16.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 330/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2340

tal-15 ta' Diċembru 2015

li jemenda d-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ammonti minimi ta' applikazzjoni għall-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta' ċerti kuntratti ta' xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 68 tagħha,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 94/800/KE (2) il-Kunsill ikkonkluda l-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (“il-Ftehim”) (3). Il-Ftehim għandu jkun applikat għal kwalunkwe kuntratt ta' akkwisti b'valur li jilħaq jew li jaqbeż l-ammonti (“il-limiti”) stipulati fil-Ftehim u espressi bħala drittijiet speċjali ta' prelevament.

(2)

Wieħed mill-għanijiet tad-Direttivi 2004/17/KE (4) u 2004/18/KE (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill huwa li jippermettu lill-entitajiet kontraenti kif ukoll lill-awtoritajiet kontraenti li japplikaw dawn id-Direttivi biex ikunu jistgħu jikkonformaw fl-istess waqt mal-obbligi stabbiliti fil-Ftehim. Biex jinkiseb dan, il-limiti stabbiliti f'dawn id-Direttivi għall-kuntratti pubbliċi, li huma koperti wkoll mill-Ftehim, għandhom jiġu allinjati sabiex jiġi assigurat li jikkorrispondu mal-ekwivalenti f'euro, imqarrba għall-eqreb elf, tal-limiti stipulati fil-Ftehim.

(3)

Għal raġunijiet ta' koerenza, il-limiti stabbiliti fid-Direttiva 2009/81/KE għandhom jiġu allinjati mal-limiti riveduti kif stabbiliti fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/17/KE.

(4)

Id-Direttiva 2009/81/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti Pubbliċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/81/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-punt (a), l-ammont “EUR 414 000” jinbidel b'“EUR 418 000”.

(2)

Fil-punt (b), l-ammont “EUR 5 186 000” jinbidel b'“EUR 5 225 000”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x'jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta' negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1).

(3)  Il-Ftehim huwa ftehim multilaterali fi ħdan il-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. L-għan tal-Ftehim hu li jinfetħu swieq tal-akkwist pubbliku mill-gvern fost il-partijiet kontraenti tiegħu.

(4)  Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1).

(5)  Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114).