27.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 52/30


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/280

tal-25 ta' Frar 2016

li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK (1).

(2)

Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK, il-miżuri restrittivi kontra l-Belarussja għandhom jiġu estiżi sat-28 ta' Frar 2017.

(3)

L-applikazzjoni tal-projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar u l-iffriżar tal-assi għandha tinżamm fir-rigward ta' erba' persuni elenkati fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK.

(4)

Id-Deċiżjoni 2012/642/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2012/642/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

fid-Deċiżjoni kollha, it-terminu “Anness I” huwa sostitwit bit-terminu “Anness”;

(2)

fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jadotta emendi għal-lista li tinsab fl-Anness skont kif ikun meħtieġ mill-iżviluppi politiċi fil-Bjelorussja.”;

(3)

L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 8

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-28 ta' Frar 2017.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti u għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif meħtieġ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.”;

(4)

l-Anness I huwa sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni;

(5)

l-Anness II huwa mħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Frar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

K.H.D.M. DIJKHOFF


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1).


ANNESS

“ANNESS

Persuni msemmijin fl-Artikolu 3(1) u fl-Artikolu 4(1)

 

Ismijiet

Traskrizzjoni ta' ortografija Bjelorussa

Traskrizzjoni ta' ortografija Russa

Ismijiet

(ortografija Bjelorussa)

Ismijiet

(ortografija Russa)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

1.

Navumau, Uladzimir Uladzimiravich

Naumov, Vladimir Vladimirovich

НАВУМАЎ, Уладзiмiр Уладзiмiравiч

НАУМОВ, Владимир Владимирович

Data tat-twelid: 7.2.1956,

Post tat-twelid: Smolensk (Russja)

Naqas milli jieħu azzjoni biex jinvestiga l-każ tal-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u fl-2000. Eks Ministru tal-Intern u wkoll eks-Kap tas-Servizz tas-Sigurtà tal-President. Bħala Ministru tal-Intern huwa kien responsabbli għar-repressjoni matul id-dimostrazzjonijiet paċifiċi sakemm irtira fis-6 ta' April 2009 għal raġunijiet ta' saħħa. Ingħata residenza f'Minsk fid-distrett tan-nomenklatura Drozdy mill-Amministrazzjoni Presidenzjali. F'Ottubru 2014 ingħata l-Ordni ‘Għall-Mertu’ grad III mill-President Lukashenka.

2.

Paulichenka, Dzmitry Valerievich

Pavlichenko, Dmitri Valerievich (Pavlichenko, Dmitriy Valeriyevich)

ПАЎЛIЧЭНКА, Дзмiтрый Валер'евiч

ПАВЛИЧЕНКО, Дмитрий Валериевич

Data tat-twelid: 1966

Post tat-Twelid: Vitebsk

Indirizz: Белорусская ассоциация ветеранов спецподразделений войск МВД ‘Честь’

220028, Минск Маяковского, 111

Persuna ċentrali fl-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u fl-2000. Kien Kap tal-Grupp ta' Reazzjoni Speċjali fil-Ministeru tal-Intern (SOBR).

Negozjant, Kap tal-‘Unur’, l-Assoċjazzjoni tal-Ministeru tal-Intern tal-veterani minn forzi speċjali tal-Ministeru tal-Intern.

3.

Sheiman, Viktar Uladzimiravich (Sheyman, Viktar Uladzimiravich)

Sheiman, Viktor Vladimirovich (Sheyman, Viktor Vladimirovich)

ШЭЙМАН, Biктap Уладзiмiравiч

ШЕЙМАН, Виктор Владимирович

Data tat-twelid: 26.5.1958,

Post tat-Twelid: Hrodna region

Indirizz:

Управлениe

Делами Президента

ул. К.Маркса, 38

220016, г. Минск

Kap tad-Dipartiment ta' Ġestjoni tal-Amministrazzjoni tal-President. Responsabbli għall-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u l-2000. Kien Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà. Sheiman għadu Assistent Speċjali tal-President.

4.

Sivakau, Iury Leanidavich (Sivakau, Yury Leanidavich)

Sivakov, Iury (Yurij, Yuri) Leonidovich

СIВАКАЎ, Юрый Леанiдавiч

СИВАКОВ, Юрий Леонидович

Data tat-twelid: 5.8.1946

Post tat-Twelid: Onory, Reġjun ta' Sakhalin

Indirizz:

Белорусская ассоциация ветеранов спецподразделений войск МВД ‘Честь’

220028, Минск Маяковского, 111

Organizza l-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u l-2000. Eks-Ministru għat-Turiżmu u l-Isport, eks-Ministru għall-Intern u eks-Viċi Kap tal-Amministrazzjoni Presidenzjali.”