuti

Il-valur tad-DKO fl-iskariki tal-ilma mormi minn proċessi tal-irfinar tat-tessuti ma għandux jaqbeż 20,0 g/kg ta' tessuti ipproċessati.

Il-proċessi tal-irfinar għandhom jinkludu thermosetting, thermosoling, il-kisi u t-tixpip tat-tessuti. Dan ir-rekwiżit għandu japplika għal proċessi fl-imxarrab li jintużaw fl-irfinar tad-drapp tessili. Ir-rekwiżit għandu jitkejjel f'punt wara l-impjant ta' trattament tal-ilma tad-drenaġġ ta' fuq is-sit jew f'impjant muniċipali għat-trattament tal-ilma tad-drenaġġ li jirċievi l-ilma tad-drenaġġ minn dawk is-siti tal-iproċessar.

Il-prodotti tat-tessuti li jkunu ngħataw l-Ekotikketta tal-UE abbażi tal-kriterji ekoloġiċi tad-Deċiżjoni 2014/350/UE huma kkunsidrati li jikkonformaw mal-Kriterju 3.2.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità.

Meta jintużaw prodotti tat-tessuti bl-Ekotikketta tal-UE, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tal-Ekotikketta tal-UE biex juri li l-ekotikketta ngħatat skont id-Deċiżjoni 2014/350/UE.

Inkella, l-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dokumentazzjoni dettaljata u rapporti tal-ittestjar skont l-ISO 6060 li juru l-konformità ma' dan il-kriterju abbażi tal-valuri medji ta' kull xahar, għas-sitt xhur ta' qabel l-applikazzjoni. Id-dejta għandha turi l-konformità tas-sit tal-produzzjoni jew, jekk l-effluwent ma jiġix trattat fuq il-post, tal-operatur tat-trattament tal-ilma mormi.

3.3.   Domanda Kimika ta' Ossiġenu (DKO) fl-ilma mormi mill-ipproċessar tal-gomma naturali u sintetika

Il-valur tad-DKO fl-ilma mormi mill-ipproċessar tal-gomma naturali jew sintetika, kif applikabbli, meta jintrema fl-ilma tal-wiċċ wara t-trattament (kemm jekk fuq il-post u mhux), ma għandux jaqbeż 150,0 mg/l. Dan ir-rekwiżit għandu japplika għal proċessi fl-imxarrab li jintużaw biex tiġi mmanifatturata l-gomma.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata minn dokumentazzjoni dettaljata u r-rapporti tal-ittestjar, abbażi tal-ISO 6060 li juru l-konformità ma' dan il-kriterju abbażi tal-valuri medji ta' kull xahar, għas-sitt xhur ta' qabel l-applikazzjoni. Id-dejta għandha turi l-konformità tas-sit tal-produzzjoni jew, jekk l-effluwent jiġi trattat lil hinn mis-sit, il-konformità tal-operatur tat-trattament tal-ilma mormi.

3.4.   Kromu fl-ilma mormi mill-ikkunzar wara t-trattament

Il-konċentrazzjoni totali tal-kromu fl-ilma mormi mill-konzerija wara t-trattament ma għandhiex taqbeż il-1,0 mg/l kif speċifikat fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/84/UE (5).

Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata b'rapport tat-test billi juża wieħed mill-metodi ta' ttestjar li ġejjin: l-ISO 9174, l-EN 1233 jew l-EN ISO 11885 għall-kromu u li juri l-konformità ma' dan il-kriterju abbażi ta' medji ta' kull xahar għas-sitt xhur ta' qabel l-applikazzjoni. Kif xieraq, l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità mal-BAT 10, u mal-BAT 11 jew 12, kif xieraq, tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/84/UE għat-tnaqqis tal-kontenut tal-kromu fi skariki ta' ilma mormi.

Kriterju 4 — Komposti organiċi volatili (KOV)

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, l-użu totali tal-KOV fil-produzzjoni finali tax-xedd tas-saqajn, ma għandux jaqbeż bħala medja t-18,0-il gramma KOV/par.

Għaż-żraben kklassifikati bħala tagħmir tal-protezzjoni personali f'konformità mad-Direttiva 89/686/KEE, l-użu totali tal-KOV matul il-produzzjoni finali tax-xedd tas-saqajn, ma għandux jaqbeż bħala medja l-20,0 g KOV/par.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata b'kalkolu tal-użu totali tal-KOV matul il-produzzjoni finali taż-żraben skont l-EN 14602. Il-kalkolu għandu jiġi appoġġat b'riżultati tat-testijiet u b'dokumentazzjoni (ir-reġistrazzjoni tal-ġilda mixtrija, il-kolla, l-irfinituri u l-produzzjoni tax-xedd tas-saqajn) kif xieraq.

Meta jkun applikabbli, għandha tingħata kopja ta' ċertifikazzjoni maħruġa minn korp ta' ċertifikazzjoni nnotifikat skont id-Direttiva 89/686/KEE li turi li l-prodott huwa kklassifikat bħala tagħmir tal-protezzjoni personali.

Kriterju 5 — Sustanzi perikolużi fil-prodott u fil-komponenti taż-żraben

Il-preżenza fil-prodott finali u fi kwalunkwe materjal jew oġġett omoġenu tiegħu, ta' sustanzi u ta' taħlitiet li skont l-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala sustanzi ta' tħassib serju ħafna (SVHCs) jew sustanzi u taħlitiet li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-ippakkjar (CLP) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) għall-perikli elenkati fit-Tabella 2, għandhom ikunu ristretti skont il-kriterji 5.1 u 5.2.

Għall-finijiet ta' dan il-kriterju, il-Lista ta' susutanzi Kandidati ta' tħassib serju ħafna (l-SVHCs) u l-klassifikazzjonijiet tal-periklu tas-CLP huma miġbura fit-Tabella 2 skont il-proprjetajiet tagħhom tal-periklu.

Il-kriterju ma japplikax għal sustanzi jew għal taħlitiet li fl-ipproċessar jibdlu l-proprjetajiet tagħhom (ngħidu aħna, sustanzi li ma jibqgħux aktar bijodisponibbli jew li jgħaddu minn modifika kimika) b'mod li l-periklu identifikat ma jibqax japplika. Dan għandu jinkludi reazzjonijiet kimiċi li fihom is-sustanzi jkunu ġew modifikati bħall-polimerizzazzjoni, meta l-monomeri jew l-addittivi jintrabtu b'mod kovalenti.

Il-prodotti tat-tessuti li jingħataw l-Ekotikketta tal-UE abbażi tal-kriterji ekoloġiċi tad-Deċiżjoni 2014/350/UE huma kkunsidrati li jikkonformaw mal-kriterju 5.

Tabella 2

Raggruppament ta' perikli ristretti

Perikli tal-Grupp 1 — Sustanzi ta' tħassib serju ħafna (SVHC)

Perikli li jixħtu sustanza jew taħlita fil-Grupp 1:

Sustanzi li jidhru fil-Lista ta' sustanzi Kandidati ta' tħassib serju ħafna (l-SVHCs) mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (8)

Sustanzi Karċinoġeni, Mutaġeni u/jew Tossiċi għar-Riproduzzjoni (CMR), il-Kategorija 1 A jew 1B: H340, H350, H350i, H360, H360F, H360D, H360FD, H360Fd, H360Df

Perikli tal-Grupp 2 — Perikli CLP

Perikli li jixħtu sustanza jew taħlita fil-Grupp 2:

CMR tal-kategorija 2: H341, H351, H361f, H361d, H361fd, H362

Tossiċità akkwatika tal-kategorija 1: H400, H410

Tossiċità akuta tal-kategoriji 1 u 2: H300, H310, H330,

Tossiċità mill-aspirazzjoni tal-kategorija 1: H304

Tossiċità Speċifika għall-Organi fil-Mira (STOT) tal-kategorija 1: H370, H372

Sensitizzatur tal-Ġilda tal-kategorija 1: H317

Perikli tal-Grupp 3 — Perikli CLP

Perikli li jixħtu sustanza jew taħlita fil-Grupp 3:

Tossiċità akkwatika tal-kategoriji 2, 3 u 4: H411, H412, H413

Tossiċità akuta tal-kategorija 3: H301, H311, H331, EUH070

STOT tal-kategorija 2 (*): H371, H373

5.1   Restrizzjoni fuq is-sustanzi ta' tħassib serju ħafna

Il-prodott finali, u kwalunkwe materjal jew oġġett omoġenu tiegħu, ma għandux ikun fih sustanzi li jkunu ġew identifikati bil-proċedura deskritta fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u inklużi fil-Lista ta' Kandidati tal-SVHCs, f'konċentrazzjonijiet akbar minn 0,10 % piż b'piż.

Ma għandha tingħata l-ebda deroga għal-Lista ta' Kandidati tal-SVHCs jekk ikunu preżenti fil-prodott finali, jew lil kwalunkwe materjal jew oġġett omoġenu li jifformaw parti mill-prodott finali f'konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,10 % piż b'piż.

