18.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 332/63 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2384
tas-17 ta' Diċembru 2015
li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jtemm il-proċediment għall-importazzjonijiet ta' ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw fil-Brażil wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. Il-miżuri fis-seħħ
(1) |
Wara investigazzjoni antidumping (“l-investigazzjoni oriġinali”), il-Kunsill impona, permezz tar-Regolament (KE) Nru 925/2009 (2), dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu fojl tal-aluminju li joriġina mill-Armenja, mill-Brażil u mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-PRĊ” jew “iċ-Ċina”). |
(2) |
Il-miżuri ħadu l-forma ta' dazju ad valorem stabbilit għal 13,4 % tal-importazzjonijiet mill-Armenja, fi 17,6 % fuq l-importazzjonijiet mil-Brażil u għal 30 % fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ, bl-eċċezzjoni ta' Alcoa (Shanghai) Aluminium Products Co., Ltd (6,4 %), Alcoa (Bohai) Aluminium Industries Co., Ltd (6,4 %), Shandong Loften Aluminium Foil Co., Ltd (20,3 %) u Zhenjiang Dingsheng Aluminium Co., Ltd (24,2 %). |
(3) |
Impenn offert minn produttur esportatur Brażiljan ġie aċċettat mill-Kummissjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/736/KE (3). |
2. Talba għal rieżami ta' skadenza
(4) |
Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż dwar l-iskadenza imminenti (4) tal-miżuri antidumping fis-seħħ, il-Kummissjoni rċeviet talba għat-tnedija ta' rieżami ta' skadenza ta' dawn il-miżuri kontra l-Brażil u r-RPĊ skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
(5) |
It-talba ġiet ippreżentata minn AFM Aluminiumfolie Merseburg GmbH, Alcomet AD, Eurofoil Lussemburgu S.A., Hydro Aluminium Rolled Products GmbH, Impold.o.o. u Symetal S.A. (“l-applikanti”) f'isem produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti fojls tal-aluminju. |
(6) |
It-talba kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri probabbli tirriżulta f'kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u ħsara lill-industrija tal-Unjoni. |
(7) |
L-applikanti ma talbux il-bidu ta' investigazzjoni ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri antidumping kontra l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Armenja. Għalhekk, dawn il-miżuri skadew fis-7 ta' Ottubru 2014 (5). |
3. Bidu ta' rieżami ta' skadenza
(8) |
Wara li stabbiliet, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza, il-Kummissjoni fl-4 ta' Ottubru 2014 ħabbret, permezz ta' avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (6) (“in-Notifika ta' Bidu”), il-bidu ta' rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
4. Investigazzjoni antidumping parallela
(9) |
B'mod parallel, fit-8 ta' Ottubru 2014, il-Kummissjoni ħabbret il-bidu ta' investigazzjoni antidumping skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta' ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw mir-Russja (7) (l-“investigazzjoni parallela”). |
(10) |
F'din l-investigazzjoni, f'Lulju 2015, permezz tar-Regolament (UE) 2015/1081 (8), il-Kummissjoni imponiet dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti fojls tal-aluminju li oriġinaw mir-Russja. Il-miżuri provviżorji ġew imposti għal perjodu ta' sitt xhur. |
(11) |
Fis-17 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni, permezz tar-Regolament (UE) 2015/2385 (9), imponiet dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw mir-Russja. |
(12) |
Iż-żewġ investigazzjonijiet paralleli koprew l-istess perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u l-istess perjodu kkunsidrat kif definit fil-premessa (13). |
5. L-investigazzjoni
5.1. Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u l-perjodu kkunsidrat
(13) |
L-investigazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2013 sat-30 ta' Settembru 2014 (il-“perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sat-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami (il-“perjodu kkunsidrat”). |
5.2. Il-partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni u l-kampjunar
(14) |
Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-applikanti, lill-produtturi l-oħra magħrufa tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi fil-Brażil u fir-RPĊ, lill-importaturi magħrufin, lill-utenti u l-operaturi tas-suq li huma magħrufa li huma kkonċernati, u lir-rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi, dwar it-tnedija tar-rieżami ta' skadenza. |
(15) |
Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-Notifika ta' Bidu. Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw smigħ. |
(16) |
Fin-Notifika ta' Bidu tagħha, il-Kummissjoni ħabbret li tista' tieħu kampjun tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ, tal-produtturi tal-Unjoni u ta' importaturi mhux relatati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. L-ebda kampjunar ma kien previst għall-produtturi esportaturi fil-Brażil. |
(17) |
Minn 12-il produttur Ċiniż magħruf, tnejn ippreżentaw tweġiba għall-kwestjonarju tal-kampjunar. Minħabba n-numru limitat ta' kumpaniji li kkooperaw, il-kampjunar ma kienx meħtieġ. |
(18) |
Fin-Notifika ta' Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet għażlet kampjun provviżorju ta' produtturi tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv tal-bejgħ u l-produzzjoni. Dan il-kampjun kien jikkonsisti f'sitt produtturi tal-Unjoni u l-kumpaniji relatati tagħhom, minħabba li l-istruttura interna tal-gruppi ma kinitx ċara fil-bidu tal-investigazzjoni sa fejn jikkonċerna l-funzjonijiet tal-produzzjoni u l-bejgħ mill-ġdid tal-prodott ikkonċernat. Il-produtturi tal-Unjoni magħżula għall-kampjun kienu jirrappreżentaw 70 % tal-produzzjoni tal-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jagħtu l-kummenti tagħhom fuq dan il-kampjun provviżorju. Ma wasal l-ebda kumment sal-iskadenza u għaldaqstant il-kampjun provviżorju kien ikkonfermat. Il-kampjun jitqies bħala rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
(19) |
F'Marzu 2015, wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun biegħ l-attività kollha tiegħu, inkluż it-tagħmir, permessi għal drittijiet, obbligi dwar impjegati u l-kuntratti eżistenti tiegħu lil kumpanija ġdida. Minħabba li din il-bidla seħħet wara l-perjodu ta' investigazzjoni, mhijiex rilevanti għall-investigazzjoni skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku. |
(20) |
Biex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni staqsiet lil importaturi mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. |
(21) |
Ġew ikkuntattjati erbatax-il importatur/utent magħrufa fl-istadju tal-bidu u ġew mistiedna jispjegaw l-attività tagħhom u biex jimlew formola ta' kampjunar mehmuża man-Notifika ta' Bidu, jekk applikabbli. |
(22) |
Ħames kumpaniji wieġbu għall-formola ta' kampjunar. Erba' minnhom kienu rewinders, jiġifieri utenti industrijali li kienu qed jimpurtaw il-prodott ikkonċernat għal aktar ipproċesar qabel ma jerġgħu jbigħuh, madankollu operatur tas-suq minnhom ma kienx jimporta l-prodott ikkonċernat matul il-perjodu kkunsidrat. Minħabba n-numru limitat ta' kumpaniji li wieġbu għall-formola ta' kampjunar, il-kampjunar ma kienx meħtieġ. |
(23) |
Resqu 'l quddiem ukoll żewġ utenti oħra. Intbagħtilhom kwestjonarju tal-utenti. |
(24) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset neċessarja għall-iskop ta' determinazzjoni tad-dumping, il-ħsara li tirriżulta minnha u l-interess tal-Unjoni. |
(25) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil sitt produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u l-kumpaniji relatati tagħhom, żewġ produtturi esportaturi, Brażiljani u żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi, operatur tas-suq wieħed u sitt utenti identifikati fl-Unjoni. |
(26) |
Ġew riċevuti tweġibiet għall-kwestjonarji mill-produtturi kollha tal-Unjoni inlkużi fil-kampjun u minn tliet utenti. |
(27) |
Żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi u produttur Brażiljan wieġbu għall-kwestjonarju. Produttur Brażiljan ieħor fil-bidu kien indika l-interess tiegħu li jikkoopera mal-investigazzjoni, iżda ma weġibx għall-kwestjonarju. Minħabba f'hekk, intbagħtet ittra lil din il-kumpanija li kienet tinfurmaha li l-Kummissjoni kienet ser tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Il-kumpanija wieġbet li ma kinitx ser timla' l-kwestjonarju iżda l-opinjonijiet tagħha kienu ser jiġu rappreżentati mill-Assoċjazjoni tal-Aluminju Brażiljana (Associação Brasileira do Aluminió, “ABAL”). Barra minn hekk, ġew riċevuti preżentazzjonijiet bil-miktub minn ABAL. |
(28) |
Iż-żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:
|
B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
1. Il-prodott ikkonċernat
(29) |
Il-prodott ikkonċernat huwa fojl tal-aluminju ta' ħxuna mhux inqas minn 0,008 mm u mhux aktar minn 0,018 mm, mhux miksi, irrumblat biss, f'rombli ta' wisa' mhux aktar minn 650 mm u ta' piż aktar minn 10 kg (“rombli jumbo”) li joriġina mill-Brażil u r-RPĊ, li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 7607 11 19 (kodiċi TARIC 7607111910) (“il-prodott ikkonċernat”). Il-prodott ikkonċernat hu komunement magħruf bħala fojl tal-aluminju tad-dar (aluminium household foil — “AHF”). |
(30) |
L-AHF jiġi manifatturat abbażi ta' aluminju pur, li l-ewwel nett jiġi fondut fi strixxi ħoxnin (ta' ħxuna li hija ta' diversi mm, jiġifieri sa 1 000 darba eħxen mill-prodott ikkonċernat) u wara jiġu rrumblati fi stadji differenti fil-ħxuna mixtieqa. Ladarba jkun irrumblat, il-fojl huwa temprat bi proċess termali u fl-aħħar jiġi ppreżentat fuq rukkelli (rombli). |
(31) |
Dawn ir-rukkelli ta' AHF jerġgħu jiġu rrumblati f'rombli iżgħar minn proċessuri fl-istadju aħħari tal-produzzjoni hekk imsejħa rewinders. Il-prodott miksub (jiġifieri rombli għall-konsumatur li mhuwiex il-prodott ikkonċernat) huwa użat għal tgeżwir għal perjodu qasir, l-aktar fid-djar, fil-forniment tal-ikel u fin-negozju tal-bejgħ bl-imnut tal-ikel u tal-fjuri. |
2. Il-prodott simili
(32) |
L-investigazzjoni wriet li l-prodott ikkonċernat, il-prodott manifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tal-Brażil u ċ-Ċina, il-prodott manifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tat-Turkija, li serva bħala pajjiż analogu fl-investigazzjoni oriġinali u l-prodott manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi. |
(33) |
Għaldaqstant il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-prodotti huma simili fit-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
C. IL-PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TA' DUMPING
(34) |
Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti tistax twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping mill-Brażil u mir-RPĊ. |
1. Il-Brażil
(35) |
Produttur wieħed mill-Brażil ikkoopera mal-investigazzjoni. Qabel l-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali, il-produttur kien irrappreżenta 100 % tal-esportazzjonijiet ta' AHF mill-Brażil lejn l-Unjoni. |
1.1. Nuqqas ta' esportazzjonijiet matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami
(36) |
Ma kien hemm ebda esportazzjoni ta' AHF mill-Brażil lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. Għaldaqstant, m'hemm l-ebda probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping mill-Brażil. Għalhekk il-valutazzjoni kienet limitata għall-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping bl-użu tal-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħra. |
1.2. Il-probabbiltà ta' rikorrenza tad-dumping
(37) |
Il-Kummissjoni analizzat jekk kienx hemm probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping jekk il-miżuri jiskadu. Waqt dan, saret analiżi tal-elementi li ġejjin: il-produzzjoni tal-kapaċità u l-kapaċità żejda fil-Brażil, in-nuqqas ta' dumping mill-Brażil lejn swieq oħra, u l-attrattività tas-suq tal-Unjoni. |
1.2.1.
