2.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/35


Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 343 tad-29 ta' Diċembru 2015 )

F'paġna 565, l-Artikolu 2(3) jinbidel kif ġej:

“3.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, sad-data tat-twettiq tal-ewwel fażi tal-aġġornament tas-sistema tal-BTI u tas-sistema Sorveljanza 2, il-kodiċijiet u l-formati ta' Anness A ma japplikawx u l-kodiċijiet u l-formati rispettivi jkunu dawk stabbiliti fl-Annessi 2 sa 5 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/341 (1).

Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, sad-data tal-aġġornament tas-sistema tal-BTI u tas-sistema tal-AEO, il-kodiċijiet u l-formati ta' Anness A ma japplikawx u l-kodiċijiet u l-formati rispettivi jkunu dawk stabbiliti fl-Annessi 6 u 7 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/341.

Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, sad-dati tat-twettiq jew tal-aġġornament tas-sistemi rilevanti tat-teknoloġija tal-informatika kif stabbiliti fl-Anness 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/341, il-formati u l-kodiċijiet stabbiliti fl-Anness B ikunu fakultattivi għall-Istati Membri.

Sad-dati tat-twettiq jew tal-aġġornament tas-sistemi rilevanti tat-teknoloġija informatika kif stabbilit fl-Anness 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/341, il-formati u kodiċijiet meħtieġa għad-dikjarazzjonijiet, għan-notifiki u għall-prova tal-istatus doganali ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tad-dejta stabbiliti fl-Anness 9 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/341.

Sad-dati rispettivi tat-twettiq tas-Sistema Awtomatizzata tal-Esportazzjoni tal-KDU u tal-aġġornament tas-Sistemi Nazzjonali tal-Importazzjoni, kif imsemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/255/UE (2), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kodiċijiet u l-formati għan-notifika ta' preżentazzjoni jippermettu l-preżentazzjoni ta' merkanzija skont l- Artikolu 139 tal-Kodiċi.”

F'paġna 565, in-nota ta' qiegħ il-paġna 1 tinbidel kif ġej:

“(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/341 tas-17 ta' Diċembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli tranżizzjonali għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni fejn is-sistemi rilevanti għadhom ma sarux operazzjonali u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 (ĠU L 69, 15.3.2016, p. 1).”