Dan l-iskrinjar għandu jkun ibbażat fuq l-identifikazzjoni tal-potenzjal għal preżenza ta' sustanzi bħal dawn fil-prodott.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità, fejn xieraq, appoġġata b'dikjarazzjonijiet mill-fornitur tal-materjal fir-rigward tan-nuqqas ta' preżenza tal-SVHCs f'konċentrazzjoni ogħla minn 0,10 % (piż b'piż) għall-prodott finali, u ta' kwalunkwe materjal jew oġġett omoġenu li jifforma parti mill-prodott. Id-dikjarazzjonijiet għandu jkollhom referenza għall-aħħar verżjoni tal-Lista ta' Kandidati li ppubblikat l-ECHA (9).

Meta jintużaw prodotti tat-tessuti bl-Ekotikketta tal-UE, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tal-Ekotikketta tal-UE biex juri li l-ekotikketta ngħatat skont id-Deċiżjoni 2014/350/UE.

5.2   Restrizzjoni abbażi ta' sustanzi u ta' taħlitiet ikklassifikati skont is-CLP

Bl-eċċezzjoni tal-kisi u tal-inforra, kif iddefinit fl-Artikolu 2(2) ta' din id-Deċiżjoni, il-kriterju għandu japplika meta l-kontenut ta' kull materjal jew oġġett omoġenu fl-uċuħ taż-żraben jew fil-pettijiet taż-żraben ikun akbar minn 3,0 % piż b'piż ta' kull komponent. Għall-kisi u l-inforra, kwalunkwe materjal jew oġġett omoġenu li jintuża għall-kisi u l-inforra għandu jkun soġġett għal restrizzjoni kif speċifikat fil-paragrafu li jmiss.

Is-sustanzi u t-taħlitiet li jaqgħu fi ħdan il-gruppi identifikati fit-Tabella 3 li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni ta' periklu tas-CLP fit-Tabella 2 ma għandhomx ikunu preżenti fi kwalunkwe materjal jew oġġett omoġenu li jifforma parti mill-prodott finali f'konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,10 % (piż b'piż).

Tabella 3

Gruppi ta' sustanzi u ta' taħlitiet li għalihom għandu japplika l-kriterju 5.2

Sustanzi attivi tal-prodotti bijoċidali;

Żebgħat (inklużi linka, pigmenti u verniċi);

Trasportaturi awżiljarji, aġenti neffieħa, tal-livellar u tad-dispersjoni, aġenti tensjoattivi;

Aġenti tad-dlik bix-xaħam;

Solventi;

Aġenti li jħaxxnu, aġenti leganti, stabbilizzaturi u plastifikanti użati fl-istampar;

Ritardanti tal-fjammi;

Aġenti li jqassmu, adeżivi;

Repellenti tal-ilma, tal-ħmieġ u tat-tbajja'.

L-użu ta' ċerti sustanzi u taħlitiet imsemmija fit-Tabella 3 huma eżentati mir-rekwiżiti tal-kriterju 5.2 soġġett għall-kundizzjonijiet speċifikati fit-Tabella 4.

Tabella 4

Il-kundizzjonijiet tad-derogi li għandhom japplikaw għall-użu ta' sustanzi u ta' taħlitiet funzjonali

Sustanzi u taħlitiet

Ambitu tad-deroga

Kundizzjonijiet tad-deroga

Applikabbiltà għax-xedd tas-saqajn

Nikil

H317, H351, H372

In-nikil jista' jkun preżenti fl-azzar inossidabbli biss.

Ir-rata ta' rilaxx ta' nikil mill-azzar inossidabbli għandha tkun 0,5 μg/cm2/kull ġimgħa jew inqas kif speċifikat fil-kriterju 6 (RSL).

Maskaretti tal-metall u aċċessorji tax-xedd tas-saqajn

Żebgħat għat-tiżbigħ u għall-istampar mhux bil-pigmenti

H301, H311, H331, H317

Formulazzjonijiet ta' tiżbigħ mingħajr trab jew dożaġġ u distribuzzjoni awtomatiċi taż-żebgħat għandhom jintużaw mill-kumpaniji li jipproduċu ż-żebgħa u mill-istampaturi biex jitnaqqas l-esponiment tal-ħaddiema.

Żebgħat

Żebgħat għat-tiżbigħ u għall-istampar mhux bil-pigmenti

H411, H412, H413

Proċessi tat-tiżbigħ bl-użu minn żebgħat reattivi, diretti, tal-bittija jew tal-kubrit b'dawn il-klassifikazzjonijiet għandhom jissodisfaw minimu ta' waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.

L-użu ta' żebgħat b'affinità għolja;

2.

Il-kisba ta' rata ta' rifjut ta' inqas minn 3,0 %;

3.

L-użu ta' strumentazzjoni li tqabbel il-kuluri;

4.

L-implimentazzjoni ta' proċeduri operattivi standard għall-proċess tal-għoti taż-żebgħa;

5.

L-użu tat-tneħħija tal-kulur għat-trattament tal-ilma mormi.

L-użu ta' għoti tal-kulur abbażi ta' soluzzjoni u/jew ta' stampar diġitali huma eżentati minn dawn il-kundizzjonijiet.

Żebgħat

Repellenti tal-ilma, tal-ħmieġ u tat-tbajja'.

H413

Ir-repellent u l-prodotti ta' degradazzjoni tiegħu għandhom ikunu faċilment u/jew inerentement bijodegradabbli u sustanzi mhux bijoakkumulattivi fl-ambjent akwatiku, inkluż is-sediment akwatiku.

Repellenza tal-ilma

Awżiljarji residwi misjuba fi kwalunkwe materjal jew oġġett omoġenu li jifforma parti mill-prodott finali

L-awżiljarji li jinkludu: trasportaturi, aġenti tal-livellar, aġenti ta' dispersjoni, aġenti tensjoattivi, aġenti li jħaxxnu, aġenti leganti

H301, H311, H331, H371, H373, H317 (1B), H411, H412, H413, EUH070,

Ir-riċetti għandhom jiġu fformulati bl-użu ta' sistemi ta' dożaġġ awtomatiċi u l-proċessi għandhom isegwu l-proċeduri operattivi standard.

Is-sustanzi kklassifikati b'H311, H331, H317 (1B) ma għandhomx ikunu preżenti f'konċentrazzjonijiet ta' aktar minn 1,0 % piż b'piż fi kwalunkwe materjal jew oġġett omoġenu li jifforma parti mill-prodott finali.

Awżiljarji

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità mal-kriterju 5.2 appoġġata, meta dan ikun xieraq, b'dikjarazzjonijiet mill-fornitur/i tal-materjal. Id-dikjarazzjoni għandha tkun appoġġata minn lista ta' sustanzi u/jew minn sustanzi f'taħlitiet kif speċifikat fit-Tabella 3 li jkunu preżenti fi kwalunkwe materjal jew oġġett omoġenu li jifforma parti mill-prodott finali, flimkien ma' informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-periklu tagħhom jew in-nuqqas ta' klassifikazzjoni.

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta biex tappoġġa d-dikjarazzjonijiet tal-klassifikazzjoni jew tan-nuqqas ta' klassifikazzjoni tal-periklu għal kull sustanza jew taħlita:

in-numru CAS, EC jew tal-lista tas-sustanza (meta jkun disponibbli għat-taħlitiet);

il-forma fiżika u l-istat li fih tintuża s-sustanza jew it-taħlita;

il-klassifikazzjonijiet armonizzati tal-periklu tas-CLP;

l-entrati ta' awtoklassifikazzjoni fil-bażi tad-dejta tal-ECHA dwar sustanzi rreġistrati ta' REACH jekk ma kienet disponibbili l-ebda klassifikazzjoni armonizzata (10);

il-klassifikazzjonijiet ta' taħlitiet skont il-kriterji stabbiliti fir-Regolament CLP.

Meta jkunu qegħdin jitqiesu entrati ta' awtoklassifikazzjoni fil-bażi tad-data dwar sustanzi rreġistrati ta' REACH, għandha tingħata prijorità lill-entrati minn sottomissjonijiet konġunti.

Meta klassifikazzjoni tkun irreġistrata bħala “b'dejta nieqsa” jew “inkonklużiva” skont il-bażi tad-dejta dwar is-sustanzi rreġistrati ta' REACH, jew meta s-sustanza tkun għadha ma ġietx irreġistrata fir-Regolament REACH, għandha tiġi pprovduta d-dejta tossikoloġika li tissodisfa r-rekwiżiti fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 b'tali mod li tkun biżżejjed biex tappoġġa l-awtoklassifikazzjoni konklużiva skont l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u l-gwida ta' appoġġ tal-ECHA. Fil-każ ta' entrati fil-bażi tad-dejta “b'dejta nieqsa” jew “inkonklużiva”, l-awtoklassifikazzjonijiet għandhom jiġu vverifikati u għandhom jiġu aċċettati dawn is-sorsi ta' informazzjoni:

L-istudji tossikoloġiċi u l-valutazzjonijiet tal-periklu mingħand l-aġenzji regolatorji bejn il-pari tal-ECHA (11), il-korpi regolatorji tal-Istati Membri jew il-korpi intergovernattivi;

Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza (SDS) mimlija kollha skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

Ġudizzju espert dokumentat mogħti minn tossikoloġista professjonali. Dan għandu jkun ibbażat fuq analiżi tal-letteratura xjentifika u tad-dejta tal-ittestjar eżistenti, u meta meħtieġ appoġġati b'riżultati minn testijiet ġodda li jkunu saru f'laboratorji indipendenti bl-użu ta' metodi rikonoxxuti mill-ECHA.