(38) |
L-użu tal-kapaċità tal-produttur esportatur tal-Brażil instab li kien fuq id-90 % u l-kapaċità żejda li ma tintużax tiegħu kienet 3 000 tunnellata kull sena. Dan huwa ekwivalenti għal 6 % tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni u 3 % tal-konsum tal-Unjoni. Għalhekk ġie konkluż li ma kien hemm ebda kapaċità żejda sinifikanti li setgħet tiġi diretta lejn is-suq tal-Unjoni li kieku l-miżuri kontra l-Brażil jitħallew jiskadu. |
(39) |
Iż-żewġ produtturi magħrufa l-oħra tal-Brażil ma kkooperawx mal-investigazzjoni, u għalhekk, il-kapaċità żejda tagħhom ma setgħetx tiġi verifikata. Studju ppreżentat mill-applikanti stima li l-kapaċità sħiħa għall-foljs tal-aluminju taż-żewġ produtturi l-oħra kienet 58 000 tunnellata għat-tipi kollha ta' fojl tal-aluminju f'daqqa, daqs il-kapaċità totali tal-produttur Brażiljan li kkoopera. Mhuwiex probabbli li dawn iż-żewġ produtturi jkollhom kapaċità żejda sinifikanti li tkun tista' tiġi diretta lejn is-suq tal-Unjoni li kieku l-miżuri kontra l-Brażil jitħallew jiskadu: huma ma kienux qed jesportaw lejn l-Unjoni, la matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u lanqas qabel l-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali. |
1.2.2.
(40) |
L-esportazzjonijiet tal-produttur Brażiljan li kkoopera matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami kienu għal klijent wieħed fl-Istati Uniti tal-Amerika. Dawn l-esportazzjonijiet kienu jirrappreżentaw 68 % tal-esportazzjonijiet totali ta' AHF Brażiljani lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2013, li jagħmlu lill-produttur li kkoopera l-akbar esportatur Brażiljan ta' fojls tal-aluminju. Dawn l-esportazzjonijiet kienu jirrappreżentaw 33 % tal-esportazzjonijiet kollha ta' AHF Brażiljani fl-2013. Ma nstab l-ebda dumping f'dawn l-esportazzjonijiet meta tqabbel il-prezz ta' esportazzjoni mal-valur normali fil-Brażil. In-nuqqas ta' dumping ġie stabbilit bl-użu tal-metodoloġija kif stabbilita hawn taħt. |
1.2.2.1.
(41) |
Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lil klijenti indipendenti magħmul mill-produttur li kkopera fil-Brażil kienx rappreżentattiv meta mqabbel mal-volum totali tal-esportazzjoni, jiġifieri jekk il-volum totali ta' tali bejgħ domestiku kienx jirrappreżenta mill-anqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ f'esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat mill-Brażil. Fuq din il-bażi, instab li l-bejgħ domestiku fil-Brażil kien rappreżentattiv. |
(42) |
Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott simili jistax jitqies li qed isir fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgћ domestiku profittabbli lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Il-bejgħ domestiku instab li kien qed isir fl-andament normali tal-kummerċ. |
(43) |
Għalhekk, il-valur normali ġie bbażat fuq il-prezz domestiku effettiv, li ġie kkalkulat bħala prezz b'medja ponderata tal-bejgħ domestiku profittabbli li sar matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. |
1.2.2.2.
(44) |
Il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezz tal-esportazzjoni attwalment imħallas jew pagabbli lill-ewwel klijent indipendenti. |
1.2.2.3.
(45) |
Il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw ġew imqabbla fuq bażi ta' kif joħorġu mill-fabbrika. Sabiex ikun żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konsiderazzjoni xierqa fil-forma ta' aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-kumparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament Bażiku. |
(46) |
Fuq din il-bażi, saru aġġustamenti għad-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi, trasport, kostijiet ta' ġarr ta' merkanzija bil-baħar u ta' assigurazzjoni, kostijiet ta' tagħbija u kostijiet anċillari, kostijiet tal-ippakkjar, kostijiet tal-kreditu, skontijiet u kummissjonijiet fejn ipprovati li jaffettwaw il-paragunabilità tal-prezzijiet. |
1.2.2.4.
(47) |
Fuq din il-bażi, il-Kumissjoni sabet li ma kienx hemm okkorrenza ta' dumping fl-esportazzjonijiet lejn l-Istati Uniti tal-Amerika. |
(48) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li mhuwiex probabbli li, jekk il-miżuri attwali jiġu mħassra, il-produtturi esportaturi mill-Brażil jbigħu l-prodott ikkonċernat lejn is-suq tal-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta' dumping. |
1.2.3.
(49) |
Il-prezzijiet fis-suq domestiku Brażiljan huma attraenti, kif muri mill-fatt li l-maġġoranza assoluta tal-produzzjoni tinbiegħ fis suq domestiku. Dan il-bejgħ domestiku huwa profittabbli. Il-livelli tal-prezzijiet fil-Brażil huma simili għall-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni. |
(50) |
Għalhekk, mhuwiex mistenni li, jekk il-miżuri jiskadu, l-esportazzjonijiet Brażiljani lejn is-suq tal-Unjoni jiżdiedu b'mod sinifikanti billi jwaqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni. |
1.2.4.
(51) |
Żewġ partijiet interessati, ABAL u CBA, iddikjaraw li m'hemm l-ebda probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping mill-Brażil għar-raġunijiet li ġejjin:
|
(52) |
Fir-rigward tal-ewwel dikjarazzjoni, in-nuqqas ta' esportazzjonijiet Brażiljani lejn l-Unjoni ġie ikkonfermat mill-investigazzjoni. Madanakollu, il-Kummissjoni tqis li n-nuqqas ta' esportazzjonijiet jista' jkun minħabba l-miżuri antidumping fis-seħħ. In-nuqqas ta' esportazzjonijiet għalhekk mhuwiex evidenza biżżejjed fih innifsu biex ikun konkluż li m'hemmx riskju ta' rikorrenza ta' dumping. |
(53) |
Fir-rigward tat-tieni dikjarazzjoni, l-istatus tal-Brażil ta' importatur nett ta' aluminju primarju mill-2014 ġie kkonfermat mill-investigazzjoni. Ġiet ikkonfermata wkoll iż-żieda fit-talba domestika fil-Brażil: mill-2009 sal-2013 il-konsum domestiku tal-prodotti kollha tal-aluminju żdied b'48 % u l-konsum ta' fojls tal-aluminju żdied b'24 %. Madankollu, il-partijiet interessati ma pprovdewx evidenza biżżejjed li dan il-fatt neċessarjament ineħħi r-riskju ta' rikorrenza ta' dumping. Minkejja dan, it-talba domestika akbar fil-Brażil ġiet meqjusa bħala fattur li jżid l-attrattività tas-suq domestiku meta wieħed janalizza l-attrattività tas-suq tal-Unjoni, kif spjegat hawn fuq. |
(54) |
Fir-rigward tat-tielet dikjarazzjoni, l-investigazzjoni kkonfermat il-prezzijiet ogħla fis-suq domestiku, iżda ma kinitx biżżejjed biex tikkonkludi li d-dumping ma jkollux rikorrenza fil-preżenza ta' prezzijiet domestiċi għolja. |
(55) |
Fir-rigward tar-raba' dikjarazzjoni, il-partijiet interessati naqsu milli jipprovdu evidenza li l-imġieba fir-rigward ta' prodott wieħed tista' tintuża biex tipprevedi l-imġieba fir-rigward ta' prodott ieħor. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda. |
(56) |
Fir-rigward tal-ħames dikjarazzjoni, l-investigazzjoni kkonfermat li kien hemm kumpaniji relatati tal-produtturi Brażiljani li ma kkooperawx stabbiliti fl-Unjoni. Madankollu, minħabba li l-ebda kumpanija minn dawn ma kkooperat mal-investigazzjoni, ma kienx possibbli li jiġi stabbilit jekk dawn kienux tassew qed jipproduċu l-prodott simili biex ifornu lis-suq tal-Unjoni. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ma setgħetx tiġi verifikata. |
(57) |
Fir-rigward tas-sitt dikjarazzjoni, l-investigazzjoni kkonfermat in-nuqqas ta' kapaċità żejda sinifikanti. Dan ġie meqjus fil-valutazzjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità żejda fil-brażil, kif spjegat hawn fuq. |
(58) |
Fir-rigward tas-seba' dikjarazzjoni, id-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi ġew ikkunsidrati debitament fit-tqabbil tal-valur normali u l-prezzijiet tal-esportazzjoni, kif spjegat hawn fuq. |
1.2.5.
(59) |
L-investigazzjoni wriet li kien hemm biss kapaċità żejda sinifikanti limitata fil-Brażil li setgħet tiġi diretta lejn is-suq tal-Unjoni li kieku l-miżuri kontra l-Brażil jitħallew jiskadu. Ma nstabu l-ebda prattiki ta' dumping lejn swieq oħra. L-attrattività tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi tal-Brażil hija meqjusa limitata fid-dawl tal-attrattività għolja tas-suq domestiku tagħhom u x-xebħ tal-livelli tal-prezzijiet. |
(60) |
Minħabba dan t'hawn fuq, huwa meqjus improbabbli li d-dumping mill-Brażil jerġa' jseħħ, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
(61) |
B'konsegwenza t'hekk, il-proċediment għandu jintemm għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fil-Brażil. |
2. Ir-RPĊ
(62) |
Żewġ produtturi mir-RPĊ ikkoperaw fl-investigazzjoni. Huma fil-bidu kienu rrappurtaw 4 264 tunnellata ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, li skont Eurostat kienu jikkorrispondu għal 250 %–350 % tal-importazzjonijiet totali taċ-Ċina lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. Matul l-investigazzjoni, il-volum tal-esportazzjoni ġie stabbilit li huwa bejn 900 u 1 100 tunnellata għall-ewwel produttur, li jikkorrispondi għal 53 % sa 90 % tal-esportazzjonijiet totali mir-RPĊ lejn l-Unjoni. Ħafna minn dawn l-esportazzjonijiet saru taħt ir-reġim tal-ipproċessar intern u għalhekk ma kienu suġġetti la għad-dazju antidumping u lanqas għad-dazju doganali. It-tieni produttur instab li ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjdu tal-investigazzjoni ta' rieżami. |
2.1. Għażla tal-pajjiż analogu u l-kalkolu tal-Valur Normali
(63) |
Fl-avviż ta' bidu, il-Kummissjoni kienet stiednet lill-partijiet interessati kollha biex jikkummentaw dwar il-proposta tagħha li tuża lill-Indja bħala pajjiż terz b'ekonomija tas-suq għall-iskop li jiġi stabbilit il-valur normali fir-rigward tar-RPĊ. L-Indja kienet intużat bħala pajjiż analogu fl-investigazzjoni oriġinali. |
(64) |
Parti interessata esprimiet tħassib dwar il-proposta tat-Turkija u ssuġġeriet lill-Afrika t'Isfel bħala pajjiż analogu alternattiv, u ddikjarat li l-Afrika t'Isfel tkun aktar xierqa minħabba li l-istruttura tal-kostijiet tal-produtturi tat-Turkija tkun differenti mill-istruttura tal-kostijiet taċ-Ċina u li t-Turkija kienet imponiet dazji antidumping ta' 22 % kontra l-importazzjonijiet miċ-Ċina tat-tipi kollha ta' fojl tal-aluminju fl-2014. |
(65) |
Minbarra s-suġġerimenti magħmula mill-partijiet interessati, il-Kummissjoni stess riedet tidentifika pajjiż analogu xieraq. Hija identifikat lill-Indja, il-Ġappun, il-Korea t'Isfel, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Istati Uniti tal-Amerika u t-Tajwan bħala pajjiżi analogi potenzjali addizzjonali minħabba l-volum ta' produzzjoni kbir tagħhom ta' fojls tal-aluminju. Madankollu, instab li l-Ġappun, l-Istati Uniti tal-Ameriika u t-Tajwan ipproduċew fojls tal-aluminju irqaq, iżda mhux il-prodott ikkonċernat. |
(66) |
Intbagħtu talbiet għall-kooperazzjoni lill-produtturi magħrufa fl-Indja, l-Afrika t'Isfel, il-Korea t'Isfel, l-Emirati Għarab Magħquda u t-Turkija. Il-kooperazzjoni ġiet riċevuta biss minn żewġ produtturi esportaturi fit-Turkija. Ma kien hemm ebda tweġiba mill-produtturi fil-pajjiżi analogi l-oħra potenzjali. |
(67) |
Instab li t-Turkija hija produttur sinifikanti ta' fojl tal-aluminju b'suq miftuħ u ħieles minn distorsjonijiet fir-rigward tal-prezzijiet tal-materja prima jew l-enerġija. Il-proċess tal-produzzjoni fit-Turkija u fir-RPĊ instab li kien simili. It-Turkija intgħażlet bħala pajjiż analogu biex jiġi stabbilit il-valur normali għar-RPĊ skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku u saru żjarat ta' verifika fil-bini taż-żewġ kumpaniji li kkooperaw. |
(68) |
Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, l-ewwel ġie eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lil klijenti indipendenti magħmul minn produtturi li kkoperaw fil-Malasja kienx rappreżentattiv meta mqabbel mal-volum totali tal-esportazzjoni għall-Unjoni, jiġifieri jekk il-volum totali ta' tali bejgħ domestiku kienx jirrappreżenta mill-anqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ f'esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni. Fuq din il-bażi, instab li l-bejgħ domestiku fil-pajjiż analogu kien rappreżentattiv. |
(69) |
Ġie eżaminat ukoll jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott simili jistax jitqies bħala li sar fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgћ domestiku profittabbli lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Il-bejgħ domestiku ta' wieħed mill-produtturi instab li sar fl-andament normali tal-kummerċ, filwaqt li l-profittabilità tal-bejgħ tat-tieni produttur ma setgħetx tiġi stabbilita minħabba nuqqas ta' dejta tal-kontabilità analitika dettaljata. |
(70) |
Il-valur normali tat-tieni produttur ma setax jinbena f'konformità mal-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku minħabba nuqqas ta' dejta tal-kontabilità analitika dettaljata. |
(71) |
Għalhekk, il-valur normali ġie bbażat fuq il-prezz domestiku effettiv, li ġie kkalkulat bħala prezz b'medja ponderata tal-bejgħ domestiku profittabbli li sar matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. |
(72) |
Produttur Ċiniż iddikjara li l-valur normali ma jistax jiġi kkalkulat b'mod validu fuq il-bażi tal-bejgħ domestiku ta' produttur wieħed biss mit-Turkija. Barra minn hekk, il-produttur Ċiniż issottolinja li n-natura kunfidenzjali tad-dejta kummerċjali tal-produttur kummerċjali għamlitha impossibbli li jiġi evalwat jew sostanzjat il-marġini ta' dumping li jirriżulta. |
(73) |
L-użu tad-dejta ta' produttur wieħed fil-pajjiz analogu huwa f'konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li skontha dawn il-prezzijiet jistgħu jintużaw jekk huma r-riżultat ta' kompetizzjoni ġenwina fis-suq domestiku. Kif indikat fil-premessi (68) u (69) hawn fuq, hemm diversi produtturi domestiċi mit-Turkija u t-Turkija hija wkoll importatur ta' fojls tal-aluminju. Għalhekk il-Kummissjoni tqis li l-prezzijiet fis-suq tat-Turkija huma r-riżultat ta' kompetizzjoni ġenwina u m'hemm ebda element li jindika li l-prezzijiet ta' produttur wieħed ma jistgħux jintużaw biex jiġi determinat il-valur normali. Fir-rigward tad-dejta kummerċjali, il-Kummissjoni trid tipproteġi l-kunfidenzjalità tad-dejta ppreżentata mill-partijiet u għalhekk ma tistax tiżvela informazzjoni kummerċjalment sensittiva dwar il-produttur Tork lill-produttur Ċiniż. Għalhekk id-dikjarazzjonijiet ta' dan l-esportatur Ċiniż għandhom jiġu miċħuda. |
2.2. Id-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni
(74) |
Il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-prezz tal-esportazzjoni attwalment imħallas jew li għandu jitħallas lill-ewwel klijent indipendenti. |
(75) |
Produttur Ċiniż irrimarka li r-rata tar-rifużjoni tal-VAT ma ġietx ikkalkulata tajjeb. Il-kalkolu ġie modifikat skont dan u l-Kummissjoni żvelat mill-ġdid is-sejbiet riveduti lill-produttur ikkonċernat. |
2.3. Tqabbil
(76) |
Il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw ġew imqabbla fuq bażi ta' kif joħorġu mill-fabbrika. Sabiex ikun żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konsiderazzjoni xierqa fil-forma ta' aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-kumparabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament Bażiku. |
(77) |
Fuq din il-bażi, saru aġġustamenti għal trasport, kostijiet ta' ġarr ta' merkanzija bil-baħar u ta' assigurazzjoni, kostijiet ta' tagħbija u kostijiet anċillari, kostijiet tal-ippakkjar, kostijiet tal-kreditu, skontijiet u kummissjonijiet fejn pprovati li jaffettwaw l-paragunabilità tal-prezzijiet. |
(78) |
Produttur Ċiniż iddikjara li d-dazju ta' importazzjoni normali ta' 7,5 % fit-Turkija jimbotta l-prezzijiet domestiċi 'l fuq bl-istess ammont u li dan għandu jiġi aġġustat għal tqabbil ġust. Il-produttur Ċiniż iddikjara wkoll li aġġustament għall-kostijiet tal-ippakkjar ma kienx ġustifikat minħabba li l-kostijiet tal-ippakkjar japplikaw għall-produtturi kollha irrelevantement fejn ikunu jinsabu. |
(79) |
Il-Kummissjoni tinnota li ċ-Ċina għandha wkoll fis-seħħ dazju tal-importazzjoni għall-fojls tal-aluminju. Għalhekk, jidher li m'hemm l-ebda distorsjoni ta' tqabbil minħabba l-eżistenza ta' dazju tal-importazzjoni simili fit-Turkija. Barra minn hekk, anke jekk jingħata aġġustament għad-dazju tal-importazzjoni, dan ma jbiddilx il-fatt li hemm dumping sinifikanti mill-esportaturi Ċiniżi lejn is-suq tal-Unjoni. Fir-rigward tal-kostijiet tal-ippakkjar sar aġġustament kemm lill-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi kif ukoll lill-prezzijiet tal-esportazzjoni Torok sabiex jinnewtralizzaw kwalunkwe differenza fl-ippakkjar. Minhabba f'hekk, l-aġġustament fil-kost tal-ippakkjar ma jistax joħloq distorsjoni fit-tqabbil. Dan l-argument kellu għalhekk jiġi miċħud. |
2.4. Marġini tad-dumping
(80) |
Kif previst fl-Artikolu 2(11) u (12)tar-Regolament bażiku, il-valur normali medju ponderat ta' kull tip tal-prodott ikkonċernat esportat lejn il-Komunità ġie mqabbel mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat ta' kull tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat. |
(81) |
Fuq il-bażi ta' dan, il-marġni tad-dumping medju ponderat espress bħala perċentwal tal-prezz CIF (il-kost, l-assigurazzjoni, il-merkanzija) fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huwa kif ġej:
|
2.5. Il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni tad-dumping mir-RPĊ
(82) |
Wara s-sejbiet ta' dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, il-Kummissjoni investigat il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping fin-nuqqas ta' miżuri. L-elementi addizzjonali li jmiss ġew analizzati: Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità żejda fir-RPĊ, id-dumping mir-RPĊ lejn swieq oħra, u l-attrattività tas-suq tal-Unjoni. |
2.5.1.
(83) |
L-użu tal-kapaċità taż-żewġ produtturi Ċiniżi li kkooperaw instab li kien 85 % u 90 %. Il-kapaċità żejda instabet li kienet 50 000 tunnellata għal dawk iż-żewġ produtturi. Dan huwa ekwivalenti għall-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni u aktar minn 50 % tal-konsum tal-Unjoni. Barra minn hekk, waħda mill-kumpaniji li kkooperat kienet fil-proċess li tibni kapaċità addizzjonali għall-irrumblar tal-fojl ta' 40 000 tunnellata. Għalhekk ġie konkluż li kien hemm kapaċità żejda sinifikanti li għall-anqas parti minnha setgħet tiġi diretta lejn is-suq tal-Unjoni li kieku l-miżuri kontra r-RPĊ jitħallew jiskadu. |
(84) |
Iż-żewġ produtturi magħrufa l-oħra taċ-Ċina ma kkooperawx mal-investigazzjoni, u għalhekk, il-kapaċità żejda tagħhom ma setgħetx tiġi verifikata. Studju ppreżentat mill-applikanti stima li l-kapaċità kkombinata għal fojls tal-aluminju tal-produttur Ċiniż l-ieħor li ma kkooperax kienet madwar għaxar darbiet il-kapaċita kkombinata taż-żewġ produtturi li kkooperaw. L-istudju jistima li l-kapaċità ta' produzzjoni totali Ċiniża għat-tipi kollha ta' fojl tal-aluminju hija 450 000 tunnellata aktar mill-konsum domestiku totali Ċiniż. L-istudju jbassar ukoll li l-kapaċita ta' produzzjoni Ċiniża ser tkompli tiżdied minn 2,5 miljun tunnellata fl-2014 għal 2,8 miljun tunnellata fl-2018, u li t-tkabbir tal-konsum domestiku Ċiniż minn 2,1 miljun tunnellata għal 2,4 miljun tunnellata fl-istess perjodu x'aktarx ma jkunx biżżejjed biex jassorbi għal kollox il-kapaċità dejjem tiżdied. Għalhekk ġie meqjus li huwa probabbli li jkun hemm kapaċità żejda sinifikanti fost il-produtturi li ma kkooperawx li għall-anqas parti minnha tista' tiġi diretta lejn is-suq tal-Unjoni li kieku l-miżuri kontra r-RPĊ jitħallew jiskadu. |
(85) |
Produttur Ċiniż minnhom, filwaqt li ma kkontestax is-sejbiet dwar il-volumi ta' kapaċita żejda, iddikjara li ma kienx realistiku li wieħed jassumi li l-kapaċità żejda kollha ser tkun diretta lejn is-suq tal-Unjoni. |
(86) |
Il-Kummissjoni tqis, f'konformità mal-valutazzjoni tagħha fil-premessi (84) u (97), li għall-anqas parti mill-kapaċita żejda tista' tiġi diretta lejn is-suq tal-Unjoni. Il-premessa (83) ġiet modifikata skont dan. |
2.5.2.