Attestazzjoni, fejn xieraq, ibbażata fuq ġudizzju espert, maħruġa minn korp akkreditat ta' valutazzjoni tal-konformità li jwettaq valutazzjonijiet tal-periklu skont is-Sistema Globalment Armonizzata (GHS) tal-klassifikazzjoni u l-ittikkettar ta' sustanzi kimiċi jew ta' sistemi ta' klassifikazzjoni tal-periklu CLP.

Skont l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-informazzjoni dwar il-proprjetajiet perikolużi tas-sustanzi jew tat-taħlitiet jistgħu jinkisbu b'mezzi differenti mit-testijiet, pereżempju bl-użu ta' metodi alternattivi bħall-metodi in vitro, b'mudelli kwantitattivi tal-attività tal-istruttura jew bl-użu tar-raggruppar jew tar-read-across.

Għas-sustanzi u għat-taħlitiet derogati elenkati fit-Tabella 4, l-applikant għandu jipprovdi evidenza li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha tad-deroga.

Meta jintużaw prodotti tat-tessuti bl-Ekotikketta tal-UE, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tal-Ekotikketta tal-UE biex juri li l-ekotikketta ngħatat skont id-Deċiżjoni 2014/350/UE.

Kriterju 6 — Lista ta' Sustanzi Ristretti (RSL)

Dan il-kriterju għandu japplika meta l-kontenut ta' kwalunkwe materjal jew oġġett omoġenu li ntuża fl-uċuħ taż-żraben jew fil-pettijiet taż-żraben ikun akbar minn 3,0 % piż b'piż ta' kull komponent.

Il-prodott finali, il-materjali jew l-oġġetti omoġeni li jifformaw parti mill-prodott finali, jew ir-riċetti tal-produzzjoni li ntużaw, kif applikabbli, ma għandux ikun fihom sustanzi speċifikati fil-Lista ta' Sustanzi Ristretti (RSL). L-applikabbiltà, l-ambitu tar-restrizzjonijiet, ir-rekwiżiti tal-verifika u tal-ittestjar huma pprovduti fl-RSL għal kull sustanza jew grupp ta' sustanzi. L-RSL tista' tinstab fl-Appendiċi ta' din id-Deċiżjoni.

L-RSL għandha tiġi kkomunikata mill-applikant lill-fornituri kollha tal-materjali jew tal-oġġetti li jkun se jintużaw bħala komponenti tal-prodott bl-Ekotikketta tal-UE.

Il-prodotti tat-tessuti li jingħataw l-Ekotikketta tal-UE abbażi tal-kriterji ekoloġiċi tad-Deċiżjoni 2014/350/UE huma kkunsidrati li jikkonformaw mal-kriterju 6.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant u l-fornitur/i tal-materjal tiegħu, kif ikun xieraq, għandhom jipprovdu dikjarazzjoni ta' konformità mal-RSL appoġġata b'evidenza li tkun applikabbli għas-sustanzi u għat-taħlitiet li ntużaw fil-manifattura tal-prodott finali jew fil-materjali tiegħu. Il-verifika għandha tiġi pprovduta għal kull rekwiżit rilevanti kif indikat fl-RSL, li jistgħu jinkludu:

dikjarazzjonijiet miksuba minn dawk responsabbli għall-istadji tal-produzzjoni relatati;

dikjarazzjonijiet minn fornituri tas-sustanzi kimiċi; jew

riżultati tat-testijiet minn analiżi fil-laboratorju tal-kampjuni tal-prodott finali.

Meta jkun meħtieġ, l-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza għandhom jimtlew skont il-gwida fit-Taqsimiet 10, 11 u 12 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Rekwiżiti għat-Tfassil tal-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza). Skedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza (SDS) mhux kompluti se jeħtieġu dikjarazzjonijiet supplimentari mill-fornituri tas-sustanzi kimiċi.

Meta tkun meħtieġa analiżi fil-laboratorju tal-prodott finali, din għandha titwettaq għal linji speċifiċi ta' prodotti u abbażi ta' kampjuni meħuda każwalment. Meta jkun speċifikat, din għandha ssir kull sena matul il-perjodu tal-liċenzja biex tintwera konformità kontinwa mal-kriterju tal-RSL bir-riżultati li mbagħad jiġu kkomunikati lill-korp kompetenti rilevanti.

Id-dejta tat-testijiet miksuba għall-finijiet ta' konformità mal-RSLs tal-industrija u skemi oħra għaċ-ċertifikazzjoni tax-xedd tas-saqajn għandhom jiġu aċċettati meta l-metodi tat-test ikunu ekwivalenti.

Meta jintużaw prodotti tat-tessuti bl-Ekotikketta tal-UE, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tal-Ekotikketta tal-UE biex juri li l-ekotikketta li ngħatat skont id-Deċiżjoni 2014/350/UE.

Kriterju 7 — Parametri li jikkontribwixxu għad-durabbiltà

Ix-xedd tas-saqajn okkupazzjonali u tas-sikurezza għandu jġorr il-marka CE u għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta' durabbiltà speċifikati skont id-Direttiva 89/686/KEE. Ix-xedd l-ieħor kollhu tas-saqajn għandu jissodisfa r-rekwiżiti indikati fit-Tabella 5.

Tabella 5

Parametri tad-durabbiltà

Parametru/Metodu tat-test standard

Sport ġenerali

Xedd tas-saqajn tal-iskola

Każwali

Tal-irġiel formali

Tat-temp kiesaħ Xedd tas-saqajn

Tan-nisa formali

Tal-moda

Tat-trabi

Ta' ġewwa

Wiċċ reżistenti għal-liwi:

(kc mingħajr ħsara viżibbli)/EN 13512

Xott = 100

Imxarrab = 20

Xott = 100

Imxarrab = 20

Xott = 80

Imxarrab = 20

Xott = 80

Imxarrab = 20

Xott = 100

Imxarrab = 20

– 20° = 30

Xott = 50

Imxarrab = 10

Xott = 15

Xott = 15

Xott = 15

Saħħa tal-wiċċ kontra t-tqattigħ

(Forza medja tat-tqattigħ, N)/EN 13571

Ġilda

≥ 80

≥ 60

≥ 60

≥ 60

≥ 60

≥ 40

≥ 30

≥ 30

≥ 30

Materjali oħrajn

≥ 40

≥ 40

≥ 40

≥ 40

≥ 40

≥ 40

≥ 30

≥ 30

≥ 30

Reżistenza tal-pett ta' barra għal-liwi:

EN 17707

Tkabbir tal-qatgħa (mm)

Nsc = mingħajr xquq spontanji

≤ 4

Nsc

≤ 4

Nsc

≤ 4

Nsc

≤ 4

Nsc

≤ 4

Nsc f' – 10 °C

≤ 4

Nsc

 

 

 

Reżistenza tal-pett ta' barra għall-brix/EN 12770

D ≥ 0,9 g/cm3 (mm3)

≤ 200

≤ 200

≤ 250

≤ 350

≤ 200

≤ 400

 

 

≤ 450

D < 0,9 g/cm3 (mg)

≤ 150

≤ 150

≤ 170

≤ 200

≤ 150

≤ 250

 

 

≤ 300

Adeżjoni tal-pett ta' fuq (N/mm)/EN 17708

≥ 4.0

≥ 4,0

≥ 3.0

≥ 3,5

≥ 3,5

≥ 3,0

≥ 2,5

≥ 3,0

≥ 2,5

Saħħa tal-pett ta' barra kontra t-tqattigħ

(Saħħa medja, N/mm)/EN 12771

D ≥ 0,9 g/cm3

8

8

8

6

8

6

5

6

5

D < 0,9 g/cm3

6

6

6

4

6

4

4

5

4

Iż-żamma tal-kulur fuq in-naħa ta' ġewwa tax-xedd tas-saqajn (l-inforra jew il-kisi tal-wiċċ fuq ġewwa) Skala griża tal-pannu wara 50 ċiklu ta' tixrib/EN ISO 17700

≥ 2/3

≥ 2/3

≥ 2/3

≥ 2/3

≥ 2/3

≥ 2/3

 

≥ 2/3

≥ 2/3

Ċikli ta' brix tal-kisi u tal-inforra EN 17704

> 25 600  xott

> 12 800 imxarrab

> 25 600  xott

> 12 800 imxarrab

> 25 600  xott

> 12 800 imxarrab

> 25 600  xott

> 6 400 imxarrab

> 25 600  xott

> 12 800 imxarrab

> 25 600  xott

> 6 400 imxarrab

> 25 600  xott

> 3 200 imxarrab

>= 25 600 xott

>= 12 800 imxarrab

> 8 400 xott

> 1 600 imxarrab

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata bir-rapporti tat-testijiet kif speċifikat fit-Tabella 5.