(87) |
Il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn swieq oħra matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami ta' wieħed mill-produtturi Ċiniżi li kkooperaw (id-destinazzjonijiet tal-esportazzjoni prinċipali kienu l-Emirati Għarab Magħquda, l-Arabja Sawdija, l-Istati Uniti tal-Amerika, l-Eġittu u l-Indja) instab li kienu taħt il-Valur Normali kif stabbilit fil-premessi (63) sa (71) hawn fuq u għalhekk dumped. Il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn swieq oħra tat-tieni produttur Ċiniż ma setgħux jinġabru. |
(88) |
Minħabba l-eżistenza ta' dumping lejn swieq oħra, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-produttur esportatur mir-RPĊ jbigħ il-prodott ikkonċernat lil pajjiżi terzi bi prezzijiet li huma oġġett ta' dumping. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li huwa probabbli li, jekk il-miżuri attwali jiġu mħassra, il-produtturi esportaturi mir-RPĊ jbigħu wkoll il-prodott ikkonċernat lejn is-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping. |
(89) |
Produttur Ċiniż iddikjara li s-sejba ta' dumping fl-esportazzjonijiet lejn swieq oħra hija rrelevanti minħabba li l-kamp ta' applikazzjoni tar-rieżami huwa limitat għas-suq tal-Unjoni u mhux għas-suq dinji. Skont il-produttur Ċiniż, it-tqabbil tal-prezzijiet fost is-swieq mhuwiex xieraq minħabba li l-istrutturi tal-prezzijiet f'partijiet oħra tad-dinja jistgħu jkunu differenti. Barra minn hekk, il-preżenza tal-esportazzjonijiet tal-Unjoni għal dawn l-istess swieq, għandha titqabbel ukoll u tista' tirriżulta f'sejba li l-prezzijiet domestiċi tal-Unjoni huma għoljin wisq. |
(90) |
Kif spjegat fil-premessa (82), il-Kummissjoni ikkunsidrat diversi indikaturi biex tivvaluta l-probabbiltà ta' dumping lejn is-suq tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tqis li l-esportaturi li jinstabu li jwettqu dumping fi swieq oħrajn, huma aktar probabbli li jipparteċipaw f'dumping fl-Unjoni wkoll, meta mqabbel mal-esportaturi li jinstab li ma jagħmlux dumping fi swieq oħrajn. Għal din ir-raġuni huwa indikatur rilevanti biex tkun stabbilita l-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping. Għalhekk din il-pretensjoni għandha tiġi miċħuda. |
(91) |
Id-dikjarazzjoni dwar l-imġieba ta' esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni hija indirizzata fil-premessa (171). |
2.5.3.
(92) |
Kif imsemmi fil-premessa (114) hawn taħt, l-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet Ċiniżi li saru taħt ir-reġim normali tal-importazzjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami kienu jwaqqgħu il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'medja ta' 12,2 % fin-nuqqas ta' dazji antidumping. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet Ċiniżi li saru taħt ir-reġim tal-ipproċessar intern u li għalhekk mhumiex suġġetti għad-dazju antidumping jew għad-dazju doganali, li kienu jammontaw għal madwar 75 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi, instab li kienu jwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni bi 18 %. Il-prezzijiet Ċiniżi huma wkoll aktar baxxi mill-prezzijiet tal-esportazzjoni ta' kwalunkwe pajjiż ieħor fl-Unjoni. Din id-differenza fil-prezz ċertament turi l-attrattività tas-suq tal-Unjoni u l-kapaċità taċ-Ċiniżi li jikkompetu permezz tal-prezzijiet fil-każ li l-miżuri jitħassru. |
(93) |
B'hekk, jista' jkun mistenni b'mod raġonevoli li, jekk il-miżuri jitħassru, parti sostanzjali tal-esportazzjonijiet Ċiniżi attwali jerġgħu jiġu diretti lejn l-Unjoni. |
(94) |
Ta' min infakkru li qabel ma ġew imposti l-miżuri oriġinali, l-investigazzjoni oriġinali kienet stabbiliet li s-sehem tas-suq Ċiniż fis-suq tal-Unjoni kien jammonta għal 30,72 %. Għalhekk, huwa mistenni li, jekk il-miżuri jiskadu, l-esportazzjonijiet Ċiniżi kollha li bħalissa għandhom 2 % tas-suq tal-Unjoni se jiżdiedu b'mod sinifikanti billi jwaqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni. |
(95) |
Produttur Ċiniż minnhom iddikjara li twaqqigħ żgħir fil-prezzijiet kien parti minn mekkaniżmu normali tal-ipprezzar kull meta produtturi mhux domestiċi jikkompetu ma' produtturi domestiċi. Twaqqigħ fil-prezzijiet ta' 12,2 % ikun raġonevoli u ma joħloqx diffikultajiet lill-produtturi tal-Unjoni. |
(96) |
Sejba ta' twaqqigħ fil-prezzijiet ma twassalx fiha nnifisha għal konklużjoni ta' imġieba mhux ġusta mill-esportatur. Madankollu, f'dan il-każ, il-marġini ta' twaqqigħ fil-prezzijiet misjub kien juri l-livelli tal-prezzijiet probabbli tal-importazzjonijiet Ċiniżi jekk il-miżuri jitħallew jiskadu u l-kapaċità tagħhom li jieħdu f'idejhom is-sehem mis-suq fl-Unjoni għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, instab li dawn l-importazzjonijiet x'aktarx ikunu dumped. Għalhekk, l-argument li l-livell ta' twaqqigħ fil-prezzijiet ta' 12,2 % ikun raġonevoli kien irrelevanti f'dan il-kuntest u għalhekk ġie miċħud. |
2.5.4.
(97) |
L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet Ċiniżi komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma oġġett ta' dumping b'marġini ta' dumping sinifikanti. Din l-investigazzjoni wriet ukoll li l-kapaċità żejda għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat fir-RPĊ hija sinifikanti meta mqabbla mal-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Għall-anqas parti minn din il-kapaċità żejda x'aktarx tkun diretta lejn is-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri kontra r-RPĊ jitħallew jiskadu. |
(98) |
Barra minn hekk, l-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn pajjiżi terzi saru bi prezzijiet li huma oġġett ta' dumping. L-imġiba tal-ipprezzar tal-esportazzjonijiet Ċiniżi fi swieq terzi tindika probabbiltà li d-dumping lejn is-suq tal-Unjoni jerġa' jseħħ, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
(99) |
Barra minn hekk, l-attrattività tas-suq tal-Unjoni f'termini ta' prezzijiet tindika li hemm riskju li l-esportazzjonijiet Ċiniżi jkunu direttii mill-ġdid lejn is-suq tal-Unjoni, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
(100) |
Minħabba dan t'hawn fuq, hemm il-probabbiltà li, jekk il-miżuri jiskadu, l-importazzjonijiet dumped Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat jiżdiedu b'mod sinifikanti jekk il-miżuri fis-seħħ jitħallew jiskadu. |
D. ID-DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI
(101) |
Il-prodott simili kien manifatturat minn tnax-il produttur magħruf tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Huma jikkositwixxu l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
(102) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni kienet stabbilita għal madwar 47 349 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra fuq il-bażi ta' statistika ta' Eurostat, it-tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u d-dejta mistennija relatata mal-produtturi mhux fil-kampjun u pprovduta mill-ilmentaturi. Kif indikat fil-premessa (18), il-produtturi tal-Unjoni magħżula għall-kampjun jirrappreżentaw aktar minn 70 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. |
E. IS-SITWAZZJONI TAS-SUQ TAL-UNJONI
1. Kummenti preliminari
(103) |
Dejta dwar il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, il-volum tal-bejgħ, l-impjiegi u l-volum ta' esportazzjoni relatati mal-industrija kollha tal-Unjoni għall-perjodu meqjus kienet fornita mill-ilmentaturi. Id-dejta ġiet stmata u fornita fuq il-bażi ta' firxa massima u minima, maqsuma f'żewġ kategoriji: il-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun kif ukoll produtturi tal-Unjoni li ma ttiħdux fil-kampjun. Għall-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, il-Kummissjoni użat id-dejta attwali verifikata mogħtija minn dawn il-kumpaniji fit-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju. Għall-produtturi tal-Unjoni mhux inklużi fil-kampjun, intużaw iċ-ċifri pprovduti mill-ilmentaturi. Dawn l-istimi kienu disponibbli biex jikkummentaw dwarhom il-partijiet interessati. Madankollu ma saru l-ebda kummenti. |
2. Konsum tal-Unjoni
(104) |
Iċ-ċifri tal-konsum tal-Unjon stabbiliti u ppublikati fl-investigazzjoni parallela intużaw fl-investigazzjoni preżenti. Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum fl-Unjoni fuq il-bażi tal-volum ta' bejgħ totali stmat tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u l-volum totali ta' importazzjonijiet ibbażat fuq Eurostat u korreġut, fejn meħtieġ, bid-dejta verifikata li pprovda l-produttur esportatur u bir-risposti għall-kwestjonarju ppreżentati mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. |
(105) |
Peress li fil-pajjiż ikkonċernat hemm produttur wieħed biss li jesporta, iċ-ċifri kollha relatati miegħu kellhom jingħataw f'firxiet għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità. Barra minn hekk, sabiex jiġi evitat li l-volum ta' importazzjonijiet tar-Russja jiġi kkalkulat bit-tnaqqis, kien meħtieġ ukoll li jintużaw firxiet ta' volumi ta' konsum u importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra. |
(106) |
Fuq din il-bażi, il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 1 Il-konsum tal-Unjoni ta' AHF (tunnellati)
|
(107) |
Il-konsum fl-Unjoni żdied bejn l-2011 u l-2013, iżda naqas fl-2013 u fil-perjodu ta' investigazzjoni. Kumplessivament, tul il-perjodu kkunsidrat l-konsum naqas bejn 17 % u 28 %. Iż-żieda fil-konsum bejn l-2011 u l-perjodu ta' investigazzjoni, prinċipalment tirrifletti ż-żieda ta' importazzjonijiet mir-Russja u minn pajjiżi terzi oħra, filwaqt li l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni żdied bi ftit biss (ara l-premessa (134)). |
3. Volum, Prezzijiet u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ
(108) |
Minħabba li l-investigazzjoni stabbiliet li ma kien hemm ebda probabilita ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping fil-Brażil (ara premessa 60)) l-analiżi tal-volum, il-prezzijiet u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet hija limitata għall-importazzjonijiet mir-RPĊ. Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum u l-prezzijiet ta' importazzjonijiet mir-RPĊ fuq il-bażi ta' Eurostat. |
(a) Volum u sehem tas-suq tal-importazzjonijiet
(109) |
L-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej: Tabella 2 Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ
|
(110) |
Il-volumi tal-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu b'bejn 47 % u 57 %, bi tnaqqis korrispondenti fis-sehem mis-suq minn 4 % sa 2 %, jiġifieri tnaqqis ta' 2 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat. Kemm il-volumi kif ukoll is-sehem mis-suq baqgħu f'livelli baxxi matul il-perjodu kkunsidrat. |
(b) Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet u twaqqigħ tal-prezzijiet
(111) |
It-tabella ta' hawn taħt turi l-prezz medju tal-importazzjonijiet dumped. Tabella 3 Prezzijiet medji tal-importazzjonijiet dumped
|
(112) |
Il-prezzijiet medji ta' importazzjonijiet mir-RPĊ naqsu matul il-perjodu kkunsidrat minn EUR 2 251 EUR/tunnellata għal 2 131 EUR/tunnellata, jiġifieri tnaqqis ta' madwar 5 %. Il-prezzijiet ta' importazzjonijiet Ċiniżi kien bħala medja aktar baxx mill-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fuq is-suq tal-Unjoni u mill-prezzijiet ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra matul il-perjodu kkunsidrat kollu. |
(113) |
Matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, madwar 75 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi, li jirrappreżentaw sehem mis-suq ta' aktar minn 1 %, saru skont ir-reġim tal-ipproċessar intern u għalhekk ma kienux suġġetti għad-dazju antidumping u lanqas għad-dazju doganali. Instab li kienu jwaqqgħu il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni bi 18 %. Fir-rigward tal-produttur esportatur li kkoopera li kien jirrappreżenta madwar 53 % sa 90 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u għamel 98 % tal-importazzjonijiet tiegħu skont ir-reġim tal-ipproċessar intern, ġie stabbilit marġini ta' twaqqigħ fil-prezzijiet ta' bejn 15 % u 18 %. |
(114) |
Il-25 % tal-importazzjonijiet Ċiniżi li jifdal saru skont ir-reġim normali ta' importazzjoni. Meta jiżdiedu d-dazju doganali u d-dazju antidumping mal-prezzijiet CIF Ċiniżi, il-prezzijiet Ċiniżi kkalkulati għal dawn l-importazzjonijiet kienu ogħla bħala medja mill-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u għalhekk kien hemm twaqqigħ negattiv (– 12,5 %). Madankollu meta jitqiesu l-prezzijiet tal-importazzjoni mingħajr id-dazji antidumping, ikun hemm twaqqigħ tal-prezzijiet ta' 12,2 %. |
(115) |
Meta l-importazzjonijiet Ċiniżi jiġu kkunsidrati, irrispettivament mir-reġim ta' importazzjoni u jiżdiedu d-dazji doganali u dawk antidumping applikabbli mal-prezzijiet CIF ta' importazzjonijiet magħmula skont ir-reġim normali, instab li l-prezzijiet Ċiniżi kienu jwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni b'medja ta' 10,2 % matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. |
(116) |
Produttur Ċiniż iddikjara li l-marġini ta' twaqqigħ tal-prezzijiet ta' 18 % stabbilit mill-importazzjonijiet Ċiniżi magħmula skont ir-reġim tal-ipproċessar intern ma kienx korrett minħabba li l-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni kienu jinkludu tariffa normali inkluża ta' 7,5 % li l-utenti domestiċi ma jistgħux jiksbu aġevolazzjoni minnha li kieku jinkorporaw AHF manifatturat fl-Unjoni f'esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. Madankollu il-parti interessata ma ssostanzjatx id-dikjarazzjoni tagħha u b'mod partikolari naqset milli tispjega l-kunċett ta' “tariffa normali inkluża”. Fi kwalunkwe każ wieħed għandu jżomm f'moħħu, kif spjegat fil-premessa (113), li l-importazzjonijiet magħmula skont ir-reġim tal-ipproċessar intern mhumiex suġġetti għad-dazju doganali. Għalhekk ma jkunx iġġustifikat li jsiru l-aġġustamenti għad-dazji doganali li ma jiġġarrbux. Għandu jiġi nnutat li l-Kummissjoni applikat debitament l-aġġustament għad-dazju doganali meta stabbiliet il-marġini ta' twaqqigħ fil-prezzijiet għal importazzjonijiet li jsiru skont ir-reġim normali fil-premessa (114) u għall-importazzjonijiet Ċiniżi kollha irrispettivament mir-reġim ta' importazzjoni fil-premessa (115). Għaldaqstant id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.. |
(117) |
L-istess produttur Ċiniż iddikjara li kien meħtieġ li jnaqqas ir-rata ta' dazju doganali mill-marġini tat-twaqqigħ fil-prezzijiet ta' 12,2 % u 10,2 % stabbiliti rispettivament fil-premessi (114) u (115). Madankollu huwa ċċarat li sabiex jiġu stabbiliti dawn il-marġini, il-Kummissjoni diġa' qieset li d-dazju doganali applikabbli għal importazzjonijiet li jsiru skont ir-reġim normali. Għaldaqstant id-dikjarazzjoni ma ġietx aċċettata. |
4. Imal-industrija kollha tal-Unjoni fuq
Tabella 4
Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra (ir-reġimi kollha ta' importazzjoni)
Pajjiż |
|
2011 |
2012 |
2013 |
Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami |
Il-Brażil |
Volum (tunnellati) |
0 |
0 |
0 |
0 |
Ir-Russja |
Volum (tunnellati) |
[19 532 –26 078 ] |
[23 243 –34 422 ] |
[27 345 –39 116 ] |
[26 368 –37 812 ] |
|
Indiċi (2011 = 100) |
100 |
[119–132] |
[140–150] |
[135–145] |
|
Sehem mis-suq |
29 % |
34 % |
34 % |
34 % |
|
Prezz medju (EUR/tunnellata) |
[2 145 –2 650 ] |
[2 038 –2 624 ] |
[1 952 –2 571 ] |
[1 973 –2 597 ] |
|
Indiċi (2011 = 100) |
100 |
[95–99] |
[91–97] |
[92–98] |
It-Turkija |
Volum (tunnellati) |
[5 120 –6 100 ] |
[8 090 –10 553 ] |
[11 213 –14 213 ] |
[11 520 –14 579 ] |
|
Indiċi (2011 = 100) |
100 |
[158–173] |
[219–233] |
[225–239] |
|
Sehem mis-suq |
7 % |
11 % |
13 % |
13 % |
|
Prezz medju (EUR/tunnellata) |
2 950 |
2 743 |
2 710 |
2 571 |
|
Indiċi (2011 = 100) |
100 |
93 |
92 |
87 |
Pajjiżi terzi oħra (iċ-Ċina mhijiex inkluża) |
Volum (tunnellati) |
[3 100 –3 750 ] |
[279–750] |
[1 891 –3 000 ] |
[3 162 –4 313 ] |
|
Indiċi (2011 = 100) |
100 |
[9–20] |
[61–80] |
[102–115] |
|
Sehem mis-suq |
4 % |
1 % |
2 % |
4 % |
|
Prezz medju (EUR/tunnellata) |
2 878 |
2 830 |
2 687 |
2 406 |
|
Indiċi (2011 = 100) |
100 |
98 |
93 |
84 |
Totali |
Volum (tunnellati) |
[29 000 –35 000 ] |
[33 000 –43 000 ] |
[41 000 –54 000 ] |
[42 000 –56 000 ] |
|
Indiċi (2011 = 100) |
100 |
[113–125] |
[142–155] |
[145–160] |
|
Sehem mis-suq |
41 % |
46 % |
50 % |
51 % |
|
Prezz medju (EUR/tunnellata) |
2 538 |
2 453 |
2 401 |
2 367 |
|
Indiċi (2011 = 100) |
100 |
97 |
95 |
93 |
Sors: Eurostat, id-dejta dwar ir-Russja stabbilita u ppubblikata fl-investigazzjoni parallela. |
(118) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra fl-Unjoni żdiedu bejn 45 % u 60 % li huwa aktar mgħaġġel mill-progressjoni tal-konsum tal-Unjoni. Is-sehem mis-suq ta' pajjiżi terzi oħra għalhekk naqas minn 41 % għal 51 % matul dan il-perjodu. |
(119) |
Ma kienx hemm importazzjonijiet mill-Brażil matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Il-volum ta' importazzjonijiet mir-Russja żdied bejn 40 % u 50 % mill-2011 sal-2013, bi tnaqqis żgħir matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Is-sehem mis-suq korrispondenti żdied minn 29 % fl-2011 għal 34 % fl-2012 u mbagħad baqa' kostanti sa tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volumi tal-importazzjoni mit-Turkija żdiedu bejn 125 % u 139 % u s-sehem mis-suq tagħhom żdied minn madwar 7 % għal 13 %. Il-prezzijiet tal-importazzjoni mit-Turkija naqsu bi 13 % matul il-perjodu kkunsidrat iżda baqgħu ogħla mil-livell tal-prezz tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, inklużi r-Russja u ċ-Ċina, u kienu f'livelli simili għall-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. |
(120) |
B'mod ġenerali, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żdiedu bejn 2 % u 15 %. Madankollu, peress li l-konsum tal-Unjoni żdied, is-sehem tagħhom tas-suq totali naqas minn 4 % fl-2011 għal madwar 2 % fl-2013 u mbagħad żdied għal 4 % sal-aħħar tal-perjodu ta' investigazzjoni; il-prezzijiet tagħhom kienu f'livelli aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-2012. |
(121) |
Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra kienu ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ matul il-perjodu kkunsidrat kollu. |
(122) |
Produttur Ċiniż minnhom iddikjara li l-analiżi tal-Kummissjoni tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra fil-premessi (118) sa (121) imissha inkludiet is-suq tal-fojl kollu minflok iffukat fuq il-prodott ikkonċernat minħabba li d-deċiżjonijiet magħmula mill-produtturi tal-Unjoni fir-rigward ta' tipi oħra ta' fojl allegatament influwenzaw il-produzzjoni tagħhom tal-prodott ikkonċernat. Din it-talba ma kinitx sostanzjata. Fi kwalunkwe każ l-investigazzjoni stabbiliet, kif imsemmi fil-premessa (185), li l-akbar produttur tal-Unjoni ta' AHF inkluż fil-kampjun kien qiegħed jipproduċi biss AHF u li l-produtturi tal-Unjoni instab li kienu qed jipproduċu kemm AHF kif ukoll tip ieħor ta' fojl bl-isem ta' aluminium converter foil (“ACF”) ma setgħux jaqilbu faċilment mill-produzzjoni ta' prodott għall-ieħor, minħabba li kienet meħtieġa l-produzzjoni taż-żewġ prodotti f'ċertu kwantitajiet biex tiġi mmassimizzata l-effiċjenza. Kif imsemmi fil-premessa (185) l-investigazzjoni wriet ukoll li l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kellhom proporzjon stabbli ta' produzzjoni bejn dawn it-tipi ta' fojl matul il-perjodu kkunsidrat. Għaldaqstant id-dikjarazzjoni ma ġietx aċċettata. |
(123) |
Produttur Ċiniż minnhom innota li minħabba li l-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni kienet tirrappreżenta anqas minn 50 % tal-konsum tal-Unjoni kien meħtieġ li l-utenti jimportaw l-AHF minn produtturi esportaturi f'pajjiżi terzi. Fuq dik il-bażi l-produttur Ċiniż iddikjara li l-produtturi esportaturi kienu qed jikkompetu bejniethom u mhux mal-produtturi tal-Unjoni fil-forniment tal-utenti li ma kienux moqdijin mill-produtturi tal-Unjoni. Madankollu, din id-dikjarazzjoni ma kinitx sostanzjata. L-ewwel nett, l-allegazzjoni li l-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni kienet tirrappreżenta anqas minn 50 % tal-konsum tal-Unjoni mhijiex korretta. Kif muri fil-premessi (106) u (129) il-kapaċità ta' produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni rrappreżentat bejn 58 % u 74 % tal-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u kienet fuq il-55 % matul il-perjodu kkunsidrat kollu. Barra minn hekk, kif muri fit-tabella 5, l-investigazzjoni stabbiliet li l-industrija tal-Unjoni kellha kapaċita żejda matul il-perjodu kkunsidrat kollu, li setgħet intużat biex isservi s-suq tal-Unjoni jekk veru li ma kien hemm ebda kompetizzjoni ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi kienu wkoll f'kompetizzjoni mal-prodott simili prodott mill-industrija tal-Unjoni minħabba li l-klijenti eżistenti tal-produtturi tal-Unjoni rnexxielhom jaqilbu għal fornituri minn pajjizi terzi. Għaldaqstant id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda. |
5. Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
5.1. Rimarki ġenerali
(124) |
Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u l-indiċijiet ekonomiċi rilevanti kollha li għandhom x'jaqsmu mal-istat tal-industrija tal-Unjoni. |
(125) |
Kif imsemmi fil-premessa (18), intuża l-kampjunar għad-determinazzjoni tad-tal-ħsara possibbli li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. |
(126) |
Għad-determinazzjoni tal-ħsara, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi ta' ħsara makroekonomiku u mikroekonomiku. Kif spjegat fil-premessa (103), il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi relatati mal-industrija kollha tal-Unjoni fuq il-bażi ta' informazzjoni fornita mill-ilmentaturi li ġiet debitament verifikata għall-kumpaniji fil-kampjun. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi li jirrigwardaw biss il-kumpaniji fil-kampjun fuq il-bażi tad-dejta inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta' dejta nstabu li jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
(127) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività u d-daqs tal-marġini tad-dumping. |
(128) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji ta' unità, il-kost unitarju, il-kostijiet tax-xogħol, l-inventarji, il-profittabilità, il-flussi tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità ta' ġbir ta' kapital. |
5.2. Indikaturi makroekonomiċi
5.2.1.