Meta jkun applikabbli, għandha tingħata kopja ta' ċertifikazzjoni maħruġa minn korp ta' ċertifikazzjoni nnotifikat skont id-Direttiva 89/686/KEE li turi li l-prodott huwa kklassifikat bħala tagħmir tal-protezzjoni personali.

Kriterju 8 — Ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva fir-rigward tal-aspetti tax-xogħol

Ir-rekwiżiti f'dan il-kriterju għandhom japplikaw għas-sit tal-assemblaġġ finali tax-xedd tas-saqajn.

Wara li jkun ikkunsidra d-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-Prinċipji tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali, il-Patt Globali tan-NU (il-Pilastru 2), il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali, l-applikant għandu jikseb verifika mingħand parti terza appoġġata b'verifika/i fuq il-post li turi/juru li fl-impjant tal-assemblaġġ finali tal-prodott ġew irrispettati l-prinċipji applikabbli inklużi fil-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO u fid-dispożizzjonijiet supplimentari ta' hawn taħt.

Il-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO:

(i)

L-impjieg tat-tfal:

Il-Konvenzjoni dwar l-Età Minima, 1973 (Nru 138);

Il-Konvenzjoni dwar l-Agħar Forom tax-Xogħol tat-Tfal, 1999 (Nru 182).

(ii)

Ix-Xogħol Obbligatorju u Furzat:

Il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat, 1930 (Nru 29) u l-Protokoll tal-2014 tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat;

Il-Konvenzjoni dwar it-Tneħħija tax-Xogħol Furzat, 1957 (Nru 105).

(iii)

Il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u d-Dritt għal Negozjar Kollettiv:

Il-Konvenzjoni dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni, 1948 (Nru 87);

Il-Konvenzjoni dwar l-Applikazzjoni tal-Prinċipji tad-Dritt ta' Organizzazzjoni u tal-Innegozjar Kollettiv, 1949 (Nru 98).

(iv)

Id-Diskriminazzjoni:

Il-Konvenzjoni dwar Rimunerazzjoni Ugwali, 1951 (Nru 100);

Il-Konvenzjoni dwar id-Diskriminazzjoni (fl-Impjieg u fix-Xogħol), 1958 (Nru 111).

Dispożizzjonijiet supplimentari:

(v)

Is-Sigħat tax-Xogħol:

Il-Konvenzjoni tal-ILO dwar is-Sigħat tax-Xogħol (Industrija), 1919 (Nru 1).

(vi)

Ir-Remunerazzjoni:

Il-Konvenzjoni tal-ILO dwar l-Iffissar tal-Paga Minima, 1970 (Nru 131);

Paga għall-għajxien: L-applikant għandu jiżgura li l-pagi mħallsa għal ġimgħa tax-xogħol normali għandhom dejjem jissodisfaw minn tal-inqas l-istandards minimi legali jew industrijali, li jkunu biżżejjed biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet bażiċi tal-ħaddiema u jiġi pprovdut dħul diskrezzjonali. L-implimentazzjoni għandha tiġi awditjata b'referenza għall-gwida SA8000 (12) dwar ir-“Remunerazzjoni”.

(vii)

Is-Saħħa u s-Sikurezza:

Il-Konvezjoni tal-ILO dwar is-Sikurezza fl-użu tas-sustanzi kimiċi fuq ix-xogħol, 1981 (Nru 170);

Il-Konvenzjoni tal-ILO dwar is-Sikurezza u s-Saħħa fuq ix-Xogħol, 1990 (Nru 155).

F'dawk il-postijiet li bil-liġi jillimitaw id-dritt għal-libertà ta' assoċjazzjoni u l-innegozjar kollettiv, il-kumpanija għandha tirrikonoxxi assoċjazzjonijiet leġittimi tal-ħaddiema biex magħhom tiddjaloga dwar kwistjonijiet relatati mal-post tax-xogħol.

Il-proċess tal-awditjar għandu jinkludi konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati esterni fiż-żoni lokali madwar is-siti, inklużi t-trade unions, l-organizzazzjonijiet tal-komunità, l-NGOs u l-esperti tax-xogħol. L-applikant għandu jippubblika online ir-riżultati aggregati u s-sejbiet ewlenin mill-awditjar online sabiex lill-konsumaturi interessati jipprovdilhom evidenza tal-prestazzjoni tal-fornitur tagħhom.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità flimkien ma' kopji taċ-ċertifikati u tar-rapporti tal-awditi ta' appoġġ għal kull impjant tal-assemblaġġ tal-prodott finali sabiex il-mudell/i jingħata/w l-ekotikketta.

L-awditu fuq il-post mill-parti terza għandu jitwettaq minn awdituri privati li jkunu kkwalifikati biex jivvalutaw il-konformità tal-katina tal-provvista tal-industrija tax-xedd tas-saqajn mal-istandards soċjali jew mal-kodiċi ta' kondotta jew, fil-pajjiżi li rratifikaw il-Konvenzjoni dwar l-Ispezzjoni fuq ix-Xogħol Nru 81 tal-1947 u s-superviżjoni tal-ILO turi li s-sistema nazzjonali għall-ispezzjoni fuq ix-xogħol hi effettiva (13) u meta l-ambitu tas-sistemi tal-ispezzjoni jkun ikopri ż-żoni msemmija hawn fuq, minn spettur/i tax-xogħol maħtur/a minn awtorità nazzjonali.

Għandu jiġi aċċettat ċertifikat datat/Għandhom jiġu aċċettati ċertifikati datati mhux iktar minn 12-il xahar qabel l-applikazzjoni, għal skemi jew għal proċessi li jivverifikaw il-konformità mal-prinċipji applikabbli tal-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO li ġew elenkati, flimkien mad-dispożizzjonijiet supplimentari dwar is-sigħat tax-xogħol, ir-remunerazzjoni u s-saħħa u s-sikurezza.

Kriterju 9 — Imballaġġ

Dan il-kriterju japplika biss għall-imballaġġ primarju kif definit fid-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14).

9.1.   Kartun u karti

Il-kartun u l-karti li jintużaw għall-imballaġġ finali tax-xedd tas-saqajn għandhom ikunu magħmula minn materjal riċiklat 100 %.

9.2.   Plastik

Il-plastik li jintuża għall-imballaġġ finali tax-xedd tas-saqajn għandu jkun magħmul minn materjal riċiklat tal-inqas 80 %.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-imballaġġ, kif ikun xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità li tispeċifika l-kompożizzjoni tal-materjal tal-imballaġġ u l-persentaġġi ta' materjal riċiklat u ta' materjal verġni.

Kriterju 10 — Informazzjoni dwar l-imballaġġ

10.1.   Struzzjonijiet għall-Utent

It-tagħrif ta' hawn taħt għandu jingħata mal-prodott:

Għal kull prodott għandhom jiġu speċifikati struzzjonijiet dwar it-tindif u dwar kif wieħed għandu jieħu ħsieb il-prodott.

“Sewwi x-xedd tas-saqajn tiegħek minflok ma tarmih. Dan jagħmel anqas ħsara lill-ambjent.”

“Jekk jogħġbok armi x-xedd tas-saqajn tiegħek fil-punt tal-ġbir lokali xieraq.”

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kampjun tal-imballaġġ jew tal-grafika proposta tal-imballaġġ li turi l-istruzzjonijiet għall-utent li se jkunu fornuti mal-prodott.

10.2.   Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

Jekk tintuża t-tikketta fakultattiva b'kaxxa tal-kliem, din għandu jkun fiha, meta jkun rilevanti, tlieta mid-dikjarazzjonijiet li ġejjin:

(i)

materja prima ta' oriġini naturali mmaniġġjata b'mod sostenibbli (fil-każ li japplika l-kriterju 1);

(ii)

anqas tniġġis fil-proċessi tal-produzzjoni;

(iii)

użu minimizzat ta' sustanzi perikolużi;

(iv)

ittestjat għad-durabbiltà;

(v)

intuża xx % qoton organiku (din id-dikjarazzjoni tista' ssir biss jekk, abbażi tal-kriterju 1.2(a), aktar minn 95 % tat-total tal-qoton ikun organiku).

Il-linji gwida għall-użu tat-tikketta fakultattiva bil-kaxxa tal-kliem jistgħu jinsabu fil-“Linji Gwida għall-użu tal-logo tal-Ekotikketta” fis-sit web:

http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/logo_guidelines.pdf.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità flimkien ma' kampjun tat-tikketta tal-prodott jew tal-grafika proposta li turi fejn titqiegħed l-Ekotikketta tal-UE.


(1)  http://www.iucnredlist.org/.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/350/UE tal-5 ta' Ġunju 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tessili (ĠU L 174, 13.6.2014, p. 45).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2029/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/84/UE tal-11 ta' Frar 2013 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) skont id-Direttiva 2010/75/UE tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali għall-ikkonzar tal-ġlud (ĠU L 45, 16.2.2013, p. 13).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3).

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1)

(8)  L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), il-Lista ta' sustanzi Kandidati ta' tħassib serju ħafna għall-Awtorizzazzjoni, http://www.echa.europa.eu/candidate-list-table.

(*)  STOT = Tossiċità speċifika għall-organi fil-mira.

(9)  ECHA, il-Lista ta' sustanzi Kandidati ta' tħassib serju ħafna għall-Awtorizzazzjoni, http://www.echa.europa.eu/candidate-list-table.

(10)  Il-bażi tad-dejta dwar is-sustanzi rreġistrati tar-REACH tal-ECHA, http://www.echa.europa.eu/information-on-chemicals/registered-substances

(11)  L-ECHA, “Co-operation with peer regulatory agencies”, http://echa.europa.eu/en/about-us/partners-and-networks/international-cooperation/cooperation-with-peer-regulatory-agencies

(12)  Social Accountability International, “Social Accountability 8000 International Standard”, http://www.sa-intl.org.

(13)  Ara ILO NORMLEX (http://www.ilo.org/dyn/normlex/en) u l-gwida ta' sostenn.

(14)  Id-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10).

APPENDIĊI

LISTA TA' SUSTANZI RISTRETTI (RSL)

Il-lista tapplika għal sustanzi li jistgħu jintużaw matul il-proċess ta' produzzjoni jew li jistgħu jkunu preżenti fil-prodott finali. L-RSL għax-xedd tas-saqajn bl-Ekotikketta tal-UE tiġbor fiha sustanzi jew gruppi ta' sustanzi li l-preżenza tagħhom fil-prodott finali, fil-materjali jew fl-oġġetti tiegħu, jew ir-riċetti tal-produzzjoni, kif ikun applikabbli, għandhom ikunu speċifikament ristretti jew ivverifikati. Ir-restrizzjonijiet japplikaw:

għall-istadji tal-produzzjoni (pereżempju t-tiżbigħ);

għar-riċetti li jintużaw fl-istadji tal-produzzjoni tax-xedd tas-saqajn (pereżempju l-awżiljari);

għall-materjali jew għall-oġġetti omoġeni (pereżempju l-gomma sintetika jew naturali);

għall-prodott finali.

L-applikabbiltà, il-materjal/i u/jew l-istadju/i tal-produzzjoni meta dan ikun rilevanti, l-ambitu tar-restrizzjoni, ir-rekwiżit tal-verifika u/jew tal-ittestjar huma speċifikati għal kull rekwiżit.

L-RSL għandha tiġi kkomunikata mill-applikant lill-fornituri kollha tal-materjal.

Il-prodotti tat-tessuti li jkunu ngħataw l-Ekotikketta tal-UE abbażi tal-kriterji ekoloġiċi tad-Deċiżjoni 2014/350/UE huma kkunsidrati li jikkonformaw mal-kriterju 6.

Tabella 1

Ir-restrizzjonijiet li ġejjin japplikaw għal ċerti stadji tal-produzzjoni.

Applikabbiltà

Ambitu tar-restrizzjoni

Valuri ta' limitu

Verifika

(a)   

Awżiljarji

Kwalunkwe taħlita jew formulazzjoni li ntużat fl-istadji tal-produzzjoni tal-ġilda, tat-tessuti u ta' ġilda u tessuti ta' miksija

Is-sustanzi li ġejjin ma għandhom jintużaw fl-ebda taħlita jew formulazzjoni li ntużat fl-istadji ta' produzzjoni u huma soġġetti għall-valuri ta' limitu għall-preżenza ta' sustanzi fil-prodott finali:

Nonilfenol, isomeri mħallta Nru CAS 25154-52-3

4-Nonilfenol Nru CAS 104-40-5

4-Nonilfenol, rammifikat Nru CAS 84852-15-3

Ottilfenol Nru CAS 27193-28-8

4-Ottilfenol Nru CAS 1806-26-4

4-tert-Ottilfenol Nru CAS 140-66-9

L-alkilfenoletoksilati (APEOs) li ġejjin:

Ottil fenol polioksietilat Nru CAS 9002-93-1

Nonil fenol polioksietilat Nru CAS 9016-45-9

P-nonil fenol polioksietilat Nru CAS 26027-38-3

25 mg/kg mis-somma totali għat-tessuti

100 mg/kg mis-somma totali għall-ġilda

Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni li dawn is-sustanzi ma ntużawx, appoġġata bi Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza jew b'riżultati ta' testijiet tal-prodott finali jew tal-ġilda, tat-tessuti, tal-ġilda jew tat-tessuti miksija li jagħmlu parti mill-prodott finali. Metodu tat-test: ġilda: EN ISO 18218-2 (metodu indirett); tessuti u tessuti miksija: EN ISO 18254 għall-alkilfenoletossilati; għall-prodott finali tal-alkilfenoli, l-ittestjar irid isir bl-estrazzjoni ta' solvent segwita minn LC-MS jew minn GC-MS

Operazzjonijiet ta' tiżbigħ u ta' rfinar għall-ġilda, għat-tessuti u għall-ġilda u għat-tessuti miksija

Is-sustanzi li ġejjin ma għandhom jintużaw fl-ebda taħlita jew formulazzjoni għat-tiżbigħ u għall-irfinar tal-ġilda, tal-ġilda miksija u tat-tessuti:

Bis(alkil tax-xaħam tad-dam idroġenat) klorur tal-ammonju tad-dimetil (DTDMAC)

Klorur tal-ammonju tad-distejaril tad-dimetil (DSDMAC)

Di(xaħam tad-dam imwebbes) klorur tal-ammonju tad-dimetil (DHTDMAC)

Etilen diamminu tetra aċetat (EDTA)

Dietilen triammin penta aċetat (DTPA)

4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenol

Aċidu nitrilotriaċetat (NTA)

mhux applikabbli

Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu.

(b)   

Kolofonija

Stampar, verniċar u nkullar

Ma għandhiex tintuża l-kolofonija bħala ingredjent fil-linka tal-istampar, fil-verniċi jew fil-kolla.

mhux applikabbli

Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu.

(c)   

Solventi

Awżiljarji li ntużaw f'taħlitiet, f'formulazzjonijiet u f'kolla għall-ġilda, għat-tessuti, għall-ġilda u għat-tessuti miksija, għall-plastik u għall-prodotti finali

Is-sustanzi li ġejjin ma għandhom jintużaw fl-ebda taħlita jew formulazzjoni għall-ipproċessar tal-materjali ta' komponenti u fil-kolla li tintuża għall-assemblaġġ tal-prodott finali:

2-Metoksietanol

N,N-dimetilformammid

1-Metil-2-pirrolidon

Bis(2-metossietil) etere

4,4′- Diamminodifenilmetan

1,2,3-trikloropropan

1,2-Dikloroetan; diklorur tal-etilen

2-Etoksietanol

Benżen-1,4-diammin diidroklorur

Bis(2-metossietil) etere

Formammid

N-metil-2-pirrolidon

Trikloroetilen

mhux applikabbli

Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu.

(d)   

Paraffini klorinati

L-istadji kollha tal-produzzjoni tal-ġilda, tal-gomma sintetika, tal-plastik, tat-tessuti u tal-kisi

Il-Paraffini Klorurati ta' Katina Qasira (SCCPs), C10-C13 ma għandhomx jintużaw fil-produzzjoni u fl-irfinar tal-ġilda, tal-gomma sintetika, tal-plastik, tat-tessuti jew tal-kisi.

L-ebda traċċa

Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni li ma ntużawx Paraffini Klorurati ta' Katina Qasira C10-C13, appoġġata minn Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza. Inkella l-applikant u/jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata bir-riżultati ta' rapport tat-test skont EN ISO 18219.

Ipproċessar ta' materjali għall-ġilda, għall-gomma sintetika, għall-plastik, għat-tessuti u għall-kisi

Il-Paraffini Klorurati ta' Katina Medja (MCCPs), C14-C17, għandhom ikunu ristretti fil-produzzjoni u fl-irfinar tal-ġilda, tal-gomma sintetika, tal-plastik, tat-tessuti jew tal-kisi.

1 000  mg/kg

Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni li ma ntużawx Paraffini Klorurati ta' Katina Medja C14-C17, appoġġata minn Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza. Inkella l-applikant u/jew il-fornituri tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata bir-riżultati ta' rapport tat-test skont EN ISO 18219.

(e)   

Prodotti bijoċidali (skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)

Li ntużaw matul it-trasport jew il-ħżin ta' materja prima u ta' materjali nofshom lesti, ta' prodotti finali jew tal-imballaġġ tal-prodott finali

(i)

Għandhom ikunu permessi s-sustanzi attivi li ġejjin (skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 biss:

sustanzi attivi inklużi fil-lista mfassla skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, għat-tip tal-prodott rilevanti (jiġifieri, fibra, ġilda, gomma u materjali polimerizzati), sakemm il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet imsemmija hemmhekk ikunu ssodisfati;

sustanzi attivi inklużi fl-Anness I ta' dak ir-Regolament, sakemm il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet imsemmija hemmhekk ikunu ssodisfati;

sustanzi attivi taħt eżami għat-tip ta' prodott rilevanti fil-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 89(1) tar-Regolament UE Nru 528/2012.

mhux applikabbli

Valutazzjoni u verifika: l-applikant u l-fornitur tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjonijiet tan-nuqqas ta' użu qabel it-trasport u l-ħżin, jew evidenza li l-użu tas-sustanza attiva bijoċidali huwa awtorizzat skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012.

Jekk jintużaw, għandha tingħata lista ta' sustanzi attivi miżjuda waqt it-trasport jew il-ħżin ta' materja prima u ta' materjali nofshom lesti jew tal-imballaġġ tal-prodott finali, inklużi d-dikjarazzjonijiet H relatati.

(iii)

Il-prodotti bijoċidali ma għandhomx jiġu inkorporati fil-prodotti finali jew fi kwalunkwe parti minnhom matul l-assemblaġġ tax-xedd tas-saqajn biex jingħataw proprjetajiet bijoċidali lill-prodott finali.

mhux applikabbli

Valutazzjoni u verifika: l-applikant u l-fornitur tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjonijiet tan-nuqqas ta' użu fil-prodott finali jew fi kwalunkwe parti minnu.

(iii)

Il-klorofenoli (l-imluħa u l-esteri tagħhom), il-komposti tal-organitin (inkluż TBT, TPhT, DBT u DOT) u d-dimetil fumarat (DMFu), it-triklosan u n-nanofidda ma għandhomx jintużaw matul it-trasport jew il-ħżin tal-prodott, ta' kwalunkwe oġġett tiegħu u ta' kwalunkwe parti omoġena tiegħu u ma għandhomx ikunu inkorporati fil-prodott finali jew fl-imballaġġ tiegħu.

L-ebda traċċa

Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu. Id-dikjarazzjoni għandha tiġi appoġġata bir-riżultati tal-ittestjar tal-prodott finali għall-preżenza tas-sustanzi li ġejjin:

 

Klorofenoli: ġilda, EN ISO 17070; tessuti, XP G 08-015 (limiti ta' rilevament: ġilda: 0,1 ppm; tessuti: 0,05 ppm);

 

Dimetil fumarat ISO/TS 16186.

(f)   

Sustanzi speċifiċi oħra

Ir-riċetti tal-produzzjoni u l-kolla li ntużaw fil-prodott finali jew fi kwalunkwe parti minnu

Is-sustanzi li ġejjin ma għandhomx jiġu miżjuda intenzjonalment ma' kwalunkwe taħlita u formulazzjoni jew mal-kolla li ntużaw matul l-assemblaġġ tax-xedd tas-saqajn:

Diossini jew furani klorurati jew bromurati

Idrokarburi klorurati (1,1,2,2-Tetrakloroetan, Pentakloroetan, 1,1,2-Trikloroetan, 1,1-Dikloroetilin)

Eżakloroċikloeżan

Monometildibromo–Difenilmetan

Monometildikloro-Difenilmethan

Nitriti

Bifenili Polibrominati (PBB)

Etere tal-Pentabromodifenil (PeBDE))

Etere tal-Ottabromodifenil (OBDE)

Bifenili Poliklorinati (PCB)

Terfenili Poliklorinati (PCT)

Fosfat ta' tri-(2,3-dibromo-propil) (TRIS)

Trimetilfosfat

Tris-(ażidrinil)-fosfinossidu (TEPA)

Fosfat tat-tris (2-kloruetil TCEP))

Dimetil metilfosfonat (DMMP)))

mhux applikabbli

Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu.


Tabella 2

Ir-restrizzjonijiet li ġejjin japplikaw għal proċessi li jseħħu fil-kumpaniji li jipproduċu ż-żebgħa.

Applikabbiltà

Ambitu tar-restrizzjoni

Valuri ta' limitu

Verifika

(a)   

Trasportaturi

Trasportaturi li ntużaw fil-proċessi tal-għoti taż-żebgħa li fihom jintużaw żebgħat f'dispersjoni

Ma għandhomx jintużaw aċċelleraturi aloġenati tat-tiżbigħ (trasportaturi) (eżempji ta' trasportaturi jinkludu: 1,2-diklorobenżen, 1,2,4-triklorobenżen, klorofenossietanol).

mhux applikabbli

Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata minn Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza.

Trasporaturi li ntużaw bħala aġenti neffieħa għall-plastik u għall-fowm

Ma għandhomx jintużaw komposti organiċi aloġenati bħala aġenti neffieħa jew bħala aġenti neffieħa awżiljarji.

mhux applikabbli

Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata minn Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza.

(b)   

Żebgħat ristretti

Ażożebgħat u ażokoloranti

Applikazzjoni fil-proċess tat-tiżbigħ

L-ammini aromatiċi karċinoġeniċi li ġejjin ma għandhomx ikunu preżenti fil-prodott finali.

Arilammina

Numru CAS

4-amminodifenil

92-67-1

Benżidina

92-87-5

4-kloro-o-toluwidin

95-69-2

2-naftilammin

91-59-8

o-ammino-ażotoluwen

97-56-3

2-ammino-4-nitrotoluwen

99-55-8

p-kloroanilin

106-47-8

2,4-diamminoanisol

615-05-4

4,4′-diamminodifenilmetan

101-77-9

3,3′-diklorobenżidina

91-94-1

3,3′-dimetossibenżidina

119-90-4

3,3′-dimetilbenżidina

119-93-7

3,3′-dimetil-4,4′-Diamminodifenilmetan

838-88-0

p-kresidina

120-71-8

4,4′-metilen-bis-(2-kloroanilina)

101-14-4

4,4′-ossidianilina

101-80-4

4,4′-tijodianilina

139-65-1

o-toluwidina

95-53-4

2,4-diamminotoluwen

95-80-7

2,4,5-trimetilanilina

137-17-7

o-aniżidina (2-Metossianilina)

90-04-0

2,4-ksilidina

95-68-1

2,6-ksilidina

87-62-7

4-amminoażobenżen

60-09-3

30 mg/kg għal kull arilammina fil-prodott finali

Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata bir-riżultati ta' testijiet speċifiċi skont EN 14362-1:2012 u 3:2012 għat-tessuti, u CEN ISO/TS 17234-1 u 2 għall-ġilda.

(Nota: jistgħu jkunu possibbli pożittivi foloz fir-rigward tal-preżenza tal-4-aminoażobenżin, u għalhekk għandhom jiġu rrapportati.)

Żebgħat CMR

Iż-żebgħat li ġejjin li huma karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni ma għandhomx jintużaw.

Żebgħat li huma karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni

Numru CAS

C.I. Aħmar Aċidu 26

3761-53-3

C.I. Aħmar Bażiku 9

569-61-9

C.I. Vjola Bażiku 14

632-99-5

C.I. Iswed Dirett 38

1937-37-7

C.I. Blu Dirett 6

2602-46-2

C.I. Aħmar Dirett 28

573-58-0

C.I. Blu f'dispersjoni 1

2475-45-8

C.I. Oranġjo f'dispersjoni 11

82-28-0

C.I. Isfar f'dispersjoni 3

2832-40-8

mhux applikabbli

Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata minn Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza.

Żebgħat li potenzjalment jissensitizzaw

Iż-żebgħat li ġejjin li potenzjalment jissensitizzaw ma għandhomx jintużaw.

Żebgħat f'dispersjoni li potenzjalment jissensitizzaw

Numru CAS

C.I. Blu f'dispersjoni 1

2475-45-8

C.I. Blu f'dispersjoni 3

2475-46-9

C.I. Blu f'dispersjoni 7

3179-90-6

C.I. Blu f'dispersjoni 26

3860-63-7

C.I. Blu f'dispersjoni 35

12222-75-2

C.I. Blu f'dispersjoni 102

12222-97-8

C.I. Blu f'dispersjoni 106

12223-01-7

C.I. Blu f'dispersjoni 124

61951-51-7

C.I. Kannella f'dispersjoni 1

23355-64-8

C.I. Oranġjo f'dispersjoni 1

2581-69-3

C.I. Oranġjo f'dispersjoni 3

730-40-5

C.I. Oranġjo f'dispersjoni 37

12223-33-5

C.I. Oranġjo f'dispersjoni 76

13301-61-6

C.I. Aħmar f'dispersjoni 1

2872-52-8

C.I. Aħmar f'dispersjoni 11

2872-48-2

C.I. Aħmar f'dispersjoni 17

3179-89-3

C.I. Isfar f'dispersjoni 1

119-15-3

C.I. Isfar f'dispersjoni 3

2832-40-8

C.I. Isfar f'dispersjoni 9

6373-73-5

C.I. Isfar f'dispersjoni 39

12236-29-2

C.I. Isfar f'dispersjoni 49

54824-37-2

mhux applikabbli

Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata minn Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza.

Żebgħat fissanti tal-kromu

Ma għandhomx jintużaw żebgħat fissanti tal-kromu.

mhux applikabbli

Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata minn Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza.

Żebgħat ta' kumpless metalliku

Iż-żebgħat ta' kumpless metalliku bbażati fuq ir-ram, il-kromu u n-nikil għandhom ikunu permessi biss għall-ġilda, għat-tiżbigħ tas-suf, tal-poliammid jew ta' taħlitiet ta' dawn il-fibri ma' fibri ċellulożi artifiċjali (eż. visk).

mhux applikabbli

Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata minn Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza.

Pigmenti

Ma għandhomx jintużaw pigmenti bbażati fuq kadmju, ċomb, kromu (VI), merkurju u/jew antimonju.

mhux applikabbli

Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata minn Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza.


Tabella 3

Ir-restrizzjonijiet li ġejjin japplikaw għal dan il-proċess tal-irfinar tal-prodott finali.

Applikabbiltà

Ambitu tar-restrizzjoni

Valuri ta' limitu

Verifika

(a)   

Kimiki perfluworurati u polifluworurati (PFCs)

Prodott finali

(i)

Trattamenti bl-ilma fluwororat u bir-repellenti tat-tbajja' u taż-żjut ma għandhomx jintużaw għat-tixpip tax-xedd tas-saqajn. Dawn għandhom jinkludu t-trattamenti perfluworinati u polifluworinati.

It-trattamenti mingħajr fluworinati għandhom jużaw sustanzi li jkunu faċilment bijodegradabbli u sustanzi mhux bijokumulattivi fl-ambjent akkwatiku, inkluż fis-sediment akkwatiku.

mhux applikabbli

Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-materjal għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata minn Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza.

Xedd tas-saqajn b'funzjoni repellenti tal-ilma integrata u ddikjarata

(ii)

Il-membrani u l-lamminati tal-fluworopolimeri jistgħu jintużaw għax-xedd tas-saqajn biss jekk il-penetrazzjoni tal-ilma meħtieġa tal-materjal tkun anqas minn 0,2 g u l-assorbiment tal-ilma jkun anqas minn 30 % skont l-Istandard ISO 20347. Il-membrani tal-fluworopolimeri ma għandhomx jiġu mmanifatturati bl-użu ta' PFOA jew ta' kwalunkwe omologu għoli ieħor tiegħu kif definit mill-OECD.

mhux applikabbli

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità mill-manifattur tal-membrana jew tal-lamminati fir-rigward tal-produzzjoni tal-polimeri. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun appoġġata b'riżultati ta' testijiet tekniċi għall-penetrazzjoni tal-ilma fil-materjal skont ISO 20347.

(b)   

Ritardanti tal-fjammi

Xedd għas-saqajn b'funzjoni ritardanti tal-fjammi inkorporata

L-użu ta' ritardanti tal-fjammi huwa permess biss għal xedd tas-saqajn kklassifikat u bil-marka CE tal-Kategorija III li jkun tagħmir ta' protezzjoni personali b'funzjoni ritardanti tal-fjammi inkorporata li jassigura s-sikurezza fuq ix-xogħol f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva 89/686/KEE. Is-sustanza/i li tintuża/jintużaw biex tinkiseb ir-resistenza għall-fjammi għandha/għandhom tkun/ikunu konformi mal-kriterju 5.

mhux applikabbli

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu tar-ritardanti tal-fjammi jew dikjarazzjoni tal-konformità mal-kriterju 5.

Fiż-żewġ każijiet, id-dikjarazzjoni għandha tkun appoġġata minn Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza. Meta jkun applikabbli, għandha tingħata lista ta' ritardanti tal-fjammi li ntużaw fil-prodott flimkien mad-dikjarazzjonijiet H/il-frażijiet R relatati. Għandha tingħata kopja taċ-ċertifikazzjoni maħruġa minn korp ta' ċertifikazzjoni nnotifikat skont id-Direttiva 89/686/KEE li turi li l-prodott jiġi kkummerċjalizzat bħala tagħmir tal-protezzjoni personali tal-Kategorija III li huwa reżistenti għall-fjammi.


Tabella 4

Ir-restrizzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-prodott finali jew għal partijiet speċifikati tiegħu.

Applikabbiltà

Ambitu tar-restrizzjoni

Valuri ta' limitu

Verifika

(a)   

PAHs

Plastik, gomma sintetika u kisi tat-tessuti jew tal-ġilda

L-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAHs) elenkati hawn taħt ma għandhomx ikunu preżenti f'livelli ogħla mil-limiti speċifikati fil-plastik, fil-gomma sintetika u fil-kisi tat-tessuti jew tal-ġilda.

Il-PAHs ikklassifikati mal-perikli tal-Gruppi 1 u 2 ma għandhomx ikunu preżenti f'konċentrazzjonijiet daqs jew akbar mil-limiti individwali u tas-somma totali tal-konċentrazzjoni fil-plastik, fil-gomma sintetika u fil-kisi tat-tessuti jew tal-ġilda.

Għandhom jiġu vverifikati l-preżenza u l-konċentrazzjoni tal-PAHs li ġejjin.

Il-PAHs ristretti skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006:

Isem

CAS

Krisen

218-01-9

Benżo[a]antraċen

56-55-3

Benżo[k]fluworantene

207-08-9

Benżo[a]piren

50-32-8

Dibenżo[a,h]antraċen,

53-70-3

Benżo[j]floranten

205-82-3

Benżo[b]fluworanten,

205-99-2

Benżo[e]piren

192-97-2

Il-PAHs addizzjonali soġġetti għal restrizzjoni:

Isem

CAS

Naftalen

91-20-3

Aċenaftilen

208-96-8

Aċenaften

83-32-9

Fluworen

86-73-7

Fenantren

85-1-8

Antraċen

120-12-7

Fluworanten

206-44-0

Piren

129-00-0

Indeno[1,2,3-c,d]piren

193-39-5

Benżo[g,h,i]perilen)

191-24-2

Għax-xedd tas-saqajn kollu:

1.

Il-limiti individwali tal-konċentrazzjoni għall-PAHs ristretti skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandhom ikunu anqas minn 1 mg/kg.

2.

Il-limitu tal-konċentrazzjoni tas-somma totali għat-18-il PAH elenkati għandu jkun anqas minn 10 mg/kg.

Għax-xedd tas-saqajn maħsub għat-tfal ta' taħt it-tliet snin:

1.

Il-limiti individwali tal-konċentrazzjoni għall-PAHs ristretti skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandhom ikunu anqas minn 0,5 mg/kg.

2.

Il-limitu tal-konċentrazzjoni tas-somma totali għat-18-il PAH elenkati għandu jkun anqas minn 1 mg/kg.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata bir-rapport tat-test, billi jintuża l-metodu tat-test AfPS GS 2014:01 PAK.

(b)   

N-Nitrożammini

Gomma naturali jew sintetika

In-N-Nitrożammini li ġejjin ma għandhomx jiġu rilevati fil-gomma naturali u sintetika.

N-nitrożammini

CAS

N-nitrożodietanolammin (NDELA)

1116-54-7

N-nitrożodimetilammin (NDMA)

62-75-9

N-nitrożodipropilammin (NDPA)

621-64-7

N-nitrożodietilammin (NDEA)

55-18-5

N-nitrożodiisopropilammin (NDiPA)

601-77-4

N-nitrożodibutilammin (NDBA)

924-16-3

N-nitrożopiperidin (NPIP)

100-75-4

N-nitrożodiiżobutilammin (NdiBA)

997-95-5

N-nitrożodiiżononilammin (NdiNA)

1207995-62-7

N-nitrożomorfolin (NMOR)

59-89-2

N-nitrożo N-metil N-fenilammin (NMPhA)

614-00-6

N-nitrożo N-etil N-fenilammin (NEPhA)

612-64-6

N-Nitrożopirrolidin

930-55-2

L-ebda traċċa

Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-gomma għandhom jipprovdu dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata bir-rapport tat-test, billi jintuża l-metodu tat-test EN 12868 jew EN 14602.

(c)   

Sustanzi tal-organotin

Prodott finali

Il-komposti tal-organotin elenkati hawn taħt ma għandhomx ikunu preżenti fil-prodott finali f'livell ogħla mil-limitu ta' konċentrazzjonijiet speċifikat.

Komposti tat-tributiltin (TBT)

0,025 mg/kg

Komposti tad-dibutiltin (DBT)

1 mg/kg

Komposti tal-monobutiltin (MBT)

1 mg/kg

Komposti tad-diottiltin (DOT)

1 mg/kg

Trifeniltin (TPT)

1 mg/kg

Il-valuri ta' limitu speċifikati għal kull kompost tal-organotin

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata bir-riżultati tat-test skont il-metodu tat-test ISO/TS 16179.

(d)   

Ftalati

Plastik, gomma, materjali sintetiċi, kisi u stampar tal-materjali

(i)

Dawk il-ftalati biss li fiż-żmien tal-applikazzjoni tkun saritilhom valutazzjoni tar-riskju u jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kriterju 5 jistgħu jintużaw fil-prodott.

mhux applikabbli

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata minn Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza

(ii)

Il-plastifikanti li ġejjin ma għandhomx jintużaw fil-prodott, fi kwalunkwe oġġett tiegħu jew fi kwalunkwe parti omoġena tiegħu:

aċidu 1,2-benżendikarbossiliku, esteri alkiliċi di-C6-8-rammifikati, C7-rikki (DIHP) CAS: 71888-89-6

aċidu 1,2-benżendikarbossiliku, di-C7-11-rammifikat u esteri alkiliċi lineari ((DHNUP) CAS: 68515-42-4

Ftalat ta' bis(2-metossietil) (DMEP) CAS: 117-82-8

Ftalat tad-diisobutil (DIBP) CAS: 84-69-5

Ftalat ta' bis(2-etileżil) (DEHP) CAS: 117-81-7

Ftalat tad-dibutil (DBP) CAS: 84-74-2

Ftalat tal-butil benżil (BBP) CAS: 85-68-7

Ftalat tad-di-n-pentil (DPP) CAS: 131-18-0

aċidu 1-2-benżendikarbossiliku, dipentilester, rammifikat u lineari CAS: 84777-06-0

Diisopentilftalat (DIPP) CAS: 605-50-5

Ftalat tad-dieżil (DnHP) CAS: 84-75-3

N-pentil-isopentilftalat CAS: 607-426-00-1

(iii)

Il-ftalati li ġejjin ma għandhomx jintużaw fix-xedd tas-saqajn g–at-tfal ta' taħt it-tliet snin:

Ftalat tad-di-iso-nonil (DINP)* CAS: 28553-12-0; 68515-48-0

Di-n-ottilftalat (DNOP)* CAS: 117-84-0

Ftalat tad-diisodeċil (DIDP)* CAS: 26761-40-0; 68515-49-1

Is-somma tal-plastifikanti ristretti għandha tkun anqas minn 0,10 % piż b'piż;

Is-somma tal-plastifikanti ristretti għax-xedd tas-saqajn maħsub għat-tfal ta' taħt it-tliet snin għandha tkun anqas minn 0,05 % piż b'piż;

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu mill-manifattur tal-materjali appoġġata bi Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza għall-plastifikanti li ntużaw fil-formulazzjoni jew ir-riżultati tat-test skont l-ISO/TS 16181.

(e)   

Metalli li jistgħu jiġu estratti

Prodott finali

Għal xedd tas-saqajn maħsub għat-tfal ta' taħt it-tliet snin, is-sustanzi elenkati hawn taħt ma għandhomx ikunu preżenti fil-prodott finali f'livell ogħla mil-limitu ta' konċentrazzjonijiet speċifikat.

Antimonju (Sb)

30,0 mg/kg

Arseniku (As)

0,2 mg/kg

Kadmju (Cd)

0,1 mg/kg

Kromju (Cr)

1,0 mg/kg (għat-tessuti)

Kobalt (Co)

1,0 mg/kg

Ram (Cu)

25,0 mg/kg

Ċomb (Pb)

0,2 mg/kg

Nikil (Ni)

1,0 mg/kg

Merkurju (Hg)

0,02 mg/kg

Il-valuri ta' limitu li ġejjin għandhom japplikaw għax-xedd tas-saqajn għajr ix-xedd tas-saqajn li mhux maħsub għat-tfal ta' taħt it-tliet snin.

Antimonju (Sb)

30,0 mg/kg

Arseniku (As)

1,0 mg/kg

Kadmju (Cd)

0,1 mg/kg

Kromju (Cr)

2,0 mg/kg (għat-tessuti)

Kobalt (Co)

4,0 mg/kg

Ram (Cu)

50,0 mg/kg

Ċomb (Pb)

1,0 mg/kg

Nikil (Ni)

1,0 mg/kg

Merkurju (Hg)

0,02 mg/kg

Il-valuri ta' limitu speċifikati għal kull sustanza

Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata bir-riżultati tat-test f'konformità mal-metodi ta' ttestjar li ġejjin: Estrazzjoni — EN ISO 105-E04-2013 (soluzzjoni tal-għaraq aċiduż). Rilevament: EN ISO 17072-1 għall-ġilda, ICP-MS, ICP-OES (għat-tessuti u għall-plastik).

L-ittestjar għandu jsir kull sena matul il-perjodu tal-liċenzja sabiex tintwera l-konformità kontinwa mal-kriterju.

Komponenti tal-metall

Il-migrazzjoni tan-nikil minn ligi tal-metall li jkun fihom in-nikil li jiġu f'kuntatt dirett u prolongat mal-ġilda għandha tkun anqas minn 0,5 μg/cm2kull ġimgħa.

0,5μg/cm2kull ġimgħa

Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' nikil fil-komponenti tax-xedd tas-saqajn, appoġġata biċ-ċertifikazzjoni mill-manifattur tal-partijiet tal-metall, jew b'dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata bir-riżultati tal-metodu tat-test EN 1811.

Ġilda kkunzata bil-kromu

Għal żraben li jkun fihom ġilda kkunzata bil-kromu, ma għandu jkun hemm l-ebda traċċa ta' kromu (VI) fil-prodott finali.

L-ebda traċċa

Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata bir-riżultati tar-rapport tat-test, billi jintuża l-metodu tat-test EN ISO 17075 (limitu ta' rilevament: 3 ppm). Il-preparazzjoni tal-kampjun trid issegwi l-indikazzjonijiet ta' EN ISO 4044.

L-ittestjar għandu jsir kull sena matul il-perjodu tal-liċenzja sabiex tintwera l-konformità kontinwa mal-kriterju. Il-ġilda mhux ikkunzata bil-kromu hija eżentata minn dan ir-rekwiżit.

Għaż-żraben li jkun fihom ġilda kkunzata bil-kromu, il-kontenut ta' kromu li jista' jiġi estratt fil-prodott finali għandu jkun anqas minn 200 mg/kg.

200 mg/kg

Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata bir-riżultati tar-rapport tat-test, billi jintuża l-metodu tat-test EN ISO 17072-1.

L-ittestjar għandu jsir kull sena matul il-perjodu tal-liċenzja sabiex tintwera l-konformità kontinwa mal-kriterju. Il-ġilda mhux ikkunzata bil-kromu hija eżentata minn dan ir-rekwiżit.

(f)   

TDA u MDA

PU

2,4-Toluwendiammina (2,4-TDA, 95-80-7)

4,4′-Diamminodifenilmetan (4,4′-MDA, 101-77-9)

Inqas minn 5 mg/kg kull waħda

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata mir-riżultati skont il-proċedura li ġejja: Estrazzjoni b'soluzzjoni milwiema ta' aċidu aċetiku ekwivalenti għal 1 %. Il-kampjun irid ikun kompożitu ta' sitt biċċiet li jridu jittieħdu minn taħt il-wiċċ ta' kull kampjun (sa massimu ta' 2 cm mis-superfiċe). Iridu jsiru erba' estrazzjonijiet ripetuti tal-istess kampjun tal-fowm, filwaqt li jinżamm proporzjon tal-piż tal-kampjun mal-volum ta' 1:5 f'kull każ. L-estratti jingħaqdu, jiġu fformati għal volum magħruf, jiġu ffiltrati u analizzati b'HPLC-UV jew b'HPLC-MS. Jekk titwettaq HPLC-UV u tiġi suspettata interferenza, għandha ssir analiżi mill-ġdid b'HPLC-MS.

(g)   

Formaldeid

Prodott finali/ġilda, tessut

L-ammont ta' formaldeid idrolizzat u liberu tal-komponenti tax-xedd tas-saqajn ma għandux jaqbeż il-limiti li ġejjin:

tessuti: < 20 mg/kg,

ġilda: < 20 mg/kg (xedd tas-saqajn għat-tfal); 75 mg/kg (kisi u inforra); 100 mg/kg għal partijiet oħra tal-prodott.

Valur ta' limitu speċifikati

Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata bir-riżultati tar-rapport tat-test billi jintużaw il-metodi tal-ittestjar li ġejjin: tessuti: EN ISO 14184-1; ġilda: EN ISO 17226-1.

(h)   

Antimonju

Fibri tal-poliester mhux maħdum

Il-livell ta' antimonju preżenti fil-fibri tal-poliester mhux maħdum ma għandux jaqbeż il-260 ppm.

260 mg/kg

Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-manifattur tal-fibri għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu matul il-proċess tal-manifattura jew dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata minn rapport tat-test li juża l-metodi tal-ittestjar li ġejjin: determinazzjoni diretta permezz ta' Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku jew permezz ta' Spettrometrija tal-Massa bi Plażma Akkoppjata Induttivament (ICP). It-test għandu jitwettaq fuq kampjun kompożitu ta' fibri mhux maħduma qabel kwalunkwe pproċessar fl-imxarrab.


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali Test b'rilevanza għaż-ŻEE (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).