(129) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej: Tabella 5 Il-produzzjoni, il-kapaċità produttiva u l-użu tal-kapaċità tal-Industrija tal-Unjoni
|
(130) |
Il-produzzjoni varjat matul il-perjodu kkunsidrat. Waqt li żdiedet bejn l-2011 u l-2013, hija naqset bejn l-2013 u l-perjodu ta' investigazzjoni. Kumplessivament, tul il-perjodu kkunsidrat l-volum ta' produzzjoni żdied b'7 %. |
(131) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
(132) |
Bħala riżultat ta' żieda ogħla fil-kapaċità ta' produzzjoni mhux fil-volum tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità naqas b'5 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
(133) |
Produttur Ċiniż iddikjara li l-kapaċità ta' impjant tal-fojl tal-aluminju m'għandhiex tiġi espressa f'tunnellati minħabba li l-istess makkinarju jipproduċi masses differenti ta' fojl f'perjodu partikolari ta' żmien, skont il-ħxuna u l-wisa' tal-fojl. Fi tweġiba għal din id-dikjarazzjoni, mhuwiex ikkontestat li l-kapaċità ta' impjant espressa f'tunnellati tista' tiġi influwenzata mill-ħxuna jew il-wisa' tal-fojls immanifatturati. Madankollu, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat u ċerti fatturi ta' ħsara bħall-konsum, il-volum ta' bejgħ u l-produzzjoni kienu stabbiliti bl-użu tat-tunnellati bħala l-unità ta' kejl. Hija kwistjoni ta' konsistenza fl-analiżi tal-ħsara li tintuża l-istess unita ta' kejl bħal skopijiet ta' tqabbil. Barra minn hekk, l-investigazzjoni ma ppuntatx lejn tibdil fit-taħlita tal-prodott tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni biex ma tinvalidax l-użu tat-tunnellati bħala l-unita ta' kejl. Huwa nnutat ikoll li l-parti interessata kkonċernata naqset milli tipprovdi kwalunkwe informazzjoni kwantitattiva li turi li unità ta' kejl differenti kieku kienet tibdel l-analiżi ta' dan il-fattur ta' ħsara. Għaldaqstant id-dikjarazzjoni ma ġietx aċċettata. |
5.2.2.
(134) |
Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej: Tabella 6 Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq tal-Industrija tal-Unjoni
|
(135) |
Il-volum tal-bejgħ ta' AHF żdied bi ftit matul il-perjodu kkunsidrat. Il-volum tal-bejgħ żdied l-aktar mill-2011 sal-2013, jiġifieri bejn 4 % u 14 %. Matul il-perjodu ta' investigazzjoni, il-volum tal-bejgħ naqas; kumplessivament, il-volum tal-bejgħ żdied bejn 2 % u 10 % matul il-perjodu kkunsidrat. Iż-żieda fil-volumi tal-bejgħ, meta wieħed iqis iż-żieda parallela fil-konsum u ż-żieda fl-importazzjonijiet inter alia mir-Russja, wasslet, madankollu, għal tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni minn 55 % fl-2011 għal 47 % fil-perjodu ta' investigazzjoni, jiġifieri tnaqqis ta' 8 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat. |
5.2.3.
(136) |
Filwaqt li l-konsum tal-Unjoni naqas bejn 17 % u 28 % matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied bejn 2 % u 10 % li ssarraf f'telf ta' sehem mis-suq ta' 8 punti perċentwali. |
5.2.4.
(137) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 7 L-impjiegi u l-produttività
|
(138) |
L-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni varja matul il-perjodu kkunsidrat u b'kollox żdiedu ftit bi 2 %. |
(139) |
Bejn l-2011 u l-2013, il-produttività żdiedet minħabba ż-żieda fil-produzzjoni ogħla miż-żieda fl-impjiegi kif muri fit-Tabella 4 fil-premessa (77). Mill-2013 sal-perjodu ta' investigazzjoni, il-produzzjoni naqset b'7 % iżda baqgħet ogħla milli fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat fl-2011. |
5.2.5.
(140) |
Il-marġini ta' dumping tal-importazzjoni mir-RPĊ kien jammonta għal 28.1 %, matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami (ara premessa (81)) iżda l-impatt tiegħu fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kien limitat minħabba l-miżuri antidumping fis-seħħ li rażżnu b'suċċess il-volumi ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping. |
(141) |
Madankollu, kif stabbilit fl-investigazzjoni parallela, il-volum ta' importazzjoni oġġett ta' dumping mir-Russja żdied b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. Dawn l-importazzjonijiet ikkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni. Għalhekk l-irkupru tal-industrija tal-Unjoni ma kienx possibbli minkejja l-eżistenza ta' miżuri antidumping. |
5.3. Indikaturi mikroekonomiċi
5.3.1.
(142) |
Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 8 Prezzijiet u kostijiet tal-bejgħ
|
(143) |
Il-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati naqas kontinwament u kumplessivament bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
(144) |
Minkejja dan it-tnaqqis, il-kost unitarju tal-produzzjoni baqa' ogħla mill-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tkopri l-kost tal-produzzjoni tagħha bil-prezz tal-bejgħ, bl-eċċezzjoni tal-2013. Tabilħaqq, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tgħolli l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha minħabba l-pressjoni tal-prezz tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mir-Russja. |
5.3.2.
(145) |
L-kostijiet medji lavorattivi tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 9 Kostijiet lavorattivi
|
(146) |
Bejn l-2011 u l-perjodu ta' investigazzjoni, il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żdiedu b'5 %. Il-kost lavorattiv l-ewwel żdied bi 2 % bejn l-2011 u l-2012, imbagħad naqas bejn l-2012 u l-2013 u mbagħad baqa' stabbli matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami |
5.3.3.
(147) |
Il-livelli tal-istokk tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej: Tabella 10 Inventarji
|
(148) |
L-inventarji ma jistgħux jitqiesu bħala indikatur relevanti ta' ħsara f'dan is-settur, billi l-produzzjoni u l-bejgħ huma bbażati l-aktar fuq ordnijiet u, skont dan, il-produtturi normalment iżommu ħażniet limitati. Għalhekk, ix-xejriet fuq l-inventarji huma mogħtija għall-informazzjoni biss. |
(149) |
Kumplessivament, l-istokks tal-għeluq żdiedu bi 8 % matul il-perjodu kkunsidrat. Filwaqt li mill-2011 sal-2013 l-istokks żdiedu b'10 %, mil-2013 sa tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni naqsu kemxejn. L-istokks tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni baqgħu stabbli matul il-perjodu kollu kkunsidrat. |
5.3.4.
(150) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw hekk matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 11 Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redittu fuq l-investimenti
|
(151) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun billi espremiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni ngħata bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ. Matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni kienet qed tagħmel telf bl-eċċezzjoni tal-2013, meta hija għamlet marġni ta' profitt ftit aħjar mill-punt tal-ekwilibriju. Il-profittabbiltà naqset bejn l-2011 u l-2012, żdiedet fl-2013 iżda imbagħad reġgħet' naqset fil-perjodu ta' investigazzjoni fejn laħqet livell simili għal dak tal-2011. Kumplessivament, il-profitt żdied b'4 % matul il-perjodu kkunsidrat, li jikkorrispondi għal żieda ta' 0,1 punti perċentwali u li ma ppermettietx li l-industrija tal-Unjoni tagħmel profitti matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Dan l-iżvilupp kien prinċipalment minħabba l-pressjoni tal-prezz tal-importazzjonijiet Russi li daħlu fl-Unjoni bi prezzijiet ta' dumping li kienu jwaqqgħu dawk tal-industrija tal-Unjoni u ma ppermettewx li l-industrija tal-Unjoni tistabbilixxi l-prezzijiet tagħha biex tkopri ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni. |
(152) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiffinanzja waħedha l-attività tagħha. Il-fluss tal-flus varja matul il-perjodu kkunsidrat b'xejra li tiżdied gradwalment. Kumplessivament, il-fluss tal-flus nett żdied bi 30 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, għandu jiġi nnutat li f'valuri assoluti l-fluss tal-flus baqa' f'livelli baxxi meta mqabbel mat-total tal-bejgħ tal-prodott in kwistjoni. |
(153) |
L-investimenti żdiedu b'47 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-investimenti żdiedu b'65 % mill-2011 sal-2012, naqsu matul l-2013 u reġgħu' żdiedu matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Huma kienu jirrappreżentaw prinċipalment investimenti meħtieġa għal makkinarju ġdid u baqgħu f'livelli pjuttost baxxi matul il-perjodu ta' investigazzjoni meta mqabbla mal-fatturat totali. |
(154) |
Ir-redditu fuq l-investiment huwa l-profitt f'perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Bħal fil-każ tal-indikaturi finanzjarji l-oħrajn, ir-redditu fuq l-investiment mill-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili kien negattiv mill-2011, bl-eċċezzjoni tal-2013 meta kien 0 %, li jirrifletti t-tendenza negattiva fil-profittabbiltà. Kumplessivament, ir-redditu fuq l-investimenti żdied kemxejn bi 8 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
(155) |
F'dak li jirrigwarda l-abbiltà li jiġi ġġenerat il-kapital, id-deterjorament tal-abbiltà li jiġu ġġenerati flus għall-prodott simili tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kien qiegħed idgħajjef is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom billi naqqas il-fondi ġġenerati internament. L-investigazzjoni sabet li, b'mod ġenerali, l-abbiltà li jiġi ġġenerat il-kapital marret għall-agħar matul il-perjodu kkunsidrat. |
6. Konklużjoni dwar il-ħsara
(156) |
Il-maġġoranza tal-indikaturi ewlenin tal-ħsara indikaw xejra negattiva. Rigward il-profittabilità, l-industrija kienet qed tagħmel telf kważi matul il-perjodu kkunsidrat kollu, bl-eċċezzjoni tal-2013 meta dan laħaq livell ftit biss ogħla mill-punt ta' ekwilibriju; matul il-perjodu ta' investigazzjoni, l-industrija tal-Unjoni għamlet profitt negattiv ta' – 2,1 %. L-importazzjonijiet l-oħrajn naqsu bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-kost unitarju li naqas ukoll bi 11 % baqa' ogħla mill-prezz medju tal-bejgħ matul il-perjodu kkunsidrat kollu, bl-eċċezzjoni tal-2013. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 8 punti perċentwali, jiġifieri minn 55 % fl-2011 għal 47 % fil-perjodu ta' investigazzjoni. |
(157) |
Xi indikaturi tal-ħsara żviluppaw b'mod pożittiv matul il-perjodu kkunsidrat. Il-volum tal-produzzjoni żdied b'7 % u l-kapaċità tal-produzzjoni bi 12 %. Dawn iż-żidiet madankollu ma kinux jaqblu maż-żieda fil-konsum, li kien ferm ogħla, jiġifieri bejn 17 % u 28 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-volum tal-bejgħ żdied bejn 2 % u 10 %. Madankollu, f'suq b'żieda fil-konsum, dan ma rriżultax f'żieda tas-sehem mis-suq, iżda għall-kuntrarju għal telf ta' sehem mis-suq ta' 8 punti perċentwali. L-investimenti żdiedu b'47 %. Dawn kienu jikkonċernaw makkinarju ġdid u baqgħu f'livelli baxxi matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Bl-istess mod, il-likwidità żdiedet bi 30 % matul il-perjodu kkunsidrat iżda baqgħet f'livelli baxxi. Dawn ix-xejriet pożittivi ma jipprekludux l-eżistenza ta' ħsara. |
(158) |
Il-produttur Brażiljan li kkoopera u l-Brazilian Aluminium Association iddikjaraw li skont lanaliżi ta' dokumenti finanzjarji disponibbli għall-pubbliku ta' xi applikanti ma jkunx hemm ebda ħsara materjali. Dan jikkontradixxuh ir-riżultati tal-investigazzjoni li huma bbażati fuq dejta verifikata mill-industrija tal-Unjoni relatata mal-AHF. Tabilħaqq, xi produtturi tal-Unjoni ma pproduċewx esklussivament AHF u għalhekk id-dokumenti finanzjarji disponibbli għall-pubbliku ma jistgħux juru s-sitwazzjoni attwali tal-industrija tal-Unjoni għall-AHF. Għalhekk, konklużjonijiet dwar is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku m'għandhomx ikunu bbażati fuq dokumenti finanzjarji disponibbli pubblikament iżda fuq l-informazzjoni aktar dettaljata u verifikata disponibbli fl-investigazzjoni. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda. |
(159) |
L-istess partijiet interessati iddikjaraw li l-istatistika u d-dikjarazzjonijiet ippubblikati mill-European Aluminium Foil Association (“EAFA”) indikaw li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbet l-ebda ħsara matul il-perjodu kkunsidrat inkluż il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Madankollu, instab li l-istatistika u d-dikjarazzjonijiet użati kienu jirreferu jew għas-settur kollu tal-fojl tal-aluminju jew għal kategorija ta' “gejġijiet irqaq” li tkopri l-AHF iżda wkoll tipi oħra ta' fojls bħal converter foils u fojls li jintużaw għal ippakkjar flessibbli. Fuq din il-bażi, ma tista' ssir l-ebda konklużjoni valida fir-rigward tal-prodott ikkonċernat u għalhekk it-talba ġiet miċħuda. |
(160) |
Produttur Ċiniż iddikjara li l-evoluzzjoni tal-kost tal-unità deskritt fil-premessa (156) ma jistax jiġi rikonċiljat bl-evoluzzjoni tal-prezz tal-aluminju kkwotat fil-Borża tal-Metall ta' Londra (“il-prezz LME”). Fi tweġiba għal din id-dikjarazzjoni għandu jiġi nnutat li l-prezz imħallas mill-produttur tal-Unjoni lil funderiji tal-aluminjujew operaturi tas-suq hija s-somma tal-prezz tal-LME u soprataxxamagħrufa bħala l-“primjum tal-metall”. Għalhekk kwalunkwe valutazzjoni tal-kost tal-unità tal-produttur tal-Unjoni bbażata biss fuq il-prezz LME għandha titqies mhux kompluta. It-talba kienet għalhekk miċħuda. |
(161) |
L-istess parti interessata iddikjarat li r-rikonċiljazzjoni tal-evoluzzjoni tal-kost ta' unità mal-evoluzzjoni tal-prezz tal-aluminju xorta waħda tkun impossibbli anke jekk jiġi kkunsidrat il-primjum tal-metall. Madankollu, din id-dikjarazzjoni ma kinitx sostanzjata. Barra minn hekk, l-imvestigazzjoni wriet li l-prezz tal-LME naqas matul il-perjodu kkunsidrat b'aktar minn 20 % filwaqt li l-primjum tal-metall aktar milli rdoppja matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, jekk wieħed jieħu flimkien l-LME u l-primjum bħala l-kost totali ta' aluminju, il-kost naqas matul il-perjodu kkunsidrat b'madwar 11 %. Dan it-tnaqqis huwa konformi, u proprjament identiku, għat-tnaqqis tal-kost tal-unità irrappurtat fuq l-istess perjodu fil-premessa (156). Għaldaqstant id-dikjarazzjoni ma ġietx aċċettata. |
(162) |
Produttur Ċiniż irrefera għal premessa (156) u ddikjara li l-kawżi possibbli ta' ħsara kienu importazzjonijiet bi prezzijiet aktar baxxi, allegati kostijiet ta' produzzjoni ogħla, nuqqas ta' interess fl-AHF minħabba li l-prezzijiet ta' kategoriji oħra ta' fojl fl-Unjoni jkunu ogħla u nuqqas ta' interess fis-suq tal-Unjoni minħabba li l-prezzijiet ikunu igħla fis-swieq tal-esportazzjoni. Fir-rigward tal-kostijiet ta' produzzjoni ogħla, il-produttur Ċiniż semma l-primjum għoli tal-metall u l-fatt li l-industrija tal-Unjoni kienet qed tuża taħlita ta' żewġ metodi ta' manifattura, laminazzjoni termali u tidwib kontinwu filwaqt li dipendenza esklusiva fuq it-tidwib kontinwu tkun aktar kosteffettiva. |
(163) |
Fi tweġiba għal dawn id-dikjarazzjonijiet, huwa mfakkar li minn premessi (156) u (157) jista' jiġi konkluż li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali. Fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet dwar il-kostijiet tal-produzzjoni, huwa nnutat li fir-rigward tal-irwol tal-primjum tal-metall bħala fattur potenzjali ta' ħsara, l-investigazzjoni parallela stabbiliet li kemm l-industrija tal-Unjoni kif ukoll il-produttur esportatur Russu ġarrbu kostijiet kumparabbli metaakkwistaw il-materja prima biex jimmanifatturaw l-AHF, minħabba li l-prezzijiet tas-suq ta' din il-materja prima kemm fir-Russja kif ukoll fl-Unjoni huma marbuta direttament mal-Borża tal-Metall ta' Londra. Għalhekk jista' jiġi konkluż li l-livell ta' primjum tal-metall ma kienx fattur ta' ħsara matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Fejn jidħol ir-rwol potenzjali ta' metodi ta' manifatturar, l-investigazzjoni wriet li intuża t-tidwib kontinwu għall-produzzjoni ta' żewġ terzi tal-AHF prodott mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Kwalunkwe differenza fil-kosteffettività għalhekk tittaffa mill-preponderanza tat-tidwib kontinwu bħala metodu ta' produzzjoni fl-Unjoni. Huwa spjegat ukoll fil-premessa (185) li ma kien hemm ebda indikazzjoni li l-industrija tal-Unjoni tilfet l-interess fl-AHF. L-investigazzjoni ma kienet uriet l-ebda indikazzjoni li l-produtturi tal-Unjoni abbandunaw is-suq tal-Unjoni favur is-swieq tal-esportazzjoni ta' AHF. L-investigazzjoni wriet verament li l-produtturi tal-Unjoni esportaw biss 1 182 tunnellata ta' AHF lejn pajjiżi terzi matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami li jirrappreżenta anqas minn 3 % tal-bejgħ domestiku tal-produtturi tal-Unjoni matul l-istess perjodu. Għalhekk dawn it-talbiet ġew miċħuda. |
(164) |
Fuq il-bażi ta' dak li ntqal aktar 'il fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet ħsara materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
F. PROBABBILTÀ TA' RIKORRENZA JEW KONTINWAZZJONI TAL-ĦSARA
1. Kummenti preliminari
(165) |
Minħabba li ġie konkluż li ma kien hemm ebda probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping għall-importazzjonijiet mill-Brażil, l-analiżi tal-probabbiltà ta' rikorrenza jew kontinwazzjoni ta' ħsara hija limitata għall-importazzjonijiet mir-RPĊ. |
(166) |
Għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-impatt potenzjali tal-importazzjonijiet Ċiniżi fuq is-suq tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni kien analizzat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament Bażiku. |
(167) |
Kif muri fil-premessi (124) sa (164), l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Matul il-perjodu kkunsidrat kollu, l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu preżenti biss fis-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet limitati, filwaqt li l-volum tal-importazzjoni u s-sehem tas-suq mill-Indoneżja kważi ttripla matul l-istess perjodu. Fl-investigazzjoni parallela, ġie konkluż li l-importazzjonijiet mir-Russja kienu dumped u kkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni, filwaqt li l-importazzjonijiet miċ-Ċina, minħabba l-volum u l-livelli tal-prezzijiet baxxi, kienu biss ta' kontribut parzjali għall-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni mingħajr ma kissru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet mir-Russja u l-ħsra matarjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. Fl-istess ħin, kif spjegat fil-premessi (80) u (100), l-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet Ċiniżi saru f'livelli ta' prezzijiet li huma oġġett ta' dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u kien hemm probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
2. Il-kapaċità żejda, il-flussi tal-kummerċ u l-ġibda tas-suq tal-Unjoni, u l-imġiba tal-prezzijiet tar-RPĊ
(168) |
Il-kapaċitajiet żejda sinifikanti fir-RPĊ li ma jistgħux jiġu assorbiti għal kollox mid-domanda domestika Ċiniża u mis-swieq tal-esportazzjoni minbarra dawk tas-suq tal-Unjoni, il-kontinwazzjoni ta' dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami b'marġini ta' dumping sinifikanti u l-prattika ta' dumping tal-esportaturi Ċiniżi lejn swieq ta' pajjiżi terzi, deskritti f'dettall fil-premessi (82) sa (100) jindikaw biċ-ċar li hemm probabbiltà qawwija li l-volumi tal-importazzjonijiet dumped Ċiniżi jiżdiedu b'mod sinifikanti fil-każ li l-miżuri fis-seħħ jitħallew jiskadu. |
(169) |
Jekk il-miżuri fis-seħħ jitneħħew, il-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi bl-akbar probabbiltà jwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Fil-fatt l-investigazzjoni wriet li fin-nuqqas ta' dazji antidumping, l-importazzjonijiet Ċiniżi li saru taħt ir-reġim normali tal-importazzjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami kienu jwaqqgħu il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'medja ta' 12,2 % (10). |
(170) |
Kif imsemmi fil-premessi (92) sa (94), is-suq tal-Unjoni huwa attraenti għall-importazzjonijiet Ċiniżi minħabba li l-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni kienu b'mod ġenerali konformi mal-prezzijiet fi swieq oħra tal-esportazzjoni. Barra minn hekk, f'Lulju 2014 it-Turkija imponiet miżuri antidumping kontra ċ-Ċina għal għadd ta' fojls tal-aluminju inkluż il-prodott ikkonċernat. Għalhekk huwa probabbli li parti mill-produzzjoni li qabel kienet tiġi esportata lejn it-Turkija tiġi orjentata mill-ġdid lejn is-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri kontra ċ-Ċina jitneħħew. Għalhekk, jista' jiġi konkluż li t-tneħħija tal-miżuri bil-probabbiltà kollha tirriżulta f'żieda sinifikanti ta' importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet li huma oġġett ta' dumping li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'mod sinifikanti, u b'hekk joħolqu aktar ħsara lill-industrija tal-Unjoni. |
(171) |
Il-produttur Brażiljan li kkoopera u l-Barzilian Aluminium Association iddikjaraw li, fuq il-bażi tal-istatistika ppubblikata mill-EAFA, jista' jiġi stabbilit li l-produtturi tal-Unjoni ta' fojl tal-aluminju żiedu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn swieq ta' pajjiżi terzi li juri li dawn il-pajjiżi terzi kienu aktar attraenti mis-suq tal-Unjoni. Fir-rigward ta' din id-dikjarazzjoni, instab li l-istatistika użata minn dawn il-partijiet kienet tirreferi jew għas-settur tal-fojl tal-aluminju kollu inkella għal kategorija ta' gejġijiet irqaq li tinkludi l-AHF iżda wkoll tipi oħra ta' fojls bħal converter foils u fojls li jintużaw għal ippakkjar flessibbli. Fuq din il-bażi, ma tista' ssir l-ebda konklużjoni fir-rigward tal-prodott ikkonċernat waħdu. Barra minn hekk, l-investigazzjoni stabbiliet li l-volumi tal-prodott ikkonċernat esportat mill-industrija tal-Unjoni lejn swieq ta' pajjiżi terzi matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami kienu jammontaw għal 1 182 tunnellata biss, li jirrappreżentaw anqas minn 3 % tal-bejgħ domestiku tagħhom matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' riezami. Għaldaqstant il-pretensjonijiet li saru f'dan ir-rigward ġew irrifjutati. |
3. Konklużjoni
(172) |
B'ħarsa lejn is-sejbiet tal-investigazzjoni, huwa konkluż li t-tneħħija tal-miżuri kontra r-RPĊ bil-probabbiltà kollha tirriżulta f'żieda sinifikanti ta' importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet li huma oġġett ta' dumping li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b'mod sinifikanti, u b'hekk joħolqu aktar ħsara mill-industrija tal-Unjoni. |
G. L-INTERESS TAL-UNJONI
1. Kumment preliminari
(173) |
Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri antidumping eżistenti kontra ċ-Ċina tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni b'mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq l-apprezzament tal-interessi varji involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-operaturi tas-suq, tal-importaturi u tal-utenti. |
2. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
(174) |
L-investigazzjoni stabbiliet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Kif imsemmi fil-premessa (167) il-ħsara materjali tirriżulta l-aktar mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-Russja, filwaqt li l-importazzjonijiet miċ-Ċina ikkontribwew biss parzjalment għall-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. Ġie stabbilit ukoll li kien hemm probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' ħsara jekk il-miżuri koltra ċ-Ċina jitħallew jiskadu. |
(175) |
Fil-każ li l-miżuri kontra ċ-Ċina jitneħħew, huwa proballi li l-importazzjonijiet Ċiniżi jerġgħu jibdew b'volumi kbar fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma oġġett ta' dumping li jwaqqgħu wkoll sinifikattivament il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u jpoġġu pressjoni ogħla fuq il-prezzijiet minn dik impoġġija mill-importazzjonijiet Russi matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. L-industrija tal-Unjoni jkollha tilħaq il-livelli ta' prezzijiet aktar baxxi u għalhekk tkabbar it-telf tagħha. |
3. L-interess tal-utenti
(176) |
L-utenti fl-Unjoni huma rewinders li l-attivitajiet tagħhom jikkonsistu fil-kummerċ ta' materjal għat-tgeżwir (fojl tal-aluminju iżda wkoll karta u plastika) wara r-rumblar mill-ġdid tal-AHF f'rombli żgħar (“rombli għall-konsumatur”) u l-ippakkjar mill-ġdid għall-kummerċ industrijali u l-bejgħ bl-imnut. Seba' kumpaniji ppreżentaw ruħhom u rċevew kwestjonarju. Erba' kumpaniji kkooperaw fil-proċedimenti billi bagħtu t-tweġibiet għall-kwestjonarju. Tliet kumpaniji li kkooperaw ġew ivverifikati fuq il-post. |
(177) |
L-investigazzjoni wriet li l-AHF huwa l-materja prima ewlenija tar-rewinders, li tirrappreżenta madwar 80 % tal-kost totali totali tal-manifattura. |
(178) |
Matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, l-ebda wieħed mit-tliet utenti li kkooperaw ma importa mir-RPĊ. Is-sorsi prinċipali ta' forniment tagħhom kienu l-industrija tal-Unjoni, ir-Russja u t-Turkjia. |
(179) |
Peress li r-rewinders huma fornituri ta' firxa wiesgħa ta' prodotti ta' imballaġġ, għat-tliet kumpaniji li kkooperaw li xtraw il-prodott ikkonċernat mir-Russja, l-attività li tinkorpora l-AHF tirrappreżenta minn inqas minn wieħed minn sitta għal massimu ta' kwart tal-attività totali tagħhom. |
(180) |
Matul il-perjodu ta' investigazzjoni nstab li l-kumpaniji kienu ġeneralment profittabbli. Fir-rigward tal-attività li tinkorpora l-prodott ikkonċernat, tnejn mill-utenti li kkooperaw instab li kienu profittabbli filwaqt li ma setgħet issir l-ebda konklużjoni għat-tielet wieħed minħabba nuqqas ta' ċarezza fl-allokazzjoni tal-bejgħ u l-kostijiet ġenerali u amministrattivi (SG&A) tiegħu. |
(181) |
Minħabba s-sejbiet t'hawn fuq, huwa meqjus li ż-żamma tal-miżuri kontra ċ-Ċina ma jkollhiex impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni tal-utenti. |
4. Interess ta' importaturi/operaturi tas-suq
(182) |
L-ebda kumpanija involuta fil-kummerċ ta' AHF u li impurtat jew biegħet mill-ġdid l-AHF li joriġina fir-RPĊ matul il-perjodu kkunsidrat ma resqet 'il quddiem għall-pubblikazzjoni tan-Notifika ta' Bidu. Tabilħaqq, l-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni u l-produttur esportatur kienu qed ibigħu l-AHF fil-biċċa l-kbira direttament lill-utenti. Għal dawn ir-raġunijiet, ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-impożizzjoni ta' miżuri jista' jkollha effett negattiv fuq is-sitwazzjoni tal-importaturi/operaturi tas-suq. |
5. Sorsi ta' forniment
(183) |
Xi partijiet interessati ddikjaraw li l-industrija tal-Unjoni ma għandhiex biżżejjed kapaċità biex tkopri d-domanda sħiħa fl-Unjoni. Għalhekk, dawk il-partijiet iddikjaraw li, jekk il-miżuri jinżammu kontra l-Brażil u ċ-Ċina, u fl-istess ħin jekk il-miżuri definittivi jiġu imposti kontra r-Russja, l-Unjoni tesperjenza nuqqas fil-provvista li żżid il-prezz ta' AHF. Minħabba hekk, ir-rewinders ikollhom ukoll iżidu l-prezzijiet tar-rombli għall-konsumatur għad-detriment tal-konsumaturi. |
(184) |
L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni kellha kapaċità żejda u hija kapaċi żżid il-produzzjoni u l-bejgħ tal-AHF fl-Unjoni. Barra minn hekk, hemm disponibbli sorsi alternattivi ta' provvista bħat-Turkija, l-Armenja kif ukoll l-Afrika t'Isfel u l-Indja. Fl-aħħar għandu jitfakkar ukoll li l-miżuri antidumping għandhom l-għan li jistabbilixxu kundizzjonijiet ekwi fl-Unjoni u mhux li jżommu l-importazzjonijiet Ċiniżi u Russi barra mis-suq tal-Unjoni, li għandhom jidħlu fis-suq b'livelli ta' prezzijiet ġusti. |
6. Argumenti oħrajn
(185) |
Parti interessata ddikjarat li l-industrija tal-Unjoni tilfet l-interess tagħha fl-AHF u li għal din ir-raġuni ma kellhiex għażla oħra għajr li tuża AHF impurtat. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-akbar produttur tal-Unjoni inkluż fil-kampjun kien qiegħed jipproduċi biss AHF. Produtturi oħra tal-UE inklużi fil-kampjun instabu li kienu qed jużaw il-faċiliità ta' manifattura tagħhom biex jipproduċu taħlita ta' AHF u aluminium converter foil (“ACF”) li huwa prodott differenti użat f'applikazzjonijiet differenti minn dawk tal-AHF. Dawn il-produtturi l-oħra tal-Unjoni kellhom proporzjon relattivament stabbli ta' produzzjoni u bejgħ ta' AHF u ACF matul il-perjodu kkunsidrat. Għaldaqstant l-investigazzjoni ma kkonfermatx l-allegazzjonijiet li l-industrija tal-Unjoni bidlet il-produzzjoni tagħha minn AHF għall-ACF. |
7. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
(186) |
Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti biex jiġi konkluż li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw mir-RPĊ. |
H. MIŻURI ANTIDUMPING
(187) |
Il-partijiet kollha ġew infurmati bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien intenzjonat li jiġi rakkomandat li l-miżuri eżistenti kontra r-RPĊ jinżammu u dawk eżistenti kontra l-Brażil jitħassru. Ingħataw ukoll perjodu biex jissottomettu kummenti wara din id-divulgazzjoni. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ngħataw il-kunsiderazzjoni dovuta fejn kien xieraq. |
(188) |
Minn dan isegwi li, kif provdut fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw fir-RPĊ, imposti bir-Regolament (KE) Nru 925/2009, għandhom jinżammu. Għall-kuntrarju, il-miżuri applikabbli għall-importazzjonijiet mill-Brażil għandhom jitħallew jiskadu, |
(189) |
Kumpanija tista' titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati ta' dazju antidumping individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (11). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, avviż dwar il-bidla tal-isem jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(190) |
Dan ir-Regolament huwa skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju definittiv antidumping huwa b'dan impost fuq l-importazzjoni ta' fojl tal-aluminju ta' ħxuna ta' mhux inqas minn 0,008 mm u mhux aktar minn 0,018 mm, mhux miksi, mhux maħdum aktar milli rolljat, f'rombli ta' wisgħa mhux aktar minn 650 mm u li ma jiżnux aktar minn 10 kilogrammi u li fil-preżent jaqa' fil-kodiċi NM ex 7607 11 19 (kodiċi TARIC 7607111910) u li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Ir-rata tad-dazju antidumping definittiva applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt tkun kif ġej:
Pajjiż |
Il-kumpanija |
Dazju antidumping |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
RPĊ |
Alcoa (Shanghai) Aluminium Products Co., Ltd, u Alcoa (Bohai) Aluminium Industries Co., Ltd. |
6,4 % |
A944 |
Shandong Loften Aluminium Foil Co., Ltd. |
20,3 % |
A945 |
|
Zhenjiang Dingsheng Aluminium Co., Ltd. |
24,2 % |
A946 |
|
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
30,0 % |
A999 |
3. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
4. L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 isseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fiha jidhru dikjarazzjoni ddatata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ din il-fattura, identifikat minn ismu/isimha u l-funzjoni, abbozzata kif ġej: “Jiena, sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) ta' fojl tal-aluminju mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f'din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata din il-fattura, tapplika r-rata ta' dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.
5. Il-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet tal-prodott imsemmi fl-Artikolu 1(1) li joriġinaw fil-Brażil huwa b'dan terminat.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 925/2009 tal-24 ta' Settembru 2009 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu fojl tal-aluminju li joriġina mill-Armenja, mill-Brażil u mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 262, 6.10.2009, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/736/KE tal-5 ta' Ottubru 2009 li taċċetta impenn offert b'rabta mal-proċedura antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta' ċertu fojl tal-aluminju li joriġina, fost l-oħrajn, mill-Brażil (ĠU L 262, 6.10.2009, p. 50)
(4) Notifika ta' skadenza imminenti ta' ċerti miżuri ta' antidumping (ĠU C 49, 21.2.2014, p. 7).
(5) Notifika tal-iskadenza ta' ċerti miżuri ta' antidumping (ĠU C 350, 4.10.2014, p. 22).
(6) Notifika ta' bidu ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw mill-Brażil u mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, (ĠU C 350, 4.10.2014, p. 11).
(7) In-Notifika ta' Bidu ta' proċediment antidumping dwar l-importazzjonijiet ta' ċertu fojl tal-aluminju li joriġina mir-Russja, (ĠU C 354, 8.10.2014, p. 14).
(8) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1081 tat-3 ta' Lulju 2015 li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti fojls tal-aluminju li joriġinaw mir-Russja (ĠU L 175, 4.7.2015, p. 14).
(9) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2385 tas-17 ta' Diċembru 2015 li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq importazzjonijiet ta' ċertu fojls tal-aluminju li joriġinaw mir-Russja (ara l-paġna 91 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(10) Għad-determinazzjoni tar-rata ta' twaqqigħ fil-prezzijiet ta' 12,2 % ġie meqjus li r-rata tad-dazju doganali kienet tammonta għal 4 % matul l-ewwel tliet xhur tal-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u żdiedet għal 7,5 % aktar tard. L-applikazzjoni tar-rata tad-dazju doganali applikabbli bħalissa ta' 7,5 % għall-perjodu kollu jkollha impatt negliġibbli, minħabba li tnaqqas ir-rata ta' twaqqigħ fil-prezzijiet b'0,5 % biss.
(11) European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, Office N105 08/170, 1040 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË.