10.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 325/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2282

tas-27 ta' Novembru 2015

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 fir-rigward tal-formoli ta' notifika u l-iskedi ta' informazzjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar l-għajnuna mill-Istat,

Billi:

(1)

L-inizjattiva ta' modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat iffukat fuq l-identifikazzjoni ta' prinċipji komuni għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżuri kollha ta' għajnuna mill-Kummissjoni. F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni tqis miżura ta' għajnuna bħala kompatibbli mat-Trattat biss jekk tkun tissodisfa l-kriterji ta' kontribuzzjoni għal għan definit sew ta' interess komuni; il-bżonn għal intervent mill-Istat; l-adegwatezza; l-effett ta' inċentiv; il-proporzjonalità; u l-evitar ta' effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat se jiġu riveduti u ssimplifikati sabiex jirriflettu dawk il-prinċipji komuni ta' valutazzjoni. Il-formoli ta' notifika ta' għajnuna mill-Istat u l-iskedi ta' informazzjoni li jinsabu fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (2) għandhom għalhekk jiġu adattati biex jiġi żgurat li l-Kummissjoni tirċievi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tkun tista' twettaq il-valutazzjoni tagħha skont ir-regoli modernizzati dwar l-għajnuna mill-Istat.

(2)

Il-miżuri ta' għajnuna għandhom ukoll jikkonformaw mal-kriterji ta' trasparenza, stipulati f'Komunikazzjoni dwar it-Trasparenza (3), bil-għan li jippromwovu l-konformità, inaqqsu l-inċertezza u jippermettu lill-kumpaniji biex jivverifikaw jekk l-għajnuna mogħtija lil kompetituri hijiex legali. Barra minn hekk, it-trasparenza tiffaċilita l-infurzar għal awtoritajiet nazzjonali u reġjonali billi żżid is-sensibilizzazzjoni ta' għajnuna mogħtija f'diversi livelli, biex b'hekk jiġu żgurati monitoraġġ u segwitu aħjar fil-livell nazzjonali u lokali. Għal dak l-għan, l-Istati Membri notifikanti għandhom jipprovdu informazzjoni relevanti dwar il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar il-miżuri ta' għajnuna.

(3)

Fid-dawl tal-impatt potenzjali fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni ta' skemi ta' għajnuna b'baġits għall-għajnuna kbar, jew li jkollhom karatteristiċi ġodda jew li jkunu jinvolvu bidliet sinifikanti fis-suq, bidliet teknoloġiċi jew regolatorji, l-Istati Membri għandhom iwettqu evalwazzjoni ta' dawk it-tip ta' skemi. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tivvaluta l-pjan ta' evalwazzjoni, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni abbozz ta' pjan ta' evalwazzjoni fl-istess ħin li jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-iskema ta' għajnuna kkonċernata. Għal dak l-għan, għandha tiżdied formola ġdida għall-evalwazzjoni mar-Regolament (KE) Nru 794/2004, li għandha tintuża mill-Istati Membri.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 huwa emendat kif ġej:

1.

It-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea”;

2.

L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament;

3.

L-Annessi III A u III B huma sostitwiti bit-test fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Novembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9.

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat, (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).

(3)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni li temenda l-Komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar Linji Gwida tal-UE għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks tal-broadband, dwar Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020, dwar għajnuna mill-Istat għal films u xogħlijiet awdjoviżivi oħra, dwar Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta' investimenti u finanzjament ta' riskju u dwar il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat lil ajruporti u l-linji tal-ajru (ĠU C 198, 27.6.2014, p. 30).


ANNESS I

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti I hija sostitwita b'dan li ġej:

“PARTI I.

INFORMAZZJONI ĠENERALI

1.   Status tan-notifika

L-informazzjoni mibgħuta fuq din il-formola tikkonċerna:

(a) ☐

notifika minn qabel? Jekk iva, jaf ma jkollokx bżonn timla l-formola sħiħa f'dan l-istadju, iżda tiftiehem mas-servizzi tal-Kummissjoni dwar liema informazzjoni hija meħtieġa sabiex issir valutazzjoni preliminari tal-miżura proposta.

(b) ☐

notifika skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)?

(c) ☐

notifika simplifikata skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 (1)? Jekk iva, imla biss il-Formola ta' Notifika Simplifikata fl-Anness II.

(d) ☐

miżura li ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE iżda hija notifikata lill-Kummissjoni għal raġunijiet ta' ċertezza legali?

Jekk għażilt l-ittra (d) ta' hawn fuq, jekk jogħġbok indika hawn taħt għaliex l-Istat Membru li qed jagħmel in-notifika jqis li l-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Jekk jogħġbok ipprovdi valutazzjoni sħiħa tal-miżura fid-dawl ta' kull wieħed mill-erba' kriterji li ġejjin, filwaqt li tenfasizza b'mod partikolari l-kriterji li inti tqis li mhumiex issodisfati fil-miżura ppjanata:

Il-miżura nnotifikata timplika trasferiment ta' riżorsi pubbliċi jew hija imputabbli lill-Istat?

Il-miżura nnotifikata tagħti vantaġġ lil impriżi?

Il-miżura hija diskrezzjonali, disponibbli biss għal għadd limitat ta' intrapriżi, f'għadd limitat ta' setturi tal-ekonomija jew tinvolvi xi restrizzjonijiet territorjali?

Il-miżura taffettwa l-kompetizzjoni fis-suq intern jew thedded li toħloq distorsjoni tal-kummerċ fl-Unjoni?

2.   Identifikazzjoni tal-konċedent tal-għajnuna

Stat Membru kkonċernat:

Reġjun(i) tal-Istat Membru kkonċernat (fil-livell NUTS 2); inkludi informazzjoni dwar l-istatus tal-għajnuna reġjonali tagħhom:

Persuna/i ta' kuntatt:

 

Isem: …

 

Indirizz: …

 

Numrui tat-telefown: …

 

Indirizz(i) tal-posta elettronika: …

Indika l-isem, l-indirizz (inkluż l-indirizz fuq il-web) u l-indirizz elettroniku tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

 

Isem: …

 

Indirizz: …

 

Indirizz fuq il-web: …

 

Indirizz tal-posta elettronika: …

Il-persuna ta' kuntatt fir-Rappreżentanza Permanenti

 

Isem: …

 

Numru/i tat-telefown: …

 

Indirizz tal-posta elettronika: …

Jekk tixtieq li kopja tal-korrispondenza uffiċjali mibgħuta mill-Kummissjoni lill-Istat Membru tingħadda lil awtoritajiet nazzjonali oħrajn, indika isimhom, l-indirizz (inkluż l-indirizz tagħhom fuq il-web) u l-indirizz tal-posta elettronika tagħhom hawnhekk:

 

Isem: …

 

Indirizz: …

 

Indirizz fuq il-web: …

 

Indirizz tal-posta elettronika: …

3.   Benefiċjarji

3.1.   Fejn jinsab(u) (i)l-benefiċjarju/i

(a) ☐

f'reġjun(i) mhux assistit(i): …

(b) ☐

f'reġjun(i) eliġibbli għal assistenza skont l-Artikolu 107(3)(a) TFUE (speċifika r-reġjun(i) skont il-livell NUTS 2): …

(c) ☐

f'reġjun(i) eliġibbli għal assistenza skont l-Artikolu 107(3)(a) TFUE (speċifika r-reġjun(i) skontil-livell NUTS 3 jew fl-livell iktar baxx): …

3.2.   Jekk applikabbli, fejn jinsab(u) (i)l-proġett(i)

(a) ☐

f'reġjun(i) mhux assistit(i): …

(b) ☐

f'reġjun(i) eliġibbli għal assistenza skont l-Artikolu 107(3)(a) TFUE (speċifika r-reġjun(i) skont il-livell NUTS 2): …

(c) ☐

f'reġjun(i) eliġibbli għal assistenza skont l-Artikolu 107(3)(a) TFUE (speċifika r-reġjun(i) skont il-livell NUTS 3 jew fl-livell iktar baxx): …

3.3.   Is-settur(i) affettwat(i) mill-miżura ta' għajnuna (jiġifieri dawk li fihom huma attivi l-benefiċjarji tal-għajnuna):

(a) ☐

Miftuħ għas-setturi kollha

(b) ☐

Speċifiku għas-settur. F'dak il-każ, speċifika s-settur(i) fil-livell tal-grupp NACE (2): …

3.4.   Fil-każ ta' skema ta' għajnuna, speċifika:

3.4.1.   Tip ta' benefiċjarji:

(a) ☐

intrapriżi kbar

(b) ☐

intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs)

(c) ☐

intrapriżi ta' daqs medju

(d) ☐

intrapriżi żgħar

(e) ☐

intrapriżi mikro

3.4.2.   Stima tal-għadd ta' benefiċjarji:

(a) ☐

inqas minn 10

(b) ☐

minn 11 sa 50

(c) ☐

minn 51 sa 100

(d) ☐

minn 101 sa 500

(e) ☐

minn 501 sa 1 000

(f) ☐

aktar minn 1 000

3.5.   Fil-każ ta' għajnuna individwali, jew mogħtija fl-ambitu ta' skema jew bħala għajnuna ad hoc, speċifika:

3.5.1.   Isem il-benefiċjarju/i:

3.5.2.   It-tip ta' benefiċjarju/i:

SME

L-għadd ta' impjegati:

Fatturat annwali (ammont sħiħ fil-munita nazzjonali, matul l-aħħar sena finanzjarja):

Total annwali tal-karta tal-bilanċ (ammont sħiħ fil-munita nazzjonali, matul l-aħħar sena finanzjarja):

L-eżistenza ta' intrapriża assoċjata jew intrapriża msieħba (ehmeż dikjarazzjoni skont l-Artikolu 3(5) tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-SMEs (3) li tikkonferma l-istatus awtonomu jew assoċjat jew imsieħeb tal-impriża benefiċjarja (4)):

Intrapriża kbira

3.6.   Il-benefiċjarju/i huwa/huma impriża f'diffikultà (5)?

☐ iva

☐ le

3.7.   Ordnijiet ta' rkupru pendenti

3.7.1.   Fil-każ ta' għajnuna individwali:

L-awtoritajiet tal-Istat Membru jieħdu impenn li jissospendu l-għoti u/jew il-ħlas tal-għajnuna notifikata jekk il-benefiċjarju jkun għad għandu għad-dispożizzjoni tiegħu għajnuna illegali li tkun ngħatatlu u li ġiet iddikjarata inkompatibbli b' Deċiżjoni tal-Kummissjoni (bħala għajnuna individwali jew bħala għajnuna minn skema ta' għajnuna ddikjarata inkompatibbli), sakemm il-benefiċjarju jrodd lura jew iħallas f'kont blukkat l-ammont sħiħ tal-għajnuna illegali u inkompatibbli u l-imgħax tal-irkupru korrispondenti.

☐ iva

☐ le

Ipprovdi r-referenza għall-bażi ġuridika nazzjonali rigward dan il-punt:

3.7.2.   Fil-każ ta' skemi tal-għajnuna:

L-awtoritajiet tal-Istat Membru jieħdu l-impenn li jissospendu l-għoti u/jew il-ħlas tal-għajnuna notifikata jekk il-benefiċjarju jkun għad għandu għad-dispożizzjoni tiegħu għajnuna illegali li ngħatatlu qabel li ġiet iddikjarata bħala inkompatibbli minn Deċiżjoni tal-Kummissjoni (jew bħala għajnuna individwali jew bħala għajnuna minn skema ta' għajnuna ddikjarata inkompatibbli), sakemm il-benefiċjarju jrodd lura jew iħallas f'kont imblokkat l-ammont sħiħ tal-għajnuna illegali u inkompatibbli u l-imgħax tal-irkupru korrispondenti.

☐ iva

☐ le

Ipprovdi r-referenza għall-bażi ġuridika nazzjonali rigward dan il-punt:

4.   Bażi Ġuridika Nazzjonali

4.1.   Ipprovdi l-bażi ġuridika nazzjonali tal-miżura ta' għajnuna inklużi d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni u s-sorsi rispettivi tagħhom:

Bażi ġuridika nazzjonali: …

Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni (meta applikabbli):

Referenzi (meta applikabbli):

4.2.   Ma' din in-notifika, ehmeż wieħed mid-dokumenti li ġejjin:

(a) ☐

kopja tas-siltiet rilevanti tat-test(i) finali tal-bażi ġuridika (flimkien ma' indirizz fuq il-web li jagħti aċċess dirett għaliha, jekk ikun disponibbli)

(b) ☐

kopja tas-siltiet rilevanti tal-abbozz tat-test(i) tal-bażi ġuridika (flimkien ma' indirizz fuq il-web li jagħti aċċess dirett għalih, jekk disponibbli)

4.3.   Fil-każ ta' test finali, it-test finali fih klawżola ta' sospensjoni li biha l-korp li jagħti l-għajnuna jkun jista' jagħti l-għajnuna biss wara li l-Kummissjoni tkun awtorizzatha?

Iva

Le: ġiet inkluża dispożizzjoni f'dak is-sens fl-abbozz tat-test?

Iva

Le: spjega għaliex ma ġietx inkluża dispożizzjoni ta' dak it-tip fit-test tal-bażi ġuridika.

4.4.   Fejn it-test tal-bażi ġuridika fih klawżola ta' sospensjoni, indika jekkd-data li fiha ngħatat l-għajnuna hix se tkun:

id-data tal-approvazzjoni tal-Kummissjoni

id-data li fiha l-awtoritajiet nazzjonali ħadu impenn li jagħtu l-għajnuna, soġġetta għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni

5.   Identifikazzjoni tal-Għajnuna, l-Għan u t-Tul ta' żmien

5.1.   Titlu tal-miżura ta' għajnuna (jew isem il-benefiċjarju tal-għajnuna individwali)

5.2.   Deskrizzjoni fil-qosor tal-għan tal-għajnuna

5.3.   Il-miżura tikkonċerna l-kofinanzjament nazzjonali ta' proġett tal-Fond Ewropew għal Investiment Strateġiku (EFSI) (6)?

Le

Iva: ehmeż il-formola ta' applikazzjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment mal-formola ta' notifika

5.4.   Tip ta' għajnuna

5.4.1.   In-notifika tirrigwarda skema ta' għajnuna?

Le

Iva: L-iskema temenda skema ta' għajnuna eżistenti?

Le

Iva: Huma ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti għall-proċedura simplifikata ta' notifika skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 794/2004?

Iva: Uża u imla l-Formola Simplifikata ta' Notifika (ara l-Anness II).

Le: Kompli b'din il-formola, u għid jekk l-iskema oriġinali li qed tiġi emendata kinitx notifikata lill-Kummissjoni

Iva: speċifika:

Numru tal-għajnuna (7): …

Data tal-approvazzjoni tal-Kummissjoni (referenza għall-ittra tal-Kummissjoni) jekk rilevanti, jew in-numru tal-eżenzjoni: …/…/…;

Tul ta' żmien tal-iskema oriġinali: …

Speċifika liema kundizzjonijet qed jiġu emendati fir-rigward tal-iskema oriġinali u għaliex: …

Le: speċifika meta l-iskema ġiet implimentata:

5.4.2.   In-notifika tirrigwarda għajnuna individwali (8)?

Le

Iva: indika jekk:

l-għajnuna hijiex ibbażata fuq skema approvata/li ngħatat eżenzjoni ta' kategorija li għandha tiġi notifikata individwalment. Ipprovdi r-referenza għall-iskema approvata jew l-iskema eżentata:

 

Titlu: …

 

Numru tal-għajnuna (7): …

 

L-ittra tal-approvazzjoni tal-Kummissjoni (fejn applikabbli): …

l-għajnuna individwali mhijiex ibbażata fuq skema

5.4.3.   Is-sistema ta' finanzjament tifforma parti integrali mill-miżura ta' għajnuna (pereżempju, billi jiġu applikati imposti parafiskali sabiex jinġabru l-fondi meħtieġa biex l-għajnuna tkun tista' tingħata)?

Le

Iva: jekk iva, is-sistema ta' finanzjament għandha tiġi notifikata wkoll.

5.5.   Tul ta' żmien

☐   Skema

Indika l-aħħar data prevista sa liema tista' tingħata l-għajnuna individwali skont l-iskema. Jekk it-tul ta' żmien huwa itwal minn sitt snin, indika għaliex perjodu itwal huwa indispensabbli għall-ilħuq tal-għanijiet tal-iskema ta' għajnuna.

☐   Għajnuna individwali

Indika d-data li fiha huwa previsti li tingħata l-għajnuna (9): …

Jekk l-għajnuna se titħallas fi ħlasijiet parzjali, indika d-data/i ppjanata/i ta' kull ħlas parzjali …

6.   Kompatibilità tal-għajnuna

Prinċipji komuni tal-valutazzjoni

(Is-Subtaqsimiet 6.2 sa 6.7 ma japplikawx għal għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura, tas-sajd u l-akkwakultura  (10) )

6.1.   Indika l-għan primarju u, fejn applikabbli, l-għan(ijiet) sekondarju/i, ta' interess komuni li għalihom tikkontribwixxu l-għajnuna:

 

Għan primarju

(Immarka wieħed biss)

Għan sekondarju  (11)

Agrikoltura; Forestrija; Żoni rurali

Infrastrutturi tal-broadband

Għajnuna għall-għeluq

Kumpens għal ħsarat ikkawżati minn diżastri naturali jew okkorrenzi eċċezzjonali

Kultura

Għajnuna għal ħaddiema żvantaġġati u/jew ħaddiema b'diżabilitajiet

Infrastrutturi tal-enerġija

Effiċjenza enerġetika

Protezzjoni ambjentali

Eżekuzzjoni ta' proġett importanti ta' interess komuni Ewropew

Is-sajd u l-akkwakultura

Konservazzjoni tal-patrimonju

Promozzjoni tal-esportazzjoni u internazzjonalizzazzjoni

Żvilupp reġjonali (inkluża l-koperazzjoni territorjali)

Rimedju għal taqlib serju fl-ekonomija

Enerġija rinnovabbli

Salvataġġ ta' impriżi f'diffikultà

Riċerka, żvilupp u innovazzjoni

Ristrutturar ta' impriżi f'diffikultà

Finanzjament ta' riskju

Żvilupp settorjali

Servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (SIEĠ)

SMEs

Appoġġ soċjali għal konsumaturi individwali

Infrastrutturi sportivi u ta' rikreazzjoni multifunzjonali

Taħriġ

Infrastruttura jew tagħmir tal-ajruporti

Operazzjoni tal-ajruporti

Għajnuna tal-bidu sabiex il-linji tal-ajru jiżviluppaw rotot ġodda

Koordinazzjoni tat-trasport

6.2.   Spjega għaliex hemm bżonn intervent mill-Istat. Kun af li l-għajnuna trid tkun immirata lejn sitwazzjoni fejn hija tkun tista' ġġib magħha titjib materjali li ma jistax jitwassal mis-suq innifsu, billi tirrimedja għal falliment tas-suq definit b'mod ċar.

6.3.   Indika għaliex l-għajnuna hija strument xieraq biex tindirizza l-għan ta' interess komuni kif iddefinit fil-punt 6.1. Kun af li l-għajnuna mhijiex se titqies kompatibbli jekk hemm miżuri jfixklu inqas il-kompetizzjoni li bihom ikun possibbli li tinkiseb l-istess kontribuzzjoni pożittiva.

6.4.   Indika jekk l-għajnuna għandhiex effett ta' inċentiv (jiġifieri meta l-għajnuna tibdel l-imġiba ta' impriża u twassalaha biex tidħol f'attivitajiet oħra li ma kinitx tidħol fihom mingħajr l-għajnuna jew li kienet tidħol fihom b'mod limitat jew differenti).

☐ iva

☐ le

Indika jekk humiex eliġibbli l-attivitajiet li bdew qabel il-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għal għajnuna.

☐ iva

☐ le

Jekk ikunu eliġibbli, jekk jogħġbok spjega kif ir-rekwiżit tal-effett ta' inċentiv huwa ssodisfat.

6.5.   Indika għaliex l-għajnuna mogħtija hija proporzjonata sakemm tammonta għall-minimu meħtieġ sabiex twassal għal investiment jew attività.

6.6.   Indika l-effetti negattivi possibbli tal-għajnuna fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ u speċifika kemm huma misbuqa mill-effetti pożittivi.

6.7.   Skont il-Komunikazzjoni dwar it-Trasparenza (12), indika jekk l-informazzjoni li ġejja hijiex se tiġi ppubblikata fuq sit web nazzjonali jew reġjonali wieħed: it-test sħiħ tal-iskema ta' għajnuna approvata jew id-deċiżjoni ta' għoti tal-għajnuna individwali u d-dispożizzjonijiet li jimplimentawha, jew link għaliha; l-identità tal-awtorità(jiet) li tagħti/jagħtu l-għajnuna; l-identità tal-benefiċjarju/i individwali, l-istrument tal-għajnuna (13) u l-ammont tal-għajnuna mogħtija lil kull benefiċjarju/i; l-għan tal-għajnuna, id-data ta' meta tingħata, it-tip ta' impriża (pereżempju SME, kumpanija kbira); in-numru ta' referenza tal-miżura ta' għajnuna tal-Kummissjoni; ir-reġjun fejn jinsab il-benefiċjarju (fil-livell NUTS 2) u s-settur ekonomiku ewlieni tal-benefiċjarju/i (fil-livell tal-grupp NACE) (14).

☐ iva

☐ le

6.7.1.   Ipprovdi l-indirizz(i) tas-sit(i) web fejn se tkun disponibbli l-informazzjoni:

6.7.2.   Jekk applikabbli, ipprovdi l-indirizz(i) tas-sit web ċentrali li jikseb l-informazzjoni mis-sit(i) web reġjonali:

6.7.3.   Jekk l-indirizz(i) tas-sit web imsemmi fil-punt 6.7.2 ma jkun(u)x għadu/hom magħruf(a) meta tiġi ppreżentata n-notifika, l-Istat Membru jrid jieħu impenn li jgħarraf lill-Kummissjoni ladarba jinħolqu dawk is-siti web u jkun magħruf x'inhuma l-indirizzi.

7.   L-istrument ta' għajnuna, l-ammont tal-għajnuna, l-intensità tal-għajnuna u l-mezzi ta' finanzjament

7.1.   L-istrument ta' għajnuna u l-ammont tal-għajnuna

Speċifika l-forma tal-għajnuna u l-ammont tal-għajnuna (15) imqiegħded għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju/i (fejn xieraq, għal kull miżura):

L-istrument ta' għajnuna

L-ammont tal-għajnuna jew l-allokazzjoni tal-baġit (16)

Kumplessivament

Annwali

☐   Għotjiet (jew simili fl-effett)

(a) ☐

Għotja diretta

(b) ☐

Sussidju tar-rata tal-imgħax

(c) ☐

Maħfra tad-dejn

 

 

☐   Self (jew simili fl-effett)

(a) ☐

Self aġevolat (inklużi d-dettalji dwar kif inhu garantit is-self u t-tul ta' żmien)

(b) ☐

Self bil-quddiem li jitħallas lura

(c) ☐

Differiment ta' taxxa

 

 

☐   Garanzija

Meta xieraq, agħti referenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-metodoloġija sabiex jiġi kkalkolat l-ekwivalenti tal-għotja gross u informazzjoni dwar is-self jew tranżazzjoni finanzjarja oħra koperta mill-garanzija, it-titolu ta' sigurtà meħtieġ u l-primjum li jrid jitħallas, it-tul ta' żmien, eċċ.)

 

 

Kull xorta ta' intervent ta' ekwità jew kważi-ekwità

 

 

☐   Benefiċċju fuq it-taxxa jew eżenzjoni mit-taxxa

(a) ☐

Tnaqqis fit-taxxa

(b) ☐

Tnaqqis fil-bażi tat-taxxa

(c) ☐

Tnaqqis fir-rata tat-taxxa

(d) ☐

Tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali

(e) ☐

Oħrajn (speċifika)…

 

 

Oħrajn (speċifika)

……

Indika l-istrumenti ma' liema jista' jsir paragun b'mod ġenerali fir-rigward tal-effett

……

 

 

Għall-garanziji, indika l-ammont massimu ta' self iggarantit: …

Għas-self, indika l-ammont massimu (nominali) tas-self mogħti: …

7.2.   Deskrizzjoni tal-istrument ta' għajnuna

Għal kull strument ta' għajnuna magħżul mil-lista fil-punt 7.1, spjega l-kundizzjonijiet ta' applikazzjoni tal-għajnuna (bħat-trattament fiskali, jekk l-għajnuna tingħatax b'mod awtomatiku fuq il-bażi ta' ċerti kriterji oġġettivi jew jekk hemmx xi element ta' diskrezzjoni min-naħa tal-awtoritajiet li jagħtu l-għajnuna):

7.3.   Sors ta' finanzjament

7.3.1.   Speċifika l-finanzjament tal-għajnuna:

(a) ☐

Il-baġit ġenerali tal-Istat/reġjun/lokalità

(b) ☐

Permezz tal-ammonti dovuti jew taxxi parafiskali affettwati, li jridu jitħallsu minn benefiċjarju. Ipprovdi d-dettalji sħaħ tal-ammonti dovuti u l-prodotti/attivitajiet li jintalbu għalihom (b'mod partikolari għandek tispeċifika jekk il-prodotti importati minn Stati Membri oħrajn humiex soġġetti għal imposti). Jekk applikabbli, ehmeż kopja tal-bażi ġuridika tal-finanzjament.

(c) ☐

Riżervi akkumulati

(d) ☐

Intrapriżi pubbliċi

(e) ☐

Kofinanzjament tal-fond strutturali

(f) ☐

Oħrajn (speċifika)

7.3.2.   Il-baġit huwa adottat kull sena?

Iva

Le: speċifika x'perjodu jkopri: …

7.3.3.   Jekk in-notifika tikkonċerna bidliet fi skema eżistenti, indika l-effetti baġitarji għal kull wieħed mill-istrumenti tal-għajnuna tal-bidliet notifkati fl-iskema fuq il-:

Baġit totali …

Baġit annwali (17)

7.4.   Kumulazzjoni

L-għajnuna tista' tiġi kumulata ma' għajnuna jew għajnuniet de minimis  (18) riċevuti minn għajnuna lokali, reġjonali jew nazzjonali (19) oħra sabiex tkopri l-istess spejjeż eliġibbli?

Iva. Jekk disponibbli, agħti l-isem, l-iskop u l-għan tal-għajnuna

Jekk jogħġbok spjega l-mekkaniżmi stabbiliti sabiex jiġi żgurat li r-regoli tal-kumulazzjoni jiġu rispettati:

Le

8.   Evalwazzjoni

8.1.   L-iskema hija kkunsidrata għall-evalwazzjoni (20)?

Le

Jekk l-iskema mhijiex ikkunsidrata għall-evalwazzjoni, spjega għaliex tqis li l-kriterji għall-evalwazzjoni mhumiex issodisfati.

Iva

Skont liema kriterji l-iskema hija meqjusa għal evalwazzjoni ex post:

(a) ☐

Skema b'baġit ta' għajnuna kbair;

(b) ☐

Skema li tinkludi karatteristiċi ġodda;

(c) ☐

Skema fejn tibdil sinifikanti tas-suq, tat-teknoloġija jew regolatorju jista' jiġi previst;

(d) ☐

Skema li int tippjana għal evalwazzjoni anki jekk ma japplikawx il-kriterji l-oħrajn imsemmija f'dan il-punt.

Jekk ikun issodisfat xi wieħed mill-kriterji msemmija f'dan il-punt, indika l-perjodu tal-evalwazzjoni u imla l-formola ta' informazzjoni supplimentari għan-notifika ta' pjan ta' evalwazzjoni fl-Anness I, Parti III.8 (21).

8.2.   Indika jekk twettqitx diġà xi evalwazzjoni ex post għal skema simili (fejn xieraq, b'referenza u link għal siti web relevanti)

9.   Rapportar u Monitoraġġ

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tissorvelja l-iskema ta' għajnuna u l-għajnuna individwali, l-Istat Membru notifikanti jieħu impenn li:

Kull sena jibgħat lill-Kummissjoni r-rapporti mitlubin mill-Artikolu 26 tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/19992015/1589 (22).

Għal mhux inqas minn 10 snin mid-data li fiha tingħata l-għajnuna (għajnuna individwali u għajnuna mogħtija mill-iskema), iżomm reġistri dettaljati li jkun fihom l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni ta' appoġġ meħtieġa sabiex jiġi stabbilit li huma ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha tal-kompatibbiltà, u jipprovdihom, fuq talba bil-miktub, lill-Kummissjoni fi żmien 20 jum tax-xogħol jew perjodu itwal skont kif jiġi stabbilit fit-talba.

Għal skemi ta' għajnuna fiskali:

Fil-każ ta' skemi li fihom tingħata għajnuna fiskali fuq bażi awtomatika tad-dikjarazzjonijiet tat-taxxa tal-benefiċjarji, u meta ma jkun sar ebda kontroll ex ante li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet ta' kompatibbiltà kollha għal kull benefiċjarju, l-Istat Membru jieħu impenn li jimplimenta mekkaniżmu xieraq ta' kontroll li bih jivverifika b'mod regolari (pereżempju darba kull sena fiskali), tal-inqas ex post u fuq bażi ta' kampjuni, li huma ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha ta' kompatibbiltà, u li jimponi sanzjonijiet jekk isib frodi. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tissorvelja skemi ta' għajnuna fiskali, l-Istat Membru notifikanti jieħu impenn li jżomm reġistri dettaljati tal-verifiki għal mhux inqas minn 10 snin mid-data li fiha jsiru l-verifiki, u jipprovdihom, b'talba bil-miktub, lill-Kummissjoni fi żmien perjodu ta' 20 jum tax-xogħol jew perjodu itwal skont kif jiġi stabbilit fit-talba.

10.   Kunfidenzjalità

In-notifika fiha informazzjoni kunfidenzjali (23) li ma għandhiex tiġi żvelata lil terzi?

Iva. Indika liema mill-formoli huma kunfidenzjali u agħti r-raġuni għall-kunfidenzjalità.

Le

11.   Informazzjoni Oħra

Meta applikabbli, indika kull informazzjoni oħra li hija rilevanti biex tiġi vvalutata l-għajnuna.

12.   Dokumenti mehmużin

Elenka d-dokumenti kollha li huma mehmużin man-notifika u pprovdi kopji fuq karti jew indirizzi fuq il-web li jagħtu aċċess għad-dokumenti kkonċernati.

13.   Dikjarazzjoni

Niċċertifika li, sa fejn naf jien, l-informazzjoni pprovduta f'din il-formola, fl-Anness u fid-dokumenti mehmuża hija preċiża u sħiħa.

Data u post tal-firma …

Firma: …

Isem u kariga tal-persuna li qed tiffirma …

14.   Formola ta' Informazzjoni Supplimentari

14.1.   Fuq il-bażi tal-informazzjoni ppreżentata fil-formola ta' informazzjoni ġenerali, agħżel il-formola ta' informazzjoni supplimentari li se timla:

(a) ☐

Formoli ta' informazzjoni supplimentari dwar l-għajnuna reġjonali

1. ☐

għajnuna għall-investiment

2. ☐

għajnuna operatorja

3. ☐

għajnuna individwali

(b) ☐

Formola ta' informazzjoni supplimentari dwar l-għajnuna għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni

(c) ☐

Formola ta' informazzjoni supplimentari dwar l-għajnuna għar-ristrutturar u s-salvataġġ ta' impriżi f'diffikultà

1. ☐

għajnuna għas-salvataġġ

2. ☐

għajnuna għar-ristrutturar

3. ☐

skemi ta' għajnuna

(d) ☐

Formola ta' informazzjoni supplimentari dwar l-għajnuna għall-produzzjoni awdjoviżiva

(e) ☐

Formola ta' informazzjoni supplimentari dwar l-għajnuna għall-broadband

(f) ☐

Formola ta' informazzjoni supplimentari dwar l-għajnuna għall-ambjent u l-enerġija

(g) ☐

Formola ta' informazzjoni supplimentari dwar l-għajnuna għall-finanzjament tar-riskju:

(h) ☐

Formola ta' informazzjoni supplimentari dwar l-għajnuna għas-settur tat-trasport:

1. ☐

għajnuna għall-investiment għall-ajruporti

2. ☐

għajnuna operatorja għall-ajruporti

3. ☐

għajnuna tal-bidu għal-linji tal-ajru

4. ☐

għajnuna ta' natura soċjali skont l-Artikolu 107(2)(a) TFUE

5. ☐

għajnuna għat-trasport marittimu

(i) ☐

Formola ta' informazzjoni supplimentari għan-notifika ta' pjan ta' evalwazzjoni

(j) ☐

Formoli ta' informazzjoni supplimentari dwar l-għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestijra u f'żoni rurali

(k) ☐

Formola ta' informazzjoni supplimentari dwar l-għajnuna għas-settur tas-sajd u l-akkwakultura

14.2.   Għal għajnuna li mhijiex koperta mill-ebda waħda mill-formoli ta' informazzjoni supplimentari, agħżel id-dispożizzjoni rilevanti tat-TFUE, linja gwida jew test ieħor applikabbli għall-għajnuna mill-Istat:

(a) ☐

Kreditu għall-esportazzjoni fuq tul ta' żmien qasir (24)

(b) ☐

Skemi għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet (25)

(c) ☐

Komunikazzjoni Bankarja (26)

(d) ☐

Komunikazzjoni dwar proġetti importanti ta' interess komuni Ewropew (27)

(e) ☐

Servizzi ta' Interess Ekonomiku Ġenerali (l-Artikolu 106(2) TFUE) (28)

(f) ☐

L-Artikolu 93 TFUE

(g) ☐

L-Artikolu 107(2)(a) TFUE

(h) ☐

L-Artikolu 107(2)(b) TFUE

(i) ☐

L-Artikolu 107(3)(a) TFUE

(j) ☐

L-Artikolu 107(3)(b) TFUE

(k) ☐

L-Artikolu 107(3)(c) TFUE

(l) ☐

L-Artikolu 107(3)(d) TFUE

(m) ☐

Ieħor/Oħrajn, speċifika

Agħti ġustifikazzjoni għall-kompatibbiltà tal-għajnuna li taqa' fil-kategoriji magħżula f'dan il-punt:

Għal raġunijiet prattiċi, huwa rakkomandat li d-dokumenti mehmuża jiġu numerati u li ssir referenza għan-numri ta' dawk id-dokumenti fit-taqsimiet rilevanti tal-formoli ta' informazzjoni supplimentari.

(2)

Il-Partijiet III.1, III.2, III.3, III.4, III.5, III.6, III.7, III.8, III.9, III.10 u III.11 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“PARTI III

FORMOLI TA' INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI

PARTI III.1.A

Formola ta' Informazzjoni Supplimentari dwar l-għajnuna għall-investiment reġjonali individwali

Din il-formola ta' informazzjoni supplimentari trid tintuża sabiex tiġi notifikata kull għajnuna għall-investiment individwali koperta mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat 2014-2020  (1) (l-‘RAG’). Fejn bosta benefiċjarji jkunu involuti f'miżura ta' għajnuna individwali, trid tiġi pprovduta l-informazzjoni rilevanti għal kull wieħed minnhom.

1.   Kamp ta' applikazzjoni

1.1.   Raġunijiet għan-notifika tal-miżura:

(a) ☐

In-notifika tirrigwarda għajn una individwali mogħtija skont skema u l-għajnuna mis-sorsi kollha taqbeż il-livell limitu ta' notifika. Ipprovdi referenzi tal-għajnuna mill-Istat tal-iskemi tal-għajnuna kkonċernati approvati jew ta' eżenzjoni ta' kategorija:

(b) ☐

In-notifika tirrigwarda għajnuna individwali mogħtija barra minn skema (għajnuna ad hoc).

(c) ☐

In-notifika tirrigwarda għajnuna mogħtija lil benefiċjarju li għalaq l-istess attività jew waħda simili (2) fiż-ŻEE sentejn qabel id-data tal-applikazzjoni għall-għajnuna jew fejn meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għall-għajnuna l-benefiċjarju jkollu l-intenzjoni li jagħlaq dik attività fi żmien perjodu ta' sentejn wara li jitlesta l-investiment li jrid jiġi ssussidjat.

(d) ☐

In-notifika tirrigwarda investiment minn impriża kbira biex tiddiversifika stabbiliment eżistenti f'żona ‘c’ fi prodotti ġodda u/jew proċess ġdid ta' innovazzjoni. [Ħu nota li ż-żoni ‘a’ u ‘b’ huma definiti skont il-mappa dwar l-għajnuna reġjonali. Ara l-paragrafu 145 RAG]

(e) ☐

Oħrajn. Spjega:

1.2.   Il-kamp ta' applikazzjoni tal-miżura ta' għajnuna

1.2.1.   Ikkonferma li l-benefiċjarju mhux impriża f'diffikultà (3)

1.2.2.   Jekk il-miżura tkopri għajnuna għall-investiment għal netwerks tal-broadband, spjega kif l-awtorità li tagħti l-għajnuna se tiżgura li l-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu mħarsa u pprovdi r-referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti fil-bażi ġuridika u/jew dokumenti ta' sostenn.

l-għajnuna tingħata biss għal żoni fejn ma hemmx netwerk tal-istess kategorija (jew netwerk tal-broadband bażiku jew netwerks ta' aċċess ta' ġenerazzjoni ġdida (next generation access networks) u fejn aktarx mhu se jiġi żviluppat l-ebda netwerk fil-futur qrib;

l-operatur tan-netwerk issussidjat joffri aċċess bl-ingrossa attiv u passiv b'kundizzjonijiet ġusti u mhux diskriminatorji bil-possibbiltà ta' diżaggregazzjoni sħiħa u effikaċi;

l-għajnuna ġiet jew se tiġi allokata fuq il-bażi ta' proċess ta' għażla kompetittiv skont il-paragrafi 78(c) u (d) tal-Linji Gwida tal-UE għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-użu rapidu tan-netwerks tal-broadband (4).

1.2.3.   Jekk il-miżura tkopri l-għajnuna għall-infrastrutturi tar-riċerka (5), ikkonferma li l-għajnuna tingħata bil-patt li jingħata aċċess trasparenti u mhux diskriminatorju għal dik l-infrastruttura u jiġu pprovduti dokumenti ta' sostenn għal dak il-għan u/jew tiġi pprovduta referenza/i għall-partijiet rilevanti tal-bażi ġuridika (il-paragrafu 13 RAG).

1.2.4.   Ippreżenta kopja tal-formola tal-applikazzjoni u l-(abbozz) tal-ftehim tal-għoti tal-għajnuna.

2.   Informazzjoni addizzjonali dwar il-benefiċjarju, il-proġett tal-investiment u l-għajnuna

2.1.   Benefiċjarju

2.1.1.   L-identità ta' min jirċievi l-għajnuna:

2.1.2.   Jekk l-identità legali ta' min jirċieivi l-għajnuna hija differenti minn dik tal-impriża(i) li tiffinanzja/jiffinanzjaw il-proġett jew mill-benefiċjarju jew benefiċjarji effettivi tal-għajnuna, iddeskrivi dawk id-differenzi.

2.1.3.   Agħti deskrizzjoni ċara tar-relazzjoni bejn il-benefiċjarju, il-grupp tal-intrapriżi li minnu jagħmel parti u intrapriżi oħra assoċjati, inklużi l-intrapriżi konġunti.

2.2.   Il-proġett ta' investiment

2.2.1.   Ipprovdi l-informazzjoni li ġejja dwar il-proġett ta' investiment innotifikat:

Data tal-applikazzjoni għall-għajnuna:

 

Data (prevista) għall-bidu tax-xogħlijiet fuq il-proġett ta' investiment:

 

Data prevista tal-bidu tal-produzzjoni:

 

Data prevista li fiha se tintlaħaq il-kapaċità sħiħa tal-produzzjoni:

 

Data prevista ta' tmiem il-proġett ta' investiment:

 

2.2.2.   Jekk in-notifika tkopri investiment f'żona ‘a’ jew investiment minn SME waħda jew aktar (6) f'żona ‘c’ (il-paragrafu 34 RAG), speċifika l-kategorija jew kategoriji tal-investiment inizjali li huma suġġetti tan-notifika (il-paragrafu 20(h) RAG):

(a) ☐

it-twaqqif ta' stabbiliment ġdid

(b) ☐

l-estensjoni tal-kapaċità ta' stabbiliment eżistenti

(c) ☐

id-diversifikazzjoni tar-rendiment ta' stabbiliment fi prodotti li qatt ma ġew prodotti fl-istabbiliment

(d) ☐

bidla fundamentali fil-proċess kollu tal-produzzjoni ta' stabbiliment eżistenti

(e) ☐

akkwiżizzjoni ta' assi marbutin direttament ma' stabbiliment sakemm l-istabbiliment ikun għalaq jew kien jagħlaq li kieku ma nxtarax, u li jinxtara minn investitur li mhuwiex relatat mal-bejjiegħ (7)

2.2.3.   Jekk in-notifika tkopri investiment f'żona ‘c’ minn Intrapriża Kbira, speċifika l-kategorija jew kategoriji tal-investiment inizjali suġġetti tan-notifika (il-paragrafu 15 u l-paragrafu 20(i) RAG):

(a) ☐

it-twaqqif ta' stabbiliment ġdid

(b) ☐

id-diversifikazzjoni tal-attività ta' stabbiliment, bil-kundizzjoni li l-attività l-ġdida ma tkunx l-istess attività jew waħda simili (8) għall-attività li kienet issir qabel fl-istabbiliment

(c) ☐

diversifikazzjoni ta' stabbiliment eżistenti fi prodotti ġodda

(d) ☐

proċess ġdid ta' innovazzjoni fi stabbiliment eżistenti

(e) ☐

l-akkwiżizzjoni tal-assi li jappartjenu lil stabbiliment li jkun għalaq jew li kien jagħlaq li kieku ma nxtarax, u li nxtara minn investitur li mhux relatat mal-bejjiegħ, bil-kundizzjoni li l-attività l-ġdida li għandha titwettaq permezz tal-użu tal-assi akkwistati ma tkunx l-istess attività jew waħda simili għall-attività li tkun twettqet fl-istabbiliment qabel l-akkwiżizzjoni

2.2.4.   Iddeskrivi fil-qosor l-investiment billi tispjega kif il-proġett ikkonċernat jaqa' f'waħda jew f'iktar mill-kategoriji tal-investiment inizjali indikati hawn fuq:

2.3.   L-ispejjeż eliġibbli kkalkolati fuq il-bażi tal-ispejjeż ta' investiment

2.3.1.   Ipprovdi r-rendikont li ġej tal-ispejjeż ta' investiment totali eliġibbli f'valur nominali u skontat:

 

Spejjeż totali eliġibbli (nominali) (*)

Spejjeż totali eliġibbli (skontati) (*)

Studji preparatorji jew spejjeż ta' konsulenza marbutin mal-investiment (SMEs biss)

 

 

Art

 

 

Bini

 

 

Impjant/makkinarju/tagħmir (29)

 

 

Assi intanġibbli

 

 

Spejjeż totali eliġibbli

 

 

2.3.2.   Ikkonferma li l-assi akkwistati huma ġodda (il-paragrafu 94 RAG) (9).

☐ iva

☐ le

2.3.3.   Ipprovdi prova biex turi li fil-każ ta' SMEs mhux iktar minn 50 % tal-kostijiet ta' studji preparatorji jew kostijiet ta' konsulenza marbutin mal-investiment huma inklużi fl-ispejjeż eliġibbli (il-paragrafu 95 RAG).

2.3.4.   Ipprovdi prova biex turi li rigward l-għajnuna mogħtija għal bidla fundamentali fil-proċess tal-produzzjoni, l-ispejjeż eliġibbli huma iktar mid-deprezzament tal-assi marbuta mal-attività li għandha tiġi mmodernizzata matul it-tliet snin fiskali ta' qabel (il-paragrafu 96 RAG).

2.3.5.   Ipprovdi referenza għall-bażi ġuridika jew spjega kif inhu żgurat li għall-għajnuna mogħtija għal diversifikazzjoni ta' stabbiliment eżistenti, l-ispejjeż eliġibbli jaqbżu b'mill-inqas 200 % il-valur kontabilistiku tal-assi li jkunu qed jerġgħu jintużaw, kif irreġistrat fis-sena fiskali ta' qabel il-bidu tax-xogħlijiet (il-paragrafu 97 RAG). Jekk ikun il-każ, ipprovdi dokumentazzjoni li tinkludi d-dejta kwantitattiva rilevanti.

2.3.6.   F'każijiet li jinvolvu l-kiri ta' assi tanġibbli, ipprovdi referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti fil-bażi ġuridika meta jkun stipulat li l-kundizzjonijiet li ġejjin huma rispettati (il-paragrafu 98 RAG) jew spjega kif dawk il-kundizzjonijiet jiġu rispettati b'mod ieħor.

għal art u bini, il-kirja trid tkompli għal mill-inqas ħames snin wara d-data li fiha huwa mistenni li jitlesta l-investiment fil-każ ta' kumpaniji kbar, u tliet snin fil-każ ta' SMEs;

għal impjanti jew makkinarju, il-kirja trid tingħata fil-forma ta' lokazzjoni finanzjarja u jrid ikun fiha obbligu fuq il-benefiċjarju tal-għajnuna li jixtri l-assi meta jiskadi t-terminu tal-lokazzjoni.

2.3.7.   Il-paragrafu 99 RAG jistipula li ‘Fil-każ ta' akkwiżizzjoni ta' stabbiliment, huma biss il-kostijiet tax-xiri tal-assi minn partijiet terzi mhux relatati mal-bejjiegħ li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni. It-tranżazzjoni trid isseħħ skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Meta tkun diġà ngħatat l-għajnuna għall-akkwiżizzjoni ta' assi qabel ma jinxtraw, il-kostijiet ta' dawn l-assi għandhom jitnaqqsu mill-ispejjeż eliġibbli relatati mal-akkwiżizzjoni ta' stabbiliment. Jekk l-akkwiżizzjoni ta' stabbiliment tkun akkumpanjata minn investiment addizzjonali eliġibbli għall-għajnuna, l-ispejjeż eliġibbli ta' dan l-aħħar investiment għandhom jiġu miżjuda mal-kostijiet tax-xiri tal-assi tal-istabbiliment.’.

Jekk rilevanti fil-każ notifikat, spjega kif dawk il-kundizzjonijiet ġew imħarsa, billi tipprovdi dokumentazzjoni ta' sostenn rilevanti.

2.3.8.   Jekk in-nefqa eliġibbli għall-proġett ta' investiment tinkludi assi intanġibbli, spjega kif inhu żgurat li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 101-102 RAG (10) se jkunu rrispettati. F'każijiet bħal dawk ipprovdi referenza preċiża għad-dispożizzjoni rilevanti fil-bażi ġuridika.

2.4.   L-ispejjeż eliġibbli kkalkolati fuq il-bażi tal-ispejjeż tal-pagi

Spjega:

kif l-ispejjeż eliġibbli kkalkolati fuq il-bażi tal-ispejjeż tal-pagi ġew stabbiliti (il-paragrafu 103 RAG);

kif l-għadd ta' impjiegi maħluqa ġie kkalkolat b'referenza għall-paragrafu 20(k) RAG;

kif l-ispejjeż tal-pagi tal-persuni maħturin ġew stabbiliti b'referenza għall-paragrafu 20(z) RAG; u

ipprovdi l-kalkoli u d-dokumentazzjoni ta' sostenn rilevanti għaċ-ċifri.

2.5.   Il-kalkolu tal-ispejjeż eliġibbli skontati u l-ammont ta' għajnuna

2.5.1.   Imla t-tabella f'dan il-punt bid-dettalji tal-ispejjeż eliġibbli skont il-kategorija ta' spiża eliġibbli li għandha titħallas fil-perijodu kemm idum il-proġett ta' investiment:

 

Nominali/skontati

N–0 (**)

N+1 (**)

N+2 (**)

N+3 (**)

N+X (**)

Total (**)

Studji preparatorji eċċ. (SMEs biss)

Nominali

 

 

 

 

 

 

Skontati

 

 

 

 

 

 

Art

Nominali

 

 

 

 

 

 

Skontati

 

 

 

 

 

 

Bini

Nominali

 

 

 

 

 

 

Skontati

 

 

 

 

 

 

Impjant/makkinarju/tagħmir (30)

Nominali

 

 

 

 

 

 

Skontati

 

 

 

 

 

 

Assi intanġibbli

Nominali

 

 

 

 

 

 

Skontati

 

 

 

 

 

 

L-ispejjeż tal-pagi

Nominali

 

 

 

 

 

 

Skontati

 

 

 

 

 

 

Oħrajn (speċifika)

Nominali

 

 

 

 

 

 

Skontati

 

 

 

 

 

 

Total

Nominali

 

 

 

 

 

 

Skontati

 

 

 

 

 

 

Indika d-data li fiha ġew skontati l-ammonti, kif ukoll ir-rata ta' skont użata (11):

2.5.2.   Imla t-tabella f'dan il-punt bid-dettalji tal-għajnuna nnotifikata (li se tingħata) mogħtija għall-proġett ta' investiment b'referenza għat-tip ta' għajnuna applikabbli:

 

Nominali/skontati

N–0 (***)

N+1 (***)

N+2 (***)

N+3 (***)

N+X (***)

Total (***)

Għotjiet

Nominali

 

 

 

 

 

 

Skontati

 

 

 

 

 

 

Self aġevolat

Nominali

 

 

 

 

 

 

Skontati

 

 

 

 

 

 

Garanzija

Nominali

 

 

 

 

 

 

Skontati

 

 

 

 

 

 

Tnaqqis fit-taxxa

Nominali

 

 

 

 

 

 

Skontati

 

 

 

 

 

 

Nominali

 

 

 

 

 

 

Skontati

 

 

 

 

 

 

Nominali

 

 

 

 

 

 

Skontati

 

 

 

 

 

 

Total

Nominali

 

 

 

 

 

 

Skontati

 

 

 

 

 

 

Indika d-data li fiha ġew skontati l-ammonti, kif ukoll ir-rata ta' skont użata:

Għal kull tip ta' għajnuna msemmija fit-tabella fil-punt 2.5.2, indika kif l-ekwivalenti tal-għotja huwa kkalkolat:

Self aġevolat:

Garanzija:

Tnaqqis fit-taxxa:

Oħrajn:

2.5.3.   Speċifika, jekk xi wħud mill-miżuri ta' għajnuna li għandhom jingħataw għall-proġett għadhom mhumiex definiti, u spjega kif l-awtorità li tagħti l-għajnuna se tiżgura li l-intensità massima ta' għajnuna applikabbli hija rispettata (il-paragrafi 82 u 83 RAG):

2.5.4.   Il-proġett huwa kkofinanzjat mill-Fondi ESI? Jekk iva, spjega skont liema programm operattiv se jinkiseb il-finanzjament minn Fondi ESI. Indika wkoll l-ammont ta' finanzjament tal-Fondi ESI li se jkun involut.

2.5.5.   Jekk il-benefiċjarju (fil-livell ta' grupp) irċieva għajnuna għal investiment(i) inizjali wieħed (jew aktar) li beda fl-istess reġjun NUTS3 fuq perjodu ta' tliet snin mid-data tal-bidu tax-xogħlijiet tal-proġett ta' investiment notifikat (il-paragrafu 20(t) RAG), ipprovdi dettalji tal-miżuri ta' għajnuna għal kull wieħed mill-investimenti inizjali megħjuna preċedentement (billi tinkludi deskrizzjoni qasira tal-proġett ta' investiment, id-data tal-applikazzjoni għall-għajnuna, id-data tal-għotja ta' għajnuna, id-data tal-bidu tax-xogħlijiet, l-ammont(i) ta' għajnuna u l-ispejjeż eliġibbli (12)).

 

Spejjeż ta' investiment eligibbli (****)

Ammont tal-għajnuna mogħtija (****)

Data tal-applikazzjoni

Data tal-għotja ta' għajnuna

Data tal-bidu tax-xogħol

Deskrizzjoni qasira

Referenza/i ta' għajnuna

Proġett ta' investiment inizjali 1

 

 

 

 

 

 

 

Investiment inizjali Investiment inizjali Proġett 2

 

 

 

 

 

 

 

Proġett ta' investiment inizjali 3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.5.6.   Ikkonferma li l-ammont totali ta' għajnuna li se jingħata lill-proġett ta' investiment inizjali mhux iktar mill-‘intensità massima tal-għajnuna’ (kif definita fil-paragrafu 20(m) RAG), billi titqies l-intensità tal-għajnuna miżjuda għal SMEs (kif determinat fil-paragrafu 177 RAG) u l-‘ammont aġġustat tal-għajnuna’ (kif definit fil-paragrafu 20(c) RAG), fejn applikabbli. Ipprovdi dokumentazzjoni ta' appoġġ u kalkoli rilevanti.

2.5.7.   Fejn l-ammont li għandu jingħata għall-proġett ta' investiment għandu jingħata skont diversi skemi ta' għajnuna reġjonali jew kumulat ma' għajnuna ad hoc, ikkonferma li l-intensità tal-għajnuna massima permissibbli li tista' tingħata lill-proġett ġiet ikkalkolata bil-quddiem mill-ewwel awtorità li tagħti l-għajnuna u speċifika l-ammont ta' dik l-intensità massima tal-għajnuna. Spjega kif l-awtoritajiet li jagħtu l-għajnuna se jiżguraw li dik l-intensità massima tal-għajnuna se tiġi rispettata (il-paragrafu 92 RAG).

2.5.8.   Jekk l-investiment inizjali huwa marbut ma' proġett ta' Koperazzjoni Territorjali Ewropea (ETC) spjega, b'referenza għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 93 RAG, kif l-intensità massima tal-għajnuna applikabbli għall-proġett u l-benefiċjarji differenti involuti huma stabbiliti.

3.   Valutazzjoni tal-kompatibilità tal-miżura

3.1.   Kontribuzzjoni għall-għanijiet reġjonali u l-ħtieġa għal intervent mill-Istat

3.1.1.   Jekk jogħġbok:

indika l-post eżatt tal-proġett megħjun (jiġifieri l-lokalità u r-reġjun NUTS 2 jew 3 li għalihom tappartjeni l-lokalità);

ipprovdi dettalji dwar l-istatus tal-għajnuna reġjonali tiegħu fil-mappa attwali tal-għajnuna reġjonali (jiġifieri jinsab f'żona eliġibbli għall-għajnuna reġjonali skont l-Artikolu 107(3)(a) jew (c) TFUE); u

ipprovdi l-intensità massima tal-għajnuna applikabbli għal intrapriżi kbar,

3.1.2.   Spjega kif l-għajnuna se tikkontribwixxi għall-iżvilupp reġjonali (13)

3.1.3.   Jekk in-notifika tikkonċerna applikazzjoni individwali għal għajnuna skont skema, spjega kif il-proġett jikkontribwixxi għall-għan tal-iskema u pprovdi dokumenti rilevanti ta' sostenn (il-paragrafu 35 RAG)

3.1.4.   Jekk in-notifika tikkonċerna għajnuna ad hoc, spjega kif il-proġett jikkontribwixxi għall-istrateġija ta' żvilupp taż-żona kkonċernata u pprovdi dokumenti rilevanti ta' sostenn (il-paragrafu 42 RAG)

3.1.5.   Spjega kif hija implimentata d-dispożizzjoni li tirrikjedi li l-investiment jinżamm fiż-żona kkonċernata għal mill-inqas ħames snin (tliet snin għall-SMEs) wara t-tlestija tiegħu (il-paragrafu 36 RAG). Ipprovdi r-referenza għad-dispożizzjoni rilevanti fil-bażi ġuridika (pereżempju il-kuntratt tal-għoti tal-għajnuna).

3.1.6.   Fil-każijiet meta l-għajnuna hija kkalkolata fuq il-bażi tal-ispejjeż tal-pagi, spjega kif il-metodu ta' implimentazzjoni tad-dispożizzjoni li tirrikjedi li l-impjiegi jiġu maħluqa fi żmien tliet snin mit-tlestija tal-investiment u li kull impjieg maħluq mill-investiment jinżamm fiż-żona għal perjodu ta' ħames snin (tliet snin għall-SMEs) mid-data li l-offerta mimlija minn tal-ewwel hija implimentata (il-paragrafu 37 RAG). Ipprovdi r-referenza għad-dispożizzjoni rilevanti fil-bażi ġuridika (pereżempju il-kuntratt tal-għoti tal-għajnuna).

3.1.7.   Ipprovdi referenza għall-bażi ġuridika jew uri li d-destinatarju/i għandu/għandhom jagħmel/jagħmlu kontribuzzjoni ta' mill-inqas 25 % tal-ispejjeż eliġibbli, mir-riżorsi proprji jew permezz ta' finanzjament estern, f'għamla li hija eżenti minn kull sostenn finanzjarju pubbliku (14). (il-paragrafu 38 RAG)

3.1.8.   Ħadt impenn jew timpenja ruħek li twettaq Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (‘VIA’) għall-investiment? (il-paragrafu 39 RAG)

☐ iva

☐ le

Jekk le, spjega għaliex mhijiex meħtieġa VIA għal dan il-proġett.

3.2.   L-adegwatezza tal-miżura

3.2.1.   Jekk in-notifika tikkonċerna għajnuna ad hoc, uri kif l-iżvilupp taż-żona kkonċernata jiġi żgurat aħjar permezz ta' għajnuna bħal dik minflok b'għajnuna skont skema jew tipi oħrajn ta' miżuri (il-paragrafu 55 RAG):

3.2.2.   Jekk l-għajnuna tingħata f'forom li jipprovdu vantaġġ finanzjarju dirett (15), uri għaliex forom ta' għajnuna li potenzjalment ifixklu inqas, bħas-self bil-quddiem li jitħallas lura jew forom ta' għajnuna li huma bbażati fuq strumenti ta' dejn jew ta' ekwità (16), mhumiex adattati (il-paragrafu 57 RAG):

3.3.   L-effett ta' inċentiv u l-proporzjonalità tal-miżura

3.3.1.   Ikkonferma li xogħlijiet fuq l-investiment individwali nnotifikat bdew biss wara li saret l-applikazzjoni għall-għajnuna (il-paragrafu 64 RAG). Ipprovdi kopja tal-applikazzjoni għall-għajnuna mibgħuta mill-benefiċjarju lill-awtorità li tagħti l-għajnuna u prova dokumentata tad-data tal-bidu tax-xogħlijiet.

3.3.2.   Spjega l-effett ta' inċentiv tal-għajnuna billi tiddeskrivi x-xenarju kontrofattwali b'referenza għal wieħed miż-żewġ xenarji possibbli stabbiliti fil-paragrafu 61 RAG.

3.3.3.   Fil-każijiet tax-Xenarju 1 (jiġifieri d-deċiżjonijiet dwar l-investiment skont il-paragrafu 61 RAG), ipprovdi l-informazzjoni li ġejja (jew irreferi għall-partijiet rilevanti tax-xenarju kontrofattwali ppreżentat) (il-paragrafu 104 RAG):

il-kalkolu tar-Rata Interna ta' Redditu (‘IRR’) tal-investiment bl-għajnuna u mingħajrha (17):

informazzjoni dwar punti ta' riferiment rilevanti għall-kumpanija (pereżempju rati normali ta' redditu meħtieġa mill-benefiċjarju biex iwettaq proġetti simili, l-ispejjeż kapitali tal-kumpanija kollha, punti ta' riferiment rilevanti tal-industrija):

spjegazzjoni għaliex, fuq il-bażi tal-kriterji f'dan il-punt, l-għajnuna hija l-minimu neċessarju biex il-proġett ikun profittabbli biżżejjed (cf. il-paragrafu 79 RAG):

3.3.4.   Għal każijiet tax-Xenarju 2 (jiġifieri d-deċiżjonijiet dwar l-investiment skont il-paragrafu 61 RAG), ipprovdi l-informazzjoni li ġejja (jew irreferi għall-partijiet rilevanti tax-xenarju kontrofattwali ppreżentat) (il-paragrafu 105 RAG):

il-kalkolu fid-differenza tal-Valur Preżenti Nett (‘NPV’) tal-investiment fiż-żona fil-mira u n-NPV tal-investiment fil-post alternattiv (18):

il-parametri kollha użati għall-kalkolu tal-NPV tal-investiment fiż-żona fil-mira u n-NPV tal-investiment fil-post alternattiv (fost affarijiet oħrajn il-perjodu ta' żmien ikkonċernat, ir-rata ta' skont użata, eċċ.):

spjegazzjoni għaliex, fuq il-bażi tal-informazzjoni msemmija fl-ewwel żewġ sottopunti ta' hawn fuq, l-għajnuna ma teċċedix id-differenza bejn in-NPV tal-investiment fiż-żona fil-mira u n-NPV fil-post alternattiv (cf. il-paragrafu 80 RAG):

3.3.5.   Jekk l-għajnuna reġjonali hija mogħtija permezz ta' Fondi tal-ESI fir-reġjuni ‘a’ għal investimenti neċessarji biex jinkisbu standards stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni, spjega li ġej (u pprovdi dokumentazzjoni ta' sostenn):

X'inhu l-istandard ikkonċernat?

Għaliex l-investiment huwa neċessarju għall-ksib tal-istandard?

Għaliex il-benefiċjarju ma jagħmilx biżżejjed profitt jekk jagħmel l-investiment fiż-żona kkonċernata tant li jwassal għall-għeluq ta' stabbiliment eżistenti fiż-żona fin-nuqqas tal-għajnuna (il-paragrafu 63 RAG)

3.4.   L-evitar ta' effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ

Għal każijiet tax-xenarju 1

Definizzjoni tas-suq rilevanti

3.4.1.   Ipprovdi l-informazzjoni speċifikata f'dan il-punt hawn taħt biex tidentifika s-suq/swieq tal-prodott rilevanti (jiġifieri, prodotti affettwati mill-bidla fl-imġiba tal-benefiċjarju tal-għajnuna) u biex tidentifika l-kompetituri u l-klijenti/konsumaturi affettwati (il-paragrafu 129 u l-paragrafu 130 RAG):

Speċifika l-prodott(i) kollha li se jkun(u) manifatturati fil-faċilità megħjuna malli jkun lest l-investiment u indika, fejn huwa xieraq, il-kodiċi NACE jew Prodcom jew in-nomenklatura CPA (19) għal proġetti fis-setturi tas-servizzi.

Il-prodotti previsti mill-proġett se jissostitwixxu kull prodott ieħor manifatturat mill-benefiċjarju (fil-livell ta' grupp)? Liema prodott(i) se jissostitwixxi? Jekk dawn il-prodotti sostitwiti mhumiex manifatturati fil-post tal-proġett, indika fejn qed jiġu manifatturati bħalissa. Ipprovdi deskrizzjoni tar-rabta bejn il-produzzjoni sostitwita u l-investiment kurrenti u pprovdi kalendarju għas-sostituzzjoni.

Liema prodott(i) ieħor/oħra jista' jiġi manifatturat/jistgħu jiġu manifatturati) bl-istess faċilitajiet ġodda (permezz tal-flessibilità tal-installazzjonijiet tal-produzzjoni tal-benefiċjarju) bi spiża addizzjonali żgħira jew bl-ebda spiża addizzjonali?

Spjega jekk il-proġett jikkonċernax prodott intermedju u jekk parti sinifikanti mill-produzzjoni tinbiegħx mod ieħor milli fis-suq (f'kundizzjonijiet tas-suq). Fuq il-bażi ta' dik l-ispjegazzjoni, sabiex ikunu kkalkolati s-sehem mis-suq u ż-żieda fil-kapaċità fil-bqija ta' din it-taqsima, indika jekk il-prodott ikkonċernat huwiex il-prodott previst mill-proġett jew jekk hux prodott downstream.

Indika s-suq/swieq tal-prodott rilevanti tal-prodott(i) kkonċernati u, jekk possibbli, ipprovdi prova, minn parti terza indipendenti. Is-suq tal-prodott rilevanti jinkludi l-prodott ikkonċernat u s-sostituti tiegħu fuq in-naħa tad-domanda, jiġifieri prodotti meqjusa bħala sostituti mill-konsumatur (minħabba l-karatteristiċi, il-prezzijiet u l-użu intenzjonat tal-prodott) u mis-sostituti tiegħu fuq in-naħa tal-provvista, jiġifieri prodotti meqjusa bħala sostituti mill-produtturi (permezz tal-flessibilità tal-installazzjonijiet tal-produzzjoni tal-benefiċjarju u tal-kompetituri tiegħu)

3.4.2.   Ipprovdi informazzjoni, u prova, dwar is-suq ġeografiku rilevanti tal-benefiċjarju:

Saħħa fis-Suq (il-paragrafu 115 u l-paragrafu 132(a)RAG)

3.4.3.   Ipprovdi l-informazzjoni li ġejja dwar il-pożizzjoni tas-suq tal-benefiċjarju (fuq perjodu ta' żmien qabel irċevejt l-għajnuna u l-pożizzjoni tas-suq mistennija wara li jiġi ffinalizzat l-investiment):

stima tal-bejgħ kollu (f'termini ta' valur u volum) benefiċjarju fis-suq rilevanti (fil-livell ta' grupp).

stima tal-bejgħ globali tal-produtturi kollha fis-suq rilevanti (f'termini ta' valur u volum). Jekk ikunu disponibbli, inkludi statistiċi ppreparati minn sorsi pubbliċi u/jew indipendenti.

3.4.4.   Ipprovdi valutazzjoni tal-istruttura tas-suq rilevanti billi tinkludi, pereżempju, il-livell ta' konċentrazzjoni fis-suq, ostakoli possibbli għad-dħul, is-saħħa tal-bejjiegħ u ostakoli għall-espansjoni jew il-ħruġ. Ġib prova, jekk possibbli minn terzi indipendenti, biex issostni l-konklużjonijiet dwar dan il-punt.

Kapaċità (il-paragrafu 132(a) RAG)

3.4.5.   Ipprovdi stima tal-kapaċità tal-produzzjoni addizzjonali maħluqa mill-investiment (f'termini ta' volum u ta' valur):

Għall-każijiet kollha

Effetti negattivi evidenti

3.4.6.   Għal każijiet tax-Xenarju 1, ipprovdi l-informazzjoni li ġejja, u evidenza ta' sostenn, dwar is-suq tal-prodott rilevanti (20):

Minn perspettiva fit-tul is-suq rilevanti huwa strutturalment fi tnaqqis assolut (jiġifieri, qiegħed juri rata ta' tkabbir negattiva)? (il-paragrafu 135 RAG)

Is-suq rilevanti huwa fi tnaqqis relattiv (jiġifieri, qiegħed juri rata ta' tkabbir pożittiva, iżda mhux iktar minn rata ta' tkabbir normattiva)? (il-paragrafu 135 RAG)

Fil-każijiet tat-tieni Xenarju, indika jekk, mingħajr l-għajnuna, l-investiment kienx isir f'reġjun b'intensità tal-għajnuna reġjonali ogħla jew daqs ir-reġjun destinatarju (il-paragrafu 139 RAG) Ġib prova.

3.4.7.   Ikkonferma jekk il-benefiċjarju ppreżentax stqarrija li fiha hu jikkonferma li, fil-livell ta' grupp, ma għalaqx l-istess attività jew waħda simili fiż-ŻEE fis-sentejn ta' qabel l-applikazzjoni għall-għajnuna u mhux biħsiebu jagħlaq l-istess attività jew waħda simili xi mkien ieħor fiż-ŻEE fis-sentejn wara t-tlestija tal-investiment (il-paragrafu 23 RAG).

Jekk ġiet ipprovduta stqarrija ta' dak it-tip, ehmeż kopja tagħha man-notifika, inkella, spjega għaliex ma ġietx ipprovduta.

3.4.8.   Jekk il-benefiċjarju fil-livell ta' grupp għalaq l-istess attività jew waħda simili f'żona oħra fiż-ŻEE fis-sentejn ta' qabel l-applikazzjoni għall-għajnuna, jew biħsiebu jagħlaqha fis-sentejn wara t-tlestija tal-investiment, u rriloka dik l-attività fiż-żona fil-mira, jew biħsiebu jirrilokaha, spjega għaliex jikkunsidra li ma hemm l-ebda rabta kawżali bejn l-għajnuna u r-rilokazzjoni (il-paragrafu 122 RAG).

3.4.9.   Spjega jekk l-għanuna mill-Istat tirriżultax direttament f'telf sostanzjali ta' impjiegi f'postijiet eżistenti fiż-ŻEE. Jekk l-għajnuna mill-Istat tirriżulta f'telf sostanzjali ta' impjiegi f'postijiet eżistenti fiż-ŻEE, indika l-għadd tagħhom u l-proporzjon meta mqabbla mat-total tal-impjiegi tal-post(ijiet) ikkonċernat(i).

4.   Informazzjoni oħra

Ipprovdi kull informazzjoni rilevanti oħra biex tiġi vvalutata l-miżura ta' għajnuna notifikata skont l-RAG:

PARTI III.1.B

Formola ta' Informazzjoni Supplimentari dwar skemi ta' għajnuna għall-investiment reġjonali

Din il-formula ta' informazzjoni supplimentari trid tintuża biex tiġi notifikata kull skema ta' għajnuna għall-investiment koperta mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat 2014-2020  (21) (l-‘RAG’).

1.   Kamp ta' applikazzjoni

1.1.   Ir-raġunijiet għan-notifika tal-iskema minflok ma ġiet implimentata skont ir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (‘GBER’) (22) jew ir-Regolament de minimis  (23):

(a) ☐

In-notifika hi relatata ma' skema settorjali F'dak il-każ indika s-settur kopert mill-iskema (kodiċi NACE):

(b) ☐

In-notifika hi relatata ma' skema ġenerali li tkopri wkoll is-settur tat-tarzna.

(c) ☐

Oħrajn. Speċifika:

1.2.   Il-kamp ta' applikazzjoni tal-iskema notifikata

1.2.1.   Nikkonferma li l-bażi ġuridika għall-iskema notifikata tipprevedi obbligu ta' notifika lill-Kummissjoni dwar l-għajnuna individwali mogħtija lil benefiċjarji li għalqu l-istess attività jew waħda simili (24) fiż-ŻEE matul is-sentejn qabel id-data tal-applikazzjoni għall-għajnuna jew li fil-mument tal-applikazzjoni għall-għajnuna jkollhom l-intenzjoni li jagħlqu attività ta' dak it-tip fi żmien perjodu ta' sentejn wara li jitlesta l-investiment li jrid jiġi ssussidjat (paragrafu 23 tar-RAG).

Ipprovdi r-referenza tad-dispożizzjoni rilevanti tal-bażi ġuridika:

1.2.2.   Nikkonferma li l-iskema ta' għajnuna nnotifikata tagħmel dispożizzjoni biex ma tingħata l-ebda għajnuna għall-investiment reġjonali lil kategoriji ta' kumpaniji u setturi elenkati hawn taħt. F'kull każ, elenka id-dispożizzjoni rilevanti fil-bażi ġuridika tal-iskema.

Kategoriji ta' kumpaniji u setturi esklużi

Dispożizzjoni rilevanti fil-bażi ġuridika tal-iskema

Impriżi f'diffikultà (31)

 

Is-settur tal-azzar (32)

 

Is-settur tal-fibri sintetiċi (32)

 

Il-produzzjoni ta' prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-TFUE

 

Ipproċessar u/jew kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I għat-TFUE (33) fi prodotti elenkati f'dak l-Anness I

 

Il-produzzjoni, l-ipproċessar u/jew il-kummerċjalizzazzjoni tas-sajd u prodotti tal-akkwakultura elenkati fl-Anness I tat-TFUE

 

Is-settur tat-trasport (34)

 

Is-settur tal-enerġija

 

1.2.3.   Jekk l-iskema tkopri għajnuna għall-investiment għal netwerks tal-broadband, speċifika hemmx konformità ma' kull waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) ☐

l-għajnuna tingħata biss għal żoni fejn ma hemmx netwerk tal-istess kategorija (jew netwerk tal-broadband bażiku jew netwerks ta' aċċess ta' ġenerazzjoni ġdida (new generation access networks)) u fejn aktarx mhu se jiġi żviluppat l-ebda netwerk fil-futur qrib;

(b) ☐

l-operatur tan-netwerk issussidjat joffri aċċess bl-ingrossa attiv u passiv b'kundizzjonijiet ġusti u mhux diskriminatorji bil-possibbiltà ta' diżaggregazzjoni sħiħa u effikaċi;

(c) ☐

l-għajnuna għandha tiġi allokata fuq il-bażi ta' proċess ta' għażla kompetittiva f'konformità mal-paragrafi 78(c) u (d) tal-Linji Gwida dwar il-Broadband (25);

Ipprovdi r-referenza tad-dispożizzjoni rilevanti tal-bażi ġuridika:

1.2.4.   Jekk l-iskema tkopri għajnuna għal infrastrutturi tar-riċerka, l-għajnuna tingħata bil-kundizzjoni li jingħata aċċess trasparenti u mhux diskriminatorju għal din l-infrastruttura?

(a) ☐

Le

(b) ☐

Iva. Ipprovdi r-referenza tad-dispożizzjoni rilevanti tal-bażi ġuridika:

2.   L-investiment inizjali, l-ispejjeż eliġibbli u għajnuna

2.1.   Tipi ta' investimenti inizjali koperti mill-iskema

2.1.1.   F'każ li l-iskema tkopri investimenti f'żoni ‘a’ minn SMEs jew Intrapriżi Kbar (26) jew investimenti minn SME(s) fiż-żoni ‘c’ (il-paragrafu 34 RAG), speċifika l-kategorija jew kategoriji tal-investiment inizjali kkonċernat min-notifika (il-paragrafu 20(h) RAG):

(a) ☐

it-twaqqif ta' stabbiliment ġdid

(b) ☐

l-estensjoni tal-kapaċità ta' stabbiliment eżistenti

(c) ☐

id-diversifikazzjoni tar-rendiment ta' stabbiliment fi prodotti li qatt ma ġew prodotti fl-istabbiliment

(d) ☐

bidla fundamentali fil-proċess kollu tal-produzzjoni ta' stabbiliment eżistenti

(e) ☐

akkwiżizzjoni ta' assi marbutin direttament ma' stabbiliment sakemm l-istabbiliment ikun għalaq jew kien jagħlaq li kieku ma nxtarax, u li jinxtara minn investitur li mhuwiex relatat mal-bejjiegħ (27)

2.1.2.   F'każ li l-iskema tkopri investimenti fiż-żoni ‘c’ minn Intrapriżi Kbar, speċifika l-kategorija jew kategoriji ta' investiment inizjali soġġetti tan-notifika (il-paragrafu 15 u l-paragrafu 20(i) RAG):

(a) ☐

it-twaqqif ta' stabbiliment ġdid?

(b) ☐

id-diversifikazzjoni tal-attività ta' stabbiliment, bil-kundizzjoni li l-attività l-ġdida ma tkunx l-istess attività jew waħda simili (28) għall-attività li kienet titwettaq qabel fl-istabbiliment?

(c) ☐

diversifikazzjoni ta' stabbiliment eżistenti fi prodotti ġodda?

(d) ☐

proċess ġdid ta' innovazzjoni fi stabbiliment eżistenti?

(e) ☐

l-akkwiżizzjoni tal-assi li jappartjenu lil stabbiliment li jkun għalaq jew li kien jagħlaq li kieku ma nxtarax, u li nxtara minn investitur li mhux relatat mal-bejjiegħ, bil-kundizzjoni li l-attività l-ġdida li għandha titwettaq permezz tal-użu tal-assi akkwistati ma tkunx l-istess attività jew waħda simili għall-attività li twettqet fl-istabbiliment qabel l-akkwiżizzjoni?

2.1.3.   Agħti referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika fejn huwa stipulat li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata dwar kull għajnuna individwali li għandha tingħata skont il-bażi ġuridika tal-iskema lil intrapriżi kbar f'żoni ‘c’għal (il-paragrafi 24 34 RAG):

(a)

id-diversifikazzjoni ta' stabbiliment eżistenti għal prodotti ġodda;

(b)

il-proċess ġdid tal-innovazzjoni fi stabbiliment eżistenti.

2.1.4.   Ipprovdi referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika fejn hu stipulat li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata b'kull għajnuna individwali li għandha tingħata fuq il-bażi ġuridika tal-iskema li tkun twassal biex il-limitu ta' notifika jinqabeż (29) (il-paragrafu 23 RAG).

2.2.   L-ispejjeż eliġibbli kkalkolati abbażi tal-ispejjeż ta' investiment

2.2.1.   Meta n-nefqa eliġibbli (il-paragrafu 20(x) RAG) bl-iskema tirrigwarda assi tanġibbli, il-valur tal-investiment huwa stabbilit bħala perċentwali fuq il-bażi ta' art, bini u impjanti, makkinarju u tagħmir? (30):

(a) ☐

l-art

(b) ☐

il-bini

(c) ☐

l-impjant/il-makkinarju/it-tagħmir?

Ipprovdi r-referenza tal-partijiet rilevanti tal-bażi ġuridika:

2.2.2.   Ipprovdi referenza għad-dispożizzjoni rilevanti tal-bazi ġuridika li tistipula li l-assi miksuba għandhom ikunu ġodda (31)? (il-paragrafu 94 RAG)

2.2.3.   Ipprovdi referenza għad-dispożizzjoni rilevanti fil-bażi ġuridika fejn huwa stipulat li fil-każ tal-SMEs mhux aktar minn 50 % tal-ispejjeż ta' studji preparatorji jew l-ispejjeż ta' konsulenza marbuta mal-investiment jistgħu jiġu kkunsidrati bħala ispejjeż eliġibbli (il-paragrafu 95 RAG).

2.2.4.   Ipprovdi referenza għad-dispożizzjoni rilevanti tal-bażi ġuridika li tistipula li għall-għajnuna mogħtija għal bidla fundamentali fil-proċess tal-produzzjoni, l-ispejjeż eliġibbli jaqbżu d-deprezzament tal-assi marbuta mal-attività li jiġu mmodernizzati matul it-tliet snin fiskali preċedenti (il-paragrafu 96 RAG).

2.2.5.   Ipprovdi referenza għad-dispożizzjoni rilevanti tal-bażi ġuridika li tistipula li għall-għajnuna mogħtija għal diversifikazzjoni ta' stabbiliment eżistenti, l-ispejjeż eliġibbli huma mill-inqas 200 % iktar mill-valur kontabilistiku tal-assi li jintużaw mill-ġdid, kif irreġistrat fis-sena fiskali ta' qabel il-bidu tax-xogħlijiet (il-paragrafu 97 RAG).

2.2.6.   F'każijiet li jinvolvu l-kiri ta' assi tanġibbli, agħti referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika li tistipula li l-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu rispettati (il-paragrafu 98 RAG).

għal art u bini, il-kirja trid tkompli għal mill-inqas ħames snin wara d-data li fiha huwa mistenna jitlesta l-investiment fil-każ ta' kumpaniji kbar, u tliet snin fil-każ ta' SMEs;

għal impjanti jew makkinarju, il-kirja trid tingħata fil-forma ta' lokazzjoni finanzjarja u jrid ikun fiha obbligu min-naħa tal-benefiċjarju tal-għajnuna li jixtri l-assi meta jiskadi t-terminu tal-lokazzjoni.

2.2.7.   Il-paragrafu 99 RAG jistipula li ‘Fil-każ ta' akkwiżizzjoni ta' stabbiliment, huma biss il-kostijiet tax-xiri tal-assi minn partijiet terzi mhux relatati mal-bejjiegħ li għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni. It-tranżazzjoni trid isseħħ skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Meta tkun diġà ngħatat l-għajnuna għall-akkwiżizzjoni ta' assi qabel ma jinxtraw, il-kostijiet ta' dawn l-assi għandhom jitnaqqsu mill-ispejjeż eliġibbli relatati mal-akkwiżizzjoni ta' stabbiliment. Jekk l-akkwiżizzjoni ta' stabbiliment tkun akkumpanjata minn investiment addizzjonali eliġibbli għall-għajnuna, l-ispejjeż eliġibbli ta' dan l-aħħar investiment għandhom jiġu miżjuda mal-kostijiet tax-xiri tal-assi tal-istabbiliment.’.

Jekk rilevanti għall-iskema notifikata, agħti referenza għad-dispożizzjonijiet tal-bażi ġuridika li jistipulaw li l-kundizzjonijiet f'dan il-punt għandhom jiġu rispettati.

2.2.8.   Fejn in-nefqa eliġibbli fl-iskema tirrigwarda assi intanġibbli (il-paragrafu 20(j) RAG), il-valur tal-investiment huwa stabbilit fuq il-bażi tal-ispiża tat-trasferiment tat-teknoloġija bl-akkwist ta' drittijiet privattivi, liċenzji, għarfien jew tagħrif tekniku mingħajr privattiva?

(a) ☐

id-drittijiet tal-privattivi

(b) ☐

il-liċenzji

(c) ☐

l-għarfien

(d) ☐

l-għarfien tekniku mhux kopert bil-privattiva

Ipprovdi r-referenza għall-partijiet rilevanti tal-bażi ġuridika:

2.2.9.   Agħti referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika fejn huwa stipulat li għall-impriżi kbar l-ispejjeż ta' investiment eliġibbli intanġibbli m'għandhomx ikun iktar minn50 % tal-ispejjeż eliġibbli ta' investiment totali tal-proġett (il-paragrafu 100 RAG).

2.2.10.   Ipprovdi referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika fejn huwa stipulat li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 101-102 RAG (32) għandhom jiġu rrispettati.

2.3.   L-ispejjeż eliġibbli kkalkolati fuq il-bażi tal-ispejjeż tal-pagi

Agħti referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika fejn huwa stipulat kif għandhom ikunu stabbiliti l-ispejjeż eliġibbli kkalkolat fuq il-bażi tal-ispejjeż tal-pagi (il-paragrafu 103 RAG), kif l-għadd ta' impjiegi maħluqa għandu jiġi kkalkolat b'referenza għall-paragrafu 20(k) RAG u kif l-ispejjeż tal-pagi tal-persuni mikrija għandhom jiġu stabbiliti b'referenza għall-paragrafu 20(z) RAG.

2.4.   Kalkolu tal-ispejjeż eliġibbli skontati

2.4.1.   Indika liema tipi ta' għajnuna huma permessi skont l-iskema:

(a) ☐

għotjiet. Ipprovdi r-referenza tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika:

(b) ☐

self aġevolat. Indika kif l-ekwivalenti tal-għotja se jiġi kkalkolat u pprovdi r-referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika:

(c) ☐

il-garanziji. Indika kif l-ekwivalenti tal-għotja se jiġi kkalkolat u pprovdi r-referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika:

(d) ☐

miżuri fiskali. Speċifika liema tip ta' miżuri u indika kif l-ekwivalenti tal-għotja se jiġi kkalkolat. Ipprovdi wkoll ir-referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika:

(e) ☐

oħrajn. Speċifika u indika kif l-ekwivalenti tal-għotja se jiġi kkalkolat. Ipprovdi wkoll ir-referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika:

2.4.2.   L-iskema ta' għajnuna hija eliġibbli biex tkun kofinanzjata minn Fondi tal-ESI? Jekk iva,semmi b'liema programmi operattivi tal-fondi tal-ESI jista' jinkiseb finanzjament. Indika wkoll l-ammont ta' finanzjament mill-fondi tal-ESI li se jkun involut, jekk ikun magħruf f'dan l-istadju.

2.4.3.   Agħti referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika li jistipulaw li, qabel ma tagħti l-għajnuna individwali mill-iskema notifikata, l-awtorità li tagħti l-għajnuna għandha tistabbilixxi jekk il-benefiċjarju (fil-livell tal-grupp) irċiviex għajnuna għal investiment inizjali wieħed (jew iktar) mibdi fl-istess reġjun NUTS3 f'perjodu ta' tliet snin mid-data tal-bidu tax-xogħlijiet fuq il-proġett ta' investiment.

2.4.4.   Agħti referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika li jistipulaw li l-ammont totali ta' għajnuna li tingħata bl-iskema għal kull proġett ta' investiment inizjali ma jkunx iktar mill-‘intensità massima ta' għajnuna’ (kif definit fil-paragrafu 20(m) RAG), billi titqies l-intensità ta' għajnuna ogħla għall-SMEs (kif determinat fil-paragrafu 177 RAG) jew l-‘ammont aġġustat ta' għajnuna’ (kif definit fil-paragrafu 20(c) RAG), fejn applikabbli.

2.4.5.   Agħti r-referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika li jistipulaw li meta l-għajnuna individwali tingħata minn bosta skemi ta' għajnuna reġjonali jew flimkien ma' għajnuna ad hoc, l-intensità massima permissibbli tal-għajnuna li tista' tingħata lill-proġett tiġi kkalkolata bil-quddiem mill-ewwel awtorità li tagħti l-għajnuna? (il-paragrafu 92 RAG)

2.4.6.   Fejn l-iskema ta' għajnuna tippermetti għajnuna għall-investiment inizjali marbuta ma' proġett tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (KTE), agħti referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika li jistipulaw (b'referenza għad-dispożizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 93 RAG) kif jiġu stabbiliti l-intensità massima ta' għajnuna applikabbli għall-proġett u l-benefiċjarji differenti involuti.

3.   Valutazzjoni tal-kompatibilità tal-iskema ta' għajnuna

3.1.   Kontribuzzjoni għal objettiv reġjonali u l-ħtieġa għal intervent mill-Istat

L-iskema hija parti minn Programm Operattiv (33) (il-paragrafu 32 RAG)?

Iva. Ipprovdi r-referenza/i għall-Programm(i) Operattiv(i) ikkonċernat(i):

Le. Spjega kif l-iskema hija konsistenti u tikkontribwixxi għall-istrateġija ta' żvilupp taż-żona kkonċernata (il-paragrafu 33 RAG):

3.1.1.   Agħti referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika li fihom ir-rekwiżit li ssir Stima tal-Impatt Ambjentali (‘EIA’) għall-investimenti kkonċernati qabel l-għoti ta' għajnuna lil proġetti individwali, meta hekk ikun meħtieġ bil-liġi (il-paragrafu 39 RAG).

3.1.2.   Spjega kif l-awtoritajiet li jagħtu l-għajnuna se jagħtu prijorità u jagħżlu l-proġetti ta' investiment skont l-għanijiet tal-iskema (pereżempju, fuq il-bażi tal-approċċ ta' punteġġ formali) (il-paragrafu 33 RAG). Ipprovdi wkoll ir-referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika jew atti amministrattivi relatati oħra.

3.1.3.   Spjega kif, meta tagħti l-għajnuna lil proġetti ta' investiment individwali mill-iskema notifikata, l-awtorità li tagħti l-għajnuna se tistabbilixxi li l-proġett(i) magħżul(a) jikkontribwixxi/u għall-għan tal-iskema u, għalhekk, għall-istrateġija ta' żvilupp taż-żona kkonċernata. (il-paragrafu 35 RAG)

3.1.4.   Spjega kif id-dispożizzjoni li tirrikjedi li kull investiment li jingħata appoġġ bl-iskema notifikata se jinżamm fiż-żona kkonċernata għal mill-inqas ħames snin (tliet snin għall-SMEs) wara li jitlesta u jkun implimentat (il-paragrafu 36 RAG). Agħti referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti fil-bażi ġuridika.

3.1.5.   F'każijiet fejn l-għajnuna mogħtija bl-iskema notifikata hija kkalkolata fuq il-bażi tal-ispejjeż tal-pagi, spjega l-metodu ta' implimentazzjoni tad-dispożizzjoni li tirrikjedi li l-impjiegi jinħolqu fi żmien tliet snin minn meta jitlesta l-investiment u li kull impjieg maħluq permezz tal-investiment għandu jinżamm fiż-żona kkonċernata għal perjodu ta' ħames snin (tliet snin għall-SMEs) mid-data meta l-pożizzjoni tkun imtliet l-ewwel darba (il-paragrafu 37 RAG). Ipprovdi r-referenza tad-dispożizzjoni rilevanti fil-bażi ġuridika.

3.1.6.   Ipprovdi referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika fejn huwa stipulat li l-benefiċjarji jridu jipprovdu kontribuzzjoni ta' mill-inqas 25 % tal-ispejjeż eliġibbli, mir-riżorsi tagħhom stess jew permezz ta' finanzjament estern, f'għamla li hija eżenti minn kull appoġġ finanzjarju pubbliku (34) (il-paragrafu 38 RAG).

3.1.7.   Agħti referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika li juru li l-iskema għandha tirrispetta l-limiti ta' pjan tal-għajnuna reġjonali applikabbli fi żmien l-għotja tal-għajnuna (il-paragrafu 81 RAG). Ipprovdi wkoll ir-referenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-pjan tal-għajnuna reġjonali kkonċernat.

3.2.   L-adegwatezza tal-iskema

3.2.1.   Jekk l-iskema mhijiex eliġibbli skont il-Programm Operattiv, spjega għaliex l-għajnuna reġjonali hija strument xieraq biex jiġi indirizzat l-għan komuni ta' ekwità jew koeżjoni (35) (il-paragrafu 52 RAG):

3.2.2.   Meta l-iskema hija speċifika għal xi settur u mhijiex eliġibbli għal kofinanzjament mill-Fondi Strutturali, uri l-vantaġġi ta' dak l-istrument meta mqabbel ma' skema multisettorjali jew għażliet oħrajn ta' politika (il-paragrafu 53 RAG):

3.2.3.   Għajnuna individwali bl-iskema notifikata tingħata:

awtomatikament, jekk il-kundizzjonijiet tal-iskema jiġu ssodisfati jew

b'mod diskrezzjonali, wara deċiżjoni tal-awtoritajiet?

Ipprovdi r-referenza tad-dispożizzjoni rilevanti tal-bażi ġuridika:

Jekk għajnuna hija maħsuba biex tingħata fuq bażi diskrezzjonali, ipprovdi deskrizzjoni qasira tal-kriterji li ġew segwiti u ehmeż kopja tad-dispożizzjonijiet amministrattivi interni tal-awtorità li tagħti l-għajnuna applikabbli għall-għoti tal-għajnuna:

3.2.4.   Jekk l-għajnuna mill-iskema tingħata f'forom li jipprovdu vantaġġ finanzjarju dirett (36), uri għaliex forom oħrajn ta' għajnuna li potenzjalment ifixklu inqas bħal self bil-quddiem li jitħallas lura jew forom ta' għajnuna bbażati fuq strumenti ta' dejn jew ekwità (37), mhumiex xierqa (il-paragrafu 57 RAG):

3.3.   L-effett ta' inċentiv u l-proporzjonalità tal-iskema

3.3.1.   Agħti referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika li jistipulaw li kull applikazzjoni għall-għajnuna għandha tiġi ppreżentata qabel ma jinbeda x-xogħol fuq il-proġett ta' investiment ikkonċernat (il-paragrafu 64 RAG).

3.3.2.   Agħti referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika li jistipulaw li dawk li japplikaw għal għajnuna mill-iskema notifikata se jkunu obbligati jippreżentaw formola ta' applikazzjoni standard ipprovduta mill-awtorità li tagħti l-għajnuna li fiha jridu jispjegaw x'jiġri jekk ma jirċevux l-għajnuna u indika liema minn mix-xenarji (Xenarju 1 — deċiżjoni ta' investiment jew Xenarju 2 — deċiżjoni dwar il-post) japplikaw (il-paragrafu 66 u l-paragrafu 61 RAG). Jekk dik il-formola tal-applikazzjoni tkun differenti mill-eżempju mogħti fl-Anness V għar-RAG, ipprovdi kopja ta' dik l-applikazzjoni.

3.3.3.   Ipprovdi r-referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika li jistipulaw li Intrapriżi Kbar li japplikaw għall-għajnuna mill-iskema notifikata huma meħtieġa jipprovdu prova biex tissostanzja x-xenarju kontrafattwali deskritt. (il-paragrafu 67 RAG). Spjega wkoll x'tip ta' dokumenti se jkunu meħtieġa.

3.3.4.   Agħti referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika li jistipulaw li meta tivvaluta applikazzjonijiet għal għajnuna individwali, l-awtorità li tagħti l-għajnuna hija obbligata twettaq verifika tal-kredibilità tax-xenarju kontrafattwali pprovdut u tivverifika li l-għajnuna reġjonali għandha l-effett ta' inċentiv meħtieġ li jikkorrispondi għax-Xenarju 1 jew ix-Xenarju 2 (38) (il-paragrafu 68 RAG).

3.3.5.   Agħti referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika li jistipulaw li għajnuna individwali mogħtija lill-Intrapriżi Kbar bl-iskema notifikata se tkun limitata għall-ispejjeż netti żejda marbuta mal-implimentazzjoni tal-investiment fiż-żona kkonċernata, meta mqabbla max-xenarju kontrofattwali fin-nuqqas ta' għajnuna, bl-użu tal-metodu spjegat fil-paragrafu 79 u l-paragrafu 80 RAG (il-paragrafu 88 RAG).

3.4.   L-evitar ta' effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ

3.4.1.   Spjega kif se jitnaqqas kemm jista jkun it-tfixkil fil-kompetizzjoni u l-kummerċ kkawżati mill-iskema ta' għajnuna nnotifikata (il-paragrafu 125 RAG) (39):

3.4.2.   Agħti referenzi għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika li jistipulaw li meta tagħti għajnuna mill-iskema għal proġetti individwali, l-awtorità li tagħti l-għajnuna trid tivverifika u tikkonferma li mingħajr l-għajnuna l-investiment ma kienx isir f'reġjun b'intensità tal-għajnuna reġjonali ogħla jew daqs tar-reġjun li għalih hija maħsuba (il-paragrafu 126 RAG).

3.4.3.   Agħti referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika li jistipulaw li meta tagħti għajnuna mill-iskema għal proġetti individwali, l-awtorità li tagħti l-għajnuna jeħtieġ li tinnotifika l-għotjiet tal-għajnuna individwali f'każijiet li fihom il-benefiċjarju jkun għalaq l-istess attività jew waħda simili f'żona oħra fiż-ŻEE matul is-sentejn qabel id-data ta' applikazzjoni għall-għajnuna jew fil-mument tal-applikazzjoni għall-għajnuna jkollu l-intenzjoni li jagħlaq attività ta' dak it-tip f'perjodu ta' sentejn wara li jitlesta l-investiment li se jiġi ssussidjat. (il-paragrafu 122 RAG)

4.   Informazzjoni oħra

Ipprovdi kull informazzjoni oħra li hija rilevanti biex tiġi vvalutata l-miżura ta' għajnuna notifikata skont l-RAG:

PARTI III.1.C

Formola ta' Informazzjoni Supplimentari dwar skemi tal-għajnuna operatorja reġjonali

Din il-formula ta' informazzjoni supplimentari trid tintuża biex tiġi notifikata kull skema ta' għajnuna operattiva koperta mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat 2014-2020  (40) (l-‘RAG’).

1.   Kamp ta' applikazzjoni

(a)

Speċifika x'tip ta' għajnuna operatorja se tingħata:

i. ☐

Għajnuna operatorja biex jonqsu ċerti diffikultajiet speċifiċi affaċċati mill-SMEs fiż-żoni ‘a’

ii. ☐

Għajnuna operatorja biex tikkumpensa spejjeż addizzjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi

iii. ☐

Għajnuna operatorja biex tnaqqas id-depopolazzjoni f'żoni skarsament popolati

iv. ☐

Oħrajn. Speċifika:

(b)

L-iskema ta' għajnuna notifikata tipprovdi li ma tingħatax l-ebda għajnuna operatorja lil kategoriji ta' kumpaniji u setturi li ġejjin? F'kull każ, elenka id-dispożizzjoni rilevanti fil-bażi ġuridika tal-iskema.

Kategoriji ta' kumpaniji u setturi esklużi

Impriżi f'diffikultà (35)

Dispożizzjoni rilevanti fil-bażi ġuridika tal-iskema

Is-settur tal-azzar (36)

☐ Iva

 

Is-settur tal-fibri sintetiċi (36)

☐ Iva

 

Il-produzzjoni ta' prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-TFUE

☐ Iva

 

Ipproċessar u/jew kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I għat-TFUE (37) fi prodotti elenkati f'dak l-Anness I

☐ Iva

 

Il-produzzjoni, l-ipproċessar u/jew il-kummerċjalizzazzjoni tas-sajd u prodotti tal-akkwakultura elenkati fl-Anness I tat-TFUE

☐ Iva

 

Is-settur tat-trasport

☐ Iva

 

Is-settur tal-enerġija

☐ Iva

 

Taqsima K ‘Attivitajiet finanzjarji u ta' assigurazzjoni’ tal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Rev. 2

☐ Iva

 

NACE 70.10 ‘Attivitajiet ta' uffiċċji prinċipali’ u NACE 70.22 ‘Negozju u attivitajiet oħra ta' konsulenza maniġerjali’

☐ Iva

 

2.   Elementi bażiċi tal-Iskema

2.1.   Ipprovdi deskrizzjoni tal-elementi ewlenin tal-iskema u l-objettivi tagħha:

2.2.   Indika liema tipi ta' għajnuna huma permessi skont din l-iskema:

(a) ☐

Għotjiet. Ipprovdi r-referenza tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika:

(b) ☐

Self aġevolat. Indika kif l-ekwivalenti tal-għotja se jiġi kkalkolat u pprovdi r-referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika:

(c) ☐

Garanziji. Indika kif l-ekwivalenti tal-għotja se jiġi kkalkolat u pprovdi r-referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika:

(d) ☐

Miżuri fiskali. Speċifika liema huma u indika kif l-ekwivalenti tal-għotja se jiġi kkalkolat. Ipprovdi wkoll ir-referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika:

(e) ☐

Oħrajn. Speċifika u indika kif l-ekwivalenti tal-għotja se jiġi kkalkolat. Ipprovdi wkoll ir-referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika:

2.3.   L-għajnuna individwali tal-iskema notifikata se tingħata:

(a) ☐

b'mod awtomatiku, jekk il-kundizzjonijiet tal-iskema jitwettqu

(b) ☐

b'mod diskrezzjonali, wara deċiżjoni tal-awtoritajiet.

Jekk l-għajnuna tingħata skont kull każ individiwali, jekk jogħġbok ipprovdi deskrizzjoni qasira tal-kriterji li se jiġu applikati. Jekk teżisti gwida amministrattiva għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni għall-għajnuna, jekk jogħġbok ehmeż kopja tagħha:

2.4.   L-iskema tal-għajnuna se tiġi kofinanzjata mill-Fondi ESI? Jekk iva, spjega skont liema programmi operattivi se jinkiseb il-finanzjament minn Fondi ESI. Indika wkoll l-ammont ta' finanzjament minn Fondi ESI li se jkun involut.

3.   Kompatibilità tal-għajnuna

3.1.   Kontribuzzjoni lejn l-għan reġjonali u l-effett ta' inċentiv:

Għal għajnuna li tnaqqas ċerti diffikultajiet speċifiċi li jaffaċċaw l-SMEs  (41) fiż-żoni ‘a’

3.1.1.   Elenka d-diffikultajiet speċifiċi affaċċati mill-SMEs fir-reġjun ikkonċernat li għandu jiġi indirizzat mill-iskema (il-paragrafu 43 RAG) u uri l-eżistenza u l-importanza ta' dawn id-diffikultajiet (il-paragrafu 44 RAG).

3.1.2.   Spjega għaliex id-diffikultajiet elenkati fil-punt 3.1.1 ma jistgħux jingħelbu mill-għajnuna għall-investiment u għalhekk hija meħtieġa l-iskema għall-għajnuna operatorja notifikata (il-paragrafu 44 RAG):

Għal għajnuna biex tikkumpensa ċerti spejjeż addizzjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi

3.1.3.   Identifika l-ispejjeż addizzjonali speċifiċi (42) li se jiġu kkumpensati mill-iskema u uri kif dawk l-ispejjeż huma marbutin mal-iżvantaġġi permanenti stabbiliti fl-Artikolu 349 TFUE (il-paragrafu 45 RAG):

Għal għajnuna biex titnaqqas id-depopolazzjoni f'żoni skarsament popolati

3.1.4.   Uri r-riskju ta' depopolazzjoni taż-żona rilevanti fl-assenza ta' għajnuna operatorja (il-paragrafu 46 RAG):

3.2.   L-adegwatezza tal-iskema

Indika għaliex l-għajnuna proposta hija kkunsidrata xierqa biex jinkiseb l-objettiv tal-iskema. Spjega b'mod partikolari għaliex strumenti oħra ta' politika li jfixklu inqas u tipi oħra ta' strumenti ta' għajnuna li jfixklu inqas mhumiex xierqa biex tinkiseb l-istess kontribuzzjoni pożittiva għall-iżvilupp reġjonali (il-paragrafi 50, 56, 57, 58 RAG):

3.3.   Proporzjonalità tal-iskema

Għat-tipi kollha ta' għajnuna operatorja

3.3.1.   Iddetermina l-ispejjeż eliġibbli li huma kompletament attribwibbli għall-problemi li l-għajnuna għandha l-għan li tindirizza, (il-paragrafu 109 RAG):

3.3.2.   Ikkonferma li imposti tad-deprezzament u l-ispejjeż tal-finanzjament inklużi fl-ispejjeż eliġibbli rilevanti għal għajnuna għall-investiment reġjonali, ma jiġux inklużi fl-ispejjeż eliġibbli għal għajnuna operatorja (il-paragrafu 109 RAG), u pprovdi r-referenza għad-dispożizzjoni rilevanti tal-bażi ġuridika.

3.3.3.   Iddeskrivi l-mudell ta' kumpens (il-paragrafu 56 RAG) li se jiġi adottat u kif dak il-mudell se jippermetti kalkolu xieraq tal-ammont ta' għajnuna, billi jiżgura li ma jkun hemm ebda kumpens żejjed kif definit fil-paragrafu 109 RAG:

3.3.4.   Indika jekk għajnuna operatorja hijiex mogħtija wkoll permezz ta' skemi oħra ta' għajnuna operatorja fir-reġjun, billi ssemmi r-referenza rilevanti tal-għajnuna mill-Istat ta' dawk l-iskemi.

3.3.5.   F'każ li skemi oħra ta' għajnuna operatorja huma applikabbli fl-istess reġjun, spjega kif huwa assigurat li għajnuna operatorja mogħtija skont skemi differenti ta' għajnuna operatorja ma jwassalx għal kumpens żejjed:

Għal għajnuna operatorja f'żoni ultraperiferiċi biss

3.3.6.   Uri li l-ispejjeż addizzjonali li għandhom jiġu kumpensati skont l-iskema notifikata se jiġu kkwantifikati b'rabta mal-livell tal-ispejjeż imġarrba minn intrapriżi simili stabbiliti f'reġjuni oħra tal-Istat Membru kkonċernat (il-paragrafu 110 RAG):

Għal għajnuna operatorja biex jitnaqqsu ċerti diffikultajiet speċifiċi affaċċati mill-SMEs f'ċerti żoni ‘a’ biss

3.3.7.   Spjega kif il-livell ta' għajnuna se jitnaqqas progressivament tul il-perjodu tal-iskema (il-paragrafu 111 RAG) u pprovdi r-referenza għad-dispożizzjoni rilevanti tal-bażi ġuridika.

3.4.   L-evitar ta' effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ

Spjega għaliex mhux probabbli li l-għajnuna mogħtija skont l-iskema se toħloq tfixil sinifikanti ħafna fil-kompetizzjoni fis-suq (il-paragrafu 140 RAG):

4.   Informazzjoni oħra

Ipprovdi kull informazzjoni oħra li hija rilevanti biex tiġi vvalutata l-miżura ta' għajnuna notifikata skont l-RAG:

PARTI III.2

Formola ta' informazzjoni supplimentari għall-għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni

Din il-formola ta' informazzjoni supplimentari trid tintuża sabiex tiġi notifikata kull miżura ta' għajnuna (skemi ta' għajnuna u għajnuna individwali) koperta mill-Qafas għall-għajnuna mill-istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni (‘il-Qafas għar-RŻI’)  (43).

F'każ li jkun hemm bosta benefiċjarji involuti f'miżura ta' għajnuna waħda, jeħtieġ li tiġi pprovduta l-informazzjoni rilevanti għal kull wieħed minnhom.

1.   Karatteristiċi tal-miżura ta' għajnuna notifikata

1.1.   Skemi ta' għajnuna

A)

Raġunijiet għan-notifika tal-iskema:

(a) ☐

l-iskema tinkludi fiha għajnuna li mhijiex trasparenti skont it-tifsira tal-Artikolu 5 tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (44);

(b) ☐

raġunijiet oћra.

Speċifika:

B)

Il-kamp ta' applikazzjoni settorjali tal-iskema notifikata:

C)

Immarka l-kaxxa ta' hawn taħt biex tikkonferma li kull għajnuna mogħtija mill-iskema notifikata se tiġi notifikata individwalment jekk taqbeż il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 4 tal-GBER:

1.2.   Għajnuna individwali

A)

F'każ li l-għajnuna tkun ibbażata fuq skema approvata, ipprovdi l-informazzjoni dwar dik l-iskema, inkluża r-referenza għall-pubblikazzjoni tagħha (indirizz fuq il-web) u n-numru ta' reġistrazzjoni tagħha tal-għajnuna mill-Istat tagħha:

B)

Jekk applikabbli, ipprovdi r-rata tal-kambju li ntużat għall-finijiet tan-notifika:

1.3.   Informazzjoni ġenerali

A)

Speċifika t-tip ta' għajnuna:

(a) ☐

għajnuna għal proġetti ta' R&Ż;

(b) ☐

għajnuna għal istudji tal-fattibbiltà;

(c) ☐

għajnuna għall-kostruzzjoni u t-titjib ta' infrastrutturi tar-riċerka;

(d) ☐

għajnuna għall-innovazzjoni għall-SMEs;

(e) ☐

għajnuna għall-innovazzjoni fil-proċessi u fl-organizzazzjoni;

(f) ☐

għajnuna għar-raggruppamenti ta' innovazzjoni.

B)

Il-miżura notifikata tinvolvi finanzjament mill-Unjoni amministrat ċentralment mill-istituzzjonijiet, l-aġenziji, l-impriżi konġunti jew korpi oħrajn tal-Unjoni li mhuwiex direttament jew indirettament taħt il-kontroll tal-Istati Membri?

☐ iva

☐ le

Jekk iva, speċifika:

C)

Il-miżura notifikata tinvolvi impriżi f'diffikultà, kif definiti mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' impriżi mhux finanzjarji li jinsabu f'diffikultà (45)?

☐ iva

☐ le

Jekk iva, speċifika:

D)

Il-miżura notifikata tinvolvi impriżi li huma soġġetti għal ordni ta' rkupru pendenti skont deċiżjoni meħuda qabel li tkun iddikjarat li għajnuna hija illegali u inkompatibbli mas-suq intern?

☐ iva

☐ le

Jekk iva, speċifika u indika l-ammonti li għad iridu jiġu rkuprati:

E)

Il-miżura notifikata tinvolvi organizzazzjonijiet ta' riċerka u tqassim tal-għarfien (‘organizzazzjonijiet ta' riċerka’) jew infrastrutturi tar-riċerka, kif iddefiniti fil-punti 15(ee) u (ff) tal-Qafas RŻI?

☐ iva

☐ le

Jekk iva, speċifika:

F)

Il-miżura notifikata tinvolvi akkwist pubbliku ta' servizzi ta' riċerka u żvilupp?

☐ iva

☐ le

Jekk iva, speċifika:

G)

L-għajnuna mogħtija skont il-miżura notifikata tista' tingħata flimkien ma' għajnuna oħra?

☐ iva

☐ le

Jekk iva, speċifika:

H)

Jekk applikabbli, immarka l-kaxxa ta' hawn taħt sabiex tikkonferma li l-benefiċjarji huma konformi mad-definizzjoni ta' SME stabbilita fl-Anness I tal-GBER u, għal għajnuna individwali, agħti l-informazzjoni u l-evidenza rilevanti:

2.   Organizzazzjonijiet ta' riċerka u infrastrutturi tar-riċerka

A)

L-organizzazzjonijiet ta' riċerka jew l-infrastrutturi tar-riċerka kkonċernati mill-miżura ta' għajnuna notifikata jwettqu xi attività ekonomika li tikkonsisti fl-offerta ta' prodotti jew servizzi f'suq partikolari?

☐ iva

☐ le

Ipprovdi d-dettalji:

B)

Jekk l-istess entità twettaq attivitajiet kemm ta' għamla ekonomika kif ukoll mhux ekonomika, iż-żewġ tipi ta' attivitajiet u l-ispejjeż, il-finanzjament u d-dħul tagħhom jistgħu jiġu separati minn xulxin b'mod ċar?

☐ iva

☐ le

Jekk iva, speċifika:

C)

Jekk l-istess entità twettaq attivitajiet kemm ta' għamla ekonomika kif ukoll mhux ekonomika, l-ammont ta' finanzjament pubbliku allokat lilha għal perjodu kontabilistiku speċifiku huwa limitat għall-ispejjeż tal-attivitajiet mhux ekonomiċi mġarrbin fl-istess perjodu?

☐ iva

☐ le

Jekk iva, speċifika:

D)

Jekk l-istess entità twettaq attivitajiet kemm ta' għamla ekonomika kif ukoll mhux ekonomika, l-użu ekonomiku jibqa' purament anċillari, jiġifieri jikkorrispondi għal attività li hija meħtieġa u direttament marbuta mal-operat tal-organizzazzjoni ta' riċerka jew l-infrastruttura tar-riċerka jew intrinsikament marbuta mal-użu mhux ekonomiku ewlieni tagħha, u li hija limitata fil-kamp ta' applikazzjoni?

☐ iva

☐ le

Jekk iva, speċifika u indika s-sehem tal-kapaċità kumplessiva li tintuża jew li hija stmata li tintuża għat-tali attivitajiet ekonomiċi fis-sena:

E)

Jekk huwa pprovdut finanzjament pubbliku għall-attivitajiet ekonomiċi mhux anċillari tal-organizzazzjonijiet ta' riċerka jew tal-infrastrutturi tar-riċerka, jista' jintwera li kemm il-finanzjament pubbliku kif ukoll kull vantaġġ miksub bih jingħaddew kompletament lid-destinatarju finali, pereżempju permezz ta' prezzijiet imraħħsin, u li ma jingħata ebda vantaġġ ieħor lill-intermedjarju?

☐ iva

☐ le

Jekk iva, speċifika:

3.   Għajnuna indiretta mill-istat lil impriżi permezz ta' organizzazzjonijiet ta' riċerka u l-infrastrutturi ta' riċerka

3.1.   Riċerka f'isem l-impriżi

A)

L-organizzazzjonijiet ta' riċerka jew l-infrastrutturi tar-riċerka kkonċernati mill-miżura ta' għajnuna notifikata jwettqu riċerka kuntrattata jew ifornu servizzi ta' riċerka lill-impriżi?

☐ iva

☐ le

Jekk iva, speċifika:

B)

Jekk l-organizzazzjonijiet ta' riċerka jew l-infrastrutturi tar-riċerka jwettqu riċerka kuntrattata jew jipprovdu servizzi ta' riċerka lil impriżi, dawk is-servizzi jipprovduhom bi prezz tas-suq?

☐ iva

☐ le

Jekk iva, speċifika:

C)

Jekk l-organizzazzjonijiet ta' riċerka jew l-infrastrutturi tar-riċerka jwettqu riċerka kkuntrattata jew jipprovdu servizzi ta' riċerka lil impriżi u ma hemm ebda prezz tas-suq, dawk is-servizzi jipprovduhom bi prezz li jirrifletti l-ispejjeż kollha tas-servizzi u li ġeneralment jinkludi marġni stabbilit b'referenza għal dawk applikati b'mod ġenerali minn impriżi attivi fis-settur ikkonċernat, jew huwa r-riżultat tan-negozjati bil-kundizzjonijiet normali tas-suq li fihom l-organizzazzjonijiet ta' riċerka jew l-infrastrutturi tar-riċerka jinnegozjaw sabiex jiksbu l-ikbar benefiċċju ekonomiku meta jkun qed jiġi konkluż il-kuntratt u mill-inqas ikopru l-ispejjeż marġinali tagħhom?

☐ iva

☐ le

Jekk iva, speċifika:

3.2.   Kollaborazzjoni ma' intrapiżi

A)

L-organizzazzjonijiet ta' riċerka jew l-infrastrutturi tar-riċerka milquta mill-miżura ta' għajnuna notifikata jikkollaboraw ma' impriżi bil-għan li jwettqu proġetti speċifiċi b'mod konġunt?

☐ iva

☐ le

Jekk iva, speċifika:

B)

Jekk l-organizzazzjonijiet ta' riċerka jew l-infrastrutturi tar-riċerka jikkollaboraw b'mod effettiv ma' impriżi, indika jekk humiex issodisfati xi wħud mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-impriżi parteċipanti jġarrbu l-ispiża kollha tal-proġetti;

☐ iva

☐ le

(b)

ir-riżultati tal-kollaborazzjoni li ma jwasslux għal drittijiet tal-proprjetà intellettwali (‘DPI’) jistgħu jitqassmu sew u kull DPI li jirriżulta mill-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet ta' riċerka jew infrastrutturi tar-riċerka jiġu allokati kompletament lilhom

☐ iva

☐ le

(c)

kull DPI li jirriżulta mill-proġett, kif ukoll id-drittijiet ta' aċċess relatati jiġu allokati lill-imsieħba ta' kollaborazzjoni differenti b'mod li jirrifletti kif xieraq il-pakketti ta' ħidma, il-kontribuzzjonijiet u l-interessi rispettivi tagħhom

☐ iva

☐ le

Jekk it-tweġiba għal xi waħda mill-mistoqsijiet ta' hawn fuq hija iva, agħti iktar dettalji:

C)

Jekk l-organizzazzjonijiet ta' riċerka jew l-infrastrutturi tar-riċerka jikkollaboraw b'mod effettiv ma' impriżi u ma tweġibx iva għall-ebda waħda mill-mistoqsijiet (B), indika jekk hijiex issodisfata xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-organizzazzjonijiet ta' riċerka jew l-infrastrutturi tar-riċerka jirċievu kumpens li l-ammont tiegħu ġie stabbilit permezz ta' proċedura ta' bejgħ kompetittiva miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja:

☐ iva

☐ le

(b)

l-organizzazzjonijiet ta' riċerka jew l-infrastrutturi tar-riċerka jirċievu kumpens li l-ammont tiegħu huwa kkonfermat li tal-inqas jilħaq il-prezz minimu skont valutazzjoni ta' espert indipendenti:

☐ iva

☐ le

(c)

l-organizzazzjonijiet ta' riċerka jew l-infrastrutturi tar-riċerka jistgħu juru li nnegozjaw b'mod effettiv il-kumpens, fil-kundizzjonijiet tas-suq normali, sabiex jiksbu l-benefiċċju ekonomiku massimu meta ġie konkluż il-kuntratt:

☐ iva

☐ le

(d)

f'każijiet li fihom il-ftehim ta' kollaborazzjoni jipprovdi lill-impriżi li jikkollaboraw bi dritt tal-ewwel ċaħda fir-rigward tad-DPI iġġenerat mill-organizzazzjonijiet ta' riċerka jew l-infrastrutturi tar-riċerka, dawn tal-aħħar jeżerċitaw dritt reċiproku li jfittxu offerti iktar ekonomikament vantaġġużi mingħand terzi sabiex l-impriżi li jikkollaboraw ikollhom jilħqu l-offerta tagħhom kif xieraq.

☐ iva

☐ le

Jekk kull waħda mill-mistoqsijiet f'din it-taqsima twieġbet ‘iva’, agħti iktar dettalji:

4.   Akkwist pubbliku ta' servizzi ta' riċerka u żvilupp

A)

Jekk il-miżura notifikata tinvolvi akkwist pubbliku ta' servizzi ta' riċerka u żvilupp mingħand l-impriżi, il-fornituri jintgħażlu permezz ta' proċedura ta' offerta miftuħa mwettqa skont id-direttivi applikabbli (46)?

☐ iva

☐ le

Jekk iva, speċifika:

B)

Fil-każijiet kollha l-oħrajn li fihom il-miżura notifikata tinvolvi l-akkwist pubbliku ta' servizzi ta' riċerka u żvilupp mingħand impriżi, inkluż l-akkwist prekummerċjali, indika jekk humiex issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-proċedura tal-għażla hija miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja, u bbażata fuq kriterji ta' għażla u ta' għoti li huma oġġettivi u speċifikati qabel issir il-proċedura tal-offerti

☐ iva

☐ le

Jekk le, ipprovdi dettalji biex tindika jekk ġietx segwita proċedura kompetittiva, trasparenti u mhux diskriminatorja f'konformità mad-direttivi applikabbli (pereżempju, proċedura kompetittiva b'negozjati, sħubija ta' innovazzjoni, djalogu kompettitiv):

(b)

l-arranġamenti kuntrattwali previsti li jiddeskrivu d-drittijiet u l-obbligi kollha tal-partijiet, inkluż fir-rigward tad-DPI, ikunu disponibbli għall-offerenti interessati kollha qabel il-proċedura tal-offerti:

☐ iva

☐ le

Ipprovdi d-dettalji:

(c)

l-akkwist ma jagħtix trattament preferenzjali lil xi wieħed mill-parteċipanti fil-forniment ta' volumi kummerċjali tal-prodotti finali jew ta' servizzi lil xerrej pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat (47), u waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tiġi sodisfatta:

ir-riżultati kollha li ma jwasslux għal DPI jistgħu jitqassmu b'mod ġenerali b'mod li impriżi oħrajn ikunu jistgħu jirriproduċuhom, u kull DPI jiġi allokat bis-sħiħ lix-xerrej pubbliku, jew

kull fornitur ta' servizzi li lilu jiġu allokati riżultati li jwasslu għal DPI huwa meħtieġ jagħti lix-xerrej pubbliku aċċess illimitat għal dawk ir-riżultati mingħajr ħlas, u jagħti aċċess lil terzi bil-kundizzjonijiet tas-suq.

☐ iva

☐ le

Ipprovdi d-dettalji:

5.   Deskrizzjoni tal-miżura ta' għajnuna notifikata

5.1.   Għajnuna għall-proġetti ta' R&Ż

A)

Indika liema stadji tar-R&Ż qed jingħataw appoġġ mill-miżura notifikata:

(a) ☐

riċerka fundamentali;

(b) ☐

riċerka industrijali;

(c) ☐

l-iżvilupp sperimentali.

B)

Għal għajnuna individwali, jekk il-proġett ikopri kategoriji differenti tar-riċerka, elenka u kkwalifika l-kompiti differenti divisi skont il-kategoriji tar-riċerka fundamentali, ir-riċerka industrijali jew l-iżvilupp sperimentali:

C)

Speċifika l-ispejjeż eliġibbli u, għal għajnuna individwali, indika l-ammont tagħhom:

 

Riċerka fundamentali

Riċerka industrijali

Żvilupp sperimentali

Spejjeż tal-persunal

 

 

 

Spejjeż tal-istrumenti u l-apparat

 

 

 

Spejjeż tal-bini u l-art

 

 

 

Spejjeż tar-riċerka kuntrattwali, l-għarfien u l-privattivi mixtrijin jew illiċenzjati minn sorsi esterni b'kundizzjonijiet tas-suq normali

 

 

 

Spejjeż ġenerali addizzjonali mġarrba direttament bħala riżultat tal-proġett

 

 

 

Spejjeż operattivi oħrajn

 

 

 

D)

Speċifika l-intensitajiet massimi applikabbli tal-għajnuna:

 

Intrapriża żgħira

Intrapriża ta' daqs medju

Intrapriża kbira

Riċerka fundamentali

Riċerka industrijali

soġġetta għal kollaborazzjoni effettiva bejn impriżi (għal intrapriżi kbar transkonfinali jew ma' mill-inqas SME waħda) jew bejn impriża u organizzazzjoni ta' riċerka; jew

soġġetta għat-tixrid fil-wiesgħa tar-riżultati

 

 

 

Żvilupp sperimentali

soġġetta għal kollaborazzjoni effettiva bejn impriżi (għal intrapriżi kbar transkonfinali jew ma' tal-inqas SME waħda) jew bejn impriża u organizzazzjoni ta' riċerka; jew

soġġetta għat-tixrid fil-wiesgħa tar-riżultati

 

 

 

5.2.   Għajnuna għall-istudji tal-fattibbiltà

A)

Speċifika l-ispejjeż eliġibbli u, għall-għajnuna individwali, indika l-ammont tagħhom:

B)

Speċifika l-intensitajiet massimi applikabbli tal-għajnuna, inkluża kull żieda għall-SMEs (‘bonuses fil-każ ta' SMEs’):

5.3.   Għajnuna għall-kostruzzjoni u t-titjib ta' infrastrutturi tar-riċerka

A)

Speċifika l-ispejjeż eliġibbli u, għall-għajnuna individwali, indika l-ammont tagħhom:

B)

Speċifika l-intensità massima applikabbli tal-għajnuna:

C)

Jekk l-infrastrutturi tar-riċerka jwettqu kemm attivitajiet ekonomiċi kif ukoll mhux ekonomiċi, immarka l-kaxxa ta' hawn taħt biex tikkonferma li l-ispejjeż ta' finanzjament u d-dħul ta' kull tip ta' attività huma meqjusa għalihom fuq il-bażi ta' prinċipji kontabilistiċi tal-ispejjeż ġustifikabbli b'mod oġġettiv u applikati b'konsistenza:

Għal għajnuna individwali, ipprovdi l-informazzjoni u l-evidenza rilevanti:

D)

Jekk l-infrastrutturi tar-riċerka jirċievu finanzjament pubbliku kemm għal attivitajiet ekonomiċi kif ukoll mhux ekonomiċi, immarka l-kaxxa ta' hawn taħt biex tikkonferma li hemm fis-seħħ mekkaniżmu ta' monitoraġġ ta' rkupru li jiżgura li ma tinqabiżx l-intensità massima applikabbli tal-għajnuna:

Ipprovdi informazzjoni u provi rilevanti:

E)

Il-prezz mitlub għall-operat jew l-użu tal-infrastruttura tar-riċerka jikkorrispondi għal prezz tas-suq?

☐ iva

☐ le

Speċifika:

F)

L-aċċess għall-infrastrutturi tar-riċerka huwa miftuħ għal bosta utenti fuq bażi trasparenti u mhux diskriminatorja?

☐ iva

☐ le

F'każ li jingħata aċċess preferenzjali lil ċerti impriżi, agħti d-dettalji u indika s-sehem tal-ispejjeż ta' investiment imġarrbin minn dawk l-impriżi:

5.4.   L-għajnuna lill-SMEs għall-innovazzjoni

A)

Indika liema attivitajiet qed jingħataw appoġġ mill-miżura notifikata:

(a) ☐

il-kisba, il-validazzjoni u d-difiża ta' privattivi u assi intanġibbli oħrajn;

(b) ☐

is-sekondar ta' persunal ferm ikkwalifikat;

(c) ☐

ix-xiri ta' servizzi ta' konsulenza u appoġġ fl-innovazzjoni.

B)

Speċifika l-ispejjeż eliġibbli u, għall-għajnuna individwali, indika l-ammont tagħhom:

C)

Speċifika l-intensitajiet massimi applikabbli tal-għajnuna:

5.5.   L-għajnuna għall-innovazzjoni fil-proċess u fl-organizzazzjoni

A)

Indika liema attivitajiet qed jingħataw appoġġ mill-miżura notifikata:

innovazzjoni fil-proċess;

l-innovazzjoni fl-organizzazzjoni.

B)

Speċifika l-ispejjeż eliġibbli u, għall-għajnuna individwali, indika l-ammont tagħhom:

Spejjeż tal-persunal

 

Spejjeż tal-istrumenti u t-tagħmir (sa fejn hu meħtieġ għall-użu fil-proġett u tul il- perjodu ta-proġett)

 

Spejjeż tal-bini u l-art (puntsa fejn hu meħtieġ għall-użu fil-proġett u għall-tul il- perjodu użati fil-ta-proġett)

 

Spejjeż tar-riċerka kuntrattwali, l-għarfien u l-privattivi mixtrijin jew illiċenzjati minn sorsi esterni b'kundizzjonijiet tas-suq normali

 

Spejjeż ġenerali addizzjonali u spejjeż operattivi oħrajn imġarrbin direttament minħabba l-proġett ta' riċerka

 

C)

Speċifika l-intensitajiet massimi applikabbli tal-għajnuna:

D)

Meta l-għajnuna tingħata lil intrapriżi kbar, immarka l-kaxxa ta' hawn taħt biex tikkonferma li effettivament jikkollaboraw ma' SMEs fl-attività megħjuna u l-SMEs li jikkollaboraw iġarrbu tal-inqas 30 % tal-ispejjeż eliġibbli totali:

Għal għajnuna individwali, ipprovdi l-informazzjoni u l-evidenza rilevanti:

5.6.   Għajnuna għar-raggruppamenti ta' innovazzjoni

A)

Immarka l-kaxxa ta' hawn taħt biex tikkonferma li l-għajnuna tingħata b'mod esklussiv lill-entità legali li topera r-raggruppament ta' innovazzjoni:

Għal għajnuna individwali, agħti d-dettalji:

B)

It-tariffi mitlubin għall-użu tal-faċilitajiet tar-raggruppamenti u l-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tar-raggruppamenti jikkorrispondu għall-prezz tas-suq jew jirriflettu l-ispejjeż tagħhom?

☐ iva

☐ le

Speċifika:

C)

L-aċċess għall-bini, il-faċilitajiet u l-attivitajiet tar-raggruppamenti huwa miftuħ għal bosta utenti fuq bażi trasparenti u mhux diskriminatorja?

☐ iva

☐ le

F'każ li jingħata aċċess preferenzjali lil ċerti impriżi, agħti d-dettalji u indika s-sehem tal-ispejjeż ta' investiment imġarrbin minn dawk l-impriżi:

D)

Għal għajnuna individwali, ipprovdi informazzjoni dwar l-ispeċjalizzazzjoni ppjanata jew mistennija tar-raggruppament ta' innovazzjoni, il-potenzjal reġjonali eżistenti u l-preżenza ta' raggruppamenti fl-Unjoni bi skopijiet simili:

5.6.1.   L-għajnuna għall-investiment

A)

Speċifika l-ispejjeż eliġibbli u, għall-għajnuna individwali, indika l-ammont tagħhom:

B)

Speċifika l-intensitajiet massimi applikabbli tal-għajnuna, inkluża kull żieda (‘bonuses’) għal raggruppamenti li jinsabu f'reġjuni assistiti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikoli 107(3)(a) jew 107(3)(c) TFUE:

5.6.2.   Għajnuna operatorja

A)

Indika liema attivitajiet huma sostnuti mill-miżura notifikata:

(a) ☐

l-animazzjoni tar-raggruppament;

(b) ☐

il-kummerċjalizzazzjoni tar-raggruppament;

(c) ☐

il-ġestjoni tal-faċilitajiet tar-raggruppament;

(d) ☐

l-organizzazzjoni ta' programmi ta' taħriġ, sessjonijiet ta' ħidma u konferenzi.

B)

Speċifika l-ispejjeż eliġibbli u, għall-għajnuna individwali, indika l-ammont tagħhom:

C)

Speċifika l-intensità massima applikabbli tal-għajnuna u t-tul ta' żmien tal-għajnuna:

6.   Valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżura ta' għajnuna notifikata

Għal għajnuna individwali, agħti deskrizzjoni komprensiva tal-proġett jew l-attività megħjuna:

6.1.   Il-kontribut lejn għan ta' interess komuni li huwa definit sew

A)

Iddefinixxi bl-eżatt l-għan li jrid jintlaħaq u spjega kif il-miżura notifikata għandha l-għan li tippromwovi attivitajiet ta' RŻI fl-Unjoni:

B)

Fil-każ ta' skema ta' għajnuna, hija parti minn programm komprensiv jew pjan ta' azzjoni li jistimola attivitajiet ta' RŻI jew strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti?

☐ iva

☐ le

Speċifika, fejn rilevanti għandek tinkludi wkoll referenza għal evalwazzjonijiet ta' miżuri ta' għajnuna simili fl-imgħoddi:

Għajnuna individwali

A)

Id-daqs tal-proġett se jikber minħabba l-miżura notifikata?

☐ iva

☐ le

Jekk iva, speċifika t-tip ta' tkabbir u pprovdi evidenza rilevanti:

(a) ☐

żieda fl-ispejjeż totali tal-proġett (mingħajr tnaqqis fl-infiq mill-benefiċjarju tal-għajnuna meta mqabbel mas-sitwazzjoni mingħajr għajnuna);

(b) ☐

żieda fl-għadd ta' nies assenjati għall-attivitajiet tar-RŻI;

(c) ☐

tip ieħor ta' żieda.

B)

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-proġett se jitwessa' minħabba l-miżura notifikata?

☐ iva

☐ le

Jekk iva, speċifika t-tip ta' tkabbir u pprovdi evidenza rilevanti:

(a) ☐

żieda fl-għadd ta' riżultati mistennija mill-proġett;

(b) ☐

żieda fil-livell ta' ambizzjoni tal-proġett evidenzjata minn għadd akbar ta' sħab involuti, probabbiltà ogħla ta' avvanzi deċiżivi xjentifiċi jew teknoloġiċi jew riskju ogħla ta' falliment (notevolment b'rabta man-natura fit-tul tal-proġett u l-inċertezza dwar ir-riżultati tiegħu);

(c) ☐

tip ieħor ta' żieda.

C)

Il-veloċità tal-proġett se tiżdied minħabba l-miżura notifikata?

☐ iva

☐ le

Jekk iva, ipprovdi l-evidenza rilevanti:

D)

L-ammont tan-nefqa totali se jiżdied minħabba l-miżura notifikata?

☐ iva

☐ le

Jekk iva, speċifika t-tip ta' tkabbir u pprovdi evidenza rilevanti:

(a) ☐

żieda fl-infiq totali għar-RŻI min-naħa tal-benefiċjarju tal-għajnuna, f'termini assoluti jew bħala proporzjon tal-fatturat;

(b) ☐

bidliet fil-baġit impenjat għall-proġett (mingħajr tnaqqis korrispondenti fil-baġit allokat għal proġetti oħra);

(c) ☐

tip ieħor ta' żieda.

E)

Il-miżura notifikata se tkun soġġetta għal evalwazzjoni ex post, disponibbli pubblikament, tal-kontribut tagħha għall-interess komuni?

☐ iva

☐ le

Jekk iva, speċifika:

6.2.   Ħtieġa ta' intervent mill-Istat

A)

Identifika l-fallimenti tas-suq li qed ixekklu l-attivitajiet ta' RŻI f'dan il-każ u li jiġġustifikaw il-ħtieġa ta' għajnuna mill-istat u pprovdi evidenza rilevanti:

(a) ☐

esternalitajiet pożittivi/tixrid tal-għarfien;

(b) ☐

tagħrif imperfett jew asimettriku;

(c) ☐

falliment fil-koordinazzjoni u n-netwerking.

B)

Spjega kif il-miżura notifikata tista' tnaqqas b'mod effettiv il-fallimenti tas-suq assoċjati mal-ilħuq tal-għan ta' interess komuni mingħajr l-għajnuna

6.2.1.   Għajnuna individwali

A)

Spjega jekk l-għajnuna tindirizzax falliment ġenerali tas-suq fir-rigward tal-attivitajiet ta' RŻI fl-Unjoni, jew falliment speċifiku tas-suq rigward, pereżempju, settur partikolari jew linja tan-negozju:

B)

Jekk disponibbli, ipprovdi kull paragun settorjali u studju ieħor li jista' jissostanzja l-analiżi tal-fallimenti allegati tas-suq:

C)

Jekk disponibbli, ipprovdi kull informazzjoni dwar proġetti jew attivitajiet ta' RŻI mwettqa fl-Unjoni li, fir-rigward tal-kontenut teknoloġiku, il-livell ta' riskju u d-daqs tagħhom, jixbhu lil dawk ikkonċernati mill-miżura notifikata u spjega għaliex hemm bżonn tal-għajnuna fil-każ ikkonċernat:

6.3.   Adegwatezza tal-miżura tal-għajnuna

A)

Spjega kif ġew stabbiliti l-vantaġġi tal-użu ta' strument ta' politika selettiva bħall-għajnuna mill-istat sabiex jiżdiedu l-attivitajiet ta' RŻI, u pprovdi kwalunkwe valutazzjoni tal-impatt relatata u dokument ta' sostenn:

B)

Jekk l-għajnuna tingħata f'forom li jipprovdu vantaġġ finanzjarju dirett (bħal għotjiet diretti, eżenzjonijiet jew tnaqqis fit-taxxa jew miżati obbligatorji oħra, jew il-forniment ta' art, prodotti jew servizzi bi prezzijiet vantaġġużi), ipprovdi analiżi ta' possibbiltajiet oħrajn u spjega għaliex jew kif forom oħrajn ta' għajnuna huma inqas adattati biex jindirizzaw il-fallimenti tas-suq identifikati:

6.4.   Effett ta' inċentiv

A)

Immarka l-kaxxa ta' hawn taħt biex tikkonferma li meta tingħata l-għajnuna mill-miżura notifikata, se jiġi żgurat li l-ħidma fuq l-attivitajiet rilevanti ta' RŻI mhijiex diġà se tkun bdiet qabel ma l-benefiċjarju japplika għall-għajnuna mal-awtoritajiet nazzjonali (48) u, għal għajnuna individwali, speċifika d-dati rilevanti:

B)

Immarka l-kaxxa ta' hawn taħt biex tikkonferma li l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jinkludu tal-inqas l-isem tal-applikant u d-daqs tal-impriża, deskrizzjoni tal-proġett, inkluż fejn se jsir u d-dati tal-bidu u tmiem, l-ammont ta' appoġġ pubbliku meħtieġ biex isir, u l-lista tal-ispejjeż eliġibbli:

C)

Jekk l-għajnuna tingħata fil-forma ta' miżura fiskali, ipprovdi d-detalji u, għal miżuri mhux inkrementali, kull studju ta' evalwazzjoni li jistabbilixxi l-effett ta' inċentiv tagħha:

6.4.1.   Għajnuna individwali

A)

Agħti deskrizzjoni, permezz ta' analiżi kontrafattwali, tal-imġiba tal-benefiċjarju fin-nuqqas tal-għajnuna u speċifika l-bidla intenzjonata:

B)

Speċifika l-elementi li huma rilevanti għall-miżura notifikata u agħti evidenza ta' sostenn, bħal dokumenti tal-bord, valutazzjonijiet ta' riskju, rapporti finanzjarji, pjanijiet kummerċjali interni, opinjonijiet ta' esperti u studji oħrajn marbutin mal-proġett ivvalutat:

(a) ☐

il-livell ta' profitabilità;

(b) ☐

l-ammont ta' investiment u l-perjodu ta' żmien tal-flussi tal-flus;

(c) ☐

il-livell ta' riskju involut.

C)

Jekk disponibbli, ipprovdi dejta speċifika għall-industrija li turi li x-xenarju kontrafattwali tal-benefiċjarju, il-livell meħtieġ ta' profittabilità tiegħu u l-flussi tal-flus mistennija tiegħu huma raġonevoli:

6.5.   Il-proporzjonalità tal-għajnuna

A)

Jekk l-għajnuna tingħata fil-forma ta' self bil-quddiem li jitħallas lura mogħti bħala ekwivalenti gross tal-għotja, agħti dettalji dwar il-metodoloġija applikata sabiex tiġi kkalkolata l-għotja grossa ekwivalenti, inkluża dejta verifikabbli sottostanti jew, għal għajnuna individwali, speċifika fuq il-bażi ta' liema skema ta' għajnuna approvata tingħata l-għajnuna:

Jekk l-għajnuna tingħata fil-forma ta' self li jitħallas lura mogħti bħala perċentwal tal-ispejjeż eliġibbli u taqbeż, b'mhux iktar minn 10 punti perċentwali, l-intensitajiet massimi tal-għajnuna stabbiliti fil-Qafas tar-RŻI, ikkonferma li:

(a) ☐

fil-każ li l-eżitu jkun suċċess, il-miżura notifikata tipprovdi li s-self irid jitħallas lura b'rata ta' imgħax li ma tkunx inqas mir-rata ta' skont li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta' referenza u ta' skont (49);

(b) ☐

fil-każ ta' suċċess li jmur lil hinn l-eżitu definit bħala wieħed ta' suċċess, l-Istat Membru kkonċernat jitlob pagamenti ogħla mir-ripagament tal-ammont tas-self inkluż l-imgħax skont ir-rata ta' skont applikabbli;

(c) ☐

fil-każ ta' falliment jew suċċess parzjali, ir-ripagament ikun proporzjonat mal-grad ta' suċċess miksub.

Agħti dettalji dwar ir-ripagament tas-self u ddefinixxi biċ-ċar liema eżitu ikun meqjus suċċess għall-attivitajiet megħjuna, fuq il-bażi ta' ipoteżi raġonevoli u prudenti:

B)

Jekk l-għajnuna tingħata fil-forma ta' miżura fiskali, speċifika kif inhuma kkalkolati l-intensitajiet tal-għajnuna u pprovdi kull dettall rilevanti:

fuq il-bażi tal-proġetti individwali;

fil-livell tal-impriża, bħala l-proporzjon bejn l-agevolazzjoni tat-taxxa kumplessiva u s-somma tal-ispejjeż eliġibbli kollha tar-RŻI mġarrbin f'perjodu ta' mhux iktar minn tliet snin fiskali konsekuttivi.

6.5.1.   Għajnuna individwali

A)

Ipprovdi pjan ta' direzzjoni tan-negozju komprensiv għall-proġett megħjun (bl-għajnuna u mingħajr), inklużi l-ispejjeż u l-benefiċċji rilevanti kollha mistennija:

Jekk il-benefiċjarju tal-għajnuna jkollu jagħmel għażla ċara bejn it-twettiq tal-proġett megħjun jew it-twettiq ta' ieħor mingħajr l-għajnuna, ipprovdi wkoll pjan ta' direzzjoni tan-negozju komprensiv għall-proġett kontrafattwali:

B)

Fin-nuqqas ta' proġett alternattiv, spjega għaliex l-għajnuna hija limitata għall-minimu meħtieġ għall-proġett megħjun sabiex ikun profittabbli biżżejjed, pereżempju billi jkun possibbli li tinkiseb rata ta' redditu interna (‘RRI’) li tikkorrispondi għar-rata ‘hurdle’ jew normattiva speċifika għas-settur jew l-impriża:

C)

Jekk il-benefiċjarju tal-għajnuna jkollu jagħmel għażla ċara bejn it-twettiq tal-proġett megħjun jew ta' proġett ieħor alternattiv mingħajr l-għajnuna, spjega għaliex l-għajnuna hija limitata għall-minimu meħtieġ sabiex tkopri l-ispejjeż netti żejda tal-proġett megħjun meta mqabbel mal-proġett kontrafattwali, jekk rilevanti billi tqis il-probabilitajiet ta' xenarji tan-negozju differenti li jseħħu:

Ipprovdi kull dokument ta' sostenn, bħal dokumenti interni tal-kumpanija, li juri li l-proġett kontrafattwali jikkonsisti fi proġett alternattiv prevedibbli biżżejjed u definit ċar li jkun tqies mill-benefiċjarju fit-teħid ta' deċiżjonijiet interni tiegħu:

D)

Spjega kif ġie stabbilit l-ammont tal-għajnuna u pprovdi kull dokument ta' sostenn:

E)

Jekk ikun hemm diversi kandidati potenzjali biex iwettqu l-attività megħjuna, l-għajnuna tingħata fuq il-bażi ta' kriterji trasparenti, oġġettivi u mhux diskriminatorji?

☐ iva

☐ le

Ipprovdi d-dettalji:

F)

Jekk l-għajnuna għandha l-għan li tindirizza distorsjonijiet diretti jew indiretti attwali jew potenzjali tal-kummerċ internazzjonali ipprovdi kull evidenza disponibbli li tindika li, b'mod dirett jew indirett, il-kompetituri li jinsabu barra l-Unjoni rċivew (normalment fl-aħħar tliet snin) jew se jirċievu għajnuna b'intensità ekwivalenti għal proġetti simili:

Jekk disponibbli, ipprovdi wkoll biżżejjed informazzjoni li tivvaluta l-ħtieġa li jitqies il-vantaġġ kompetittiv li jgawdi kompetitur minn pajjiż terz:

6.6.   L-evitar ta' effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ

Indika jekk:

(a)

l-għoti tal-għajnuna huwiex soġġett għall-obbligu min-naħa tal-benefiċjarju li jkollu s-sede ċentrali tiegħu, jew ikun stabbilit primarjament, fl-Istat Membru rilevanti;

☐ iva

☐ le

(b)

l-għoti tal-għajnuna huwiex soġġett għall-obbligu min-naħa tal-benefiċjarju li juża prodotti jew servizzi nazzjonali;

☐ iva

☐ le

(c)

il-miżura ta' għajnuna tillimitax il-possibbiltà min-naħa tal-benefiċjarju sabiex jisfrutta r-riżultati tar-RŻI fi Stati Membri oħrajn:

☐ iva

☐ le

(d)

il-miżura ta' għajnuna timponix xi obbligu ieħor fuq il-benefiċjarju:

☐ iva

☐ le

Jekk it-tweġiba għal kull waħda mill-mistoqsijiet f'din it-taqsima hija iva, agħti iktar dettalji:

6.6.1.   Skema ta' għajnuna

Għal skemi ta' għajnuna, indika kif se jiġi żgurat li kull effett negattiv se jkun minimizzat (filwaqt li jitqies, pereżempju, id-daqs tal-proġetti kkonċernati, l-ammonti ta' għajnuna individwali u kumulattivi, l-għadd ta' benefiċjarji mistenni u l-karatteristiċi tas-setturi fil-mira) u pprovdi kull valutazzjoni tal-impatt jew evalwazzjonijiet ex post imwettqin għal skemi simili li saru qabel:

6.6.2.   Għajnuna individwali

A)

Jekk applikabbli, iddeskrivi l-impatt mistenni tal-għajnuna fuq il-kompetizzjoni fil-proċess ta' innovazzjoni:

B)

Identifika s-swieq tal-prodotti li fihom x'aktarx li l-għajnuna jkollha impatt u pprovdi s-sehem mis-suq attwali tal-benefiċjarju f'kull wieħed mis-swieq ikkonċernati, kif ukoll kull bidla f'dawk l-ishma tas-suq li tirriżulta mill-attivitajiet megħjuna:

C)

Għal kull wieħed mis-swieq tal-prodotti kkonċernati, identifika l-kompetituri ewlenin tal-benefiċjarju tal-għajnuna u agħti l-ishma mis-suq tagħhom:

Jekk disponibbli, ipprovdi l-Indiċi Herfindahl-Hirschman (‘HHI’) assoċjat:

D)

Għal kull wieħed mis-swieq tal-prodotti kkonċernati, ipprovdi l-informazzjoni dwar il-klijenti jew il-konsumaturi milqutin mill-attivitajiet megħjuna:

E)

Iddeskrivi l-istruttura u d-dinamika tas-swieq rilevanti fir-rigward tal-aspetti li ġejjin:

(a)

l-iżviluppi riċenti u l-prospettivi ta' tkabbir fil-ġejjieni;

(b)

l-ammont li nefqu l-atturi ewlenin fuq proġetti li jixxiebhu:

(c)

il-livelli ta' ostakoli għad-dħul u l-ħruġ:

(d)

l-eżistenza ta' setgħa kompensatorja tax-xerrej:

(e)

l-inċentivi biex wieħed jikkompeti għal swieq futuri:

(f)

id-differenzjazzjoni tal-prodott u l-intensità tal-kompetizzjoni:

(g)

karatteristiċi oħrajn li x'aktarx li jaffettwaw lill-kompetituri, lill-klijenti jew lill-konsumaturi:

F)

Il-benefiċjarju tal-għajnuna għandu xi influwenza fil-proċess tal-għażla, pereżempju billi jkollu d-dritt li jirrakkomanda impriżi jew jinfluwenza l-pjan direzzjonali tar-riċerka?

☐ iva

☐ le

Jekk iva, ipprovdi d-dettalji:

G)

L-għajnuna tingħata fi swieq li fihom kapaċità eċċessiva jew industriji li sejrin lura?

☐ iva

☐ le

Jekk iva, ipprovdi d-dettalji:

H)

Il-benefiċjarju kkunsidra xi postijiet alternattivi għall-attivitajiet megħjuna?

☐ iva

☐ le

Ipprovdi d-dettalji:

7.   Informazzjoni oħra

Ipprovdi kull informazzjoni oħra li tkun rilevanti biex tiġi vvalutata l-miżura ta' għajnuna notifikata skont il-Qafas RŻI:

PARTI III.3.A

Formola ta' informazzjoni supplimentari dwar l-għajnuna għas-salvataġġ ta' impriżi mhux finanzjarji f'diffikultà: għajnuna individwali

Din il-formola ta' informazzjoni supplimentari trid timtela sabiex tiġi notifikata għajnuna individwali għas-salvataġġ koperta mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' impriżi mhux finanzjarji f'diffikultà  (50) (‘Linji Gwida’).

1.   Eliġibbiltà

1.1.   Impriżi f'diffikultà

A)

L-impriża hija kumpanija b'responsabbiltà limitata (51), fejn iktar minn nofs il-kapital azzjonarju sottoskritt ikun għeb bħala riżultat tat-telf akkumulat (52)?

☐ iva

☐ le

B)

L-impriża hija kumpanija li fiha tal-inqas uħud mill-membri għandhom responsabbiltà limitata għad-dejn tal-kumpanija (53), u fejn iktar minn nofs il-kapital tagħha kif muri fil-kontijiet tal-kumpanija għeb minħabba telf akkumulat?

☐ iva

☐ le

C)

L-impriża hija soġġetta għal proċedimenti ta' insolvenza kollettivi jew tissodisfa l-kriterji tal-liġi domestika tagħha biex jinbdew proċedimenti ta' insolvenza kollettivi fuq talba tal-kredituri tagħha?

☐ iva

☐ le

D)

Fil-każ ta' impriża li mhijiex SME:

il-proporzjon bejn dejn kontabilistikku u ekwità tal-impriża kien iktar minn 7,5 fl-aħħar sentejn

u

il-proporzjon ta' kopertura tal-imgħax EBITDA tal-impriża kien inqas minn 1,0 fl-aħħar sentejn?

☐ iva

☐ le

E)

Jekk weġibt iva għal xi waħda mill-mistoqsijiet fit-taqsimiet minn A sa D, elabora t-tweġiba, billi fiha tinkludi referenzi għall-provi ta' sostenn jew għad-dokumenti pprovduti fl-Anness (l-aħħar rapporti tal-introjtu bil-karti bilanċjali, jew id-deċiżjoni tal-qorti li tiftaħ proċedimenti ta' insolvenza kollettivi fir-rigward tal-kumpanija jew evidenza li ġew issodisfati l-kriterji sabiex jinbdew proċedimenti ta' insolvenza fuq talba tal-kredituri skont il-liġi nazzjonali, eċċ.).

1.2.   Impriża li tkun qed tiffaċċa ħtieġa ta' likwidità serja:

Jekk tqis li l-benefiċjarju huwa eliġibbli għal għajnuna għas-salvataġġ anki jekk ma jikkwalifikax bħala impriża f'diffikultà, spjega għaliex tqis li għandu ħtiġijiet ta' likwidità serji minħabba ċirkustanzi eċċezzjonali u imprevisti u inkludi referenza għall-evidenza jew dokumenti ta' sostenn (pereżempju projettazzjonijiet tal-fluss tal-flus).

1.3.   Impriża/grupp kummerċjali kbir maħluqa ġodda:

A)

Meta nħolqot l-impriża?

B)

Kemm ilha topera l-impriża?

C)

Il-kumpanija tagħmel parti minn grupp kummerċjali ikbar?

☐ iva

☐ le

D)

Jekk it-tweġiba għall-punt C hija ‘iva’, niżżel id-dettalji sħaħ dwar il-grupp (l-organigramma, li turi r-rabtiet bejn il-membri tal-grupp bid-dettalji fuq id-drittijiet tal-vot u l-kapital) u uri li d-diffikultajiet tal-kumpanija huma intrinsiċi u mhumiex kaġun ta' allokazzjoni arbitrarja tal-ispejjeż fil-grupp, u li d-diffikultajiet huma serji wisq biex isolvihom il-grupp stess.

1.4.   Ambitu settorjali:

L-impriża hija attiva:

A)

fis-settur tal-faħam (54):

☐ iva

☐ le

B)

fis-settur tal-azzar (55):

☐ iva

☐ le

C)

f'setturi koperti minn regoli speċifiċi għall-istituzzjonijiet finanzjarji (56):

☐ iva

☐ le

2.   Kompatibbiltà mas-suq intern

2.1.   Kontribut għal għan ta' interess komuni:

A)

Il-benefiċjarju jinsab f'reġjun jew reġjuni (fil-livell NUTS II) fejn ir-rata tal-qgħad hija waħda minn dawn li ġejjin:

ogħla mill-medja tal-Unjoni, persistenti u hemm diffikultà biex jinħolqu impjiegi ġodda fir-reġjun jew reġjuni kkonċernati

ogħla mill-medja nazzjonali, persistenti u hemm diffikultà biex jinħolqu impjiegi ġodda fir-reġjun(i) ikkonċernat(i)?

☐ iva

☐ le

B)

Hemm riskju li jinħoloq xkiel għal servizz importanti li diffiċli tirreplikah u li jkun diffiċli li xi kompetitur jaqbad u jidħol għalih (pereżempju, fornitur tal-infrastruttura nazzjonali)?

☐ iva

☐ le

C)

L-impriża għandha xi rwol sistemiku importanti f'reġjun jew settur partikolari? Il-ħruġ tagħha għandu l-potenzjali li jkollu xi konsegwenza negattiva (pereżempju bħala fornitur ta' input importanti)?

☐ iva

☐ le

D)

Hemm riskju li jinħoloq xkiel għall-issoktar tal-forniment ta' SIEĠ?

☐ iva

☐ le

E)

Il-falliment jew l-inċentivi avversi tas-swieq tal-kreditu jkomplu jimbottaw impriża, li fin-nuqqas tagħhom tkun vijabbli, għal falliment?

☐ iva

☐ le

F)

Il-ħruġ mis-suq tal-impriża kkonċernata iwassal għal telf li ma jistax jiġi rkuprat ta' għarfien jew kompetenza tekniċi importanti?

☐ iva

☐ le

G)

Il-falliment tal-benefiċjarju jinvolvi xi sitwazzjoni simili ta' diffikultà serja mhux imsemmija hawn fuq?

☐ iva

☐ le

H)

Jekk weġibt iva għal xi waħda mill-mistoqsijiet fil-punti minn A sa G, elabora iktar it-tweġiba/tweġibiet, billi tinkludi wkoll referenza għal evidenza ta' sostenn oħra jew dokumenti pprovduti fl-anness.

2.2.   Adegwatezza/Forma tal-għajnuna

A)

L-għajnuna hija fil-forma ta' garanziji ta' self jew self?

☐ iva

☐ le

B)

Jekk weġibt iva, spjega t-termini tas-self jew il-garanzija u ehmeż id-dokumenti rilevanti (pereżempju abbozz tal-ftehim ta' self, abbozz tal-garanzija).

C)

Ir-rata tal-imgħax tas-self (jew, fejn rilevanti, l-ispiża finanzjarja totali tas-self iggarantit, inkluża r-rata tal-imgħax tas-self u l-primjum tal-garanzija) hija stabbilita għal rata mhux inqas mir-rata ta' referenza stabbilita mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha dwar ir-Rata ta' Referenza (57) għal impriżi dgħajfin li joffru livelli normali ta' garanziji?

☐ iva

☐ le

D)

Jekk jogħġbok spjega l-użu li se jsir mill-għajnuna ta' salvataġġ; l-għajnuna għas-salvataġġ se tintuża biex tiffinanzja miżuri strutturali, bħall-akkwiżizzjoni ta' negozji jew assi sinifikanti, għajr dawk meħtieġa matul il-perjodu ta' salvataġġ għas-sopravvivenza tal-benefiċjarju?

☐ iva

☐ le

E)

Jekk iva, spjega.

F)

Is-self se jintradd lura jew il-garanzija tas-self se titwaqqaf f'perjodu ta' mhux iktar minn sitt xhur wara li jitħallas l-ewwel ħlas parzjali lill-benefiċjarju?

☐ iva

☐ le

G)

Int tieħu impenn sabiex, mhux iktar tard minn sitt xhur wara li tkun ġiet awtorizzata l-miżura ta' għajnuna għas-salvataġġ, tibgħat lill-Kummissjoni waħda minn dawn li ġejjin:

prova li s-self ikun ġie rimborżat totalment u/jew li l-garanzija tkun twaqqfet;

pjan ta' ristrutturar;

pjan ta' likwidazzjoni li jistabbilixxi b'mod sostanzjat il-passi li jwasslu għal-likwidazzjoni tal-benefiċjarju f'qafas raġonevoli ta' żmien mingħajr għajnuna ulterjuri.

☐ iva

☐ le

2.3.   Il-proporzjonalità tal-għajnuna/għajnuna limitata għall-minimu

L-ammont tal-għajnuna għas-salvataġġ huwa stabbilit skont il-formula stabbilita fl-Anness I tal-Linji Gwida?

☐ iva

☐ le

Jekk iva, ipprovdi l-kalkolu tal-ammont tal-għajnuna għas-salvataġġ skont il-formula.

Jekk l-ammont tal-għajnuna għas-salvataġġ ikun ogħla mir-riżultat tal-kalkoli fuq il-bażi tal-formula stabbilita fl-Anness I għal-Linji Gwida, ipprovdi pjan ta' likwidità ġġustifikat kif xieraq li jistabbilixxi l-ħtiġijiet ta' likwidità tal-benefiċjarju għas-sitt xhur li jmiss.

2.4.   Effetti negattivi — Il-prinċipju ta' ‘Darba u tal-aħħar’

L-impriża (jew il-grupp li tagħmel parti minnu) diġà rċeviet fl-imgħoddi xi għajnuna għas-salvataġġ, għajnuna għar-ristrutturar jew appoġġ temporanju għar-ristrutturar (58) u/jew xi għajnuna mhux notifikata?

☐ iva

☐ le

Jekk iva, agħti dettalji kompluti (data, ammont, referenza għad-deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni jekk applikabbli, eċċ.) (59).

3.   Informazzjoni oħra

Indika hawnhekk kull informazzjoni oħra li tqis rilevanti sabiex tiġi vvalutata l-miżura/i kkonċernata skont il-Linji Gwida:

PARTI III.3.B

Formola ta' informazzjoni supplimentari dwar l-għajnuna għar-ristrutturar ta' impriżi mhux finanzjarji f'diffikultà: għajnuna individwali

Din il-formola ta' informazzjoni supplimentari trid timtela sabiex tiġi notifikata għajnuna individwali għar-ristrutturar koperta mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' impriżi mhux finanzjarji f'diffikultà  (60) (‘Linji Gwida’).

1.   Eliġibbiltà

1.1.   Impriżi f'diffikultà

A)

L-impriża hija kumpanija b'responsabbiltà limitata (61), fejn iktar minn nofs il-kapital azzjonarju sottoskrit tagħha għeb minħabba telf akkumulat (62)?

☐ iva

☐ le

B)

L-impriża hija kumpanija li fiha tal-inqas uħud mill-membri għandhom responsabbiltà illimitata għad-dejn tal-kumpanija (63), u fejn iktar minn nofs il-kapital tagħha elenkat fil-kontijiet tal-kumpanija għeb minħabba telf akkumulat?

☐ iva

☐ le

C)

L-impriża hija soġġetta għal proċedimenti ta' insolvenza kollettivi jew ma tissodisfax il-kriterji tal-liġi domestika sabiex jinbdew fil-konfront tagħha proċedimenti ta' insolvenza kollettivi fuq talba tal-kredituri tagħha?

☐ iva

☐ le

D)

Fil-każ ta' impriża li mhijiex SME:

il-proporzjon bejn id-dejn u l-ekwità fuq il-kotba tal-impriża kien ikbar minn 7,5 fl-aħħar sentejn

u

il-proporzjon ta' kopertura tal-imgħax EBITDA tal-impriża kien inqas minn 1, 0 fl-aħħar sentejn

☐ iva

☐ le

E)

Jekk weġibt iva għal xi waħda mill-mistoqsijiet fil-punti minn A sa D, elabora t-tweġiba, billi tinkludi fiha referenzi għall-evidenza ta' sostenn jew id-dokumenti pprovduti f'anness (l-aħħar rapporti tal-introjtu bil-karti bilanċjali, jew id-deċiżjoni tal-qorti li tiftaħ proċedimenti ta' insolvenza kollettivi fuq il-kumpanija jew evidenza li l-kriterji biex jinbdew proċedimenti ta' insolvenza fuq talba tal-kredituri skont il-liġi nazzjonali huma ssodisfati, eċċ.).

1.2.   Impriża jew grupp kummerċjali kbir maħluqa ġodda

A)

Meta nħolqot l-impriża? …

B)

Kemm ilha topera l-impriża? …

C)

Il-kumpanija tagħmel parti minn grupp kummerċjali ikbar?

☐ iva

☐ le

D)

Jekk iva, niżżel id-dettalji kompleti dwar il-grupp (l-organigramma, billi turi r-rabtiet bejn il-membri tal-grupp bid-dettalji dwar id-drittijiet tal-vot u l-kapital) u evidenza li d-diffikultajiet tal-kumpanija huma intrinsiċi u mhumiex kaġun ta' allokazzjoni arbitrarja tal-ispejjeż fil-grupp, u li d-diffikultajiet huma serji wisq biex isolvihom il-grupp stess.

1.3.   Ambitu settorjali

L-impriża hija attiva:

A)

fis-settur tal-faħam (64):

☐ iva

☐ le

B)

fis-settur tal-azzar (65):

☐ iva

☐ le

C)

f'setturi koperti minn regoli speċifiċi għall-istituzzjonijiet finanzjarji (66):

☐ iva

☐ le

1.4.   Fornitur tas-SIEĠ:

A)

L-impriża qed tipprovdi servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali?

☐ iva

☐ le

B)

Jekk it-tweġiba għall-punt A hija iva, iddeskrivi s-servizz(i) ta' interess ekonomiku ġenerali u pprovdi kopja tal-att(i) ta' inkarigu.

C)

Jekk it-tweġiba għall-punt A hija iva, indika l-ammont tal-kumpans tas-servizz pubbliku li tirċievi l-impriża, iddeskrivi l-metodoloġija tal-kalkolu tal-kumpens u ipprovdi l-bażi ġuridika rilevanti li tistabbilixxi l-metodoloġija biex jiġi kkalkolat il-kumpens tas-servizz pubbliku.

2.   Kompatibbiltà mas-suq intern

2.1.   Kontribut għal għan ta' interess komuni:

A)

Il-benefiċjarju jinsab f'reġjun jew reġjuni (fil-livell NUTS 2) fejn ir-rata tal-qgħad hija waħda minn dawn li ġejjin:

ogħla mill-medja tal-Unjoni, persistenti u b' diffikultà biex jinħolqu impjiegi ġodda fir-reġjun jew reġjuni kkonċernati, jew

ogħla mill-medja nazzjonali, persistenti u b'diffikultà biex jinħolqu impjiegi ġodda fir-reġjun(i) ikkonċernat(i).

☐ iva

☐ le

B)

Hemm riskju li jinħoloq xkiel għal servizz importanti li diffiċli tirreplikah u li jkun diffiċli li xi kompetitur jaqbad u jidħol għalih (pereżempju, fornitur tal-infrastruttura nazzjonali)?

☐ iva

☐ le

C)

L-impriża għandha xi rwol sistemiku importanti f'reġjun jew settur partikolari? Il-ħruġ tagħha għandu l-potenzjal li jkollu xi konsegwenza negattiva (pereżempju bħala fornitur ta' input importanti)?

☐ iva

☐ le

D)

Hemm riskju li jinħoloq xkiel għall-issoktar tal-forniment ta' SIEĠ?

☐ iva

☐ le

E)

Il-falliment jew l-inċentivi negattivi tas-swieq tal-kreditu jkomplu jimbottaw impriża, li fin-nuqqas tagħhom tkun vijabbli, għal falliment?

☐ iva

☐ le

F)

Il-ħruġ mis-suq tal-impriża kkonċernata iwassal għal telf li ma jistax jiġi rkuprat ta' għarfien jew kompetenza tekniċi importanti?

☐ iva

☐ le

G)

Il-falliment tal-benefiċjarju jinvolvi xi sitwazzjoni simili ta' diffikultà serja mhux imsemmija hawn fuq?

☐ iva

☐ le

H)

Jekk weġibt iva għal xi waħda mill-mistoqsijiet fil-punti minn A sa G, elabora iktar it-tweġiba(tweġibiet), billi tinkludi wkoll referenza għal evidenza ta' sostenn oħra jew dokumenti pprovduti f'anness.

2.2.   Il-pjan ta' ristrutturar u r-ritorn lejn il-vijabbiltà fit-tul

Ipprovdi l-pjan ta' ristrutturar (67) bil-għan li terġa' tinkiseb il-vijabbiltà fit-tul (68) tal-benefiċjarju f'perjodu ta' żmien raġonevoli flimkien ma' stħarriġ tas-suq u analiżi tas-sensittività li tidentifika l-parametri bażiċi tal-prestazzjoni tal-benefiċjarju u l-fatturi ta' riskju ewlenin fil-futur (segwi kemm jista' jkun il-pjan ta' ristrutturar indikattiv stabbilit fl-Anness II tal-Linji Gwida).

3.   Ħtieġa għal intervent mill-istat/effett ta' inċentiv

3.1.   Ipprovdi paragun bejn il-miżuri stabbiliti fil-pjan ta' ristrutturar u xenarju alternattiv kredibbli li ma jinvolvix l-għajnuna mill-Istat (69) li juri li f'xenarju alternattiv bħal dan ma jinkisbux l-għan jew l-għanijiet rilevanti li identifikajt fit-Taqsima 2.1, jew inkella dawn jinkisbu iżda mhux bis-sħiħ.

3.2.   Uri li fin-nuqqas tal-għajnuna, il-benefiċjarju kien jirristruttura, ibigħ jew jistralċa b'mod li ma kienx jilħaq l-għan ta' interess komuni identifikat fit-Taqsima 2.1.

4.   Adegwatezza

4.1.   Agħti deskrizzjoni qasira tal-istrumenti ta' għajnuna mill-Istat li għażilt, inkluża l-forma, l-ammont u r-remunerazzjoni (70):

4.2.   Spjega jekk il-problemi tal-benefiċjarju humiex ikkaġunati minn problemi ta' likwidità u/jew solvenza, jew bit-tnejn:

4.3.   Uri li l-istrumenti ta' għajnuna mill-Istat magħżula huma xierqa sabiex jindirizzaw il-problemi identifikati fil-punt 4.2 (jiġifieri problemi ta' likwidità jew solvenza).

5.   Il-proporzjonalità tal-għajnuna/l-għajnuna limitata għall-minimu

5.1.   Il-kontribuzzjoni proprja

A)

Il-kontribuzzjoni proprja tal-benefiċjarju tammonta mill-inqas għal 50 % tal-ispejjeż ta' ristrutturar (71)?

☐ iva

☐ le

B)

Iddeskrivi u kkwantifika kull kategorija ta' spejjeż ta' ristrutturar li għandhom jiġġarrbu, agħti l-ammont totali tagħhom u indika liema perċentwali mill-ispejjeż ta' ristrutturar se jkun kopert bill-kontribuzzjoni proprja:

C)

Iddeskrivi u kkwantifika l-kontribuzzjoni proprja għall-ispejjeż ta' ristrutturar li trid tiġi pprovduta mir-riżorsi proprji tal-benefiċjarju, l-azzjonisti jew il-kredituri tiegħu, jew il-grupp kummerċjali li jagħmel parti minnu, jew minn investituri ġodda:

D)

Spjega għaliex tqis din il-kontribuzzjoni proprja bħala waħda reali u ħielsa mill-għajnuna:

E)

Uri li l-kontribuzzjoni proprja hija paragunabbli għall-għajnuna mogħtija f'termini ta' effetti fuq il-pożizzjoni ta' solvenza jew likwidità tal-benefiċjarju (72) u, jekk le, spjega għaliex, b'referenza, jekk xieraq, għal dokumenti ta' sostenn (pereżempju karta bilanċjali, dikjarazzjonijiet tal-fluss tal-flus):

5.2.   Il-kondiviżjoni tal-piż

Trid timtela biss jekk l-għajnuna mill-Istat tingħata f'forma li ssaħħaħ il-pożizzjoni ta' ekwità tal-benefiċjarju  (73)

A)

It-telf tal-benefiċjarju ġie kontabilizzat, attribwit jew assorbit bis-sħiħ mill-azzjonisti eżistenti u/jew kredituri subordinati?

☐ iva

☐ le

B)

Jekk it-tweġiba għall-punt A huwa iva, ipprovdi evidenza, fuq il-bażi ta' analiżi aġġornata tas-sitwazzjoni tal-karta bilanċjali tal-benefiċjarju,.

C)

Il-ħruġ ta' flus mingħand il-benefiċjarju favur id-detenturi ta' ekwità u/jew dejn subordinat se jiġi evitat matul il-perjodu ta' ristrutturar?

☐ iva

☐ le

D)

Jekk it-tweġiba għall-punt C hija le, spjega r-raġuni(jiet).

E)

L-Istat se jirċievi sehem raġonevoli tal-gwadanji futuri fil-valur li se jkollu l-benefiċjarju, fid-dawl tal-ammont ta' ekwità li jinjetta l-Istat f'paragun mal-ekwità tal-kumpanija li jifdal wara li jkun ġie kontabilizzat id-dejn?

☐ iva

☐ le

F)

Jekk it-tweġiba għall-punt E hija iva, elabora fuq it-tweġiba u pprovdi evidenza kif xieraq.

G)

Jekk it-telf tal-benefiċjarju ma jiġix assorbit kompletament (ara l-punt A ta' hawn fuq) u/jew il-ħruġ ta' flus mill-benefiċjarji favur id-detenturi ta' ekwità u/jew dejn subordinat ma jiġix evitat matul il-perjodu ta' ristrutturar (ara l-punt C), spjega r-raġunijiet, b'mod partikolari għaliex l-implimentazzjoni sħiħa ta' dawk il-kundizzjonijiet twassal għal riżultati sproporzjonati:

H)

Id-detenturi ta' dejn superjuri qed jikkontribwixxu biex il-benefiċjarju jerġa' jikseb il-pożizzjoni ta' ekwità li kellu qabel?

☐ iva

☐ le

I)

Jekk it-tweġiba għall-punt H hija iva, spjega b'liema mod se jikkontribwixxu d-detenturi ta' dejn superjuri.

6.   Effetti negattivi

6.1.   Il-prinċipju ta' ‘darba u tal-aħħar’

L-impriża (jew il-grupp li minnu tagħmel parti) diġà rċeviet fl-imgħoddi xi għajnuna għas-salvataġġ, għajnuna għar-ristrutturar jew appoġġ temporanju għar-ristrutturar (74) u/jew xi għajnuna mhux notifikata?

☐ iva

☐ le

Jekk iva, agħti dettalji kompleti (data, ammont, referenza għad-deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni jekk applikabbli, eċċ.) (75):

6.2.   Miżuri biex jiġi limitat it-tfixkil fil-kompetizzjoni:

Il-miżuri strutturali – iċ-ċessjonijiet u t-tnaqqis fl-attivitajiet tan-negozju

A)

Iddeskrivi ċ-ċessjonijiet tal-assi, it-tnaqqis tal-kapaċità jew il-preżenza fis-suq li dwarhom ttieħed impenn biex jitwettqu. Uri li ċ-ċessjonijiet, it-tħassir u l-għeluq ta' attivitajiet li jagħmlu t-telf inklużi fl-impenji mhux bilfors għandhom l-għan li jerġgħu jiksbu l-vijabbiltà fit-tul tal-benefiċjarju. Indika wkoll is-swieq rilevanti li fihom se jseħħu dawk iċ-ċessjonijiet u meta (76). Indika wkoll jekk il-benefiċjarju huwiex se jiffaċilita l-iżvestiment, pereżempju permezz ta' delimitazzjoni tal-attivitajiet u billi jaqbel li ma jfittixx klijenti għan-negozju ċedut.

B)

Jekk hemm eċċezzjonijiet li fihom il-miżuri strutturali jieħdu l-forma ta' ċessjoni ta' assi biss u ma jinvolvux il-ħolqien ta' entità vijabbli li kapaċi tikkompeti fis-suq, uri li ebda forma oħra ta' miżuri strutturali ma tkun fattibbli jew li miżuri strutturali oħrajn jixħtu f'riskju serju l-vijabbiltà ekonomika tal-impriża:

Il-miżuri ta' mġiba

C)

Il-benefiċjarju jaqbel li jżomm lura milli jixtri ishma f'xi kumpanija matul il-perjodu ta' ristrutturar, għajr meta dan ikun indispensabbli sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul tiegħu u, f'dak il-każ, soġġett għal notifika lill-Kummissjoni u l-approvazzjoni tagħha?

☐ iva

☐ le

D)

Il-benefiċjarju jaqbel li jżomm lura milli jirreklama l-appoġġ mill-Istat bħala vantaġġ kompetittiv meta jqiegħed il-prodotti u s-servizzi tiegħu fis-suq?

☐ iva

☐ le

E)

Hemm xi miżura oħra ta' imġiba prevista?

☐ iva

☐ le

Il-miżuri ta' ftuħ fis-suq

F)

L-awtoritajiet nazzjonali jew il-benefiċjarju se jadotta xi miżura bil-għan li tippromwovi swieq iktar miftuħin, solidi u kompetittivi, pereżempju li tkun tgħin id-dħul u l-ħruġ (77)?

☐ iva

☐ le

G)

Jekk it-tweġiba għall-punt F hija iva, iddeskrivi liema miżuri u f'liema suq, billi tindika kif il-miżuri huma marbutin b'mod dirett jew indirett mal-attivitajiet tal-benefiċjarju:

Il-kalibrazzjoni ta' miżuri biex jiġi limitat ix-xkiel fil-kompetizzjoni

H)

Hemm xi parti mill-għajnuna li għandha l-għan li tkopri l-ispejjeż soċjali tar-ristrutturar (78)?

☐ iva

☐ le

I)

Jekk it-tweġiba għall-punt H hija iva, speċifika:

7.   Informazzjoni oħra

7.1.   Jekk jogħġbok indika hawn kull informazzjoni oħra li tikkunsidra rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura/i kkonċernata/i skont il-Linji Gwida (pereżempju fir-rigward ta' miżuri biex tiżdied l-impjegabbiltà tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja jew assistenza biex isibu impjieg ġdid):

PARTI III.3.C

Formola ta' informazzjoni supplimentari dwar l-għajnuna għas-salvataġġ, l-għajnuna għar-ristrutturar u/jew l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar: skemi ta' għajnuna

Din il-formola ta' informazzjoni supplimentari trid timtela fir-rigward tal-għajnuna għas-salvataġġ, l-għajnuna għar-ristrutturar u l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar koperti mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' impriżi mhux finanzjarji f'diffikultà  (79) (‘Linji Gwida’).

1.   Il-kamp ta' applikazzjoni tal-iskema

1.1.   L-iskema għandha x'taqsam mal-forniment ta':

(a)

għajnuna għas-salvataġġ:

☐ iva

☐ le

(b)

għajnuna għar-ristrutturar:

☐ iva

☐ le

(c)

appoġġ temporanju għar-risrutturar:

☐ iva

☐ le

2.   Eliġibbiltà

2.1.   L-iskema hija limitata għal SMEs (80) f'diffikultà jew impriżi iżgħar tal-Istat f'diffikultà (81) (sakemm ma jkunx indikat b'mod ċar ċar ieħor iktar 'il quddiem, li flimkien dawn se jissejħu ‘SMEs’)?

☐ iva

☐ le

2.2.   L-iskema hija limitata għal SMEs li jissodisfaw wieħed mill-kriterji ta' eliġibbiltà li ġejjin:

(a)

Fir-rigward ta' SMEs li huma kumpaniji b'responsabbiltà limitata (82) — iktar minn nofs il-kapital azzjonarju sottoskritt għeb minħabba telf akkumulat (83)?

☐ iva

☐ le

(b)

Fir-rigward ta' SMEs li huma kumpaniji li fihom mill-inqas uħud mill-membri għandhom responsabbiltà illimitata għad-dejn tal-kumpanija (84) — iktar minn nofs il-kapital li jidher fil-kontijiet tal-kumpanija għeb minħabba t-telf akkumulat?

☐ iva

☐ le

(c)

SMEs li huma soġġetti għal proċedimenti ta' insolvenza kollettivi jew jissodisfaw il-kriterji skont il-liġi domestika tagħhom sabiex jinbdew proċedimenti ta' insolvenza kollettivi fil-konfront tagħhom bit-talba tal-kredituri tagħhom?

☐ iva

☐ le

(d)

Fir-rigward ta' impriżi iżgħar tal-Istat — il-proporzjon ta' dejn u ekwità fuq il-kotba tal-impriża kien iktar minn 7,5 u l-proporzjon ta' kopertura tal-imgħax EBITDA tagħha kien inqas minn 1,0 għall-aħħar sentejn?

☐ iva

☐ le

2.3.   L-iskema tipprevedi li l-għajnuna għas-salvataġġ jew l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar, jew it-tnejn jistgħu jingħataw lil SMEs li ma jikkwalifikawx bħala impriżi f'diffikultà iżda sempliċiment qed jaffaċċaw ħtiġijiet ta' likwidità serji minħabba ċirkustanzi eċċezzjonali u imprevisti?

☐ iva

☐ le

2.4.   Jekk it-tweġiba għall-punt 2.3 hija iva, spjega kif se jkun ivvalutat jekk SME hijiex qed taffaċċa ħtiġijiet ta' likwidità serji u x'tip ta' ċirkustanzi huma kkwalifikati bħala eċċezzjonali u imprevisti.

2.5.   L-iskema tapplka għal SMEs maħluqin ġodda?

☐ iva

☐ le

2.6.   L-iskema tapplika għal SMEs attivi:

(a)

fis-settur tal-faħam (85):

☐ iva

☐ le

(b)

fis-settur tal-azzar (86):

☐ iva

☐ le

(c)

f'setturi koperti minn regoli speċifiċi għall-istituzzjonijiet finanzjarji (87):

☐ iva

☐ le

3.   Ammont massimu tal-għajnuna

3.1.   L-ammont totali massimu tal-għajnuna li se jingħata lil xi SME waħda skont l-iskema huwa limitat għal massimu ta' EUR 10 miljuni, inkluża kull għajnuna miksuba minn sorsi oħrajn jew min skemi oħrajn?

☐ iva

☐ le

3.2.   Indika l-ammont massimu tal-għajnuna li se tingħata lil SME mill-iskema:

4.   Kompatibbiltà mas-suq intern

Fil-każ ta' għajnuna għas-salvataġġ, ir-ristrutturar u appoġġ temporanju għar-ristrutturar

4.1.   Kontribut għal objettiv ta' interess komuni:

(a)

L-iskema tapplika biss f'każijiet li fihom il-falliment tal-benefiċjarju aktarx li jinvolvi diffikultajiet soċjali jew falliment tas-suq, b'mod partikolari:

il-ħruġ ta' SME innovattiva jew SME b'potenzjal għoli ta' tkabbir jista' ikollu l-potenzjal ta' konsegwenzi negattivi;

☐ iva

☐ le

il-ħruġ ta' SME b'rabtiet estensivi ma' SMEs lokali jew reġjonali oħrajn ikollu l-potenzjal ta' konsegwenzi negattivi;

☐ iva

☐ le

il-falliment jew l-inċentivi negattivi tas-swieq tal-kreditu jkomplu jimbottaw SME, li fin-nuqqas tagħhom tkun vijabbli, għal falliment; jew

☐ iva

☐ le

sitwazzjonijiet simili ta' diffikultà ssostanzjati kif xieraq mill-benefiċjajru.

☐ iva

☐ le

(b)

Jekk it-tweġiba għal waħda mill-mistoqsijiet fis-sottopunt a) hija iva, issostanzja bis-sħiħ it-tweġiba(tweġibiet) u spjega l-kriterji li fuq il-bażi tagħhom l-awtoritajiet nazzjonali se jivvalutaw il-kontribuzzjoni għall-għanijiet ta' interess komuni.

Fil-każ ta' għajnuna għar-ristrutturar

4.2.   Il-pjan ta' ristrutturar u r-ritorn lejn il-vijabbiltà fit-tul

B'rabta mal-għoti ta' għajnuna għar-ristrutturar, l-iskema teħtieġ il-forniment ta' pjan ta' ristrutturar (88) bil-għan li terġa' tinkiseb il-vijabbiltà fit-tul (89) tal-benefiċjarju f'perjodu ta' żmien raġonevoli (ara pjan ta' ristrutturar indikattiv fl-Anness II għal-Linji Gwida)?

☐ iva

☐ le

5.   Ħtieġa ta' intervent mill-Istat u effett ta' inċentiv

5.1.   B'rabta mal-għoti tal-għajnuna għall-istrutturar, l-iskema teħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali jqabblu l-miżuri stabbiliti fil-pjan ta' ristrutturar ma' xenarju alternattiv kredibbli li ma jinvolvix għajnuna mill-istat (90) li juri li f'dak ix-xenarju alternattiv, l-għan jew għanijiet rilevanti ta' interess komuni, kif deskritti fit-Taqsima 4.1 iktar 'il fuq, ma jinkisbux, jew jinkisbu iżda mhux bis-sħiħ? B'mod partikolari, l-iskema teħtieġ li turi li fin-nuqqas tal-għajnuna l-benefiċjarju kien ikollu jirristruttura, ibigħ jew jistralċa b'mod li ma kienx jilħaq l-għan jew l-għanijiet ta' interess komuni, kif deskritti fit-Taqsima 4.1 iktar 'il fuq?

☐ iva

☐ le

5.2.   Jekk it-tweġiba għall-punt 5.1 hija iva, spjega skont liema kriterji l-awtoritajiet nazzjonali se jivvalutawha.

6.   Adegwatezza

Fil-każ ta' għajnuna għas-salvataġġ

6.1.   L-għajnuna mogħtija mill-iskema hija ristretta għal garanziji tas-self jew self?

☐ iva

☐ le

6.2.   L-iskema teħtieġ li l-ispiża finanzjarja tas-self (jew, fil-każ ta' garanziji tas-self, l-ispiża finanzjarja totali tas-self iggarantit, inkluża r-rata tal-imgħax tas-self u l-primjum tal-garanzija) hija stabbilita għal rata li ma tkunx inqas mir-rata ta' referenza stabbilita mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha dwar ir-Rata ta' Referenza (91) għal impriżi dgħajfin li toffri livelli normali ta' garanziji?

☐ iva

☐ le

6.3.   L-iskema tipprovdi li l-għajnuna għas-salvataġġ tingħata għal mhux iktar minn sitt xhur, li matulhom trid tiġi analizzata l-pożizzjoni tal-benefiċjarju?

☐ iva

☐ le

6.4.   L-iskema tipprovdi li, fi żmien sitt xhur mill-għoti tal-għajnuna għas-salvataġġ, is-self jitħallas lura jew il-garanzija tintemm, sakemm qabel jgħaddi dak iż-żmien: (a) l-awtoritajiet nazzjonali ma jkunux approvaw pjan ta' ristrutturar, pjan ta' likwidazzjoni, jew (b) il-benefiċjarju ma jkunx issottometta pjan ta' ristrutturar simplifikat (92) (fil-każ ta' appoġġ temporanju għar-ristrutturar)?

☐ iva

☐ le

6.5.   L-iskema tipprovdi li l-għajnuna għas-salvataġġ ma tistax tintuża biex tiffinanzja miżuri strutturali, bħall-akkwiżizzjoni ta' negozji jew assi sinifikanti, għajr dawk meħtieġa matul il-perjodu ta' salvataġġ għas-sopravvivenza tal-benefiċjarju?

☐ iva

☐ le

Fil-każ ta' għajnuna għar-ristrutturar

6.6.   Spjega fuq il-bażi ta' liema kriterji l-awtoritajiet nazzjonali se jivvalutaw kemm il-problemi tal-benefiċjarju huma marbutin mal-likwidità jew is-solvenza, jew mat-tnejn, u kif se jagħżlu l-istrumenti ta' għajnuna mill-Istat li se jindirizzaw il-problemi identifikati bl-iktar mod xieraq:

Fil-każ ta' appoġġ temporanju għar-ristrutturar

6.7.   L-appoġġ temporanju għar-ristrutturar li se jingħata mill-iskema huwa ristrett għal garanziji tas-self jew self?

☐ iva

☐ le

6.8.   L-iskema teħtieġ li l-ispiża finanzjarja tas-self (jew, fil-każ ta' garanziji tas-self, l-ispiża finanzjarja totali tas-self iggarantit, inkluża r-rata tal-imgħax tas-self u l-primjum tal-garanzija) se tkun stabbilita f'rata li ma tkunx inqas mir-rata ta' referenza stabbilita mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha dwar ir-Rata ta' Referenza għal impriżi dgħajfin li toffri livelli normali ta' garanziji?

☐ iva

☐ le

6.9.   L-iskema teħtieġ li r-remunerazzjoni għall-appoġġ temporanju għar-ristrutturar tiżdied b'għallinqas 50 punt bażi, 12-il xahar wara li jitħallas l-ewwel ħlas parzjali lill-benefiċjarju (nieqes kull perjodu li jaħbat eżatt qabel l-għajnuna għas-salvataġġ)?

☐ iva

☐ le

6.10.   L-iskema tipprovdi li l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar mhuwiex se jingħata għal iktar minn 18-il xahar, nieqes kull perjodu li jaħbat eżatt qabel l-għajnuna għas-salvataġġ?

☐ iva

☐ le

6.11.   L-iskema tipprovdi li mhux inqas minn sitt xhur wara li jsir l-ewwel ħlas parzjali tal-appoġġ temporanju għar-ristrutturar lill-benefiċjarju, nieqes kull perjodu li jaħbat eżatt qabel l-għajnuna għas-salvataġġ, l-awtoritajiet nazzjonali se japprovaw pjan ta' ristrutturar simplifikat?

☐ iva

☐ le

6.12.   L-iskema tipprovdi li, fi 18-il xahar mid-data li fiha jingħata l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar, nieqes kull perjodu li jaħbat eżatt qabel l-għajnuna għas-salvataġġ, is-self se jitħallas lura jew il-garanzija tintemm, sakemm qabel dak iż-żmien ma jkunx ġie approvat mill-awtoritajiet nazzjonali pjan ta' ristrutturar jew pjan ta' likwidazzjoni tal-benefiċjajru?

☐ iva

☐ le

7.   Il-proporzjonalità tal-għajnuna jew l-għajnuna limitata għall-minimu

Fil-każ ta' għajnuna għas-salvataġġ u appoġġ temporanju għar-ristrutturar

7.1.   L-ammont tal-għajnuna

(a)

L-iskema tipprovdi li l-ammont tal-għajnuna mhuwiex se jkun iktar mir-riżultat tal-kalkolu fuq il-bażi tal-formula stabbilita fl-Anness I għal-Linji Gwida?

☐ iva

☐ le

(b)

Jekk it-tweġiba għall-punt (a) hija le, l-iskema teħtieġ it-tħejjija ta' pjan ta' likwidità li jfassal il-ħtiġijiet ta' likwidità tal-benefiċjarju għas-sitt xhur li jmiss (18-il xahar fil-każ ta' appoġġ temporanju għar-ristrutturar)?

☐ iva

☐ le

(c)

Jekk it-tweġiba għall-punt (b) hija iva, spjega skont liema informazzjoni l-awtoritajiet nazzjonali se jistħarrġu jekk il-pjan ta' likwidità li jfassal il-ħtiġijiet ta' likwidità tal-benefiċjarju għas-sitt xhur li jmiss (18-il xahar fil-każ ta' appoġġ temporanju għar-ristrutturar) huwiex iġġustifikat kif suppost:

Fil-każ ta' għajnuna għar-ristrutturar

7.2.   Il-kontribuzzjoni proprja

(a)

L-iskema teħtieġ li tiġi pprovduta kontribuzzjoni vera u ħielsa mill-għajnuna għall-ispejjeż ta' ristrutturar mir-riżorsi proprji tal-benefiċjajru, l-azzjonisti, il-kredituri tiegħu, il-grupp kummerċjali li minnu jagħmel parti, jew mingħand investituri ġodda f'ammont inqas minn 40 % tal-ispejjeż ta' ristrutturar fil-każ ta' intrapriżi ta' daqs mejdu jew 25 % tal-ispejjeż ta' ristrutturar fil-każ ta' intrapriżi żgħar?

☐ iva

☐ le

(b)

Jekk it-tweġiba għall-punt a) hija iva, spjega liema elementi l-awtoritajiet nazzjonali se jikkunsidraw biex jivvalutaw jekk il-kontribuzzjoni proprja hijiex vera u ħielsa mill-għajnuna:

(c)

L-iskema teħtieġ li l-kontribuzzjoni prorpja tkun paragunabbli mal-għajnuna mogħtija f'termini ta' effetti fuq il-pożizzjoni ta' solvenza jew likwidità tal-benefiċjarju (93)?

☐ iva

☐ le

(d)

Jekk it-tweġiba għall-punt (c) hija iva, spjega kif l-awtoritajiet nazzjonali se jivvalutawha:

7.3.   Il-kondiviżjoni tal-piż

Għandha timtela jekk l-iskema tipprovdi li l-għajnuna mill-Istat tista' tingħata f'forma li ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-ekwità ta' benefiċjarju  (94) :

(a)

L-iskema tipprovdi li l-intervent tal-Istat jista' jseħħ biss wara li t-telf ikun ġie kontabilizzat u attribwit bis-sħiħ lill-azzjonisti eżistenti u/jew lid-detenturi ta' dejn subordinat?

☐ iva

☐ le

(b)

Il-flus li jgħaddu mingħand il-benefiċjarju lejn id-detenturi ta' ekwità u ta' dejn subordinat se jkun evitat matul il-perjodu ta' ristrutturar safejn ikun legalment possibbli?

☐ iva

☐ le

(c)

Jekk it-tweġiba għall-punt (b) hija le, spjega fuq il-bażi ta' liema kriterji l-awtoritajiet nazzjonali se jivvalutaw jekk dawk il-moviment ta' flus huwiex se jaffettwa b'mod sproporzjonat dawk li injettaw ekwità ġdida.

(d)

L-awtoritajiet nazzjonali se jippermettu li jsiru eċċezzjonijiet mill-kundizzjonijiet deskritti fil-punti (a) u (b) iktar 'il fuq?

le

iva. Jekk iva, spjega.

(e)

L-iskema tipprovdi li l-Istat se jirċievi sehem raġonevoli tal-gwadann futur fil-valur li se jkollu l-benefiċjarju, fid-dawl tal-ammont ta' ekwità li jinjetta l-Istat f'paragun mal-ekwità meta mqabbel mal-ekwità li jifdal tal-kumpanija wara li jkun ġie kontabilizzat id-dejn?

☐ iva

☐ le

8.   Effetti negattivi

8.1.   Il-prinċipju ta' ‘darba u tal-aħħar’:

L-iskema teskludi (95) il-forniment tal-għajnuna lil kull SME li diġà rċiviet għajnuna għas-salvataġġ, għajnuna għar-ristrutturar jew appoġġ temporanju għar-ristrutturar fl-imgħoddi (96) u/jew kull għajnuna mhux notifikata?

☐ iva

☐ le

Fil-każ ta' għajnuna għar-ristrutturar

8.2.   Miżuri biex jiġi limitat it-tfixkil fil-kompetizzjoni (97):

Il-miżuri strutturali — iċ-ċessjonijiet u t-tnaqqis fl-attivitajiet tan-negozju

(a)

L-iskema teħtieġ ċessjonijiet ta' assi, tnaqqis tal-kapaċità jew preżenza fis-suq (98) mingħand il-benefiċjarji flimkien ma' indikazzjoni tas-swieq rilevanti li fihom se jseħħu ċ-ċessjonijiet (99) u meta jridu jsiru (100)?

☐ iva

☐ le

(b)

L-iskema tiddikjara li l-miżuri strutturali normalment għandhom ikunu fil-forma ta' ċessjonijiet, fuq il-bażi ta' negozju avvjat, ta' negozji awtonomi vijabbli li, jekk operat minn xerrej xieraq, ikunu jistgħu jikkompetu b'mod effettiv u fit-tul?

☐ iva

☐ le

(c)

Jekk it-tweġiba għall-punt (b) hija le, l-iskema tipprovdi li, fin-nuqqas ta' entitajiet bħal dawk, il-benefiċjarju jista' jwarrab u mbagħad iċedi attività ffinanzjata kif xieraq u eżistenti, billi joħloq entità ġdida u vijabbli li għandha tkun kapaċi tikkompeti fis-suq?

☐ iva

☐ le

(d)

Jekk l-iskema tippermetti li jsiru miżuri strutturali fil-forma ta' ċessjonijiet ta' assi biss, bla ma jkun involut il-ħolqien ta' entità vijabbli li kapaċi tikkompeti fis-suq, teħtieġ li l-benefiċjarju juri li ebda forma oħra ta' miżuri strutturali ma tkun fattibbli jew li miżuri strutturali oħrajn jixħtu f'riskju serju l-vijabbiltà ekonomika tal-impriża?

☐ iva

☐ le

Il-miżuri ta' mġiba

(e)

L-iskema teħtieġ li l-benefiċjarju jżomm lura milli jixtri ishma fi kwalunkwe kumpanija matul il-perjodu ta' ristrutturar, ħlief meta dawn ikunu indispensabbli sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul?

☐ iva

☐ le

(f)

L-iskema teħtieġ li l-benefiċjarju jżomm lura milli jirreklama l-appoġġ mill-Istat bħala vantaġġ kompetittiv meta jqiegħed il-prodotti u s-servizzi tiegħu fis-suq?

☐ iva

☐ le

(g)

L-iskema tipprovdi sabiex il-benefiċjarju jżomm lura milli jadotta imġiba kummerċjali li għandha l-għan ta' espansjoni mgħaġġla tas-sehem mis-suq tiegħu b'rabta ma' prodotti jew swieq ġeografiċi speċifiċi billi joffri kundizzjonijiet (pereżempju fir-rigward ta' prezzijiet u kundizzjonijiet kummerċjali oħra) li l-kompetituri li ma jirċivux għajnuna mill-Istat ma jistgħux ilaħħqu magħhom?

☐ iva

☐ le

(h)

Jekk it-tweġiba għall-punt (g) hija iva, f'liema ċirkustanzi? Spjega.

(i)

L-iskema tipprevedi xi miżura ta' mġiba oħra??

le

iva. Jekk iva, iddeskrivi.

Il-miżuri ta' ftuħ tas-suq

(j)

L-iskema tippermetti li tiġi adottata xi miżura mill-awtoritajiet nazzjonali jew il-benefiċjarju tiegħek li jkollha l-għan li tippromwovi swieq iktar miftuħin, solidi u kompetittivi, pereżempju billi tiffavorixxi d-dħul u l-ħruġ (101)?

☐ iva

☐ le

(k)

Jekk it-tweġiba għall-punt j) hija iva, iddeskrivi:

9.   Ġenerali

9.1.   L-iskema tapplika għal SMEs f'żona assistita?

☐ iva

☐ le

9.2.   Japplikaw dispożizzjonijiet speċifiċi għal SMEs f'żoni assistiti skont l-iskema?

☐ iva

☐ le

9.3.   Jekk it-tweġiba għall-punt 9.3 hija iva, spjega liema dispożizzjonijiet speċifiċi japplikaw u għaliex huma ġġustifikati.

9.4.   L-awtoritajiet nazzjonali biħsiebhom jaċċettaw kontribuzzjoni li tkun inqas minn 40 % tal-ispejjeż ta' ristrutturar fil-każ ta' intrapriżi ta' daqs medju jew inqas minn 25 % tal-ispejjeż ta' ristrutturar fil-każ ta' intrapriżi żgħar?

☐ iva

☐ le

9.5.   Jekk it-tweġiba għall-punt 9.4 hija iva, spjega kif l-awtoritajiet nazzjonali se japplikaw ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-miżuri sabiex jillimitaw it-tfixkil fil-kompetizzjoni bil-għan li jillimitaw l-impatti sistematiċi negattivi fuq ir-reġjun:

10.   Informazzjoni oħra

Ipprovdi kull informazzjoni oħra li tkun rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura nnotifikata skont il-Linji Gwida (pereżempju fir-rigward ta' miżuri biex tiżdied l-impjegabbiltà tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja jew assistenza biex isibu impjieg ġdid):

PARTI III.4

Formola ta' Informazzjoni Supplimentari dwar l-għajnuna għal films u xogħlijiet awdjoviżivi oħrajn

Din il-formola ta' informazzjoni supplimentari trid tintuża sabiex tiġi notifikata għajnuna koperta mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat għal films u xogħlijiet awdjoviżivi oħrajn  (102)

1.   Il-karatteristiċi tal-miżura/i ta' għajnuna notifikata/i

1.1.   Iddeskrivi bl-iktar mod preċiż possibbli l-iskop tal-għajnuna, fejn xieraq, għal kull miżura:

1.2.   Iddeskrivi l-kamp ta' applikazzjoni ta' kull miżura, f'termini ta':

1.2.1.   it-tip ta' attivitajiet koperti (pereżempju żvilupp, produzzjoni, distribuzzjoni)

1.2.2.   it-tip ta' xogħlijiet koperti (pereżempju xogħlijiet ċinematografiċi, sensiliet televiżivi, proġetti tat-transmedja:

1.3.   Jekk l-iskema ta' għajnuna tinkludi miżura ta' appoġġ għal proġetti ta' transmedja, l-attivitajiet megħjuna huma marbutin b'mod dirett mal-komponent ta' produzzjoni tal-film?

☐ iva

☐ le

1.4.   Indika x'dispożizzjonijiet jeżistu li jiggarantixxu l-għan kulturali tal-għajnuna:

2.   Kondizzjonijiet għall-eliġibbiltà

2.1.   Indika l-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà tal-attivitajiet jew ix-xogħlijiet tal-miżura ta' għajnuna ppjanata:

2.2.   Indika l-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà tal-benefiċjarji skont il-miżura ta' għajnuna ppjanata:

L-iskema tagħmel distinzjoni fuq il-bażi taċ-ċittadinanza jew il-post ta' residenza?

Il-benefiċjarji huma obbligati jissodisfaw xi kundizzjoni għajr dik li jkunu rappreżentati minn aġenzija permanenti meta titħallas l-għajnuna?

Jekk l-għajnuna għandha komponent ta' taxxa, il-benefiċjarju jrid jissodisfa xi obbligu jew kundizzjoni għajr li jkollu dħul taxxabbli fit-territorju tal-Istat Membru?

Kundizzjonijiet oħrajn:

3.   L-obbligi ta' nfiq territorjali

3.1.   Indika jekk il-miżura tinkludix dispożizzjonijiet li jitolbu li l-produttur jonfoq il-baġit għall-produzzjoni, jew partijiet minnu, fit-territorju tal-Istat Membru jew f'waħda mis-subdiviżjonijiet tiegħu:

3.1.1.   Sabiex wieħed ikun eliġibbli għall-għajnuna?

☐ iva

☐ le

3.1.2.   Bħala kundizzjoni għall-għoti tal-għajnuna?

☐ iva

☐ le

3.2.   Il-kundizzjonijiet tal-infiq territorjali japplikaw għal ċerti intestaturi speċifiċi tal-baġit tal-produzzjoni?

3.3.   F'każ li bilfors trid tinżamm konformità ma' livell minimu ta' nfiq territorjali sabiex wieħed ikun eliġibbli għall-għajnuna, spjega r-rekwiżiti:

3.3.1.   Ta' xorta impliċita (pereżempju għadd minimu ta' jiem ta' ffilmjar tal-produzzjoni fit-territorju):

3.3.2.   Ta' xorta espliċita (pereżempju ammont minimu jew perċentwal tan-nefqa):

3.4.   F'każ li jkun hemm kundizzjonijiet marbutin mal-għoti tal-għajnuna, spjega:

3.4.1.   L-għajnuna hija kkalkolata bħala perċentwal tan-nefqa territorjali?

3.4.2.   L-infiq territorjali meħtieġ huwa kkalkolat fid-dawl tal-baġit kumplessiv tal-film?

3.4.3.   L-infiq territorjali meħtieġ huwa kkalkolat fid-dawl tal-ammont tal-għajnuna mogħtija?

4.   Spejjeż eliġibbli

Speċifika l-ispejjeż li jistgħu jitqiesu biex jiġi stabbilit l-ammont tal-għajnuna.

5.   L-intensità tal-għajnuna

5.1.   Indika jekk l-iskema tippermettix intensitajiet tal-għajnuna ogħla minn 50 % tal-baġit tal-produzzjoni? Jekk iva, iċċara t-tipi ta' xogħlijiet ikkonċernati u l-limiti tal-intensità tal-għajnuna stabbiliti.

5.2.   Jekk jintuża l-kunċett ta' ‘xogħlijiet awdjoviżivi diffiċli’, indika l-kategoriji tax-xogħlijiet koperti minn dan il-kunċett (jiġifieri, indika d-definizzjoni użata).

5.3.   Jekk il-kitba jew l-iżvilupp tal-iscipt ikunu megħjuna mill-iskema: l-ispejjeż tal-kitba u l-iżvilupp tal-iscript huma inklużi fil-baġit tal-produzzjoni u jitqiesu meta tiġi kkalkolata l-intensità tal-għajnuna tax-xogħol awdjoviżiv?

5.4.   Jekk l-attivitajiet ta' distribuzzjoni u promozzjoni huma sostnuti mill-iskema: x'inhuma l-intensitajiet tal-għajnuna permessi mill-iskema?

6.   Il-patrimonju tal-films

Jekk applikabbli, ipprovdi informazzjoni dwar il-miżuri meħudin fir-rigward tal-patrimonju tal-films.

7.   Kompatibbiltà

7.1.   Ipprovdi ġustifikazzjoni motivata biex tagħti sostenn lill-kompatibbiltà tal-għajnuna fid-dawl tal-prinċipji stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat għal films u xogħlijiet awdjoviżivi oħrajn.

7.2.   Jekk l-iskema tikkonċerna għajnuna lil swali taċ-ċinema, ipprovdi ġustifikazzjoni motivata biex tagħti sostenn lill-kompatibbiltà tal-għajnuna bħala għajnuna li tippromwovi l-kultura skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)d TFUE, b'mod partikolari l-ħtieġa, l-adegwatezza u l-proporzjonalità tal-għajnuna.

8.   Informazzjoni Oħra

Indika hawnhekk kull informazzjoni oħra li tqis rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura/i kkonċernata/i skont il-Komunikazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat għal films u xogħlijiet awdjoviżivi oħrajn.

PARTI III.5

Formola ta' Informazzjoni Supplimentari dwar l-għajnuna mill-Istat għall-broadband

Din il-formola ta' informazzjoni supplimentari għandha tintuża sabiex tiġi notifikata għajnuna koperta mil-Linji Gwida tal-UE għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks tal-broadband  (103) (‘Linji Gwida dwar il-Broadband’).

1.   Il-karattersitiċi tal-miżura ta' għajnuna notifikata

1.1.   Iddeskrivi l-għan tal-miżura ta' għajnuna:

1.2.   Spjega kif il-miżura ta' għajnuna taqbel mal-istrateġija nazzjonali tal-broadband u l-objettivi tal-Unjoni (inkluż l-istrateġija UE2020 u l-Aġenda Diġitali (104)).

1.3.   Ippreżenta l-ħsieb wara l-intervent pubbliku u spjega l-benefiċċji antiċipati tal-miżura ta' għajnuna (pereżempju benefiċċji ekonomiċi u soċjali, żieda fil-kopertura tal-broadband u r-rata ta' diffużjoni tal-Internet, eċċ.).

1.4.   X'kategorija ta' netwerk il-miżura ta' għajnuna għandha l-għan li ssostni?

netwerks ‘backbone’ (jew netwerks ‘trunk’);

netwerks ‘backhaul’ (jew netwerks reġjonali, jew tan-nofs mil);

netwerks ta' aċċess (jew netwerks tal-aħħar mil).

1.5.   X'elementi tan-netwerk il-miżura ta' għajnuna għandha l-għan li ssostni?

Elementi tal-infrastruttura passiva;

Elementi tal-infrastruttura attiva.

1.6.   X'tip ta' netwerks tal-broadband il-miżura ta' għajnuna għandha l-għan li ssostni?

netwerks tal-broadband bażiċi (li mill-inqas iniżżlu b'veloċità ta' 2Mbps);

netwerks ta' aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss (‘NGA’) (105);

netwerks ta' broadband ultraveloċi (106).

1.7.   X'tipi ta' żoni huma d-destinatarji tal-miżura ta' għajnuna? Ikklassifika ż-żoni destinatarji skont is-segment u t-tip differenti ta' netwerk sostnuti u elabora fuq il-klassifikazzjoni abbażi ta' dejta li tista' tiġi verifikata.

Abjad Bażiku

Griż Bażiku

Iswed Bażiku

NGA Abjad

NGA Griż

NGA Iswed

Ultraveloċi Abjad

Ultraveloċi Griż

Ultraveloġi Iswed

1.8.   Ipprovdi kull informazzjoni rilevanti oħra utli sabiex jiġi ċċarat il-kuntest ġenerali tal-miżura ta' għajnuna.

1.9.   X'tip ta' investiment u mudell ta' negozju se jiġu adottati (107)?

2.   L-ipproċessar u l-għoti tal-miżura ta' għajnuna

Analiżi tal-immappjar u tal-kopertura

2.1.   X'inhu l-kamp ta' applikazzjoni tal-miżura ta' għajnuna f'termini tal-kopertura territorjali?

2.2.   Ipprovdi informazzjoni, inkluż id-data, u ippreżenta r-riżultati tal-analiżi dettaljata tal-kopertura u l-immappjar imwettqa sabiex jiġu identifikati biċ-ċar iż-żoni destinatarji.

Konsultazzjoni pubblika

2.3.   Iddeskrivi l-proċess u r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika trasparenti u fejn il-partijiet interessati kollha setgħu jikkummentaw fuq il-miżura ta' għajnuna ppjanata. Ippreżenta l-links tal-Internet rilevanti fejn ġiet ippubblikata l-informazzjoni dwar il-miżura.

Proċedura tal-għażla kompetittiva

2.4.   F'każ ta' skjerament u/jew tħaddim tan-netwerk issussidjat minn operatur terz, ikkonferma li se ssir proċedura tal-għażla kompetittiva b'konformità mad-Direttivi tal-UE dwar l-Akkwist Pubbliku (108). Ipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha f'dan ir-rigward:

2.5.   Ipprovdi informazzjoni dwar kif se tingħażel l-iktar offerta ekonomikament vantaġġuża (inklużi l-kriterji tal-għoti u l-piż relattiv li jingħata lil kull wieħed mill-kriterji magħżulin), filwaqt li tqis il-kriterji kwalitattivi (pereżempju, il-kopertura, is-sostenibbiltà tal-approċċ teknoloġiku jew l-impatt tas-soluzzjoni fuq il-kompetizzjoni) u l-prezz:

2.6.   Hemm xi rekwiżit ta' servizz minimu li n-netwerk issussidjat irid jikkonforma miegħu (bħal bandwidth minima, servizzi sostnuti, kopertura ġeografika minima, eċċ.)?

☐ iva

☐ le

2.7.   Jekk iva, iddeskrivi:

Newtralità teknoloġika

2.8.   Il-miżura ta' għajnuna hija teknoloġikament newtrali?

☐ iva

☐ le

2.9.   Jekk it-tweġiba għall-punt 2.8 hija iva, iddeskrivi kif inhu rrispettat dan il-prinċipju.

Użu tal-infrastruttura eżistenti

2.10.   Ippreżenta mappa li turi l-infrastrutturi eżistenti fis-seħħ fil-pajjiż jew reġjun ikkonċernat, inkluża kull infrastruttura ġdida ppjanata minn operaturi kummerċjali fil-futur qarib, jiġifieri perjodu ta' tliet snin.

2.11.   Spjega kif inhu żgurat li l-operaturi li jixtiequ jieħdu sehem fil-proċedura ta' parteċipazzjoni jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha dwar kwalunkwe infrastruttura eżistenti proprjetà tagħhom jew ikkontrollata minnhom fiż-żona destinatarja.

Aċċess bl-ingrossa

2.12.   Spjega x'tip ta' obbligi ta' ‘aċċess għall-operaturi’ se jkunu imposti fuq in-netwerk issussidjat (inkluż l-aċċess għal infrastruttura passiva u attiva, id-dritt li jintużaw kanali u arbli, fibri inattivi u unitajiet ta' kontroll fit-triq), u għal kemm se jinżammu l-obbligi ta' aċċess.

Ipprezzar tal-aċċess bl-ingrossa

2.13.   Spjega kif se jitfassal parametru referenzarju għall-prezzijiet tal-aċċess.

Mekkaniżmu ta' rkupru u monitoraġġ

2.14.   Se jkun hemm mekkaniżmu ta' rkupru li japplika għall-miżura tal-għajnuna?

☐ iva

☐ le

2.15.   Jekk it-tweġiba għall-punt 2.14 hija iva, iddeskrivi dan il-mekkaniżmu, il-karatteristiċi u d-durata tiegħu:

2.16.   Spjega kif se jkun organizzat il-monitoraġġ tal-miżura ta' għajnuna:

liema awtorità pubblika se tieħu ħsieb il-monitoraġġ?

liema aspetti tal-miżura se jkunu soġġetti għal monitoraġġ?

liema kriterji tal-prestazzjoni se jiġu analizzati?

meta se jsir il-monitoraġġ?

Awtorità regolatorja nazzjonali (‘NRA’)

2.17.   Iddeskrivi r-rwol tal-NRA, b'mod partikolari rigward: l-identifikazzjoni taż-żoni destinatarji, l-ipprezzar tal-aċċess bl-ingrossa inklużi t-tfassil ta' parametri referenzjarji, ir-risoluzzjoni għat-tilwim, eċċ:

2.18.   Spjega l-pożizzjoni tal-NRA dwar l-intervent ta' għajnuna propost u, fejn possibbli, l-opinjoni tal-awtorità nazzjonali għall-kompetizzjoni:

3.   Kriterji ta' kompatibbiltà

Spjega kif il-miżura ta' għajnuna notifikata tikkonforma mal-kundizzjonijiet speċifikati fit-Taqsima 2.5 tal-Linji Gwida dwar il-Broadband, b'mod partikolari rigward:

L-għan ta' interess komuni

(a)

Il-miżura ta' għajnuna għandha l-għan li tindirizza għanijiet definiti sew ta' interess komuni?

☐ iva

☐ le

(b)

Jekk it-tweġiba għal (a) hija iva, agħti deskrizzjoni tal-għanijiet ta' interess komuni li lejhom timmira l-miżura ta' għajnuna.

Falliment tas-suq

(c)

Il-miżura ta' għajnuna tindirizza falliment tas-suq jew inugwaljanzi importanti li jxekklu d-disponibbiltà tas-servizzi tal-broadband?

☐ iva

☐ le

(d)

Jekk it-tweġiba għal (c) hija iva, iddeskrivi dan il-falliment tas-suq u pprovdi ħarsa ġenerali lejn is-suq tal-broadband fil-pajjiż jew reġjun ikkonċernat u lejn iż-żoni destinatarji tal-miżura ta' għajnuna.

Dik il-ħarsa ġenerali għandu jkun fiha informazzjoni dwar il-livell attwali ta' kopertura tal-broadband, ir-rata ta' penetrazzjoni tal-Internet (l-għadd ta' djar u intrapriżi mqabbdin), disaggregazzjoni tad-disponibbiltà tas-servizzi skont it-teknoloġija, ix-xejriet ewlenin fis-suq (nazzjonali jew reġjonali) tal-broadband, il-qasma rurali/urbana f'termini ta' kopertura tal-broadband, paragun tal-prezzijiet bl-imnut ma' dawk mitluba għall-istess servizzi offruti f'żoni jew reġjuni aktar kompetittivi tal-pajjiż iżda li huma xort paragunabbli, is-soluzzjonijiet teknoloġiċi disponibbli għall-iżvilupp tal-broadband u l-forniment ta' servizzi ta' konnessjoni, is-sitwazzjoni kompetittiva fis-swieq tal-komunikazzjoni elettronika (struttura u dinamika tas-swieq), ħarsa ġenerali lejn il-qafas regolatorju nazzjonali u tal-obbligi regolatorji eżistenti għall-operaturi tal-komunikazzjoni elettronika:

Strument xieraq

(e)

Uri kemm hija adattata l-miżura ta' għajnuna:

(f)

Diġà ġie implimentat xi strument alternattiv (li jfixkel inqas) ieħor sabiex jiġu forniti s-servizzi tal-broadband u jingħeleb in-nuqqas ta' konnettività tal-broadband, inklużi regolament ex ante jew stimolazzjoni tad-domanda?

☐ iva

☐ le

(g)

Jekk it-tweġiba għal (f) hija iva, iddeskrivi dawk l-inizjattivi u spjega għaliex ma tqisux biżżejjed biex jintlaħqu l-għanijiet ta' żvilupp tal-broadband mixtieqa:

(h)

L-operaturi tan-netwerk eżistenti wettqu xi investiment privat fiż-żoni destinatarji tul l-aħħar tliet snin?

☐ iva

☐ le

(i)

Jekk it-tweġiba għal (h) hija iva, iddeskrivi dawk l-investimenti u spjega għaliex l-infrastruttura eżistenti tal-broadband mhijiex biżżejjed biex tissodisfa l-ħtiġijiet taċ-ċittadini u l-utenti kummerċjali u għaliex hemm bżonn tal-għajnuna mill-Istat.

Effett ta' inċentiv

(j)

Iddeskrivi l-effetti pożittivi li l-miżura ta' għajnuna hija mistennija tiġġenera.

Bidla fil-Pass

(k)

Il-miżura tal-għajnuna se tiżgura ‘bidla fil-pass’ f'termini tad-disponibbiltà tal-broadband?

☐ iva

☐ le

(l)

Jekk it-tweġiba għal (k) hija iva, uri dak il-fatt permezz ta' paragun mal-iskjerament eżistenti u ppjanat tan-netwerk (jiġifieri qabel u wara l-intervent ippjanat). B'mod partikolari, iddeskrivi fid-dettall jekk u kemm l-investiment sinifikanti l-ġdid fin-netwerk tal-broadband se jitwettaq u x'kapaċitajiet ġodda se jiddaħħlu fis-suq f'termini ta' disponibilità u kwalità tas-servizz tal-broadband.

(m)

Spjega l-bidliet mistennijin fl-imġiba tal-benefiċjarju/i tal-miżura ta' għajnuna.

(n)

Uri li ma sarx xi investiment simili fin-netwerk tal-broadband matul l-istess perjodu ta' żmien u/jew bl-istess patti u kundizzjonijiet mingħajr l-għajnuna mill-Istat.

Proporzjonalità

(o)

Spjega kif inhu żgurat li l-miżura ta' għajnuna hija limitata għall-minimu meħtieġ.

Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-impatt fuq il-kummerċ

(p)

Jekk jogħġbok spjega x'effetti negattivi potenzjali fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ il-miżura ta' għajnuna jista' jkollha (pereżempju: il-potenzjal li tieħu post (crowding out) l-investimenti privati jew tisħiħ ta' pożizzjoni dominanti) u liema elementi fit-tfassil tal-miżura (109) jistgħu jimminimizzaw dawk ir-riskji.

4.   Informazzjoni oħra

Indika hawnhekk kull informazzjoni oħra li tqis rilevanti sabiex tiġi vvalutata l-miżura kkonċernata skont il-Linji Gwida dwar il-Broadband jew kull informazzjoni oħra rilevanti mill-perspettiva tar-regoli tal-Unjoni dwar il-Kompetizzjoni u s-Suq Intern (110).

PARTI III.6

Formola ta' informazzjoni supplimentari għall-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent u l-enerġija

Din il-formola ta' informazzjoni supplimentari trid tintuża sabiex tiġi nnotifikata kull għajnuna koperta mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014-2020 (minn hawn 'il quddiem imsejħin ‘l-EEAG’)  (111).

Id-dokumenti kollha pprovduti mill-Istati Membri bħala annessi għall-formola ta' notifika jridu jiġu enumerati u n-numru tad-dokumenti jridu jiġu indikati fit-taqsimiet rilevanti ta' din il-formola ta' informazzjoni supplimentari.

Jekk hemm bosta benefiċjarji involuti f'miżura ta' għajnuna waħda, trid tiġi pprovduta l-informazzjoni rilevanti għal kull wieħed minnhom.

Din il-formola ta' informazzjoni supplimentari trid timtela flimkien mal-formola ‘Parti I. Informazzjoni ġenerali’.

Kamp ta' applikazzjoni

Ir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali ta' Kategorija

Qabel ma timla din il-formola għandek tikkunsidra jekk din il-miżura setgħetx tiġi implimentata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 (ir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali ta' Kategorija, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-GBER’) (112), u b'mod partikolari it-taqsima 7 tal-Kapitolu III tiegħu (Għajnuna għall-Ħarsien Ambjentali u l-Enerġija).

L-għajnuna tista' tiġi implimentata skont il-GBER?

☐ iva

☐ le

Jekk l-għajnuna tista' tiġi implimentata skont il-GBER, spjega għaliex il-miżura hija notifikata.

Regolament de minimis

Qabel ma timla din il-formola ta' notifika, għandek tqis jekk din il-miżura tistax tiġi implimentata skont ir-Regolament de minimis  (113):

L-għajnuna tista' tiġi implimentata skont ir-Regolament de minimis?

☐ iva

☐ le

Jekk l-għajnuna tista' tiġi implimentata skont ir-Regolament de minimis, spjega għaliex il-miżura hija notifikata.

Din il-formola għandha timtela biss sabiex tiġi notifikata għajnuna mill-Istat li hija maħsuba li tiġi implimentata skont l-EEAG. Imla l-partijiet rilevanti tal-formola tan-notifika li tikkorrispondi man-natura tal-miżura nnotifikata.

Taqsima A:   Informazzjoni ġenerali dwar il-miżuri ta' għajnuna għall-enerġija u l-ambjent

1.

Speċifika t-tip ta' għajnuna hawn taħt u mbagħad imla l-parti rilevanti tat-Taqsima B ta' din il-formola ta' informazzjoni supplimentari (‘Valutazzjoni tal-kompatibbiltà ġenerali’): Jekk l-iskema qed tipprovdi iktar minn tip wieħed ta' għajnuna fil-lista ta' hawn taħt, għandek timla t-Taqsima B għal kull kaxxa mmarkata.

Jekk il-miżura hija għajnuna fil-forma ta' tnaqqis jew eżenzjonijiet minn taxxi ambjentali jew mill-iffinanzjar tal-appoġġ għall-enerġija minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli (114), imla t-Taqsima C tal-formola (‘Valutazzjoni tal-kompatibbiltà għal għajnuna fil-forma ta' tnaqqis jew eżenzjonijiet minn taxxi ambjentali u fil-forma ta' tnaqqis fl-appoġġ għall-finanzjament għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli’).

(a) ☐

Għajnuna għal impriżi li jmorru lil hinn mill-istandards tal-Unjoni jew li jżidu l-livell ta' ħarsien ambjentali fin-nuqqas ta' standards tal-Unjoni;

(b) ☐

Għajnuna għax-xiri ta' vetturi tat-trasport ġodda li jmorru lil hinn mill-istandards tal-Unjoni jew li jżidu l-livell ta' ħarsien ambjentali fin-nuqqas ta' standards tal-Unjoni;

(c) ☐

Għajnuna għal adattament bikri għall-istandards tal-Unjoni futuri;

(d) ☐

Għajnuna għal sorsi ta' enerġija rinnovabbli;

Ikkonferma li l-miżura ssostni biss enerġija minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli kif definiti fil-punt 19(5) u 19(11) tal-EEAG.

Għal bijokarburanti, ikkonferma li l-miżura ssostni biss bijokarburanti sostenibbli kif definiti fil-punt 19(9) tal-EEAG.

(e) ☐

Għajnuna għal miżuri għall-effiċjenza enerġetika;

Ikkonferma li l-miżura ssostni biss miżuri ta' effiċjenza kif definiti fil-punt 19(2) tal-EEAG.

(f) ☐

Għajnuna għal miżuri effiċjenti fl-enerġija ta' tisħin jew tkessiħ distrettwali;

Ikkonferma li l-miżura ssostni biss miżuri ta' tisħin jew tkessiħ distrettwali effiċjenti fl-enerġija kif definit fil-punt 19(14) tal-EEAG.

(g) ☐

Għajnuna għal koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja;

Ikkonferma li l-miżura ssostni biss koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja kif definita fil-punt 19(13) tal-EEAG.

(h) ☐

Għajnuna għall-immaniġġar tal-iskart;

(i) ☐

Għajnuna għal studji ambjentali;

(j) ☐

Għajnuna għar-rijabilitazzjoni ta' siti kontaminati;

(k) ☐

Għajnuna għar-rilokazzjoni tal-impriżi;

(l) ☐

Għajnuna involuta fi skemi ta' kwoti ta' emissjonijiet;

(m) ☐

Għajnuna għall-infrastruttura tal-enerġija;

(n) ☐

Għajnuna għall-ġbir, it-trasport u l-ħżin tas-CO2 (CCS);

(o) ☐

Għajnuna għal miżuri ta' adegwatezza tal-ġenerazzjoni;

(p) ☐

Għajnuna f'forma ta' tnaqqis jew eżenzjonijiet mit-taxxi ambjentali;

(q) ☐

Għajnuna fil-forma ta' tnaqqis fl-appoġġ finanzjarju għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli.

2.

Ipprovdi deskrizzjoni ddettaljata tal-karatteristiċi ewlenin tal-miżura notifikata (għan, l-effetti li probabbli jkollha l-għajnuna, strument tal-għajnuna, intensità tal-għajnuna, benefiċjarji, baġit, kundizzjonijiet eċċ.).

3.

Tistal-għajnuna tingħaqad ma' għajnuna oħra?

☐ iva

☐ le

Jekk it-tweġiba tkun iva, spjega u imla t-taqsima dwar il-kumulazzjoni fit-taqsima dwar il-proporzjonalità tat-Taqsima B.

4.

F'każ li l-miżura notifikata tikkonċerna skema, immarka l-kaxxa f'dan il-punt biex tikkonferma li kull għajnuna mogħtija mill-iskema notifikata se tiġi notifikata b'mod individwali jekk tmur lil hinn mil-limiti stabbiliti fil-punt 20 tal-EEAG:

iva

5.

Fil-każ li l-għajnuna individwali nnotifikata hija bbażata fuq skema approvata, ipprovdi d-dettalji dwar dik l-iskema (in-numru tal-każ, it-titlu tal-iskema, id-data tal-approvazzjoni mill-Kummissjoni):

6.

Jekk applikabbli, indika x'inhi r-rata tal-kambju li ntużat għall-iskopijiet tan-notifika:

7.

Indika jekk dawk il-kundizzjonijiet marbutin mal-miżura, inkluż il-metodu ta' finanzjament tagħha meta jifforma parti integrali minnha, li jistgħu jinvolvu ksur in solidum tal-liġi tal-Unjoni (punt 29 tal-EEAG).

☐ iva

☐ le

Jekk it-tweġiba hija iva, spjega kif jiġi żgurat li jkun hemm konformità mal-liġi tal-Unjoni.

Taqsima B:   Valutazzjoni tal-kompatibbiltà ġenerali

1.   Kontribut għal għan ta' interess komuni

Biex twieġeb għall-mistoqsijiet f'din it-taqsima, irreferi għat-taqsima 3.2.1 tal-EEAG u kif inhu speċifikat iktar fit-taqsimiet 3.2 - 3.6 u 3.8 - 3.10 tal-EEAG.

Skemi ta' għajnuna mill-Istat

1.

Fid-dawl tal-għanijiet ta' interess komuni indirizzati mill-EEAG, indika l-għanijiet ambjentali jew enerġetiċi identifikati mill-miżura notifikata. (115) Agħti deskrizzjoni dettaljata ta' kull tip differenti ta' għajnuna li se jingħata skont il-miżura notifikata:

2.

Il-miżura notifikata diġà ġiet applikata fl-imgħoddi?

☐ iva

☐ le

Jekk iva, indika r-riżultati tagħha f'termini tal-ħarsien ambjentali jew it-titjib fis-sistema enerġetika, in-numru tal-każ rilevanti u d-data tal-approvazzjoni tal-Kummissjoni u, jekk possibbli, ehmeż rapporti nazzjonali dwar l-evalwazzjoni fuq il-miżura:

3.

Jekk il-miżura hija ġdida, indika r-riżultati mistennijin u l-perjodu li matulu se jinkisbu, kif ukoll kif dawk ir-riżultati jikkontribwixxu sabiex jintlaħaq l-għan mixtieq:

4.

Jekk jogħġbok spjega kif tiżgura li l-iġġenerar ta' investiment adegwat ma jikkontradixxix l-għan li gradwalment jitneħħew is-sussidji dannużi għall-ambjent inkluż għall-fjuwils fossili, f'konformità mal-punt 220 tal-EEAG. Kif huma kkunsidrati, pereżempju, il-ġestjoni mil-lat tad-domanda u l-kapaċità ta' interkonnessjoni? Hemm pereżempju preferenza għal fornituri ta' kapaċità b'livell baxx ta' karbonju f'każ ta' prestazzjoni teknika ekwivalenti?

5.

Fil-każ tal-adegwatezza tal-ġenerazzjoni, jekk jogħġbok spjega u ddefinixxi b'mod ċar il-problema tal-adegwatezza tal-ġenerazzjoni li hija mistennija li tirriżulta u l-konsistenza mal-analizi tal-adegwatezza tal-ġenerazzjoni mwettqa regolarment mill-ENTSO-E (116). Jekk jogħġbok ipprovdi fit-tweġiba dettalji fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet stabbiliti fil-punt 221 tal-EEAG.

6.

Fil-każ tal-immaniġġar tal-iskart, ikkonferma li huma ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) ☐

il-prinċipju ta' ġerarkija tal-iskart huwa rrispettat; Ara l-punt 118 tal-EEAG

(b) ☐

l-investiment huwa maħsub sabiex inaqqas it-tniġġiż maħluq minn impriżi (‘min iniġġeż’) u ma jestendix għal tniġġiż maħluq mill-benefiċjarju tal-għajnuna; Ara l-punt 158(a) tal-EEAG

(c) ☐

l-għajnuna ma teħlisx b'mod indirett lil dawk li jniġġsu minn piż li għandhom iġġarrbu skont il-liġi tal-Unjoni, jew minn piż li għandu jitqies bħala spiża normali tal-kumpanija għal dawk li jniġġsu; Ara l-punt 158(b) tal-EEAG

(d) ☐

l-investiment imur lil hinn mill-‘ogħla livell ta' żvilupp tekniku’; Ara l-punt 158(c) tal-EEAG

(e) ☐

l-materjal ittrattat kieku jintrema, jew jiġi ttrattat b'mod li jirrispetta anqas lill-ambjent; Ara l-punt 158(d) tal-EEAG

(f) ☐

l-investiment ma jillimitax ruħu għal żieda fid-domanda ta' riċiklaġġ tal-materjal mingħajr ma jżid il-ġbir ta' dak il-materjal. Ara l-punt 158 tal-EEAG

Barra minn hekk, ipprovdi dettalji u evidenza ta' konformità mal-kundizzjonijiet imsemmijin f'dan il-punt:

8.

Fil-każ ta' kwoti ta' emissjonijiet, iddeskrivi fid-dettall l-iskema tal-kwoti ta' emissjonijiet, inklużi fost l-oħrajn l-għanijiet, il-metodoloġija tal-għoti, l-awtoritajiet jew l-entitajiet involuti, ir-rwol tal-Istat, il-benefiċjarji u l-aspetti proċedurali:

Spjega kif:

(a) ☐

l-iskema ta' permessi kummerċjabbli hija stabbilita b'mod li qed tikseb għanijiet ambjentali lil hinn minn dawk maħsuba li għandhom jinkisbu fuq il-bażi ta' standards tal-Unjoni li huma mandatorji għall-impriżi kkonċernati:

(b) ☐

l-allokazzjoni issir b'mod trasparenti u bbażata fuq kriterji oġġettivi u fuq sorsi ta' data tal-ogħla kwalità possibbli:

(c) ☐

l-ammont totali tal-permessi ta' skambji jew konċessjonijiet mogħtija lil kull impriża għal prezz li jkun inqas mill-valur tas-suq ma jkunx akbar mill-valur tas-suq għall-ħtiġiet mistennija kif tkun l-istima għas-sitwazzjoni fin-nuqqas tal-iskema tal-kummerċ:

(d) ☐

il-metodoloġija tal-allokazzjoni ma tiffavorixxix lil ċerti impriżi jew ċerti setturi;

F'każ li l-metodoloġija tal-allokazzjoni tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti setturi, iżda dak ikun ġustifikat mil-loġika ambjentali tal-iskema nfisha jew tkun meħtieġa għall-konsistenza ma' linji oħra ta' politika ambjentali:

(e) ☐

bħala prinċipju, parteċipanti ġodda ma jistgħux jirċievu permessi jew benefiċċji b'kundizzjonijiet aktar favorevoli meta mqabbla ma' impriżi eżistenti li huma attivi fl-istess swieq:

(f) ☐

l-għoti ta' allokazzjonijiet ogħla lil installazzjonijiet eżistenti meta mqabbla ma' parteċipanti ġodda m'għandux iwassal għal ostakoli indebiti għad-dħul fis-suq:

Ipprovdi dettalji u evidenza li juru li hemm konformità mal-kundizzjonijiet imsemmijin f'dan il-punt:

Għajnuna notifikabbli individwalment — informazzjoni addizzjonali

8.

Jekk l-għajnuna hija maħsuba biex tkun disponibbli għal impriżi individwali jekk jogħġbok ipprovdi kemm jista' jkun informazzjoni kwantifikabbli li turi l-kontribuzzjoni għall-għan komuni rilevanti tal-miżura nnotifikata.

2.   Il-Ħtieġa tal-Għajnuna mill-Istat

Biex twieġeb għall-mistoqsijiet f'din it-taqsima, irreferi għat-taqsima 3.2.2 tal-EEAG u kif inhu speċifikat iktar fit-taqsimiet 3.2 - 3.6 u 3.8 - 3.10 tal-EEAG.

Skemi ta' għajnuna mill-Istat

1.

Identifika l-falliment tas-suq li qed ixekkel il-livell ta' ħarsien ambjentali jew suq tal-enerġija sigur, affordabbli, sostenibbli u li jaħdem kif suppost (ara l-punt 35 tal-EEAG):

2.

Jekk il-falliment tas-suq diġà qed jiġi indirizzat minn politiki jew miżuri oħrajn, ipprovdi evidenza li l-miżura notifikata hija mmirata biss lejn il-falliment tas-suq residwu (ara l-punt 36 tal-EEAG).

3.

Ipprovdi informazzjoni ddettaljata dwar l-għamla u r-raġunijiet għaliex il-miżura nnotifikata hija meħtieġa:

4.

Fil-każ ta' investiment fi proġetti ta' infrastruttura tal-enerġija, spjega (ara l-punti 206 — 208 tal-EEAG):

(a)

Sa liema punt il-miżura hija ta' benfiċċju għal proġetti ta' interess komuni kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 347/2013, netwerks intelliġenti jew infrastruttura f'reġjuni assistiti?

(b)

Sa liema punt il-falliment tas-suq iwassal għal forniment mhux ottimali tal-infrastruttura meħtieġa?

(c)

Sa liema punt l-infrastruttura hija aċċessibbli għal terzi u soġġetta għal regolamenti tat-tariffi?

5.

Fil-każ ta' adegwatezza tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni, ipprovdi l-informazzjoni li ġejja stabbilita fil-punti 222 — 224 tal-EEAG.

(a)

Valutazzjonijiet tal-impatt tal-ġenerazzjoni varjabbli, inkluża dik li toriġina minn sistemi fl-inħawi.

(b)

Valutazzjoni tal-impatt tal-parteċipazzjoni min-naħa tad-domanda, inkluża deskrizzjoni tal-miżuri li jħeġġu ġestjoni min-naħa tad-domanda.

(c)

Valutazzjoni tal-eżistenza attwali jew potenzjali tal-interkonnetturi inkluża deskrizzjoni tal-proġetti li qed jinbnew u dawk ippjanati.

(d)

Valutazzjoni ta' kull element ieħor li jista' jikkaġuna jew jiggrava l-problema ta' adegwatezza tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni, bħal fallimenti regolatorji jew tas-suq, inklużi pereżempju limiti massimi fuq il-prezzijiet tal-bejgħ bl-ingrossa.

Għajnuna notifikabbli individwalment — informazzjoni addizzjonali

6.

Jekk l-għajnuna hija maħsuba biex titqiegħed għad-dispożizzjoni ta' impriżi individwali, ipprovdi evidenza ċara li l-impriżi individwali kkonċernati qegħdin fil-fatt iħabbtu wiċċhom mal-fallimenti tas-suq jew il-fallimenti tas-suq residwi identifikati hawn fuq (ara l-punti 38 u 39 tal-EEAG).

7.

Safejn rilevanti, ipprovdi informazzjoni speċifika dwar:

(a)

jekk il-falliment tas-suq huwiex diġà indirizzat b'mod suffiċjenti minn miżuri ta' politika oħrajn, b'mod partikolari l-eżistenza ta' standards ambjentali jew oħrajn tal-Unjoni, l-ETS tal-Unjoni jew taxxi ambjentali;

(b)

jekk ikunx meħtieġ intervent mill-Istat, meta titqies l-ispiża tal-implimentazzjoni ta' standards nazzjonali mġarrba mill-benefiċjarju tal-għajnuna fin-nuqqas ta' għajnuna meta mqabbel mal-ispejjeż, jew in-nuqqas tagħhom,li l-kompetituri prinċipali tal-benefiċjarju tal-għajnuna jġarrbu b'rabta mal-implimentazzjoni ta' dawk l-istandards;

(c)

fil-każ ta' fallimenti ta' koordinazzjoni l-għadd ta' impriżi mitluba li jikkollaboraw, l-interessi diverġenti bejn partijiet li jikkollaboraw u l-problemi prattiċi fil-koordinazzjoni tal-kollaborazzjoni, bħal kwistjonijiet lingwistiċi, is-sensittività tal-informazzjoni u l-istandards mhux armonizzati.

3.   L-adegwatezza tal-għajnuna

Biex twieġeb għall-mistoqsijiet f'din it-taqsima, irreferi għat-taqsima 3.2.3 tal-EEAG u kif inhu speċifikat iktar fit-taqsimiet 3.2 - 3.6 u 3.8 - 3.10 tal-EEAG.

1.

Spjega għaliex l-għajnuna mill-Istat hija strument xieraq minflok strumenti politiċi oħrajn, (strumenti li mhumiex għajnuna mill-Istat) jew l-implimentazzjoni sħiħa tal-‘prinċipju ta' min iniġġes iħallas’ (117) (ara l-punti 41 — 44 tal-EEAG).

2.

Spjega għaliex l-istrument ta' għajnuna mill-Istat li għażilt jitqies li huwa l-iktar strument ta' għajnuna mill-Istat xieraq sabiex jindirizza l-għan politiku kkonċernat u għaliex aktarx li jiġġenera inqas tfixkil fil-kummerċ u kompetizzjoni meta mqabbel ma' strumenti oħrajn ta' għajnuna mill-Istat (ara l-punti 45 — 48 tal-EEAG).

3.

Fil-każ ta' adegwatezza tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni, ikkonferma u spjega li l-għajnuna hija remunerazzjoni purament għad-disponibilità skont il-punt 225 tal-EEAG. Iddeskrivi wkoll kif il-miżura tipprovdi inċentivi adegwati kemm għall-ġeneraturi eżistenti kif ukoll dawk tal-ġejjieni u għall-operaturi li jużaw teknoloġiji xierqa, bħal soluzzjonijiet ta' rispons jew ħżin fuq in-naħa tad-domanda (bħall-permess ta' ħinijiet lead-in differenti sabiex ikunu jistgħu jintużaw teknoloġiji differenti) skont il-punt 226 tal-EEAG. Spjega kemm il-kapaċità ta' interkonnessjoni tista' tkun ta' rimedju għal kull problema possibbli ta' adegwatezza tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni (kif iddikjarat fil-punt 226 tal-EEAG).

4.   Effett ta' inċentiv

Biex twieġeb għall-mistoqsijiet f'din it-taqsima, irreferi għat-taqsima 3.2.4 tal-EEAG u kif inhu speċifikat iktar fit-taqsimiet 3.2 - 3.6 u 3.8 - 3.10 tal-EEAG.

Skemi ta' għajnuna mill-Istat

1.

L-għajnuna se tingħata fuq il-bażi ta' proċess kompetittiv ta' offerti?

☐ iva

☐ le

Jekk iva, agħti dettalji rigward il-proċess kompetittiv u ehmeż kopja tan-notifika tal-offerta jew l-abbozz tagħha.

2.

Meta tingħata l-għajnuna mill-miżura notifikata, jiġi żgurat li x-xogħol fuq il-proġett ma jkunx għadu beda qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-għajnuna mill-benefiċjarju mal-awtoritajiet nazzjonali? Jiġi żgurat li l-għajnuna fl-ebda każ mhi se titħallas, u mhux se tkun tħallset diġà, meta x-xogħol fuq il-proġett megħjun diġà jkun beda qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-għajnuna mill-benefiċjarju mal-awtoritajiet nazzjonali (118)?

☐ iva

☐ le

3.

L-applikazzjonijiet għall-għajnuna jinkludu tal-inqas l-isem tal-applikant u fil-każ ta' impriża, id-daqs tagħha, deskrizzjoni tal-proġett, inklużi l-post u d-dati ta' bidu u tmiem tiegħu, l-ammont ta' appoġġ pubbliku meħtieġ biex isir, u lista tal-ispejjeż eliġibbli?

☐ iva

☐ le

4.

Iddeskrivi, billi tipprovdi eżempji, il-verifiki tal-kredibilità kontrafattwali li se jsiru sabiex jiġi żgurat li l-għajnuna tirriżulta fl-effetti ta' inċentiv mixtieqa

5.

Jekk l-għajnuna mogħtija jkollha l-għan li tgħin fl-adattament għall-istandards tal-Unjoni jew li tmur lil hinn l-istandards futuri tal-Unjoni, ipprovdi dettalji dwar f'xiex se tikkonsisti l-għajnuna, liema standards se jintlaħqu u meta jew liema stardards se jinqabżu (ara l-punti 53 sa 55 tal-EEAG).

6.

Jekk l-għajnuna tingħata għal vetturi tat-trasport għal trasport bit-triq, bil-ferrovija, fl-ilmijiet navigabbli interni u marittimi, ipprovdi d-dettalji li għandhom x'jaqsmu mal-applikabbiltà tal-istandards tal-Unjoni (inkluż il-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku fejn ikun rilevanti) u b'mod partikolari l-applikazzjoni retroattiva tagħha (ara l-punt 54(a) jew (b) tal-EEAG).

Ġie adottat standard tal-Unjoni?

☐ iva

☐ le

7.

Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija numru 6 hija iva, ikkonferma jekk daħalx fis-seħħ. Jekk ma daħalx fis-seħħ, sa liema data se jidħol fis-seħħ?

☐ iva

☐ le

8.

Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija numru 6 hija iva, l-investiment se jiġi implimentat u ffinalizzat tal-inqas sena wara d-data li fiha jidħol fis-seħħ l-istandard tal-Unjoni kkonċernat?

☐ iva

☐ le

9.

Jekk l-għajnuna tikkonċerna awditjar tal-enerġija ta' intrapriżi kbar, tista' tikkonferma li ma tintużax l-għajnuna biex jitħallas awditjar tal-enerġija li l-benefiċjarju huwa meħtieġ li jwettaq skont id-Direttiva 2012/27/UE dwar l-Effiċjenza Enerġetika (119)?

☐ iva

☐ le

Għajnuna notifikabbli individwalment — informazzjoni addizzjonali

10.

Jekk l-għajnuna hija maħsuba biex titqiegħed għad-dispożizzjoni ta' impriżi individwali, ipprovdi evidenza ċara li l-għajnuna għandha effett ta' inċentiv fuq id-deċiżjoni ta' investiment, li tibdel l-imġiba tal-benefiċjarju u twassal jew għal żieda fil-livell ta' ħarsien ambjentali jew funzjonament aħjar tas-suq tal-enerġija tal-Unjoni. (ara t-taqsima 3.2.4.2 tal-EEAG)

11.

Iċċara x'vantaġġi se jġib miegħu l-proġett sostnut għall-benefiċjajru, b'mod partikolari vantaġġi tal-produzzjoni pereżempju impatt fuq il-kapaċità u l-kwalità tal-prodotti. (ara l-punt 59 tal-EEAG)

12.

Ipprovdi, spjega u ġġustifika x-xenarju kontrafattwali għall-impriża individwali involuta. (ara l-punt 60 tal-EEAG)

13.

Ipprovdi l-profittabilità għall-proġett ikkonċernat u r-rati normali tipiċi ta' redditu aċċettati mill-impriża għal investimenti oħrajn ta' xorta simili. Ipprovdi evidenza bħala appoġġ għall-informazzjoni pprovduta. (ara l-punti 61 — 65 tal-EEAG)

14.

F'każ ta' standard tal-Unjoni li huwa applikabbli jew li se jkun applikabbli, ipprovdi evidenza, inkluża informazzjoni kwantitattiva, li turi li l-istandard ma jneħħix l-effett ta' inċentiv tal-għajnuna. (ara l-punti 66 — 68 tal-EEAG)

5.   Proporzjonalità

Sabiex twieġeb għall-mistoqsijiet f'din it-taqsima, irreferi għat-taqsima 3.2.5 EEAG u t-taqsimiet 3.2 - 3.6 u 3.8 - 3.10 tal-EEAG.

Jekk il-miżura tikkonċerna għajnuna għall-investiment biss, imla l-ewwel parti ta' din it-taqsima. Jekk l-għajnuna hija għajnuna operattiva, imla t-tieni parti ta' din it-taqsima. Jekk il-miżura tikkonsisti kemm f'għajnuna għall-investiment kif ukoll f'għajnuna operattiva, għandhom jimtlew iż-żewġ taqsimiet

5.1.   Skemi ta' għajnuna mill-Istat

5.1.1.   Skemi ta' għajnuna għall-investiment

L-ammont tal-għajnuna għal kull benefiċjarju għandu jkun limitat għall-minimu meħtieġ sabiex jintlaħaq il-livell ta' ħarsien ambjentali jew l-għan enerġetiku. Bħala prinċipju ġenerali, l-għajnuna se titqies limitata għall-minimu meħtieġ jekk l-għajnuna tikkorrispondi għall-ispiża żejda netta totali meħtieġa sabiex jintlaħaq l-għan meta mqabbla max-xenarju kontrafattwali (ara t-taqsima 3.2.5 tal-EEAG, il-punt 70).

Fil-każ ta' għajnuna għal proġetti ta' tisħin u tkessieħ distrettwali li jkunu enerġetikament effiċjenti, din it-taqsima tapplika biss għall-impjant tal-produzzjoni. Għall-parti tal-infrastruttura, għandu jintuża l-approċċ tad-distakk fil-finanzjament bħal dak użat għall-infrastruttura tal-enerġija (ara t-taqsima 5.1.2 tal-iskemi ta' għajnuna operattiva) (il-punt 76 EEAG)

5.1.1.1.   Spejjeż eliġibbli (120): ipprovdi d-dettalji tal-ispejjeż eliġibbli kif xieraq.

(1)

Ikkonferma li l-ispejjeż eliġibbli huma limitati għall-ispejjeż ta' investiment żejda meħtieġa biex jintlaħaq l-għan ta' interess komuni u mhumiex iktar mill-intensità tal-għajnuna ta' 100 %:

iva

(2)

Ikkonferma dan li ġej billi timmarka l-kaxxa xierqa u tipprovdi spjegazzjonijiet dwar:

l-ispejjeż preċiżi relatati mal-ħarsien tal-ambjent jikkostitwixxu l-ispejjeż eliġibbli, fil-każ li l-ispiża ta' investiment fil-ħarsien tal-ambjent tista' tkun faċilment identifikabbli;

jew

l-ispejjeż ta' investiment żejda huma stabbiliti billi l-investiment megħjun jitqabbel mas-sitwazzjoni kontrafattwali fin-nuqqas tal-għajnuna, jiġifieri l-investiment ta' referenza (121)

(3)

Jaf ikun diffiċli tistabbilixxi x-xenarju kontrafattwali fi proġetti integrati bħal miżuri integrati tal-effiċjenza fl-enerġija jew proġetti tal-bijogass. Meta xenarju kontrafattwali ma jkunx jista' jiġi stabbilit, il-Kummissjoni jaf tkun tista' tikkunsidra l-ispejjeż totali tal-proġett bħala alternattiva li tista' timplika intensitajiet inqas tal-għajnuna biex tirrifletti l-kalkolu tal-ispejjeż eliġibbli (ara l-punt 75 tal-EEAG).

Jekk tipproponi li jintuża dan l-approċċ, spjega f'dettall ir-raġuni għal dan u pprovdi d-dettalji tal-kalkolu, b'mod partikolari billi turi kif l-intensitajiet massimi tal-għajnuna huma aġġustati kif xieraq.

(4)

Ipprovdi metodoloġija ddettaljata tal-kalkolu, b'referenza għas-sitwazzjoni kontrofattwali, li se tiġi applikata għall-għotjiet kollha ta' għajnuna bbażati fuq l-iskema nnotifikata, u pprovdi l-evidenza rilevanti:

(5)

X'forma jieħdu l-ispejjeż eliġibbli?

(a) ☐

investimenti f'assi tanġibbli

(b) ☐

investimenti f'assi mhux tanġibbli

Jekk l-investiment huwa marbut ma' assi tanġibbli imla l-punt 6; jekk huwa marbut ma' assi intanġibbli imla l-punt 7. Jekk l-investiment huwa marbut kemm ma' assi tanġibbli kif ukoll intanġibbli, trid timla il-punti 6 kif ukoll il-punt 7.

(6)

F'każ ta' investimenti f'assi tanġibbli indika l-forma/il-forom tal-investimenti kkonċernati:

(a) ☐

investimenti f'art li huma strettament meħtieġa sabiex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali;

(b) ☐

investimenti f'bini maħsuba biex inaqqsu jew jeliminaw it-tniġġiż u l-inkonvenjenzi;

(c) ☐

investimenti f'impjanti u tagħmir maħsuba biex inaqqsu jew jeliminaw it-tniġġiż u l-inkonvenjenzi;

(d) ☐

investimenti fl-adattar tal-metodi tal-produzzjoni bil-għan li jitħares l-ambjent.

(7)

F'każ ta' investimenti f'assi mhux tanġibbli (trasferiment teknoloġiku permezz tal-ksib ta' liċenzji operattivi jew ta' kompetenzi li jkollhom jew li ma jkollhomx privattiva) ikkonferma li kull wieħed mill-assi mhux tanġibbli jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) ☐

għandu jitqies bħala assi li jiddeprezza;

(b) ☐

jiġu mixtrija fuq termini tas-suq, minn impriża li fuqha l-akkwirent ma jkollu l-ebda poter ta' kontroll dirett jew indirett,

(c) ☐

għandu jiddaħħal fl-assi tal-impriża, u jibqa' fl-istabbiliment tal-benefiċjarju tal-għajnuna u jintuża hemmhekk għal mill-inqas ħames snin (122).

Barra dan, ikkonferma li jekk l-assi mhux tanġibbli jinbiegħ matul l-ewwel ħames snin:

id-dħul mill-bejgħ jitnaqqas mill-ispejjeż eliġibbli;

u

parti mill-ammont jew l-ammont sħiħ tal-għajnuna, fejn xieraq, jitħallas lura.

Jekk l-investiment huwa marbut ma' standards tal-Unjoni, imla l-punt 8.

(8)

Fil-każ ta' miżuri li għandhom l-għan li jiksbu livell ta' protezzjoni ambjentali ogħla mill-istandards tal-Unjoni, ikkonferma d-dikjarazzjonijiet rilevanti (123) billi timmarka l-kaxxa rilevanti:

(a) ☐

jekk l-impriża qed tadatta għal standards nazzjonali adottati fin-nuqqas ta' standards tal-Unjoni, l-ispejjeż eliġibbli jikkonsistu fl-ispejjeżaddizzjonali ta' investiment sabiex jintlaħaq il-livell ta' ħarsien ambjentali meħtieġ mill-istandards nazzjonali;

(b) ☐

jekk l-impriża qed tadatta għal, jew tmur lil hinn minn, standards nazzjonali li huma iktar strinġenti mill-istandards rilevanti tal-Unjoni jew tmur lil hinn mill-istandards tal-Unjoni, l-ispejjeż eliġibbli jikkonsistu fl-ispejjeż addizzjonali ta' investiment meħtieġa sabiex jintlaħaq livell ta' ħarsien ambjentali ogħla mil-livell meħtieġ mill-istandards tal-Unjoni; (124);

(c) ☐

jekk ma jkun hemm l-ebda standards, l-ispejjeż eliġibbli jkunu jikkonsistu fl-ispejjeż ta' investiment meħtieġa sabiex jintlaħaq livell ta' ħarsien tal-ambjent ogħla minn dak li l-impriża jew l-impriżi ikkonċernati kienu jilħqu fin-nuqqas ta' kull għajnuna ambjentali

5.1.1.2.   Intensità tal-għajnuna u bonusijiet

L-intensitajiet tal-għajnuna li huma awtorizzati għall-miżuri differenti jistgħu jinkisbu mill-Anness 1 tal-EEAG.

(9)

X'inhi l-intensità bażika tal-għajnuna applikabbli għall-miżura notifikata (mingħajr ebda bonus, ara l-punt 10 ta' hawn taħt)?

(10)

Bonusijiet:

Bonus għal reġjuni assistiti

(a)

Huwa previst bonus minħabba li l-investiment jinsab f'żona assistita? (125)?

☐ iva

☐ le

Jekk iva speċifika l-ammont ta' bonus applikabbli (bħala perċentwal mill-ispejjeż eliġibbli): …

(b)

Ikkonferma li jekk tingħata l-għajnuna jew bonus għar-reġjuni koperti mill-Artikolu 107(3)(a) TFUE, il-benefiċjarji li jinsabu fir-reġjuni msemmija fl-Artikolu 107(3)(a) TFUE biss, kif definiti fil-punt 19(46) tal-EEAG, huma eliġibbli għal dik l-għajnuna/bonus:

iva

(c)

Ikkonferma li jekk tingħata l-għajnuna jew bonus għar-reġjuni koperti mill-Artikolu 107(3)(c) TFUE, il-benefiċjarji li jinsabu fir-reġjuni msemmija fl-Artikolu 107(3)(c) biss, kif definiti fil-punt 19(46) tal-EEAG, huma eliġibbli għat-tali għajnuna/bonus:

iva

Bonus għall-SMEs

(d)

Huwa applikat bonus għall-SMEs (126) fil-miżura notifikata?

☐ iva

☐ le

Jekk iva speċifika l-ammont ta' bonus applikabbli (bħala perċentwali tal-ispejjeż eliġibbli): …

(e)

Ikkonferma li jekk tingħata l-għajnuna/bonus għal intrapriżi żgħar, il-benefiċjarji jikkonformaw mad-definizzjoni ta' intrapriżi żgħar kif definiti fil-punt 19(17) tal-EEAG:

iva

(f)

Ikkonferma li jekk tingħata l-għajnuna/bonus għal intrapriżi medji, il-benefiċjarji jikkonformaw mad-definizzjoni ta' intrapriżi medji kif definiti fil-punt 19(17) tal-EEAG:

iva

Bonus għall-eko-innovazzjoni

(g)

Jiġi applikat bonus għall-eko-innovazzjoni (127) fil-miżura notifikata?

☐ iva

☐ le

(h)

Jekk iva, speċifika l-livell ta' bonus applikabbli u spjega kif inhuma ssodisfati r-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fil-punt 78(c) minn (i) sa (iii) tal-EEAG:

Proċess ta' offerti

(i)

L-għajnuna ngħatat bi proċess ta' offerti li kien ġenwinament kompetittiv (128)?

☐ iva

☐ le

Jekk it-tweġiba hija iva, agħti dettalji dwar il-proċess kompetittiv u evidenza tal-konformità mal-punt 19(43) tal-EEAG. Ehmeż kopja tal-avviż tal-offerti jew l-abbozz tiegħu:

(11)

Speċifika l-intensità totali tal-għajnuna tal-proġetti sostnuti mill-iskema notifikata f'forma ta' perċentwali, filwaqt li tqis l-intensità tal-għajnuna bażika u l-bonusijiet:

5.1.1.3.   Kumulazzjoni (ara t-Taqsima 3.2.5.2 tal-EEAG)

(12)

L-għajnuna li qed tingħata mill-miżura nnotifikata hija marbuta ma' għajnuna oħra?

☐ iva

☐ le

(13)

Jekk it-tweġiba għall-punt 12 hija iva, iddeskrivi r-regoli dwar il-kumulazzjoni li japplikaw għall-miżura notifikata (ara l-punti 81 u 82 tal-EEAG):

(14)

Speċifika jekk il-proċess biex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli tal-kumulazzjoni huwiex se jiġi vverifikat fil-miżura ta' għajnuna nnotifikata:

5.1.2.   Skemi ta' għajnuna operatorja

5.1.2.1.   Għajnuna operatorja għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli

1.

Speċifika t-tip(i) ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli sostnuti mill-miżura notifikata u agħti d-dettalji.

Qed tinġibed l-attenzjoni tiegħek lejn il-fatt li l-għajnuna għall-investiment jew l-għajnuna operatorja għall-produzzjoni ta' bijokarburanti tista' tkun awtorizzata biss fir-rigward ta' bijokarburanti sostenibbli. Ma tista' tingħata l-ebda għajnuna għall-investiment għal bijokarburanti bbażati fuq l-ikel, u l-għajnuna operatorja tista' tingħata biss sal-2020 sakemm l-impjant ma jkunx deprezzat diġà. Ikkonferma li dawk il-kundizzjonijiet huma rrispettati (ara l-punt 113 tal-EEAG)

2.

Jekk hija sostnuta l-idroenerġija, ikkonferma l-konformità mad-Direttiva 2000/60/KE (129).

☐ iva

☐ le

3.

Jekk huwa sostnut l-iskart, ikkonferma li se tiġi rispettata l-ġerarkija tal-iskart.

☐ iva

☐ le

Bijokarburanti

4.

Spjega jekk tingħatax għajnuna lil bijokarburanti bbażati fuq l-ikel u, jekk tingħata, f'liema kundizzjonijiet tingħata (ara l-punt 113 tal-EEAG).

5.

Jekk il-miżura tippromwovi l-bijokarburanti, ikkonferma li huma ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi kollha li ġejjin dwar il-bijokarburanti bbażati fuq l-ikel:

(a)

L-għajnuna operatorja għall-bijokarburanti bbażati fuq l-ikel tingħata biss sal-2020:

☐ iva

☐ le

(b)

L-għajnuna operatorja għall-bijokarburanti bbażati fuq l-ikel tingħata b'mod esklussiv lil impjanti li bdew jitħaddmu wara l-31 ta' Diċembru 2013:

☐ iva

☐ le

u

(c)

L-għajnuna operatorja għall-bijokarburanti bbażati fuq l-ikel hija limitata għal impjanti li mhumiex kompletament deprezzati:

☐ iva

☐ le

6.

Speċifika jekk hemmx jew jekk huwiex previst xi obbligu ta' forniment jew taħlit għall-bijokarburanti.

☐ iva

☐ le

Jekk iva, spjega u pprovdi evidenza biex tipprova li l-bijokarburanti megħjuna huma soġġetti għall-obbligu ta' provvista jew taħlit. Spjega jekk il-bijokarburanti megħjuna jiswewx iktar mill-bijokarburanti li jistgħu jiddaħħlu fis-suq bl-obbligu biss (u mingħajr għajnuna). Għal gwida, ara l-punt 114 tal-EEAG.

Ftehimiet ta' koperazzjoni fil-qafas tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli  (130)

7.

Speċifika jekk hemmx fis-seħħ ftehim ta' koperazzjoni.

☐ iva

☐ le

Jekk iva, spjega u agħti dettalji dwar il-ftehim ta' koperazzjoni (ara l-punt 122 tal-EEAG).

5.1.2.1.1.   Għajnuna operatorja għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli (sakemm l-impjant jiddeprezza)

8.

Ikkonferma li l-għajnuna se tingħata biss sakemm l-impjant jiddeprezza kompletament skont ir-regoli kontabilistiċi normali u agħti spjegazzjonijiet kif xieraq.

☐ iva

☐ le

9.

Ikkonferma li l-għajnuna għall-investiment li tkun ingaħtat qabel se titnaqqas mill-għajnuna operatorja u pprovdi spjegazzjonijiet kif xieraq.

☐ iva

☐ le

Sabiex jinċentivaw l-integrazzjoni tas-suq, importanti li l-benefiċjarji jbigħu l-elettriku tagħhom fis-suq u jkunu soġġetti għall-obbligi tas-suq (ara l-punti 124 u 125 tal-EEAG).

10.

Ikkonferma li l-għajnuna tingħata b'żieda mal-prezz tas-suq impost mill-ġeneraturi li jbigħu direttament fis-suq (ara l-punt 124(a) tal-EEAG).

☐ iva

☐ le

Jekk iva, spjega f'ċertu dettall kif din il-kundizzjoni hija implimentata fil-prattika.

11.

Ikkonferma li l-benefiċjarji huma soġġetti għar-responsabbiltajiet standard ta' bbilanċjar.

☐ iva

☐ le

Jekk iva, spjega r-responsabbiltajiet ta' bbilanċjar applikabbli għall-ġeneraturi tal-enerġija rinnovabbli u r-responsabbiltajiet applikabbli għal ġeneraturi oħrajn (ara l-punt 124(b) tal-EEAG).

Jekk it-tweġiba tkun le, tqis li f'pajjiżek ma hemm l-ebda suq likwidu tal-istess ġurnata?

☐ iva

☐ le

Jekk it-tweġiba hija le, spjega f'dettall u ġġustifika għaliex ma hemmx responsabbiltajiet ta' bbilanċjar applikabbli għal ġeneraturi tal-enerġija rinnovabbli.

12.

Ikkonferma li hemm miżuri fis-seħħ sabiex jiġi żgurat li l-ġeneraturi ma jkollhom l-ebda inċentiv li jiġġeneraw elettriku bi prezzijiet negattivi (ara l-punt 124(c) tal-EEAG).

☐ iva

☐ le

Spjega fid-dettall kif dan hu żgurat fil-prattika.

13.

L-iskema tipprovdi għajnuna għal installazzjonijiet, ħlief l-enerġija mir-riħ, b'kapaċità ta' elettriku installata ta' inqas minn 500 kW?

☐ iva

☐ le

Jekk iva, spjega jekk dan japplikax għall-benefiċjarji kollha jew għal subgrupp ta' benefiċjarji biss. Agħti dettalji dwar jekk il-kundizzjonijiet tal-punt 124 tal-EEAG japplikawx għal dawk l-installazzjonijiet.

14.

L-iskema tipprovdi għajnuna għal proġetti ta' maħsuba biex iservu ta' wirja kif definiti fl-EEAG? (ara l-punt 127 tal-EEAG)

☐ iva

☐ le

Jekk iva, agħti dettalji u pprovdi evidenza li dawk il-proġetti jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fid-definizzjoni tal-EEAG (il-punt 19(45) tal-EEAG).

Jekk iva, spjega jekk japplikax għall-benefiċjarji kollha jew għal subgrupp ta' benefiċjarji biss. Agħti dettalji dwar jekk il-kundizzjonijiet tal-punt 124 tal-EEAG japplikawx għal proġetti maħsuba biex iservu ta' wirja.

15.

L-iskema tagħti għajnuna għal installazzjonijiet tal-enerġija mir-riħ b'kapaċità tal-elettriku installata ta' inqas minn 3 MW jew tliet unitajiet ta' ġenerazzjoni? (ara l-punt 125 tal-EEAG)

☐ iva

☐ le

Jekk iva, agħti dettalji dwar l-installazzjonijiet li huma koperti minn din id-dispożizzjoni.

Jekk iva, spjega jekk dan japplikax għall-benefiċjarji kollha jew subgrupp tal-benefiċjarji biss. Agħti dettalji dwar jekk il-kundizzjonijiet tal-punt 124 tal-EEAG japplikawx għal dawk l-installazzjonijiet.

Fil-fażi tranżitorja li tkopri s-snin 2015 u 2016, l-għajnuna għal mhux inqas minn 5 % tal-kapaċità ġdida ppjanata tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli għandha tingħata fi proċess kompetittiv ta' offerti fuq il-bażi ta' kriterji ċari, trasparenti u mhux diskriminatorji (Ara l-punti 124 u 125 tal-EEAG).

16.

Ikkonferma li l-għajnuna għal mhux inqas minn 5 % tal-kapaċità tal-elettriku ġdida ppjanata minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli għandha tingħata fi proċess kompetittiv ta'offerti.

☐ iva

☐ le

17.

Spjega f'dettall kif il-kundizzjoni stabbilita f'dan il-punt hija implimentata fil-prattika, inkluż il-kalkolu tal-minimu ta' 5 % kemm għall-2015 kif ukoll għall-2016.

18.

Mill-1 ta' Jannar 2017, fil-prinċipju l-għajnuna operatorja tingħata fi proċess kompetittiv ta' offerti fuq il-bażi ta' kriterji ċari, trasparenti u mhux diskriminatorji, sakemm ma tkunx tapplika xi eċċezzjoni. Ara l-punt 126 tal-EEAG. Ikkonferma li l-għajnuna tingħata fi proċess kompetittiv ta' offerti.

☐ iva

☐ le

Jekk iva, spjega l-proċess ta' offerti fid-dettall.

Jekk it-tweġiba hija le, spjega jekk tapplikax waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a) ☐

għadd ferm limitat ta' proġetti eliġibbli;

(b) ☐

jirriżultaw livelli ta' appoġġ ikbar fil-każ ta' proċess tal-offerti;

(c) ☐

jirriżultaw rati ta' realizzazzjoni inqas (proġetti li jkunu mibnija);

19.

Agħti d-dettalji, elabora u spjega r-raġunijiet għaliex ma ġiex applikat proċess kompetittiv ta' offerti. Ipprovdi evidenza kwantitattiva u kwalitattiva li waħda mir-raġunijiet invokati kieku kienet isseħħ.

Jekk it-tweġiba għal dan il-punt hija le, imla t-Taqsima 5.1.2.1.2 għajnuna operatorja għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli għajr l-elettriku (sakemm l-impjant jiddeprezza).

20.

Indika jekk il-proċess kompetittiv ta' offerti huwiex miftuħ għall-ġeneraturi kollha li jipproduċu elettriku minn sorsi rinnovabbli.

☐ iva

☐ le

Jekk iva, spjega x'jagħmel il-proċess tal-offerti wieħed miftuħ.

Jekk it-tweġiba hija le, spjega jekk tapplikax waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a) ☐

teknoloġija innovattiva potenzjali ġdida fuq perjodu ta' żmien twil;

(b) ☐

ħtieġa li tinkiseb diversifikazzjoni;

(c) ☐

limitazzjonijiet tan-netwerk u l-istabilità tal-grilja;

(d) ☐

l-ispejjeż tas-sistema (integrazzjoni);

(e) ☐

bijomassa: ħtieġa li jiġi evitat tfixkil fis-suq tal-materja prima;

21.

Agħti dettalji, elabora u spjega f'dettall ir-raġunijiet biex issir eċċezzjoni mis-sistema ta' proċess kompetittiv ta' offerti miftuħ għall-ġeneraturi kollha. Ipprovdi evidenza kwantitattiva u kwalitattiva li effettivament ikun hemm sitwazzjoni li tinvolvi waħda mir-raġunijiet elenkati fil-punt 20.

22.

Ipprovdi dettalji, elabora u spjega fid-dettall għaliex ir-raġunijiet għall-applikazzjoni ta' eċċezzjoni ma jistgħux jiġu indirizzati fit-tifsila tal-proċess tal-offerti (ara l-punt 124 tal-EEAG).

23.

L-iskema tipprovdi għajnuna għal installazzjonijiet, ħlief l-enerġija mir-riħ, b'kapaċità ta' elettriku installata ta' inqas minn 1 MW?

☐ iva

☐ le

Jekk iva, spjega jekk japplikax għall-benefiċjarji kollha jew għal subgrupp ta' benefiċjarji biss. Agħti dettalji ta' jekk installazzjonijiet bħal dawk humiex se jingħataw għajnuna fi proċess kompetittiv ta' offerti.

24.

L-iskema tipprovdi għajnuna għal proġetti maħsuba biex iservu ta' wirja kif definiti fl-EEAG?

☐ iva

☐ le

Jekk iva, spjega jekk japplikax għall-benefiċjarji kollha jew għal subgrupp ta' benefiċjarji biss. Agħti dettalji dwar jekk dak it-tip ta' installazzjonijiet humiex se jingħataw għajnuna fi proċess kompetittiv ta' offerti.

25.

L-iskema tipprovdi għajnuna għal installazzjonijiet tal-enerġija mir-riħ b'kapaċità tal-elettriku installata ta' inqas minn 6 MW jew sitt unitajiet ta' ġenerazzjoni.

☐ iva

☐ le

Jekk iva, ipprovdi dettalji dwar l-installazzjonijiet li huma koperti minn din id-dispożizzjoni.

Jekk iva, spjega jekk japplikax għall-benefiċjarji kollha jew għal subgrupp ta' benefiċjarji biss. Agħti dettalji dwar jekk installazzjonijiet ta' dak it-tip humiex se jingħataw għajnuna fi proċess kompetittiv ta' offerti kompetittiv.

5.1.2.1.2.   Għajnuna operatorja għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli għajr l-elettriku (sakemm jiddeprezza l-impjant)

26.

Ipprovdi l-informazzjoni li ġejja li turi li l-għajnuna operatorja mogħtija ma taqbiżx id-differenza bejn l-ispejjeż livelizzati tal-produzzjoni tal-enerġija (‘LCOE’) permezz tat-teknoloġija kkonċernata u l-prezz tas-suq tal-forma ta' enerġija kkonċernata:

analiżi dettaljata tal-ispiża tal-produzzjoni tal-enerġija tat-teknoloġija kkonċernata fil-forma ta' LCEO għal kull unità tas-sorsi rinnovabbli (131):

analiżi dettaljata tal-prezz tas-suq tal-forma ta' enerġija kkonċernata:

27.

Ipprovdi evidenza li l-għajnuna għandha tingħata biss sakemm l-impjant ikun ġie deprezzat għal kollox skont ir-regoli normali tal-kontabbiltà u agħti analiżi dettaljata tad-deprezzament ta' kull tip tal-investimenti għall-ħarsien tal-ambjent: (Ara l-punt 131(d) tal-EEAG):

28.

Għall-iskemi ta' għajnuna, speċifika kif se tkun assigurata l-konformità mal-kundizzjoni fil-punt 131(d) tal-EEAG:

29.

Meta jiġi ddeterminat l-ammont ta' għajnuna operatorja, uri kif kull għajnuna għall-investiment mogħtija lill-impriża kkonċernata fir-rigward ta' impjant ġdid hija mnaqqsa mill-ispejjeż tal-produzzjoni:

30.

L-għajnuna tkopri wkoll dħul normali minn kapital?

☐ iva

☐ le

Jekk iva, ipprovdi d-dettalji u l-informazzjoni jew kalkoli li juru r-rata tar-rendiment normali u agħti raġunijiet għaliex ir-rata magħżula hi xierqa:

31.

L-ispejjeż tal-produzzjoni huma aġġornati b'mod regolari u tal-inqas darba fis-sena?

☐ iva

☐ le

Ipprovdi dettalji u spjegazzjonijiet:

5.1.2.1.3.   Għajnuna operatorja għall-impjanti tal-bijomassa li jibqħu wara d-deprezzament.

L-għajnuna operatorja għall-bijomassa wara d-deprezzament tal-impjant tista' tkun kompatibbli mas-suq intern jekk Stat Membru juri li l-ispejjeż operatorji mġarrbin mill-benefiċjarju wara d-deprezzament tal-impjant jibqgħu ogħla mill-prezz tas-suq tal-enerġija kkonċernata (il-punt 133 tal-EEAG).

32.

Ikkonferma u spjega li l-għajnuna tingħata biss fuq il-bażi tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli.

33.

Agħti l-informazzjoni li ġejja:

analiżi dettaljata tal-ispiża operatorja tal-produzzjoni tal-enerġija mill-bijomassa wara li l-impjant jiddeprezza.

analiżi dettaljata tal-prezz tas-suq tal-forma ta' enerġija kkonċernata:

analiżi dettaljata ta' kif inhi mfassla l-miżura sabiex turi li hija maħsuba sabiex tikkumpensa biss id-differenza bejn l-ispejjeż operatorji wara d-deprezzament tal-impjant u l-prezz tas-suq tal-forma ta' enerġija kkonċernata:

34.

Hemm mekkaniżmu ta' monitoraġġ sabiex jivverifika jekk l-ispejjeż operatorji mġarrbin għadhomx ogħla mill-prezz tas-suq tal-enerġija kkonċernata?

☐ iva

☐ le

Dan il-mekkaniżmu ta' monitoraġġ huwa aġġornat tal-inqas darba fis-sena?

☐ iva

☐ le

Iddeskrivi fid-dettall il-mekkaniżmu ta' monitoraġġ.

L-għajnuna operatorja għall-bijomassa wara li l-impjant jiddeprezza tista' tkun kompatibbli mas-suq intern jekk Stat Membru juri li, irrispettivament mill-prezz tas-suq tal-enerġija kkonċernata, l-użu ta' fjuwils fossili bħala input huwa iktar ekonomikament vantaġġuż mill-użu tal-bijomassa (il-punt 134 tal-EEAG).

35.

Ikkonferma u spjega li l-għajnuna tingħata biss fuq il-bażi tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli.

36.

Agħti l-informazzjoni li ġejja:

analiżi dettaljata tal-ispiża operatorja tal-produzzjoni tal-enerġija mill-bijomassa wara li l-impjant jiddeprezza.

analiżi dettaljata tal-ispiża operatorja tal-produzzjoni tal-enerġija mill-fjuwil fossili kkonċernat wara li l-impjant jiddeprezza.

analiżi dettaljata ta' kif inhi mfassla l-miżura sabiex turi li hija maħsuba b'mod li tikkumpensa biss id-differenza bejn l-ispejjeż operatorji wara li l-impjant jiddeprezza, bejn l-użu tal-bijomassa u l-fjuwil fossili kkonċernat.

37.

Ipprovdi evidenza li, mingħajr l-għajnuna, ikun hemm bidla mill-użu tal-bijomassa għall-użu tal-fjuwils fossili fl-istess impjant.

38.

Hemm mekkaniżmu ta' monitoraġġ fis-seħħ sabiex jivverifika jekk l-ispejjeż operatorji mġarrbin sabiex tintuża l-bijomassa għadhom ogħla mill-ispejjeż operatorji mġarrbin mill-użu tal-fjuwil fossili kkonċernat?

☐ iva

☐ le

39.

Il-mekkaniżmu ta' monitoraġġ huwa aġġornat tal-inqas darba fis-sena?

☐ iva

☐ le

Iddeskrivi fid-dettall il-mekkaniżmu ta' monitoraġġ.

5.1.2.1.4.   Għajnuna operatorja mogħtija permezz ta' ċertifikati.

40.

Ipprovdi deskrizzjoni dettaljata taċ-ċertifikat ekoloġiku jew tas-sistema tal-offerti (inklużi, inter alia, l-informazzjoni fuq il-livell tas-setgħat diskrezzjonarji, ir-rwol tal-amministratur, il-mekkaniżmu li jiddetermina l-prezzijiet, il-mekkaniżmu tal-finanzjament, il-mekkaniżmu tal-penali u l-mekkaniżmu tad-distribuzzjoni mill-ġdid).

41.

Kemm hu twil iż-żmien tal-miżura nnotifikata (132)?

42.

Ipprovdi dejta jew kalkoli li juru li l-għajnuna hija essenzjali biex tiġi żgurata l-vijabbiltà tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

43.

Ipprovdi dejta jew kalkoli li juru li fir-riżultat aggregat tagħha l-għajnuna ma tikkostitwixxix kumpens żejjed għall-enerġija rinnovabbli.

44.

Ipprovdi informazzjoni jew kalkoli li juru li l-għajnuna ma żżomx lura lill-produtturi tal-enerġija rinnovabbli milli jsiru aktar kompetittivi.

45.

Jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni meħtieġa fit-taqsima 5.1.2.1.1 għall-għajnuna operatorja għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli (sad-deprezzament tal-impjant).

46.

Jekk, għal raġunijiet tekniċi, ma jistgħux jiġu applikati l-kundizzjonijiet tal-punti 124 u 125 tal-EEAG, ipprovdi informazzjoni jew kalkoli skont dan.

5.1.2.2.   Għajnuna operatorja mogħtija għal impjanti tas-sħana u Enerġija Kkombinata (CHP) b'effiċjenza għolja.

47.

Imla l-informazzjoni meħtieġa fit-Taqsima 5.1.2.1 sa fejn tkun applikabbli s-subtaqsima rilevanti:

Għal appoġġ għall-elettriku minn impjanti CHP sakemm jiddeprezza l-impjant, it-Taqsima 5.1.2.1.1.

Għal appoġġ għat-tisħin minn impjanti CHP sakemm jiddeprezza l-impjant, it-Taqsima 5.1.2.1.2.

Għal appoġġ għat-tisħin jew l-elettriku minn impjanti CHP wara li jiddeprezza l-impjant, it-Taqsima 5.1.2.1.3.

Għal appoġġ permezz ta' ċertifikati, it-Taqsima 5.1.2.1.4.

48.

Ikkonferma li l-għajnuna operatorja għall-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja tingħata b'mod esklussiv lil:

impriżi li jwasslu l-enerġija elettrika u s-sħana lill-pubbliku, fejn l-ispejjeż tal-produzzjoni ta' dik l-enerġija elettrika jew sħana ikunu iktar mill-prezz tas-suq tagħha (133);

għall-użu industrijali tal-produzzjoni kkombinata tal-enerġija elettrika u s-sħana fejn jista' jintwera li l-ispiża tal-produzzjoni ta' unità waħda ta' enerġija bl-użu ta' dik it-teknika tkun iktar mill-prezz tas-suq ta' unità waħda ta' enerġija konvenzjonali. (134).

Ipprovdi dettalji u xhieda li juru li l-kundizzjoni(jiet) rilevanti hija/huma ssodisfata/i:

5.1.2.3.   Għajnuna operatorja mogħtija għal miżuri tal-effiċjenza enerġetika

49.

Ipprovdi informazzjoni jew kalkoli li juru li l-għajnuna hija limitata sabiex tikkumpensa għall-ispejjeż żejda netti tal-produzzjoni li jirriżultaw mill-investiment wara li jitqiesu l-benefiċċji li jirriżultaw minn dik l-effiċjenza enerġetika (135).

50.

Kemm hu twil iż-żmien tal-miżura tal-għajnuna operatorja (136)?

5.1.2.4.   Għajnuna operatorja mogħtija għall-infrastruttura tal-enerġija u CCS.

51.

Ipprovdi informazzjoni u kalkoli li juru li l-għajnuna hija limitata għall-kumpens għall-ispejjeż żejda netti tal-produzzjoni li jirriżultaw mill-investiment wara li jitqiesu l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-proġett.

Agħti ħarsa ġenerali dettaljata lejn il-flussi tal-flus tul il-ħajja tal-proġett.

Ipprovdi spjegazzjoni tar-rati ta' skont u r-rati ta' redditu użati.

Ipprovdi dettalji dwar ix-xenarju kontrafattwali jew iġġustifika n-nuqqas tiegħu.

52.

Fil-każ ta' CCS, ikkonferma u pprovdi dettalji li juru li l-għajnuna ma tibbenefikax l-installazzjoni b'emmissjonijiet ta' CO2:

53.

Fil-każ ta' infrastruttura tal-enerġija, l-ispejjeż eliġibbli huma għalhekk id-diskrepanza fil-likwidità. Uri li l-għajnuna ma taqbiżx dik id-diskrepanza fil-likwidità billi tipprovdi kalkolu u ġustifikazzjoni ddettaljata għad-dejta użata, pereżempju rata ta' redditu. (ara l-punt 211 tal-EEAG):

54.

Kemm hu twil iż-żmien tal-miżura tal-għajnuna operatorja?

5.1.2.5.   Għajnuna operatorja mogħtija għall-adegwatezza tal-ġenerazzjoni.

55.

Iddeskrivi l-miżuri inkorporati fis-seħħ li jevitaw qligħ mhux mistenni

56.

Iddeskrivi l-mekkaniżmu li bih il-prezz imħallas jerġa' jsir żero meta l-kapaċità fornita tkun mistennija li tkun biżżejjed biex tilħaq il-livell ta' kapaċità mitlub (ara l-punt 231 tal-EEAG):

57.

L-iskema hija bbażata fuq proċess kompetittiv ta' offerti? Ipprovdi d-dettalji(ara l-punt tal-229 EEAG).

58.

Iddeskrivi r-rata mistennija ta' redditu tal-benefiċjarji mill-iskema.

5.1.2.6.   Għajnuna operatorja f'awtorizzazzjonijiet skambjabbli. Ara l-punt 235 tal-EEAG

59.

Ikkonferma li l-iskema tikkonforma mal-kriterji kollha li ġejjin:

(a) ☐

l-għażla ta' benefiċjarji hi bbażata fuq kriterji oġġettivi u trasparenti u l-għajnuna tingħata bħala prinċipju bl-istess mod għall-kompetituri kollha fl-istess settur jew suq rilevanti jekk ikunu jinsabu f'sitwazzjoni fattwali simili;

(b) ☐

irkant integrali jwassal għal żieda sostanzjali fl-ispejjeż tal-produzzjoni għal kull settur jew kategorija ta' benefiċjarji individwali;

(c) ☐

iż-żieda fl-ispejjeż għall-iskema ta' awtorizzazzjonijiet skambjabbli ma tistax tingħadda lill-konsumatur mingħajr ma twassal għal tnaqqis sinifikattiv fil-bejgħ;

(d) ☐

l-użu tal-aqwa teknika għall-operat fiż-ŻEE bħala kejl għal-livell tal-konċessjoni mogħti.

Ipprovdi d-dettalji li juru kif jiġu applikati l-kriterji f'dan il-punt:

5.2.   Għajnuna notifikabbli individwalment — informazzjoni addizzjonali

60.

Għall-miżuri individwali ta' għajnuna, ipprovdi kalkolu dettaljat tal-ispejjeż eliġibbli tal-proġett ta' investiment notifikat, b'referenza għas-sitwazzjoni kontrofattwali, u pprovdi x-xhieda rilevanti:

61.

Jekk jogħġbok ipprovdi deskrizzjonijiet dettaljati għal kull waħda mill-miżuri soġġetti għal notifika individwali. L-informazzjoni ma għandhiex tkun ġenerali, pereżempju speċifika għas-settur, iżda kif inhi applikabbli għall-benefiċjarju individwali.

6.   Evitar ta' effetti negattivi

Biex twieġeb għall-mistoqsijiet f'din it-taqsima, irreferi għat-taqsima 3.2.6 tal-EEAG u fejn hu speċifikat iktar għat-taqsimiet 3.2 - 3.6 u 3.8 - 3.10 tal-EEAG.

6.1.   Skemi ta' għajnuna mill-Istat

1.

Spjega kif it-tfixkil fil-kompetizzjoni u l-kummerċ ikkaġunati mill-iskema tal-għajnuna notifikata se jkunu limitati għall-minimu (ara t-taqsima 3.2.6 tal-EEAG).

2.

Il-miżura qed tevita risultati ambjentali effiċjenti mingħand prodotturi iktar effiċjenti u innovattivi?

☐ iva

☐ le

Jekk it-tweġiba hija le, spjega għaliex.

3.

L-għajnuna se jkollha effetti ta' tfixkil billi ssaħħaħ jew iżżomm il-pożizzjonijiet b'saħħitha tal-benefiċjarju fiss-suq?

4.

L-għajnuna kienet tippermetti li l-partijiet xierqa jagħmlu aċċess għall-miżura? Spjega x'miżuri ttieħdu sabiex jiġi żgurat li jkun hemm aċċess.

Għall-adegwatezza fil-ġenerazzjoni:

5.

Spjega kif il-miżura tikkonforma mal-punt 233 tal-EEAG

6.

Spjega kif il-miżura tippermetti li jkun hemm parteċipazzjoni min-naħa ta' kwalunkwe kapaċità li tkun tista' tikkontribwixxi b'mod effettiv għall-indirizzar tal-problema tal-adegwatezza fil-ġenerazzjoni (ara l-punt 232 tal-EEAG).

6.2.   Għajnuna notifikabbli individwalment — informazzjoni addizzjonali

7.

Jekk l-għajnuna hija maħsuba biex titqiegħed għad-dispożizzjoni ta' impriżi individwali, ipprovdi evidenza ċara dwar l-effetti negattivi fil-livell tal-impriża. (Ara 3.2.4.2 EEAG) Trasparenza (Ara t-taqsima 3.2.4.2 tal-EEAG)

7.   Trasparenza

Biex twieġeb għall-mistoqsijiet f'din it-taqsima, irreferi għat-taqsima 3.2.7 tal-EEAG u fejn hu speċifikat iktar għat-taqsimiet 3.2 - 3.6 u 3.8 - 3.10 tal-EEAG.

1.

Jekk jogħġbok ipprovdi referenzi għad-dispożizzjonijiet rilevanti fil-bażi ġuridika li jistipulaw li l-awtorità li tagħti l-għajnuna għandha tippubblika f'sit web ċentrali, jew sit web uniku li jiġbor informazzjoni minn bosta siti web (pereżempju, siti web reġjonali), mill-inqas l-informazzjoni segwenti dwar l-iskemi notifikati tal-għajnuna mill-Istat: it-test sħiħ tal-iskema ta' għajnuna approvata jew id-deċiżjoni individwali tal-għoti ta' għajnuna u d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tagħha, jew link għaliha, l-identità tal-awtorità jew awtoritajiet tal-għoti, l-identità tal-benefiċjarji individwali, il-forma u l-ammont ta' għajnuna mogħtija lil kull benefiċjarju, id-data tal-għoti, l-impriża (SME/kumpanija kbira), ir-reġjun li fih jinsab il-benefiċjarju u s-settur ekonomiku prinċipali li fih il-benefiċjarju jkollu l-attivitajiet tiegħu (ara t-taqsima 3.2.7 tal-EEAG):

2.

Ipprovdi l-link għas-sit web

Taqsima C:   Valutazzjoni tal-kompatibbiltà għall-għajnuna fil-forma ta' tnaqqis jew eżenzjonijiet minn taxxi ambjentali u fil-forma ta' tnaqqis fl-appoġġ mogħti permezz ta' finanzjament għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli

Sabiex twieġeb għall-mistoqsijiet f'din it-taqsima, irreferi b'mod partikolari għat-taqsima 3.2.7 tal-EEAG.

Imla t-Taqsima C1 għal miżuri li jikkonċernaw tnaqqis minn taxxi ambjentali u t-Taqsima C2, possibilment flimkien mat-Taqsima C3, għal miżuri li jikkonċernaw tnaqqis fl-appoġġ mogħti permezz ta' finanzjament għal sors ta' enerġija rinnovabbli.

Imla t-taqsima dwar it-Trasparenza fit-taqsima B, il-punt 7.

Taqsima C1:   Għajnuna fil-forma ta' tnaqqis fit-taxxi ambjentali jew eżenzjonijiet minnhom  (137)

1.

Spjega kif it-tnaqqis jew l-eżenzjonijiet mit-taxxa jikkontribwixxu b'mod indirett għal titjib fil-livell tal-ħarsien ambjentali u spjega għaliex it-tnaqqisi u l-eżenzjonijiet mit-taxxa ma jxekklux l-għan ġenerali:

2.

Għal tnaqqis fit-taxxi armonizzati fil-livell tal-Unjoni, jew eżenzjoni minnhom, ikkonferma li:

(a) ☐

l-għajnuna tingħata għal perjodu massimu ta' 10 snin;

u

(b) ☐

il-benefiċjarji tal-għajnuna jintgħażlu fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji;

u

(c) ☐

fil-prinċipju l-għajnuna tingħata bl-istess mod għall-kompetituri kollha fl-istess settur jekk huma f'sitwazzjoni fattwali simili;

u

(d) ☐

il-benefiċjarji tal-inqas iħallsu l-livell minimu ta' taxxa tal-Unjoni stabbilit mid-Direttiva applikabbli rilevanti. (138).

Għal kull kategorija ta' benefiċjarji pprovdi evidenza dwar il-livell minimu ta' taxxa li trid titħallas (ir-rata imħallsa idealment f'EUR u fl-istess unitajiet bħal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni):

(e) ☐

it-tnaqqis jew l-eżenzjonijiet huma kompatibbli mal-leġiżlazzjoni applikabbli rilevanti tal-Unjoni u jikkonformaw mal-limiti u l-kundizzjonijiet stipulati fiha:

Irreferi għad-dispożizzjoni(jiet) u pprovdi x-xhieda rilevanti:

3.

Jekk il-kundizzjonijiet fil-punt 2, huma kkonfermati u sostanzjati kif xieraq, ma hemmx bżonn li timtela din it-taqsima, sakemm dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux issodisfati fir-rigward tal-miżura kollha.

4.

Għal tnaqqisi jew eżenzjonijiet minn taxxi ambjentali li ma ġewx armonizzati jew għal dawk li ġew armonizzati iżda l-benefiċjarji jħallsu somma aktar baxxa mil-livell minimu ta' taxxa tal-Unjoni, ikkonferma li l-għajnuna tingħata għal perjodu massimu ta' 10 snin:

☐ iva

☐ le

Barra minn hekk, ipprovdi dan li ġej:

deskrizzjoni dettaljata tas-settur(i) eżentat(i):

lista tal-20 l-akbar benefiċjarji koperti mill-eżenzjonijiet jew tnaqqis kif ukoll deskrizzjoni dettaljata tas-sitwazzjoni tagħhom, b'mod partikolari d-dħul min-negozju, is-sehem tagħhom mis-suq u d-daqs tal-bażi tat-taxxa:

5.

Ikkonferma li:

(a) ☐

l-għażla ta' benefiċjarji hi bbażata fuq kriterji oġġettivi u trasparenti u l-għajnuna tingħata bħala prinċipju bl-istess mod għall-kompetituri kollha fl-istess settur jew suq rilevanti li jkunu jinsabu f'sitwazzjoni fattwali simili

u

(b) ☐

it-taxxa ambjentali mingħajr tnaqqis għandha twassal għal żieda sostanzjali fl-ispejjeż tal-produzzjoni għal kull settur jew kategorija ta' benefiċjarji individwali;

u

(c) ☐

mingħajr l-għajnuna, iż-żieda sostanzjali fl-ispejjeż tal-produzzjoni, jekk tingħadda lill-konsumaturi, twassal għal tnaqqis sostanzjali fil-bejgħ (139).

6.

Ipprovdi evidenza kwalitattiva u kwantitattiva marbuta mal-kundizzjonijiet fil-punt 2:

7.

Spjega f'liema forma jingħataw it-tnaqqis jew l-eżenzjoni mit-taxxa (il-punt 174 tal-EEAG).

8.

Speċifika liema waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin hi ssodisfata:

(a)

Il-benefiċjarji tal-għajnuna qed iħallsu mill-anqas 20 % tat-taxxa nazzjonali?

☐ iva

☐ le

Jekk it-tweġiba hija le, uri kif tista' tkun iġġustifikata rata iktar baxxa minħabba t-tfixkil limitat fil-kompetizzjoni:

(b)

It-tnaqqis jew l-eżenzjonijiet huma kkundizzjonati mill-konklużjoni ta' ftehimiet bejn l-Istat Membru u l-impriżi jew l-assoċjazzjonijiet ta' impriżi li jirċievu?

☐ iva

☐ le

Jekk iva, ipprovdi dettalji u evidenza li juru li l-impriżi jew l-assoċjazzjonijiet ta' impriżi ħadu impenn li jilħqu l-għanijieti tal-ħarsien ambjentali li għandhom l-istess effett tal-applikazzjoni ta' (i) 20 % tat-taxxa nazzjonali jew (ii) il-livell minimu ta' taxxa tal-Unjoni:

Ikkonferma wkoll li:

(a) ☐

is-sustanza tal-ftehimiet ġiet innegozjata minn kull Stat Membru u tispeċifika l-għanijiet u tistabilixxi kalendarju biex jintlaħqu dawk l-għanijiet;

(b) ☐

l-Istati Membri għandhom jassiguraw monitoraġġ indipendenti u f'waqtu tal-impenji konklużi f'dawk il-ftehimiet;

(c) ☐

dawk il-ftehimiet għandhom ikunu riveduti perjodikament fid-dawl ta' żviluppi teknoloġiċi u żviluppi oħra u jistipulaw arranġamenti effettivi ta' penali li jkunu japplikaw jekk l-impenji ma jintlaħqux.

Speċifika għal kull settur l-għanijiet u l-kalendarju u ddeskrivi l-mekkaniżmi tal-monitoraġġ u r-reviżjoni (pereżempju l-persuni li jwettquhom u l-intervalli tagħhom) kif ukoll rigward il-mekkaniżmu tal-penali:

9.

Fejn tiġi introdotta taxxa tal-karbonju imposta fuq prodotti tal-enerġija użati għall-produzzjoni tal-elettriku u jkun previst kumpens għall-elettriku użat (il-punt 179 tal-EEAG), ipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

Ir-rabta diretta mal-prezz tal-kwota tal-ETS

(b)

L-intensitajiet massimi tal-għajnuna tul iż-żmien u kif dawn jikkonformaw mal-intensitajiet stabbiliti fil-Linji Gwida tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ETS (140)

(c)

Lista tal-benefiċjarji u jekk humiex eliġibbli skont il-Linji Gwida tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ETS

(d)

Agħti dettalji dwar il-mod li bih isir il-ħlas ta' somma f'daqqa.

Taqsima C2:   Għajnuna fil-forma ta' tnaqqis fl-appoġġ permezz ta'finanzjament għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli

1.

Spjega x'inhuma l-ispejjeż addizzjonali (141) li jirriżultaw mill-finanzjament tal-enerġija rinnovabbli u kif inhuma riflessi l-prezzijiet tal-elettriku li huma stabbiliti. Agħti d-dettalji.

2.

Ikkonferma li l-miżura tkopri biss tnaqqis mill-ispejjeż tal-finanzjament tal-appoġġ mogħti lill-enerġija rinnovabbli u li ma hija inkluża l-ebda spiża oħra. Agħti d-dettalji. L-ispejjeż addizzjonali ma jistgħux ikunu iktar mill-ispejjeż tal-finanzjament tal-appoġġ mogħti lill-enerġija rinnovabbli.

Eliġibbiltà

3.

Ipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-benefiċjarji tal-miżura u stipula kemm il-benefiċjarji huma attivi fis-setturi msemmija fl-Anness 3 tal-EEAG.

4.

Safejn il-benefiċjarji tal-miżura ma jkunux attivi f'setturi li huma parti mill-Anness 3 tal-EEAG, identifika sa liema punt il-benefiċjarji huma attivi fis-setturi li huma msemmija fl-Anness 5 tal-EEAG.

5.

Għall-benefiċjarji msemmijin f'din it-taqsima, uri għall-impriżi l-livell ta' elettrointensità (il-punt 186 tal-EEAG). Meta possibbli, uri l-parametri referenzjarji standard tal-konsum tal-elettriku.

6.

Safejn il-benefiċjarji tal-miżura mhumiex attivi fis-setturi msemmijin fl-Anness 3 jew l-Anness 5 tal-EEAG;

Għall-impriżi uri l-livell ta' elettrointensità. Meta possibbli, uri l-parametri referenzjarji standard tal-konsum tal-elettriku.

Għall-impriżi uri l-livell ta' intensità tal-kummerċ fil-livell tal-Unjoni.

7.

Ikkonferma billi tipprovdi l-evidenza rilevanti li l-għażla tal-benefiċjarji hija msejsa fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji u li fil-prinċipju l-għajnuna tingħata bl-istess mod lill-kompetituri kollha fl-istess settur jew suq rilevanti li huma f'sitwazzjoni fattwali simili.

Proporzjonalità

8.

Ikkonferma li l-benefiċjarji jħallsu b'mod sħiħ mill-inqas 15 % tal-ispejjeż addizzjonali.

9.

Ikkonferma jekk il-kontribuzzjonijiet massimi għall-impriżi elettrointensivi għandhomx limitu massimu.

f'4 % Valur miżjud Gross (gross value added, GVA)

f'0,5 % GVA (għal impriżi b'elettrointensità ta' mill-inqas 20 %)

Jekk iva,

(a)

Uri kif inhuma kkalkolati l-livelli massimi u l-GVA (ara l-Anness 4 tal-EEAG).

(b)

Spjega jekk sarx xi aġġustament fil-kalkolu sabiex ikunu koperti l-ispejjeż lavorattivi kollha (il-punt 191 tal-EEAG)

(c)

Spjega kif il-limitu massimu japplika għall-impriżi eliġibbli kollha.

Taqsima C3:   Regoli tranżitorji għat-tnaqqis fl-appoġġ permezz ta' finanzjament għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli

Din it-tasqima tapplika biss jekk ikun ġie ppreżentat pjan ta' aġġustament lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' Lulju 2015.

1.

Spjega fid-dettall jekk it-tnaqqis jew l-eżenzjonijiet mill-appoġġ permezz ta' finanzjament għall-enerġija rinnovabbli kinux diġà ngħataw qabel l-1 ta' Lulju 2014.

Jekk iva, uri jekk daħlux benefiċjarji ġodda fl-iskema wara l-1 ta' Lulju 2014.

2.

Ipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-benefiċjarji li bbenefikaw mill-miżura qabel l-1 ta' Lulju 2014.

3.

Aqsam dawn il-benefiċjarji f'żewġ gruppi: wieħed eliġibbli għall-għajnuna skont l-EEAG (grupp 1) u ieħor li ma jkunx eliġibbli għall-għajnuna skont l-EEAG (grupp 2).

4.

Ipprovdi pjan ta' aġġustament li progressivament iġib il-livelli tal-għajnuna konformi mal-applikazzjoni tal-kriterji ta' eliġibblità u proporzjonalità stabbiliti fit-Taqsima C.

(a)

Uri kif il-pjan jipprevedi kontribuzzjoni proprja minima ta' 15 % sal-2019 għall-grupp 1 imsemmi fil-punt 3.

(b)

Uri kif il-pjan jipprevedi kontribuzzjoni proprja minima ta' 20 % sal-2019 għall-grupp 2 imsemmi fil-punt 3.

PART III.7

Formola ta' Informazzjoni Supplimentari dwar l-għajnuna għall-finanzjament ta' riskju

Imla din il-formola ta' informazzjoni supplimentari, minbarra l-formola ta' ‘Informazzjoni ġenerali’, sabiex tinnotifka kwalunkwe skema ta' għajnuna koperta mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta' investimenti ta' finanzjament ta' riskju (‘RFG’)  (142).

Għad-definizzjonijiet mur lura għall-paragrafu 52 RFG.

1.   Kamp ta' applikazzjoni

1.1.   Raġunijiet għan-notifika tal-iskema:

(a) ☐

L-iskema ma tikkonformax mar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (‘GBER’) (143). Identifika d-dispożizzjonijiet fil-bażi ġuridika tal-iskema li jmorru lil hinn mill-GBER u indika liema huma dawk id-dispożizzjonijiet tal-GBER:

(b) ☐

L-iskema ma tikkonformax mar-Regolament de minimis  (144). Indika r-raġunijiet għaliex

(c) ☐

L-iskema ma tikkonformax mat-test tal-operatur f'ekonomija tas-suq f'livell wieħed jew iktar (fil-livell tal-investituri, l-intermedjarju finanzjarju u l-maniġer tiegħu, u l-impriżi li fihom isir l-investiment) (Ara t-Taqsima 2.1 RFG; għas-self, issir referenza għall-Komunikazzjoni dwar ir-Rata ta' Referenza (145), u għal garanziji għall-Avviż ta' Garanzija (146)). Speċifika ir-raġunijiet għaliex:

(d) ☐

L-iskema ma fihiex għajnuna u hija notifikata għal raġunijiet ta' ċertezza legali.

1.2.   Il-kamp ta' applikazzjoni tal-iskema notifikata: Immarka kif xieraq biex tikkonforma:

(a) ☐

L-iskema notifikata hija skjerata permezz ta' intermedjarji finanzjarji jew pjattaformi ta' negozjar alternattivi, għajr għal inċentivi fiskali għal investimenti diretti f'impriżi eliġibbli, (il-paragrafu 20 RFG).

Ipprovdi r-referenza tad-dispożizzjoni rilevanti tal-bażi ġuridika:

(b) ☐

L-iskema notifikata teskludi kumpaniji kbar, għajr għal impriżi żgħar b'kapitalizzazzjoni medja jew impriżi żgħar b'kapitalizzazzjoni medja innovattivi (il-paragrafu 21 RFG).

Ipprovdi r-referenza tad-dispożizzjoni rilevanti tal-bażi ġuridika:

(c) ☐

L-iskema notifikata teskludi għajnuna ta' finanzjament ta' riskju lil kumpaniji elenkati fil-lista uffiċjali ta' borża jew suq regolat (il-paragrafu 22 RFG).

Ipprovdi r-referenza tad-dispożizzjoni rilevanti tal-bażi ġuridika:

(d) ☐

L-iskema ta' finanzjament tar-riskju tinvolvi investituri privati (il-paragrafu 23 RFG).

Ipprovdi r-referenza tad-dispożizzjoni rilevanti tal-bażi ġuridika:

(e) ☐

L-iskema ta' finanzjament ta' riskju tipprovdi li fir-rigward ta' qsim asimmetriku tar-riskji u l-gwadanji bejn l-Istat u investituri privati, hemm riskju sostanzjali mġarrab mill-investituri privati jew li l-Istat jirċievi ċertu gwadann mill-investiment tiegħu (il-paragrafu 24 RFG).

Ipprovdi r-referenza tad-dispożizzjoni rilevanti tal-bażi ġuridika:

(f) ☐

L-iskema ta' finanzjament ta' riskju ma tistax tintuża sabiex issostni akkwiżizzjonijiet maġġoritarji (il-paragrafu 25 RFG).

Ipprovdi r-referenza tad-dispożizzjoni rilevanti tal-bażi ġuridika:

(g) ☐

L-iskema ta' finanzjament ta' riskju tipprovdi li ma hija se tingħata ebda għajnuna ta' finanzjament ta' riskju lil impriżi f'diffikultà, kif definiti fl-RFG. (Qed tinġibed l-attenzjoni tiegħek lejn il-fatt li skont l-RFG, l-SMEs li jikkwalifikaw għal investimenti ta' finanzjament ta' riskju, fi żmien seba' snin mill-ewwel bejgħ kummerċjali tagħhom wara d-diliġenza dovuta mill-intermedjarji finanzjarji magħżula, ma jiġux ikkunsidrati bħala impriżi f'diffikultà, sakemm ma jkunux soġġetti għal proċedimenti ta' insolvenza jew jissodisfaw il-kriterji fil-liġi domestika tagħhom sabiex jitqiegħdu fi proċedimenti ta' insolvenza kollettivi fuq it-talba tal-kredituri tagħhom).

Ipprovdi r-referenza tad-dispożizzjoni rilevanti tal-bażi ġuridika:

(h) ☐

L-iskema ta' finanzjament ta' riskju teskludi għajnuna lil impriżi li rċivew għajnuna illegali li għadha ma ġietx irkuprata bis-sħiħ (il-paragrafu 26 RFG).

(i) ☐

L-iskema ta' finanzjament ta' riskju ma għandhiex x'taqsam ma' għajnuna għal attivitajiet marbutin mal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi jew Stati Membri, jiġifieri għajnuna marbuta b'mod dirett mal-kwantitajiet esportati, l-istabbiliment u t-tħaddim ta' netwerk ta' distribuzzjoni jew ma' spejjeż oħrajn marbutin mal-attività ta' esportazzjoni, kif ukoll għajnuna kontinġenti fuq l-użu ta' prodotti domestiċi flok dawk importati (il-paragrafu 27 RFG).

(j) ☐

L-iskema ta' finanzjament ta' riskju ma tagħmilx l-għajnuna soġġetta għall-obbligu li jintużaw prodotti manifatturati fl-istess pajjiż jew servizzi nazzjonali; ma tiksirx il-libertà tal-istabbiliment, fejn l-għajnuna tkun soġġetta għall-obbligu fuq l-intermedjarji finanzjarji, il-maniġers jew il-benefiċjarji finali tagħhom li jkollhom jew li jieħdu l-kwartieri ġenerali tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.

2.   Deskrizzjoni tal-iskema

2.1.   Baġit tal-iskema:

X'inhu l-ammont ta' investiment ta' finanzjament ta' riskju totali (inkluż kemm is-sehem pubbliku kif ukoll privat) għal kull impriża destinatarja tul iċ-ċiklu ta' investiment sħiħ għal kull impriża li tibbenefika mill-iskema, jiġifieri mhux fis-sena? Speċifika:

X'ammonti jinvolvi l-baġit annwali tal-iskema?

X'inhu l-ammont kumplessiv tal-baġit tal-miżura għat-tul ta' żmien kollu tagħha? Speċifika:

X'ammont jinvolvi l-fond(i) ta' investiment imwaqqaf bl-iskema?

L-iskema se tiġi kofinanzjata minn fondi tal-Unjoni (Fond Soċjali Ewropew, Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, oħrajn)? Speċifika:

2.2.   Tul ta' żmien tal-iskema:

(a)

X'inhu t-tul ta' żmien tal-iskema? (Speċifika d-dati tad-dħul fis-seħħ tagħha u d-data ta' tmiem tagħha) …

(b)

X'inhu t-tul ta' żmien previst tal-perjodu ta' investiment? …

(c)

X'inhu t-tul ta' żmien tal-perjodu ta' parteċipazzjoni? …

2.3.   Impriżi destinatarji li huma l-benefiċjarji finali tal-iskema:

Il-valutazzjoni ex ante  (147) turi l-ħtieġa li l-impriżi li ġejjin ikunu id-destinatarji tal-iskema bħala benefiċjarji (il-paragrafi 63-79 RFG) (ipprovdi dettalji):

(a) ☐

impriża żgħira b'kapitalizzazzjoni medja (impriża (i) li l-għadd ta' impjegati tagħha jkunx iktar minn 499, u (ii) li l-fatturat annwali tagħha ma jkunx iktar minn EUR 100 miljun jew li l-karta bilanċjali annwali tagħha tkunx iktar minn EUR 86 miljun). B'referenza għall-valutazzjoni ex ante, ipprovdi sommarju tal-evidenza ekonomika tagħha u ġustifikazzjoni xierqa:

(b) ☐

impriżi żgħar b'kapitalizzazzjoni medja innovattivi (impriżi żgħar b'kapitalizzazzjoni medja li l-għadd ta' impjegati tagħhom ma jkunx iktar minn 1 500 u li l-ispejjeż tar-R u Ż u l-innovazzjoni tagħhom, kif definiti mill-GBER, jirrappreżentaw (a) mill-inqas 15 % tal-ispejjeż operatorji totali tagħhom f'mill-inqas waħda mit-tliet snin ta' qabel l-ewwel investiment skont il-miżura ta' finanzjament ta' riskju, jew (b) mill-inqas 10 % fis-sena tal-ispejjeż operatorji totali tagħhom fit-tliet snin ta' qabel l-ewwel investiment skont il-miżura ta' finanzjament ta' riskju). B'referenza għall-valutazzjoni ex ante, ipprovdi sommarju tal-evidenza ekonomika u ġustifikazzjoni xierqa:

(c) ☐

Impriżi li jirċievu l-investiment ta' finanzjament ta' riskju inizjali iktar minn seba' snin wara l-ewwel bejgħ kummerċjali tagħhom: B'referenza għall-valutazzjoni ex ante, ipprovdi sommarju tal-evidenza ekonomika tagħha u ġustifikazzjoni xierqa:

(d) ☐

Impriżi li jeħtieġu investiment ta' finanzjament ta' riskju kumplessiv (inkluż pubbliku u privat) ta' ammont li jkun iktar mil-limitu massimu ta' EUR 15-il miljun stabbilit fil-GBER; B'referenza għall-valutazzjoni ex ante, ipprovdi sommarju tal-evidenza ekonomika tagħha u ġustifikazzjoni xierqa:

(e) ☐

Pjattaformi ta' negozjar alternattivi li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 23 tal-GBER; B'referenza għall-valutazzjoni ex ante, ipprovdi sommarju tal-evidenza ekonomika tagħha u ġustifikazzjoni xierqa:

(f) ☐

Oħrajn: …

B'referenza għall-valutazzjoni ex ante, ipprovdi sommarju tal-evidenza ekonomika tagħha u ġustifikazzjoni xierqa:

2.4.   Strumenti finanzjarji: il-valutazzjoni ex ante turi ħtieġa fir-rigward tal-parametri tat-tifsila li ġejjin li ma jikkonformawx mal-GBER (il-paragrafu 80 sa 86 RFG):

(a) ☐

Parteċipazzjoni tal-investimenti privati indipendneti inqas mill-proporzjonijiet meħtieġa fl-Artikolu 21(10) tal-GBER (il-paragrafi 80 sa81 RFG).

B'referenza għall-valuazzjoni ex ante, ipprovdi sommarju tal-evidenza ekonomika u ġustifikazzjoni xierqa għal proporzjonijiet inqas mill-proporzjonijiet meħtieġa fil-GBER:

(b) ☐

Strumenti finanzjarji b'parametri tat-tifsila ogħla mil-limiti massimi pprovduti fl-GBER jiġififeri meta l-investitur pubbliku jieħu iktar riskju minn dak awtorizzat mill-GBER (il-paragrafi 82 sa 83 RFG).

B'referenza għall-valuazzjoni ex ante, ipprovdi sommarju tal-evidenza ekonomika u ġustifikazzjoni xierqa għal parametri tat-tifsila ogħla mil-limiti massimi stipulati fil-GBER:

(c) ☐

Strumenti finanzjarji minbarra garanziji fejn l-investituri, l-intermedjarji finanzjarji u l-maniġers tagħhom jintgħażlu billi tingħata preferenza lill-protezzjoni negattiva minflok lill-kondiviżjoni asimmetrika tal-profitti.

B'referenza għall-valutazzjoni ex ante, ipprovdi sommarju tal-evidenza ekonomika tagħha u ġustifikazzjoni xierqa:

(d) ☐

Oħrajn: …

B'referenza għall-valutazzjoni ex ante, ipprovdi sommarju tal-evidenza ekonomika tagħha u ġustifikazzjoni xierqa:

2.5.   Strumenti fiskali: il-valutazzjoni ex ante turi li huma meħtieġa l-parametri tat-tifsila li ġejjin li ma jikkonformawx mal-GBER:

(a) ☐

Inċentivi fiskali għal investituri korporattivi (inklużi intermedjarji finanzjarji jew il-maniġers tagħhom li jaġixxu bħala koinvestituri).

Ipprovdi sommarju tal-evidenza ekonomika u ġustifikazzjoni xierqa:

(b) ☐

Inċentivi fiskali għal investituri korporattivi għall-investiment fl-SMEs permezz ta' pjattaforma tan-negozjar alternattiva.

Ipprovdi sommarju tal-evidenza ekonomika u ġustifikazzjoni xierqa:

(c) ☐

Oħrajn: …

Ipprovdi sommarju tal-evidenza ekonomika u ġustifikazzjoni xierqa:

2.6.   Ipprovdi sommarju tal-evidenza ekonomika u ġustifikazzjoni xierqa:

(a)

Ipprovdi l-karatteristiċi tal-investituri privati li jieħdu sehem fil-miżura (pereżempju investituri korporattivi, persuni fiżiċi, eċċ.):

(b)

L-investituri privati jipprovdu ekwità, self jew garanziji fil-livell tal-intermedjarju finanzjarju (pereżempju finanzjament tal-fondi) jew fil-livell tal-benefiċjarji finali? Speċifika:

(c)

L-intermedjarji finanzjarji li jimplimentaw l-iskema jinvestu huma wkoll (u b'hekk huma meqjusin bħala investituri privati)?

Iva. Jekk iva, speċifika: …

Le

2.7.   Intermedjarji finanzjarji li jimplimentaw l-iskema

(Ara d-definizzjoni wiesgħa fil-paragrafu 52 RFG; din tinkludi wkoll fondi bi u mingħajr personalità ġuridika)

(a)

Speċifika l-għamla tal-intermedjarji finanzjarji li jimplimentaw l-iskema:

(b)

L-implimentazzjoni tal-miżura tinvolvi ‘entità inkarigata’ (kif definita fil-paragrafu 52(v) RFG)?

Iva. Jekk iva, agħti dettalji: …

Le

(c)

L-entità inkarigata tinvesti hi wkoll mal-Istat Membru mir-riżorsi tagħha stess?

Iva. Jekk iva, ipprovdi r-referenza għall-bażi ġuridika li tawtorizza lill-entità inkarigata tagħmel dak il-koinvestiment:

Le. Jekk iva, spjega l-metodu għall-kalkolu tal-kumpens tagħha biex timplimenta l-miżura, sabiex jiġi żgurat li mhijiex ikkumpensata żżejjed:

(d)

L-entità inkarigata hija magħżula permezz ta' proċedura tal-għażla miftuħa, trasparenti, mhux diskriminatorja u oġġettiva jew hija maħtura direttament? Speċifika:

(e)

L-entità inkarigata tmexxi fond(i) li minnhom huwa pprovdut finanzjament skont l-iskema ta' finanzjament ta' riskju?

☐ iva

☐ le

(f)

Il-karatteristiċi tal-kumpanija maniġerjali inkarigata mill-implimentazzjoni tal-miżura fil-livell tal-intermedjarju finanzjarju:

(g)

Fil-każ ta' bosta livelli ta' intermedjarji finanzjarji involuti fl-iskema (inklużi fondi tal-fondi), ipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha għal kull livell tal-intermedjarju finanzjarju:

2.8.   Hemm xi parti oħra involuta fl-iskema għajr l-awtorità pubblika li tagħti l-għajnuna, l-impriżi destinatarja, l-intermedjarji finanzjarji li jimplimentaw l-iskema msemmija hawn fuq, u l-investituri privati involuti fiha?

Iva. Jekk iva, speċifika: …

Le

2.9.   Deskrizzjoni dettaljata tal-istrument(i):

Nota:

Sabiex tifhem aħjar, ehmeż tpinġija sabiex turi l-istruttura tal-iskema u l-istrument(i) tagħha, fejn ikunu indikati l-partijiet involuti kollha, sa liema punt huma involuti, kif ukoll, jekk xieraq, l-Anness li jiġbor fil-qosor it-tifsila kumplessiva tal-iskema notifikata.

Spjega l-parametri tat-tifsila li żammejt biex tqanqal l-intermedjarji finanzjarji potenzjali biex juru l-interess tagħhom li jieħdu sehem fl-iskema ta' finanzjament ta' riskju, billi twieġeb għall-mistoqsijiet dettaljati f'din it-taqsima.

2.9.1.   Strumenti finanzjarji

Miżuri ta' għajnuna ta' finanzjament ta' riskju fil-forma ta' strumenti finanzajrji jridu jiġu skjerati permezz tal-intermedjarji finanzjarji (il-paragrafu 20 RFG). B'hekk, dawk il-miżuri huma fformati minn, tal-inqas, intervent mill-Istat f'intermedjarji finanzjarji, u investimenti ta' finanzjament ta' riskju minn intermedjarji finanzjarji fl-impriżi benefiċjarji finali.

2.9.1.1.   Intervent fil-livell ta' intermedjarji finanzjarji

A)   Intervent mill-Istat fil-livell ta' intermedjarji finanzjarji

L-Istat jipprovdi dawn li ġejjin lill-intermedjarji finanzjarji (Immarka u imla kif xieraq)

☐   INJEZZJONI TA' EKWITÀ (INKLUŻA KWAŻI EKWITÀ) MILL-ISTAT FIL-LIVELL TA' INTERMEDJARJI FINANZJARJI

1.

Agħti l-informazzjoni li ġejja:

Termini tal-injezzjoni ta' ekwità (qabbel mal-kundizzjonijiet tas-suq għal injezzjoni ta' ekwità bħal dik):

Tip ta' intermedjarju finanzjarju: …

Tip ta' struttura ta' finanzjament tal-intermedjarju finanzjarju (pereżempju fond ta' investiment b'perċentwali ta' parteċipazzjoni privata u pubblika; struttura b'diversi stadji ta' finanzjament ta' fondi b'sotto-fondi speċjalizzati, fond pubbliku li jinvesti flimkien ma' investituri privati fuq bażi ta' kull tranżazzjoni individwali) Spjega fid-dettall:

2.

Fil-każ ta' kważi ekwità, iddeskrivi f'ċertu dettall in-natura tal-istrument previst:

3.

Jekk hemm parteċipazzjoni privata (pereżempju investituri privati jipprovdu ekwità lill-intermedjarju finanzjarju flimkien mal-Istat):

Indika l-proporzjonijiet ta' parteċipazzjoni tal-investituri pubbliċi u privati:

Indika t-tip ta' trattament preferenzjali previst għall-benefiċċju tal-investituri privati li jieħdu sehem, kif deskritt fis-sejħa għal espressjoni ta' interess (agħti dettalji):

Inċentivi għal ċaqliq 'il fuq: …

Protezzjoni għal ċaqliq 'l isfel: …

Jekk karatteristiċi ta' kondiviżjoni tat-telf mhux pari passu jmorru lil hinn mil-limiti stabbiliti fil-GBER, ipprovdi evidenza ekonomika u ġustifikazzjoni, b'referenza għall-valutazzjoni ex ante (il-paragrafu 110 RFG):

Jekk rilevanti, indika jekk il-‘first loss piece’ mġarrba mill-investitur pubbliku għandhiex limitu massimu (il-paragrafu 110 RFG):

Iva; speċifika kif ġie stabbilit dak il-limitu massimu:

Le; Spjega:

4.

X'inhi l-istrateġija tal-investitur pubbliku?

Spjega kif l-istrument magħżul isostni l-għanijiet tal-politika pubblika tal-investitur privat:

5.

Iddeskrivi kif inhu mfassal l-istrument sabiex jiġi żgurat l-allinjament tal-interessi bejn l-istrateġija ta' investiment tal-intermedjarju finanzjarju u l-għanijiet tal-politika pubblika:

6.

Ipprovdi spjegazzjoni dettaljata tat-tul ta' żmien tal-istrument jew tal-istrateġija ta' ħruġ fil-bażi tal-investiment fl-ekwità, u kif il-ħruġ huwa ppjanat b'mod strateġiku mill-investitur pubbliku:

7.

Informazzjoni rilevanti oħra:

☐   STRUMENTI TA' DEJN IFFINANZJATI: STRUMENTI TA' SELF (MINN HAWN 'IL QUDDIEM ‘SELF’) FIL-LIVELL TA' INTERMEDJARJI FINANZJARJI

1.

Agħti l-informazzjoni li ġejja:

Tip ta' self (pereżempju subordinat, kondiviżjoni tar-riskju ta' portafoll): ipprovdi dettalji: …

Termini tas-self fil-miżura (inkludi ukoll paragun mat-termini tas-suq għal-tali self ta' dak it-tip):

Daqs massimu tas-self: …

Tul ta' żmien massimu tas-self: …

Garanzija jew rekwiżiti oħrajn: …

Informazzjoni rilevanti oħra: …

2.

Ipprovdi referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-bażi ġuridika li jipprojbixxu l-użu tal-għajnuna sabiex terġa' tiffinanzja self eżistenti (il-paragrafu 115 RFG):

3.

Jekk f'dan il-livell isseħħ parteċipazzjoni privata (pereżempju investituri privati jipprovdu self lill-intermedjarju finanzjarju flimkien mal-Istat):

Indika l-proporzjonijiet ta' parteċipazzjoni tal-investituri/mutwanti pubbliċi u privati:

B'mod partikolari, fil-każ ta' self ta' kondiviżjoni tar-riskju tal-portafoll, x'inhi r-rata ta' kofinanzjament tal-intermedjarju finanzjarju partikolari? Qed tinġibed l-attenzjoni tiegħek lejn il-fatt li r-rata ma għandhiex tkun inqas minn 30 % tal-valur tal-portafoll ta' self sottostanti(il-paragrafu 114 RFG) … %

Iddeskrivi l-kondiviżjoni tar-riskju u l-gwadanji bejn l-investituri jew mutwanti pubbliċi u privati:

B'mod partikolari, jekk l-investitur pubbliku jassumi l-ewwel telf, f'liema livell huwa stabbilit il-limitu massimu? Qed tinġibed l-attenzjoni tiegħek lejn il-fatt li huwa rakkomandat li dak il-livell massimu ma jkunx iktar minn35 % (il-paragrafu 113 RFG):

Fejn l-investitur/mutwanti pubbliku jassumi pożizzjoni tal-ewwel telf li tkun iktar mil-limitu massimu stabbilit fil-GBER (25 %), għandu jiġi ġġustifikat b'referenza għal falliment serju tas-suq identifikat fil-valutazzjoni ex ante (il-paragrafu 113 RFG). Ipprovdi sommarju ta' ġustifikazzjoni bħal dik:

Jekk hemm mekkaniżmi oħrajn ta' mitigazzjoni tar-riskju għall-benefiċċju tal-investituri/mutwanti privati, spjega:

4.

X'inhu l-mekkaniżmu ‘pass-on’ (kif meħtieġ mill-paragrafu 104 RFG) li jiżgura li l-intermedjarju finanzjarju jgħaddi l-vantaġġ li jirċievi mingħand l-Istat lill-impriżi benefiċjarji finali? X'rekwiżiti jrid japplika l-intermedjarju finanzjarju (pereżempju f'termini tar-rata tal-imgħax, tal-garanzija, tal-klassi tar-riskju) għall-benefiċjarji finali (ipprovdi dettalji preċiżi ħafna)? Agħti wkoll dettalji rigward kemm il-portafoll li se jinbena bil-miżura se jmur lil hinn mill-politika standard ta' riskju ta' kreditu tal-intermedjarju finanzjarju.

5.

X'inhi l-istrateġija tal-investitur pubbliku?

Spjega kif l-istrument magħżul isostni l-għanijiet tal-politika pubblika li lejhom jimmira l-investitur privat:

6.

Iddeskrivi kif inhu mfassal l-istrument sabiex jiġi żgurat l-allinjament tal-interessi bejn l-istrateġija ta' investiment tal-intermedjarju finanzjarju u l-għanijiet tal-politika pubblika:

7.

Iddeskrivi kif l-istrument huwa mfassal sabiex jiżgura l-allinjament tal-interessi bejn l-istrateġija ta' investiment tal-intermedjarju finanzjarju u l-għanijiet tal-politika pubblika:

8.

Informazzjoni rilevanti oħra:

☐   STRUMENTI TA' DEJN MHUX IFFINANZJATI: GARANZIJI MILL-ISTAT FIL-LIVELL TAL-INTERMEDJARJI FINANZJARJI FUQ TRANŻAZZJONIJIET SOTTOSTANTI MAL-BENEFIĊJARJI FINALI

1.

Agħti referenza għad-dispożizzjoni finali tal-bażi ġuridika li teħtieġ li t-tranżazzjonijiet eliġibbli koperti mill-garanzija jridu jkunu tranżazzjonijiet ta' self ta' finanzjament tar-riskju eliġibbli li għandhom kif joriġinaw, inklużi strumenti ta' lokazzjoni, kif ukoll strumenti ta' investiment ta' kważi ekwità, bl-esklużjoni ta' strumenti ta' ekwità (il-paragrafu 116 RFG): …

2.

Il-garanziji għall-intermedjarji finanzjarji jkopru portafoll ta' tranżazzjonijiet sottostanti u, mhux tranżazzjoni sottostanti waħda?

☐ iva

☐ le

3.

It-tip ta' garanzija:

Limitu massimu: limitu massimu garantit huwa … %

(Qed tinġibed l-attenzjoni tiegħek lejn il-fatt li dan il-limitu massimu japplika għal portafolli miżmuma minn intermedjarji finanzjarji u huwa rrakkomandat li r-rata massima ma tkunx ikar minn 35 % (il-paragrafu 118 RFG); Agħti r-raġunijiet għal dik ir-rata:

Barra minn hekk, immarka sabiex tispeċifika jekk:

(a) ☐

Ir-rata massima tkopri biss it-telf mistenni; jew

(b) ☐

Ir-rata massima tkopri telf mhux mistenni wkoll; f'dan il-każ, uri kif l-ipprezzar tal-garanzija jirrifletti dik il-kopertura addizzjonali tar-riskju: …

Mingħajr rata massima; f'dak il-każ, iġġustifika l-bżonn u kif l-ipprezzar tal-garanzija jirrifletti din il-kopertura addizzjonali tar-riskju mill-garanzija:

Kontrogaranzija (garanzija għal istituzzjonijiet ta' garanzija)

Oħrajn: speċifika: …

4.

Rata ta' garanzija (perċentwal tat-telf kopert mill-investitur pubbliku ta' kull tranżazzjoni sottostanti (Ara d-definizzjoni fil-paragrafu 52(xvi) RFG u kun af li r-rata ta' garanzija ma tistax tkun iktar minn 90 % (il-paragrafu 117 RFG)): … %;

Agħti r-raġuni wara dak il-livell ta' kopertura:

5.

It-tranżazzjonijiet sottostanti koperti mill-garanzija:

L-għamla tat-tranżazzjonijiet sottostanti: …

Daqs nominali totali tat-tranżazzjonijiet sottostanti (f'EUR): …

L-ammont nominali massimu tat-tranżazzjoni sottostanti għal kull benefiċjarju finali: …

Durata tat-tranżazzjonijiet sottostanti: …

Karatteristiċi rilevanti oħrajn tat-tranżazzjonijiet sottostanti (klassifikazzjoni tar-riskju, oħrajn): …

6.

Iddeskrivi l-karatteristiċi l-oħrajn tal-garanzija (qabbel ukoll mal-kundizzjonijiet tas-suq għal garanzija bħal dik wkoll):

Tul ta' żmien massimu tal-garanzija: …(Kun af li normalment m'għandhux ikun iktar minn 10 snin (il-paragrafu 119 RFG))

Ipprovdi referenza għad-dispożizzjoni rilevanti fil-bażi ġuridika li tistipula li l-garanzija trid titnaqqas jekk l-intermedjarju finanzjarju ma jinkludix ammont minimu ta' investiment fil-portafoll matul perjodu speċifiku; u li t-tariffi impenjati huma meħtieġa għall-ammonti mhux użati: …

Huwa previst li tintalab tariffa ta' garanzija?

☐ iva

☐ le

Speċifika liema parti se jkollha tħallas it-tariffa ta' garanzija:

Iddeskrivi f'dettall l-ipprezzar:

Oħrajn: …

7.

X'inhu l-mekkaniżmu ‘pass-on’ (kif meħtieġ mill-paragrafu 104 RFG) li jiżgura li l-intermedjarju finanzjarju jgħaddi l-vantaġġ li jirċievi mingħand l-Istat lill-impriżi benefiċjarji finali? X'rekwiżiti jrid japplika l-intermedjarju finanzjarju (pereżempju f'termini tar-rata tal-imgħax, tal-kollateral, tal-klassi tar-riskju) għall-benefiċjarji finali? Ipprovdi dettalji preċiżi ħafna. Spjega wkoll fid-dettall kemm il-portafoll li se jinbena bil-miżura se jmur lil hinn mill-politika standard ta' riskju ta' kreditu tal-intermedjarju finanzjarju.

8.

X'inhi l-istrateġija tal-investitur pubbliku?

Spjega kif l-istrument magħżul isostni l-għanijiet tal-politika pubblika li lejhom jimmira l-investitur privat:

9.

Iddeskrivi kif inhu mfassal l-istrument sabiex jiġi żgurat l-allinjament tal-interessi bejn l-istrateġija ta' investiment tal-intermedjarju finanzjarju u l-għanijiet tal-politika pubblika:

10.

Ipprovdi spjegazzjoni dettaljata tat-tul ta' żmien tal-istrument jew tal-istrateġija ta' ħruġ li ssostni l-investiment fi strumenti ta' dejn, u kif il-ħruġ huwa ppjanat b'mod strateġiku mill-investitur pubbliku:

11.

Informazzjoni rilevanti oħra:

☐   STRUMENTI FINANZJARJI OĦRAJN

Iddeskrivi l-istrument finanzjarju li jrid jiġi implimentat mal-miżura u pprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-elementi kollha fit-Taqsima 2.9.1.1 iktar 'il fuq safejn ikunu applikabbli għall-istrument finanzjarju magħżul:

B)   Intervent mill-intermedjarji finanzjarji f'livelli ulterjuri ta' intermedjarji finanzjarji

Jista' jkun hemm soluzzjonijiet (inklużi strutturi tal-fond ta' fondi), li bihom, pereżempju, l-Istat jipprovdi ekwità, self jew garanziji lil intermedjarju finanzjarju, li, min-naħa tiegħu, jipprovdi ekwità, self jew garanziji lil intermedjarju finanzjarju ieħor, li eventwalment jipprovdi investimenti ta' finanzjament ta' riskju lil benefiċjarji finali. F' każijiet bħal dawk fejn hemm it-tieni livell, jew livelli oħrajn ta' intermedjarji finanzjarji involuti fl-iskema, ipprovdi hawn l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa fit-Taqsima 2.9.1.1.A dwar Ekwità/Self/Garanziji/Strumenti finanzjarji oħrajn, kif applikabbli, għal kull livell addizzjonali ta' intermedjarju finanzjarju:

2.9.1.2.   Investiment ta' finanzjament ta' riskju minn intermedjarji finanzjarji f'benefiċjarji finali

L-investiment ta' finanzjament ta' riskju fil-benefiċjarji finali jieħu l-forma li ġejja (Immarka u imla kif xieraq):

☐   INVESTIMENT TA' EKWITÀ (INKL. KWAŻI EKWITÀ) MINN INTERMEDJARJI FINANZJARJI FIL-BENEFIĊJARJI FINALI

(a)

Fil-każ ta' kważi ekwità, iddeskrivi fid-dettall in-natura tal-istrument previst:

(b)

Ipprovdi t-termini tal-investiment ta' ekwità f'dettall (inkludi wkoll paragun mat-termini tas-suq għal dak it-tip ta' investiment ta' ekwità):

(c)

Iddeskrivi l-karatteristiċi kollha tal-investimenti li jridu jsiru mill-intermedjarju finanzjarju f'dettall, inklużi r-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mill-istrateġija ta' investiment tal-intermedjarji finanzjarji eliġibbli:

(d)

Ipprovdi spjegazzjoni dettaljata tat-tul ta' żmien tal-istrument jew tal-istrateġija ta' ħruġ li hija fil-bażi tal-investiment f'ekwità:

(e)

Jekk ikun hemm parteċipazzjoni privata(pereżempju investituri privati jipprovdu ekwità lill-benefiċjarji finali wkoll):

Indika l-proporzjon tal-parteċipazzjoni privata: …

Indika t-tip ta' trattament preferenzjali previst għall-benefiċċju tal-investituri privati parteċipanti, kif deskritt fis-sejħa għal manifestazzjoni ta' interess (agħti d-dettalji):

Inċentivi li jirrigwardaw il-parteċipazzjoni fil-qligħ: …

Protezzjoni mir-riskji: …

Jekk karatteristiċi ta' kondiviżjoni tat-telf mhux pari passu jmorru lil hinn mil-limiti stabbiliti fil-GBER, ipprovdi evidenza ekonomika u ġustifikazzjoni, b'referenza għall-valutazzjoni ex ante (il-paragrafu 110 RFG): …

Jekk rilevanti, indika jekk il-‘first loss piece’ imġarrba mill-investitur pubbliku għandhiex limitu massimu (il-paragrafu 110 RFG): …

Iva; Speċifika kif ġie stabbilit il-limitu massimu:

Le; Spjega:

☐   STRUMENTI TA' DEJN IFFINANZJATI: SELF MINN INTERMEDJARJI FINANZJARJI LIL BENEFIĊJARJI FINALI

Tip ta' self: ipprovdi dettalji:

Kundizzjonijiet tas-self skont il-miżura (qabbel ukoll mal-kundizzjonijiet tas-suq għal self ta' dak it-tip):

Daqs massimu tas-self għal kull benefiċjarju: …

Tul ta' żmien massimu tas-self: …

Ipprovdi spjegazzjoni dettaljata tad-durata tal-istrument jew tal-istrateġija ta' ħruġ li hija l-bażi tal-investiment fl-istrumenti ta' dejn:

Klassifikazzjoni tar-riskju tal-benefiċjarji finali: …

Kollateral jew rekwiżiti oħrajn: …

Informazzjoni rilevanti oħra: …

Jekk isseħħ parteċipazzjoni privata f'dan il-livell (pereżempju investituri privati jipprovdu self lill-benefiċjarji finali wkoll):

Indika l-proporzjon tal-parteċipazzjoni privata: …

Iddeskrivi l-kondiviżjoni ta' riskju u gwadann bejn l-investituri pubbliċi u dawk privati:

B'mod partikolari, jekk l-investitur pubbliku jassumi l-ewwel telf, f'liema livell huwa stabbilit il-limitu massimu? Limitu massimu ta' … %. (Qed tinġibed l-attenzjoni tiegħek lejn il-fatt li huwa rakkomandat li dak il-livell massimu ma jkunx iktar minn 35 % (il-paragrafu 113 RFG)

Fejnl-investitur jew mutwanti pubbliku jassumi pożizzjoni tal-ewwel telf li tkun iktar mil-limitu massimu stabbilit fil-GBER (25 %), iġġustifikaha b'referenza għal falliment serju tas-suq identifikat fil-valutazzjoni ex ante (il-paragrafu 113 RFG) u pprovdi sommarju għal dik il-ġustifikazzjoni: …

Jekk hemm mekkaniżmi oħrajn ta' tnaqqis tar-riskju għall-benefiċċju tal-investituri/mutwanti privati, spjega: …

☐   STRUMENTI TA' DEJN MHUX IFFINANZJATI: GARANZIJI MINN INTERMEDJARJI FINAZJARJI LIL BENEFIĊJARJI FINALI:

1.

Ipprovdi dettalji dwar l-għamla u l-kundizzjonijiet tal-garanziji (qabbel ukoll mal-kundizzjonijeit tas-suq għal garanziji ta' dak it-tip):

2.

Agħti referenza għad-dispożizzjoni finali tal-bażi ġuridika li teħtieġ li t-tranżazzjonijiet eliġibbli koperti mill-garanzija jridu jkunu tranżazzjonijiet ta' self ta' finanzjament tar-riskju eliġibbli li għadhom kif joriġinaw, inklużi strumenti ta' lokazzjoni, kif ukoll strumenti ta' investiment ta' kważi ekwità, bl-esklużjoni ta' strumenti ta' ekwità (il-paragrafu 116 RFG):

3.

Ipprovdi l-għamla u l-kundizzjonijiet tat-tranżazzjonijiet sottostanti:

☐   STRUMENTI FINANZJARJI OĦRAJN

Iddeskrivi l-istrument finanzjarju li l-miżura tfittex li timplimenta u pprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-elementi kollha li jinsabu fit-Taqsima 2.9.1.2 iktar 'il fuq safejn ikunu applikabbli għall-istrument finanzjarju magħżul:

2.9.2.   Strumenti fiskali:

Imla din it-taqsima kollha għal kull inċentivfiskali:

Inċentiv fiskali mogħti għal:

(a) ☐

Investimenti diretti f'impriżi

(b) ☐

Investimenti indiretti f'impriżi (jiġifieri permezz ta' intermedjarji finanzjarji)

(c) ☐

Investimenti indiretti f'impriżi li jsiru permezz ta' pjattaforma tan-negozjar alternattiva

Inċentiv fiskali mogħti lil:

(a) ☐

investituri korporattivi

(b) ☐

investituri li huma persuni fiżiċi, għal investimenti li jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-GBER:

Forma tal-inċentivfiskali:

(a) ☐

aġevolazzjoni fiskali fuq id-dħul applikabbli fuq il-bażi taxxabbli

(b) ☐

waqfien temporanju tat-taxxa fuq id-dħul applikabbli fuq l-obbligazzjoni ta' taxxa pagabbli

(c) ☐

aġevolazzjoni fiskali fuq il-qligħ kapitali

(d) ☐

aġevolazzjoni fiskali fuq id-dividendi

(e) ☐

oħrajn:

Iddeskrivi fid-dettall il-kundizzjonijiet li jeħtieġ jiġu ssodisfati mill-investiment biex ikun jista' jibbenefika mill-inċentiv fiskali:

Iddeskrivi fid-dettall kif jiġi kkalkolat l-inċentiv fiskali (inkluż il-perċentwali massimu tal-ammont investit li l-investitur jista' jitlob bi skop ta' agevolazzjoni fiskali, l-ammont massimu tal-waqfien temporanju tat-taxxa li jista' jitnaqqas mill-obbligazzjonijiet ta' taxxa tal-investitur, eċċ.):

B'referenza għall-valutazzjoni ex ante, ipprovdi evidenza ekonomika u ġustifikazzjoni għall-kategorija ta' impriżi eliġibbli (il-paragrafu 121 RFG):

Ipprovdi evidenza li l-għażla tal-impriżi eliġibbli hija bbażata fuq sett strutturat sew ta' rekwiżiti ta' investiment, li jsir pubbbliku permezz ta' reklamar xieraq, u li jistabbilixxi l-karatteristiċi tal-impriżi eliġibbli li huma soġġetti għal falliment ippruvat tas-suq(il-paragrafu 123 RFG):

Tul ta' żmien massimu previst tal-inċentiv fiskali: …(Qed tinġibed l-attenzjoni tiegħek lejn il-fatt li t-tul ta' żmien tal-iskemi fiskali għandu jkun 10 snin massimu (il-paragrafu 124 RFG))

Spjega l-karatteristiċi speċifiċi tas-sistema fiskali nazzjonali li huma rilevanti biex l-inċentiv fiskali jinfthiem kompletament:

Iddeskrivi kull inċentiv fiskali relatat/simili/rilevanti li diġà jeżisti fl-Istat Membru kif ukoll ir-rabta bejniethom u l-l-inċentiv fiskali nnotifikat:

L-inċentiv fiskali huwa miftuħ għall-investituri kollha li jissodisfaw il-kriterji meħtieġa, mingħajr diskriminazzjoni skont fejn huma stabbiliti (il-paragrafu 126 RFG)?

☐ iva

☐ le

Ġib prova tar-reklamar adegwat rigward il-kamp ta' applikazzjoni u l-parametri tekniċi (inklużi limiti massimi u livelli massimi, ammont massimu tal-investiment) tal-inċentiv fiskali (il-paragrafu 126 RFG): …

L-investiment totali għal kull impriża benefiċjarja huwa iktar mill-ammont massimu stabbilit mid-dispożizzjoni ta' finanzjament ta' riskju fil-GBER (il-paragrafu 149 RFG)?

☐ iva

☐ le

L-ishma eliġibbli huma ishma b'riskju sħiħ, ordinarji li jinħarġu ġodda minn impriża eliġibbli kif definiti fil-valutazzjoni ex ante, u jridu jkunu ilhom miżmuma tal-inqas tliet snin (il-paragrafu 150 RFG)?

Iva

Le. Jekk iva, agħti d-dettalji:

L-aġevolazzjoni fiskali hija disponibbli għal investituri li mhumiex indipendenti mill-kumpanija li fiha jsir l-investiment (il-paragrafu 150 RFG)?

Le

Iva. Jekk iva, ipprovdi d-dettalji:

Fil-każ ta' aġevolazzjoni fit-taxxa fuq id-dħul, x'inhi l-perċentwali massima tal-ammont investit f'impriżi eliġibbli li l-aġevolazzjoni tista' tilħaq (il-paragrafu 151 RFG)?: Qed tinġibed l-attenzjoni tiegħek lejn il-fatt li limitu massimu ta' aġevolazzjoni fiskali ta' 30 % tal-ammont investit huwa meqjus raġonevoli:

L-aġevolazzjoni fiskali tista' tkun iktar mill-obbligazzjoni massima ta' taxxa fuq id-dħul tal-investitur, kif stabbilit qabel il-miżura fiskali?

Le

Iva. Jekk iva, ipprovdi d-dettalji: …

F'każ li l-miżura tkun tipprovdi għal bosta forom ta' inċentivi fiskali, imla s-sett ta' mistoqsijiet fit-Taqsima 2.9.2 ta' hawn fuq għal kull forma ta' għajnuna.

2.9.3.   Miżuri li jsostnu pjattaformi ta' negozjar alternattivi:

Pjattaforma eżistenti:

Iva

Le, trid tiġi stabbilita mill-ġdid

Il-pjattaforma hija jew se tkun subpjattaforma jew sussidjarja ta' borża eżistenti?

Iva. Jekk iva, identifikaha:

Le

Diġà hemm pjattaformi ta' negozjar alternattivi eżistenti fl-Istat Membru (il-paragrafu 129 RFG):

Iva. Jekk iva, identifikaha:

Le

Il-pjattaforma hija mwaqqfa minn u operata fost bosta Stati Membri (il-paragrafu 128 RFG)?

Iva. Jekk iva, speċifika

Le

Tip ta' impriżi nnegozjati fuq il-pjattaforma:

Flimkien ma' din in-notifika, ipprovdi:

Evidenza li l-maġġoranza tal-istrumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar fuq il-pjattaformi ta' negozjar alternattivi huma maħruġin jew se jinħarġu mill-SMEs.

Kopja tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju tal-operatur tal-pjattaforma li juri li l-pjattaforma tista' ssir awtosostenibbli f'inqas minn 10 snin (il-paragrafu 127 RFG).

Xenarji kontrafattwali plawżibbli li jqabblu s-sitwazzjonijiet li kieku jkollhom jaffaċċaw l-impriżi negozjabbli fin-nuqqas tal-pjattaforma, f'termini ta' aċċess għall-finanzjament meħtieġ (il-paragrafu 127 RFG).

Għal pjattaformi eżistenti, kopja tal-istrateġija kummerċjali tal-pjattaforma li turi li, minħabba nuqqas persistenti ta' kwotazzjonijiet, u għaldaqstant nuqqas ta' likwidità, il-pjattaforma trid tiġi sostnuta fit-terminu qasir, minkejja li hija vijabbli fit-tul (il-paragrafu 129 RFG).

Forma tal-miżura:

Inċentivi fiskali għal investituri korporattivi fir-rigward tal-investimenti ta' finanzjament ta' riskju tagħhom li jsiru permezz ta' pjattaforma ta' negozjar alternattiva f'impriżi eliġibbli: imla t-Taqsima 2.9.2 dwar l-Istrumenti finanzjarji iktar 'il fuq.

Appoġġ għal operaturi tal-pjattaforma:

L-operatur tal-pjattaforma huwa: intrapriża żgħira jew intrapriża ikbar minn waħda żgħira

Ammont massimu tal-miżura: … EUR.

L-ammont massimu huwa aktar mill-għajnuna tal-bidu permessa mill-GBER?

☐ iva

☐ le

Spejjeż ta' investiment imġarrbin għall-istabbiliment tal-pjattaforma: … EUR

L-għajnuna lill-operatur hija iktar minn 50 % ta' dawk l-ispejjeż ta' investiment (il-paragrafu 153 RFG)?

☐ iva

☐ le

Huwa permess għajnuna għal kemm-il sena wara l-bidu tal-pjattaforma?

Għal pjattaformi li huma jew se jkunu subpjattaforma jew sussidjarja ta' borża eżistenti, ipprovdi evidenza għan-nuqqas ta' finanzjament li taffaċċa subpjattaforma bħal dik:

Informazzjoni rilevanti oħra:

3.   Informazzjoni oħra dwar il-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-iskema ta' għajnuna

3.1.   Kontribuzzjoni lejn l-għan komuni u ħtieġa ta' intervent mill-Istat (3.2 u 3.3 RFG)

Skema ta' għajnuna ta' finanzjament ta' riskju tista' tiġi ġġustifikata biss jekk ikollha l-għan li tindirizza falliment speċifiku tas-suq, fil-forma tal-eżistenza ta' diskrepanza tal-likwidità li taffettwa lil impriżi speċifiċi fi stadju speċifiku tal-iżvilupp, żona ġeografika u, jekk applikabbli, settur ekonomiku.

Issottometti l-valutazzjoni ex ante approfondita li turi l-falliment speċifiku tas-suq, flimkien ma' din in-notifika.

3.1.1.   Informazzjoni dwar il-valutazzjoni ex ante (il-paragrafi 65-66 RFG):

Data tal-valutazzjoni ex ante:

Il-valutazzjoni saret minn:

entità indipendenti; jew

entità assoċjata mal-awtorità pubblika li ġejja:

Data li fuqha hija bbażata l-valutazzjoni:

Immarka sabiex tikkonferma li l-valutazzjoni ex ante hija bbażata fuq dejta li tkopri l-ħames snin ta' qabel in-notifika: ☐

L-iskema ta' finanzjament ta' riskju hija parzjalment iffinanzjata mill-Fondi Ewropej Struttural u ta' Investiment u l-valutazzjoni tħejjiet skont l-Artikolu 37(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (ir-Regolametn dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni (148): ☐

3.1.2.   Identifikazzjoni fil-valutazzjoni ex ante tal-għanijiet speċifiċi tal-politika u l-indikaturi tal-prestazzjoni għall-iskema ta' finanzjament ta' riskju (il-paragrafi 58-59 RFG):

Elenka l-għanijiet identifikati speċifiċi tal-politika u agħmel referenza għat-taqsima rilevanti fil-valutazzjoni ex ante:

Elenka l-indikaturi tal-prestazzjoni definiti (ara l-eżempji fil-paragrafu 58 RFG) u agħmel referenza għat-taqsima rilevanti fil-valutazzjoni ex ante:

3.1.3.   Evidenza ekonomika u ġustifikazzjoni fil-valutazzjoni ex ante għall-ħtieġa ta' intervent mill-Istat (it-taqsima 3.3 RFG): ara t-taqsimiet 2.3, 2.4 u 2.5 ta' din il-formola.

3.2.   Adegwatezza u effett ta' inċentiv tal-iskema ta' finanzjament ta' riskju (it-taqsimiet 3.4 u 3.5 RFG)

3.2.1.   Ġenerali:

A)

B'referenza għall-valutazzjoni ex ante, spjega għaliex l-azzjonijiet politiċi eżistenti u previsti tal-Unjoni u dawk nazzjonali li jimmiraw lejn l-istess fallimenti identifikati tas-suq ma jistgħux jindirizzaw b'mod adegwat il-fallimenti identifikati tas-suq (il-paragrafi 90-91 RFG):

B)

Spjega għaliex l-istrument propost ta' għajnuna mill-Istat huwa dak imfassal l-aħjar sabiex tiġi żgurata struttura ta' finanzjament effiċjenti (il-paragrafi 92-93 RFG):

3.2.2.   Kundizzjonijiet tal-adegwatezza għall-istrumenti finanzjarji (it-taqsima 3.4.2 RFG)

1.

Proporzjonijiet minimi ta' investiment privat (il-paragrafi 95-97 RFG):

X'inhi r-rata aggregata minima tal-parteċipazzjoni tal-investiment privat (jiġifieri t-total, inklużi l-livelli kollha) fl-investiment ta' finanzjament ta' riskju fil-benefiċjarju finali?: … % tal-finanzjament (pubbliku u privat) ta' riskju pprovdut lill-benefiċjarju finali.

Fil-każ ta' parteċipazzjoni ta' investituri privati indipendenti inqas mill-proporzjonijiet meħtieġa fil-GBER, ġib prova ekonomika u pprovdi ġustifikazzjoni dettaljata għal dak il-proprozjon (skont il-paragrafu 95 RFG), b'referenza għall-valutazzjoni ex ante:

Il-valutazzjoni ex ante turi li l-iskema tingranaġġa finanzjament privat addizzjonali li kieku ma kienx ikun ipprovdut, jew kien ikun f'forom differenti jew ammonti b'kundizzjonijiet differenti? Spjega:

Il-parteċipazzjoni privata fl-iskema ta' finanzjament ta' riskju ta' għamla mhux indipendenti hija aċċettabbli (il-paragrafu 96 RFG)?

Iva. Jekk iva, ipprovdi evidenza ekonomika u ġustifikazzjoni:

Le

Fil-każ ta' impriżi li jirċievu l-investiment ta' finanzjament ta' riskju inizjali iktar minn seba' snin wara l-ewwel bejgħ kummerċjali tagħhom, x'restrizzjonijiet adegwati fiha l-iskema? …Il-proporzjon tal-parteċipazzjoni privata jilħaq mil-inqas 60 %

Iva

Le (il-paragrafu 97 RFG)

2.

Bilanċ tar-riskji u l-gwadanji bejn l-investituri pubbliċi u privati (il-paragrafi 98 sa 100 RFG):

Spjega għaliex l-allokazzjoni tar-riskji u l-benefiċċji bejn l-investituri pubbliċi u privati kif deskritti hawn fuq fit-taqsimiet dwar l-istrumenti finanzjarji rilevanti tista' titqies ibbilanċjata (il-paragrafu 98 RFG):

3.

L-għamla tal-inċentivi li jridu jiġu stabbiliti permezz tal-għażla tal-intermedjarji finanzjarji, kif ukoll maniġers tal-fondi jew investituri (il-paragrafi 101-102 RFG)

Ikkonferma billi tagħżel kif xieraq:

A)

Għażla tal-intermedjarji finanzjarji li jimplimentaw l-iskema:

(a) ☐

L-intermedjarji finanzjarji jingħażlu permezz ta' proċess mhux diskriminatorju u miftuħ, li bih tiġi stabbilita l-għamla eżatta tal-inċentivi.

Jekk le, spjega r-raġuni (li tispjega l-għażla tal-investituri): …

Iddeskrivi l-proċess kompetittiv u ddeskrivi kif il-proċess tal-għażla jirrispetta r-rekwiżiti:

Ipprovdi r-referenza għad-dispożizzjoni rilevanti tal-bażi ġuridika li fiha r-rekwiżiti fl-RFG li l-proċess tal-għażla għandu jkun miftuħ u mhux diskriminatorju:

Elenka l-kriterji tal-għażla għall-intermedjarji finanzjarji, kif elenkati fis-sejħa għall-wiri ta' interess:

Ma' din in-notifika, ipprovdi wkoll il-grilja ta' evalwazzjoni użata għat-tgħarbil tal-intermedjarji finanzjarji matul il-proċess tal-għażla.

Iddeskrivi l-proċess ta' diliġenza dovuta fuq l-intermedjarji finanzjarji magħżulin:

Iddeskrivi kif inhi żgurata l-konformità mal-kundizzjonijiet ta' ġestjoni kummerċjali u teħid ta' deċiżjonijiet orjentati lejn il-profitt stabbiliti fil-GBER (l-Artikolu 21(14) u (15)) (il-paragrafu 160 RFG):

Ipprovdi evidenza, u referenza għall-bażi ġuridika:

(b) ☐

Bħala parti mill-proċess tal-għażla, l-intermedjarji finanzjarji jridu juru kif l-istrateġija ta' investiment li pproponew tikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-għanijiet u l-miri tal-politika (fuq il-bażi tal-indikaturi tal-prestazzjoni identifikati fil-valutazzjoni ex ante)

Għal kull wieħed mill-intermedjarji finanzjarji magħżulin, issottometti, ma' din in-notifika, id-dokumenti mill-intermedjarju finanzjarju li jispjegaw l-istrateġija ta' investiment tiegħu, inkluża l-politika dwar l-ipprezzar, u kif tikkontribwixxi għal kull għan u objettiv tal-politika.

Ipprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-mekkaniżmu previst fl-iskema ta' finanzjament ta' riskju, li biha l-Istat Membru se jiżgura li l-istrateġija ta' investiment tal-intermedjarji dejjem tibqa' allinjata mal-objettivi tal-politika li dwarhom intlaħaq qbil (pereżempju permezz ta' monitoraġġ, rapportar, parteċipazzjoni fil-korpi ta' rappreżentazzjoni), u li l-bidliet materjali fl-istrateġija ta' investiment jeħtieġu li l-ewwel l-Istat Membru jagħti l-kunsens.

Ipprovdi wkoll ir-referenza għad-dispożizzjoni rilevanti tal-bażi ġuridika:

(c) ☐

Kull wieħed mill-intermedjarji finanzjarji magħżulin intgħażel fi proċess kompetittiv filwaqt li ngħatat kunsiderazzjoni lill-politika tal-ipprezzar tiegħu fir-rigward tal-istrumenti skjerati fl-iskema ta' finanzjament ta' riskju (inkluża l-ispiża ta' finanzjament, il-primjums tar-riskju ta' kreditu, it-tariffi amministrattivi u t-tariffi kollha l-oħrajn). Ipprovdi evidenza għal dak l-għan għal kull wieħed mill-intermedjarji finanzjarji.

(d) ☐

Il-maniġer tal-intermedjarju finanzjarju jew il-kumpanija maniġerjali (‘il-maniġer’) jingħażel permezz ta' proċedura tal-għażla trasparenti, mhux diskriminatorja u oġġettiva jew ir-remunerazzjoni tal-maniġer tirrifletti bis-sħiħ il-livelli tas-suq.

Jekk le, spjega r-raġuni (inkluża spjegazzjoni dwar l-għażla tal-investituri):

Iddeskrivi l-proċess kompetittiv u ddeskrivi kif il-proċess tal-għażla jirrispetta r-rekwiżiti ta' dan il-punt: …

Ipprovdi r-referenza għad-dispożizzjoni rilevanti tal-bażi ġuridika li fiha dawk ir-rekwiżiti:

(e) ☐

Il-maniġers tal-fond ta' fondi huma meħtieġa jieħdu impenn legali bħala parti mill-mandat tal-investiment tagħhom, li jistabbilixxu bi proċess kompetittiv l-kundizzjonijiet preferenzjali li jistgħu japplikaw fil-livell tas-subfondi (il-paragrafu 101 RFG).

B)

Għażla tal-investituri privati

L-investituri privati jingħażlu permezz ta' proċess miftuħ u mhux diskriminatorju li bih tiġi stabbilita l-għamla preċiża tal-inċentivi (il-paragrafu 101 RFG). Iddeskrivi l-modalitajiet ta' kif jingħażlu u jiġu identifikati l-investituri privati:

4.

Intermedjarju finanzjarju jew maniġer tal-fond li jikkoinvesti u li jieħu mil-inqas 10 % tal-‘first loss piece’ (il-paragrafu 103 RFG)

Meta l-intermedjarju finanzjarju jew il-maniġer tal-fond jikkoinvesti mal-Istat Membru, kull kunflitt ta' interess għandu jiġi evitat u mil-inqas irid jieħu 10 % tal-‘first loss piece’ (il-paragrafu 103 RFG). Ikkonferma li dan huwa l-każ (jekk applikabbli):

5.

Mekkaniżmu ‘pass-on’ fil-każ ta' strumenti ta' dejn (self jew garanziji)(il-paragrafu 104 RFG):

(a) ☐

L-iskema ta' finanzjament ta' riskju tipprovdi għal mekkaniżmu ‘pass-on’ (kif deskritt fit-Taqsima 2.9.1.1.A.) li jiżgura li l-intermedjarju finanzjarju jgħaddi l-vantaġġ li jirċievi mingħand l-Istat, lill-impriżi benefiċjarji aħħarija. Indika d-dispożizzjonijiet rilevanti fil-bażi ġuridika:

(b) ☐

Il-mekkaniżmu ‘pass-on’ jinkludi arranġamenti ta' monitoraġġ u mekkaniżmu ta' rkupru. Iddeskrivi u indika d-dispożizzjonijiet rilevanti fil-bażi ġuridika:

3.2.3.   Kundizzjonijiet tal-adegwatezza għall-istrumenti fiskali (it-taqsima 3.4.3 RFG)

Għall-finijiet ta' dawn ir-rekwiżiti, se tiġi kkunsidrata l-informazzjoni li pprovdejt fit-Taqsima 2.9.2.

Indika kull informazzjoni oħra li tqis li hija rilevanti fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-adegwatezza:

3.2.4.   Kundizzjonijiet tal-adegwatezza għal miżuri li jsostnu lil pjattaformi ta' negozjar alternattivi (it-taqsima 3.4.4 RFG):

Għall-finijiet ta' dawn ir-rekwiżiti, se tiġi kkunsidrata l-informazzjoni li pprovdejt fit-Taqsima 2.9.3.

Indika kull informazzjoni oħra li tqis li hija rilevanti fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-adegwatezza:

3.3.   Proporzjonalità tal-għajnuna (it-taqsima 3.6 RFG)

3.3.1.   Proporzjonalità b'rabta mal-falliment identifikat tas-suq:

Iddeskrivi u kkwantifika s-sorsi ta' finanzjament disponibbli għall-impriżi fil-mira, kif analizzati fil-valutazzjoni ex ante (cfr. il-paragrafu 65 RFG):

B'referenza għall-valutazzjoni ex ante, ipprovdi deskrizzjoni fil-qosor tal-għamla u d-daqs tad-diskrepanza tal-likwidità li taffaċċa kull kategorija ta' impriżi destinatarja kif muri mill-valutazzjoni ex ante (jiġifieri l-livell ta' domanda għal finanzjament mingħand l-impriżi destinatarji li mhijiex issodisfata mis-sorsi ta' finanzjament deskritti fil-punt 3.3.1; speċifika kif inhi kkalkolata d-diskrepanza tal-finanzjament)

Iddeskrivi kif l-ammont totali ta' finanzjament konġunt (pubbliku u privat) ipprovdut bil-miżura ta' finanzjament huwa limitat għad-daqs tad-diskrepanza tal-likwidità (il-paragrafu 134 RFG):

Spjega, b'referenza għall-valutazzjoni ex ante, kif it-trattament preferenzjali tal-investituri privati huwa limitat għall-minimu meħtieġ biex jintlaħqu l-proporzjonijiet minimi ta' parteċipazzjoni kapitali privata meħtieġa mill-iskema (il-paragrafu 134 RFG):

It-tul ta' żmien tad-diskrepanza tal-likwidità affaċċata minn kull kategorija ta' impriża destinatarja kif stmata fil-valutazzjoni ex ante:

Ipprovdi sommarju tal-evidenza ekonomika: …

Il-valutazzjoni ex ante tipprovdi evidenza tal-falliment tas-suq ta' hawn fuq imsemmi fil-punt 3.3.1 fis-settur(i) li ġej(jin): …u fiż-żona ġeografika li ġejja:

Ipprovdi sommarju tal-evidenza ekonomika: …

3.3.2.   Kundizzjonijiet tal-proporzjonalità għall-istrumenti finanzjarji (it-taqsima 3.6.1 RFG)

1.

B'rabta mal-intermedjarji finanzjarji/maniġers tal-fondi:

Il-valur preċiż tal-inċentivi huwa stabbilit fil-proċess tal-għażla tal-intermedjarji finanzjarji jew maniġers tal-fond (il-paragrafu 136 RFG)?

☐ Iva

☐ Le

Ipprovdi l-informazzjoni li ġejja dwar ir-remunerazzjoni tal-intermedjarji finanzjarji jew maniġers tal-fond (il-paragrafu 143 RFG):

Tinkludi t-tariffa annwali tal-maniġment skont l-RFG (il-paragrafu 143 RFG)?

☐ Iva

☐ Le; ipprovdi dettalji:

……

……

Tinkludi inċentivi bbażati fuq il-prestazzjoni, inklużi inċentivi għall-prestazzjoni finanzjarja u inċentivi marbutin mal-politika, skont l-RFG (il-paragrafu 144 RFG)?

☐ Iva

☐ Le; ipprovdi dettalji:

……

……

Speċifika x'penali huma stabbiliti fil-każ li ma jintlaħqux l-għanijiet politiċi:

Speċifika r-remunerazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni u pprovdi paragun mal-prattika tas-suq (il-paragrafu 145 RFG):

Speċifika t-tariffi totali tal-maniġment u pprovdi paragun mal-prattika tas-suq (il-paragrafu 146 RFG):

L-istruttura tat-tariffi kumplessiva hija evalwata bħala parti mill-punteġġ tal-proċess tal-għażla u r-remunerazzjoni massima stabbilita bħala riżultat ta' din l-għażla (il-paragrafu 147 RFG)?

☐ Iva

☐ Le; għaliex le:

Jekk l-intermedjarju finanzjarju u l-maniġer tiegħu jkunu entitajiet pubbliċi u ma ntgħażlux permezz ta' proċedura tal-għażla miftuħa, trasparenti, mhux diskriminatorja u oġġettiva, immarka biex tikkonferma u pprovdi prova ta' dawn li ġejjin (il-paragrafu 41 RFG):

(a) ☐

It-tariffa tal-maniġment tagħhom għandha limitu massimu, ir-remunerazzjoni ġenerali tagħhom tirrifletti l-kundizzjonijiet normali tas-suq u hija marbuta mal-prestazzjoni:

(b) ☐

L-intermedjarji finanzjarji pubbliċi huma ġestiti b'mod kummerċjali u l-maniġers tagħhom jieħdu deċiżjonijiet ta' investiment b'mod orjentat lejn il-profitt u distakkati mill-Istat. Spjega b'mod partikolari l-mekkaniżmi stabbiliti sabiex tiġi eskluża kull interferenza mill-Istat fil-ġestjoni ta' kuljum tal-fond pubbliku:

(c) ☐

L-investituri privati jintgħażlu permezz ta' proċess tal-għażla miftuħ, trasparenti, mhux diskriminatorju u oġġettiv, fuq il-bażi ta' kull tranżazzjoni individwali.

Fil-każ ta' ħatra diretta ta' entità inkarigata, x'inhi t-tariffa tal-maniġment annwali tagħha, esklużi inċentivi bbażati fuq il-prestazzjoni?: … % tal-kapital li jrid jiġi kontribwit lill-entità. Qed tinġibed l-attenzjoni tiegħek lejn il-fatt li ma għandhiex tkun iktar minn 3 % (il-paragrafu 148 RFG).

2.

B'rabta mal-investituri privati:

Fil-każ ta' koinvestiment minn fond pubbliku b'investituri privati li jieħdu sehem fuq il-bażi ta' kull negozjata individwali, l-investituri privati jintgħażlu permezz ta' proċess kompetittiv separat fir-rigward ta' kull tranżazzjoni, sabiex tiġi stabbilita r-rata tar-redditu ġusta (il-paragrafu 137 RFG)?

Iva. Jekk iva, sostni permezz ta' provi.

Le

Meta l-investituri privati ma jintgħażlux permezz ta' proċess bħal dan, ir-rata ta' redditu ġusta hija stabbilita minn espert indipendenti fuq il-bażi ta' analiżi tal-parametri referenzjarji tas-suq u riskju tas-suq bl-użu ta' metodoloġija ta' valutazzjoni tal-fluss tal-flus skontat, u bi spjegazzjoni dettaljata tal-kalkolu ta' livell minimu tar-rata ta' redditu minima u marġni xieraq li jirrifletti r-riskji (il-paragrafu 138 RFG), u huma ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha tal-paragrafu 139 RFG?

Le

Iva. Jekk iva, ipprovdi r-rapport li fih hemm l-evalwazzjoni, identifika l-espert, iddeskrivi r-regoli eżistenti għall-ħatra tiegħu, u pprovdi l-provi rilevanti:

Immarka biex tikkonferma li l-istess espert indipendenti ma jistax jintuża darbtejn fl-istess perjodu ta' tliet snin ☐

Spjega kif ir-redditu aġġustat għar-riskju għall-investituri privati huwa limitat għar-rata ta' redditu ġusta (il-paragrafu 140 RFG):

Spjega, fuq il-bażi tal-valutazzjoni ex ante, il-ġustifikazzjoni ekonomika għall-parametri finanzjarji speċifiċi li huma l-bażi tal-miżura:

3.3.3.   Kundizzjonijiet tal-proporzjonalità għall-istrumenti fiskali (it-taqsima 3.6.2 RFG):

Għall-iskopijiet ta' dawn ir-rekwiżiti, se titqies l-informazzjoni pprovduta fit-Taqsima 2.9.2.

Indika kull informazzjoni li tqis rilevanti fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-proporzjonalità: …

3.3.4.   Il-kundizzjonijiet tal-proporzjonalità għall-pjattaformi ta' negozjar alternattivi (it-taqsima 3.6.3 RFG):

Għall-finijiet ta' dawn ir-rekwiżiti, se titqies l-informazzjoni pprovduta fit-Taqsima 2.9.3.

Indika kull informazzjoni li tqis rilevanti fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-proporzjonalità: …

3.4.   Evitar ta' effetti negattivi indebiti fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ (it-taqsima 3.7 RFG)

Ipprovdi, bħala parti mill-valutazzjoni ex ante, informazzjoni dwar l-effetti negattivi potenzjali tal-iskema ta' finanzjament ta' riskju. Għandha tinkludi l-effetti negattivi li potenzjalment jista' jkun hemm fit-tliet livelli kollha, jiġifieri fis-suq għall-forniment ta' finanzjament ta' riskju (pereżempju ir-riskju ta' eliminazzjoni ta' investituri privati), fil-livell ta' intermedjarji finanzjarji u l-maniġers tagħhom, u l-livell tal-benefiċjarji finali (inkluż fis-swieq fejn huma attivi l-benefiċjarji).

L-iskema ta' finanzjament ta' riskju tiżgura li huma biss l-impriżi destinatarji tal-għajnuna mill-Istat għal finanzjament ta' riskju li huma potenzjalment vijabbli?

☐ iva

☐ le

Jekk it-tweġiba għal ta' hawn fuq hija iva, iddesrivi kif dan huwa żgurat u indika d-dispożizzjonijiet rilevanti fil-bażi ġuridika:

L-iskema ta' finanzjament ta' riskju hija ġeografikament jew reġjonalment limitata?

☐ iva

☐ le

Jekk iva, speċifika: …

Il-bażi legali tal-iskema ta' finanzjament ta' riskju hija limitata (de jure) għal setturi speċifiċi?

☐ iva

☐ le

Jekk iva, speċifika: …

L-iskema ta' finanzjament ta' riskju hija mmirata lejn ċerti setturi fil-prattika?

☐ iva

☐ le

Jekk iva, speċifika: …

L-effetti negattivi kif qed jiġu kemm jista' jkun minimizzati?

4.   Il-kumulazzjoni tal-għajnuna (it-taqsima 3.9 RFG)

L-għajnuna għal finanzjament ta' riskju tista' tiġi kumulata ma' miżuri ta' għajnuna mill-Istat oħrajn mingħajr spejjeż eliġibbli identifikabbli, jew b'għajnuna de minimis, sal-ogħla limitu massimu tal-finanzjament totali rilevanti stabbilit fiċ-ċirkustanzi speċifiċi ta' kull każ permezz ta' regolament ta' eżenzjoni ta' kategorija adottat mill-Kummissjoni (il-paragrafu 168 RFG).

Immarka biex tikkonferma l-konformità ma' din ir-regola: ☐

Ipprovdi referenza għall-bażi ġuridika:

Spjega b'liema mod tintlaħaq konformità mar-regoli dwar il-kumulazzjoni:

5.   Informazzjoni oħra

Indika hawn kull informazzjoni oħra li tqis rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura/i kkonċernata/i mill-RFG:

PARTI III.8

Formola ta' Informazzjoni Supplimentari għan-notifika ta' pjan ta' evalwazzjoni

L-Istati Membri jridu jużaw din il-formola għan-notifika ta' pjan ta' evalwazzjoni skont l-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 651/2014  (149) u fil-każ ta' skema ta' għajnuna notifikata soġġetta għal evalwazzjoni kif previst fil-linji gwida rilevanti tal-Kummissjoni.

Irreferi għad-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni ‘Metodoloġija komuni għall-evalwazzjoni tal-għajnuna mill-Istat’  (150) għal gwida dwar kif jiġi abbozzat pjan ta' evalwazzjoni.

1.   Identifikazzjoni tal-iskema ta' għajnuna li trid tiġi evalwata

(1)

Titolu tal-iskema ta' għajnuna:

(2)

Il-pjan ta' evalwazzjoni jikkonċerna:

(a) ☐

skema soġġetta għal evalwazzjoni skont l-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 651/2014?

(b) ☐

skema notifikata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(3) TFUE?

(3)

Referenza tal-iskema (trid timtela mill-Kummissjoni):

(4)

Elenka l-evalwazzjonijiet ex ante jew il-valutazzjonijiet ta' impatt eżistenti kollha fir-rigward tal-iskema ta' għajnuna u l-evalwazzjonijiet ex post jew l-istudji li saru fl-imgħoddi fuq predeċessuri tal-iskema ta' għajnuna jew fuq skemi simili. Għal kull wieħed minn dawk l-istudji, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni li ġejja: (a) ipprovdi deskrizzjoni fil-qosor tal-għanijiet, il-metodoloġiji użati, ir-riżultati u l-konklużjonijiet tal-istdju, u (b) sfidi speċifiċi li l-evalwazzjonijiet u l-istudji setgħu ffaċċjaw minn perspettiva metodoloġika, pereżempju d-disponibbiltà ta' dejta li hija rilevanti għall-valutazzjoni tal-pjan ta' evalwazzjoni attwali. Jekk xieraq, identifika ż-żoni jew suġġetti mhux koperti mill-pjanijiet ta' evalwazzjoni preċedenti li għandhom ikunu s-suġġett tal-evalwazzjoni attwali. Ipprovdi s-sommarji ta' dawk l-evalwazzjonijiet u studji fl-anness u, fejn disponibbli, il-links tal-Internet għad-dokumenti kkonċernati.

2.   L-għanijiet tal-iskema ta' għajnuna li trid tiġi evalwata  (151)

2.1.   Ipprovdi deskrizzjoni tal-iskema ta' għajnuna li tispeċifika l-ħtiġijiet u l-problemi li l-iskema biħsiebha tindirizza u l-kategoriji ta' benefiċjarji destinatarji tal-iskema, pereżempju daqs, setturi, post, għadd indikattiv.

2.2.   Indika l-għanijiet tal-iskema u l-impatt mistenni, kemm fil-livell tal-benefiċjarji intenzjonati kif ukoll f'dak li jirrigwarda l-għan tal-interess komuni.

2.3.   Indika l-effetti negattivi li possibilment jista' jkun hemm, fuq il-benefiċjarji tal-għajnuna jew fuq l-ekonomija ġenerali, li jistgħu jkunu assoċjati b'mod dirett jew indirett mal-iskema ta' għajnuna (152).

2.4.   Indika (a) l-baġit annwali ppjanat skont l-iskema, (b) it-tul ta' żmien maħsub tal-iskema (153), (c) l-istrument jew strumenti ta' għajnuna u (d) l-ispejjeż eliġibbli.

2.5.   Ipprovdi sommarju tal-kriterji tal-eliġibbiltà u l-metodi għall-għażla tal-benefiċjarji tal-għajnuna. B'mod partikolari, iddeskrivi dan li ġej: (a) il-metodi tal-għażla tal-benefiċjarji (pereżempju l-mod kif jiġi allokat il-punteġġ), (b) il-baġit indikattiv disponibbli għal kull grupp ta' benefiċjarji, (c) il-probabbiltà li l-baġit jintuża kollu għal ċerti gruppi ta' benefiċjarji, (d) ir-regoli dwar il-punteġġ, jekk dawn jintużaw fl-iskema, (e) il-limiti tal-intensità tal-għajnuna u (f) il-kriterji li jitqiesu mill-awtorità li tagħti l-għajnuna meta tivvaluta l-applikazzjonijiet.

2.6.   Semmi r-restrizzjonijiet jew ir-riskji speċifiċi li jistgħu jaffettwaw l-implimentazzjoni tal-iskema, l-impatti mistennija tagħha u l-ilħuq tal-għanijiet tagħha.

3.   Mistoqsijiet tal-evalwazzjoni

3.1.   Indika l-mistoqsijiet speċifiċi li l-evalwazzjoni għandha tindirizza billi tipprovdi evidenza kwantitattiva tal-impatt tal-għajnuna. Iddistingwi bejn (a) mistoqsijiet dwar l-impatt dirett ta' din l-għajnuna fuq il-benefiċjarji, (b) mistoqsijiet relatati ma' impatti indiretti u (c) mistoqsijiet relatati mal-proporzjonalità u l-adegwatezza tal-għajnuna. Spjega kif il-mistoqsijiet tal-evalwazzjoni huma marbutin mal-għanijiet tal-iskema.

4.   Indikaturi tar-riżultat

4.1.   Uża t-tabella li ġejja biex tiddeskrivi liema indikaturi se jinbnew biex jitkejlu r-riżultati tal-iskema, kif ukoll il-fatturi ta' kontroll rilevanti, inklużi s-sorsi ta' dejta, u kif kull indikatur tar-riżultat jikkorrispondi għal mistoqsijiet dwar l-evalwazzjoni. B'mod partikolari, jekk jogħġbok semmi (a) il-mistoqsija rilevanti tal-evalwazzjoni, (b) l-indikatur, (c) is-sors tad-dejta, (d) il-frekwenza tal-ġbir tad-dejta (pereżempju, annwali, kull xahar, eċċ.), (e) il-livell li fih tinġabar id-dejta (pereżempju, il-livell tad-ditta, tal-stabbiliment, reġjonali, eċċ.), (f) il-popolazzjoni koperta fis-sors tad-dejta (pereżempju, il-benefiċjarji tal-għajnuna, dawk li mhumiex benefiċjarji, l-intrapriżi kollha, eċċ.).

Mistoqsija tal-evalwazzjoni

Indikatur

Sors

Frekwenza

Livell

Popolazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Spjega għaliex l-indikaturi magħżulin huma l-iktar rilevanti sabiex jitkejjel l-impatt mistenni tal-iskema.

5.   Metodi previsti sabiex issir l-evalwazzjoni

5.1.   Fid-dawl tal-mistoqsijiet tal-evalwazzjoni, jekk jogħġbok iddeskrivi l-metodi previsti li għandhom jintużaw fl-evalwazzjoni sabiex jiġi identifikat l-impatt kawżali tal-għajnuna fuq il-benefiċjarji u biex jiġu vvalutati impatti indiretti oħra. B'mod partikolari, spjega r-raġunijiet għall-għażla ta' dawk il-metodi u għar-rifjut ta' metodi oħra (pereżempju, raġunijiet relatati mat-tfassil tal-iskema) (154).

5.2.   Iddeskrivi preċiżament l-istrateġija tal-identifikazzjoni għall-evalwazzjoni tal-impatt kawżali tal-għajnuna u s-suppożizzjonijiet li fuqhom tiddependi l-istrateġija. Iddeskrivi f'ċertu dettall il-kompożizzjoni u l-importanza tal-grupp ta' kontroll.

5.3.   Spjega kif il-metodi previsti jindirizzaw il- potenzjal li jkun hemm preġudizzji waqt l-għażla. Jista' jingħad b'biżżejjed ċertezza li d-differenzi fl-eżiti osservati fl-eżiti fir-rigward tal-benefiċjarji tal-għajnuna huma proprju minħabba l-għajnuna?

5.4.   Jekk rilevanti, spjega kif il-metodi previsti biħsiebhom jindirizzaw sfidi speċifiċi marbutin ma' skemi kumplessi, pereżempju skemi li huma implimentati b'mod differenzjat f'livell reġjonali u skemi li jużaw bosta strumenti ta' għajnuna.

6.   Ġbir tad-dejta

6.1.   Ipprovdi informazzjoni dwar il-mekkaniżmi u s-sorsi għall-ġbir u l-ipproċessar ta' dejta dwar il-benefiċjarji tal-għajnuna u dwar il-kontrafattwali previsti (155). Ipprovdi deskrizzjoni tal-informazzjoni rilevanti kollha li hija marbuta mal-fażi tal-għażla: dejta miġbura fuq applikanti għall-għajnuna, dejta ppreżentata mill-applikanti, eżiti tal-għażla. Spjega wkoll kull kwistjoni li potenzjalment jista jkun hemm fir-rigward tad-disponibbiltà tad-dejta.

6.2.   Ipprovdi informazzjoni dwar il-frekwenza tal-ġbir tad-dejta rilevanti għall-evalwazzjoni. Hemm osservazzjonijiet disponibbli fuq livell disaggregat biżżejjed jiġifieri fil-livell tal-impriżi individwali?

6.3.   Indika jekk l-aċċess għad-dejta meħtieġa sabiex issir l-evalwazzjoni jistax ikun imxekkel minn liġijiet u regolamenti li jirregolaw il-kunfidenzjalità tad-dejta u kif jiġu indirizzati dawk il-kwistjonijiet. Semmi sfidi oħrajn possibbli marbutin mal-ġbir tad-dejta u kif jistgħu jingħelbu.

6.4.   Indika jekk huwiex previst li jsir stħarriġ dwar il-benefiċjarji tal-għajnuna jew ta' impriżi oħrajn u jekk hemmx il-ħsieb li jintużaw sorsi komplimentari ta' informazzjoni.

7.   Perjodu ta' żmien propost għall-evalwazzjoni

7.1.   Indika l-perjodu ta' żmien propost għall-evalwazzjoni, inklużi dati importanti għall-ġbir tad-dejta, ir-rapporti interim u l-involviment tal-partijiet interessati. Jekk rilevanti, ipprovdi anness li jispjega fid-dettall il-perjodu ta' żmien propost.

7.2.   Indika d-data sa meta se jintbagħat ir-rapport tal-evalwazzjoni finali lill-Kummissjoni.

7.3.   Semmi l-fatturi li jistgħu jaffettwaw il-perjodu ta' żmien previst.

8.   Il-korp li jagħmel l-evalwazzjoni

8.1.   Ipprovdi informazzjoni speċifika dwar il-korp li jagħmel l-evalwazzjoni jew, jekk ma jkunx għadu ntgħażel, dwar il-perjodu ta' żmien, il-proċedura u l-kriterji għall-għażla tiegħu.

8.2.   Ipprovdi informazzjoni dwar l-indipendenza tal-korp li jagħmel l-evalwazzjoni u dwar kif se jiġu esklużi l-possibilitajiet ta' kunflitti ta' interess fil-proċess tal-għażla.

8.3.   Indika l-esperjenza u l-ħiliet rilevanti tal-korp li jagħmel l-evalwazzjoni jew kif dawk l-esperjenzi u l-ħiliet se jiġu żgurati fil-proċess tal-għażla.

8.4.   Indika x'arranġamenti se tagħmel l-awtorità li tagħti l-għajnuna biex timmaniġġa u tissorvelja t-twettiq tal-evalwazzjoni.

8.5.   Ipprovdi informazzjoni, anki jekk ta' għamla indikattiva biss, fuq ir-riżorsi umani u finanzjarji meħtieġa li se jkunu disponsibbli għat-twettiq tal-evalwazzjoni.

9.   Reklamar tal-evalwazzjoni

9.1.   Ipprovdi informazzjoni dwar il-mod li permezz tiegħu l-evalwazzjoni se ssir disponibbli għall-pubbliku, jiġifieri bil-pubblikazzjoni tal-pjan ta' evalwazzjoni u r-rapport tal-evalwazzjoni finali fuq paġna tal-Internet.

9.2.   Indika kif se jiġi żgurat li jkunu involuti l-partijiet interessati. Indika jekk hijiex prevista l-organizzazzjoni ta' konsultazzjonijiet pubbliċi jew avvenimenti marbutin mal-evalwazzjoni.

9.3.   Speċifika kif inhu maħsub li l-awtorità li tagħti l-għajnuna jew korpi oħrajn biħsiebhom jużaw ir-riżultati tal-evalwazzjoni, pereżempju għat-tfassil tas-suċċessuri tal-iskema jew għal skemi simili.

9.4.   Indika jekk u skont liema kundizzjonijiet id-dejta miġuba bi skop tal-evalwazzjoni jew użata għaliha se tkun aċċessibbli għal aktar studji u analiżi.

9.5.   Indika jekk il-pjan ta' evalwazzjoni fihx informazzjoni kunfidenzjali li l-Kummissjoni ma għandhiex tiżvela.

10.   Informazzjoni oħra

10.1.   Indika hawn kull informazzjoni oħra li tqis rilevanti għall-valutazzjoni tal-pjan ta' evalwazzjoni.

10.2.   Elenka d-dokumenti kollha mehmużin man-notifika u pprovdi kopji fuq karti jew links tal-Internet diretti għad-dokumenti kkonċernati.

…”

(3)

Il-Parti III.13 hija ssostitwita b'dan li ġej:

“PARTI III.13.A

Formola ta' Informazzjoni Supplimentari dwar l-għajnuna għall-investiment għall-ajruporti

Huwa rakkomandat li din il-formola ta' informazzjoni supplimentari timtela flimkien mal-formola ta' ‘Informazzjoni ġenerali’ sabiex tiġi notifikata kull għajnuna għall-investiment koperta mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru  (1).

1.   Informazzjoni addizzjonali dwar il-benefiċjarju, il-proġett tal-investiment u l-għajnuna

1.1.   Benefiċjarju

1.1.1.   L-għajnuna tingħata direttament lil sid l-ajruport?

☐ iva

☐ le

1.1.2.   Jekk it-tweġiba għall-punt 1.1.1 hija ‘Le’: iddeskrivi, jekk applikabbli, (i) l-entità(jiet) legali li tirċievi l-għajnuna, u (ii) l-entità(jiet) li titrasferixxi l-għajnuna lil entità intermedjarja jew lill-ajruport li jwettaq il-proġett ta' investiment.

1.1.3.   Jekk it-tweġiba għall-punt 1.1.1 hija ‘le’, spjega kif l-awtoritajiet nazzjonali jiżguraw li ma hemm l-ebda vantaġġ mogħti fil-livelli intermedjarji.

1.1.4.   Fil-każ ta' għajnuna individwali, iddeskrivi r-relazzjonijiet legali, organizzazzjonali u finanzjarji bejn il-benefiċjarju tal-għajnuna u (i) l-impriżi li magħhom jifforma parti minn grupp ta' impriżi; (ii) is-sussidjarji tiegħu; (iii) kull intrapriża assoċjata oħra, inklużi intrapriżi konġunti.

Fil-każ ta' skemi ta' għajnuna, iddeskrivi l-metodu li bih l-awtorità li tagħti l-għajnuna se tivvaluta r-relazzjonijiet legali, organizzazzjonali u finanzjarji elenkati hawn fuq.

1.1.5.   Speċifika jekk il-benefiċjarju huwiex se jkun qiegħed iħaddem l-infrastruttura wkoll.

☐ iva

☐ le

1.1.6.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija ta' hawn fuq hija ‘le’, iddeskrivi (i) il-proċedura li biha se jingħażel l-operatur tal-infrastruttura/intgħażel rispettivament, u (ii) il-kriterji tal-għażla.

1.1.7.   Fejn l-ajruport(i) jintuża(w) mill-forzi armati nazzjonali, il-korp tal-pulizija, servizzi ta' salvataġġ tal-ajru mhux ekonomiċi, jew kull servizz ieħor tal-ajru ta' għamla mhux ekonomika, speċifika (a) l-għamla tas-servizz(i) u(b) ir-rata ta' użu tal-kapaċità tal-ajruport (pereżempju użu tar-runway u faċilitajiet oħrajn tal-ajruport, mogħti bħala perċentwal ta' movimenti annwali tal-inġenji tal-ajru).

1.1.8.   Ipprovdi d-dejta li ġejja dwar it-traffiku tal-passiġġieri tal-ajruport(i) li jirċievi l-għajnuna:

(a)

Ajruporti b'esperjenza ta' iktar minn sentejn finanzjarji ta' traffiku tal-passiġġieri kummerċjali: Traffiku medju tal-passiġġieri annwali matul is-sentejn finanzjarji ta' qabel is-sena li fiha hija notifikata l-għajnuna jew li fiha ngħatat.

(b)

Ajruporti b'esperjenza ta' inqas minn sentejn finanzjarji ta' traffiku tal-passiġġieri kummerċjali: It-traffiku annwali medju previst tal-passiġġieri matul is-sentejn finanzjarji minn meta jkun beda t-traffiku tal-ajru tal-passiġġieri kummerċjali.

(c)

Għall-ajruporti kollha, it-traffiku tal-passiġġieri annwali medju previst matul il-ħajja ekonomika prevista tal-infrastruttura sussidjata.

Ipprovdi d-dejta għal kull ajruport fil-forma ta' tabella, strutturata kif muri fit-tabella ta' hawn taħt;

Sena

Għadd totali ta' passiġġieri

 

 

 

 

L-għadd tal-passiġġieri jrid jingħadd ‘f'direzzjoni waħda’ u għal kull rotta individwali; pereżempju passiġġier li jtir lejn l-ajruport u lura jgħodd darbtejn. Jekk l-ajruport huwa parti minn grupp ta' ajruporti, id-dejta dwar it-traffiku tal-passiġġieri trid tkun stabbilita fuq il-bażi ta' kull ajruport individwali.

1.2.   Il-proġett ta' investiment

1.2.1.   Iddeskrivi l-proġett ta' investiment u l-istimi sottostanti kollha, u pprovdi l-pjan direzzjonali tan-negozju ex ante (fil-forma ta' tabella excel) li fuqu huwa msejjes il-proġett. Il-pjan direzzjonali tan-negozju għandu jkopri t-tul tal-ħajja ekonomika tal-investiment. L-istimi kollha għandhom ikunu bbażati fuq previżjonijiet solidi tad-domanda. Spjega jekk, u kemm tqiesu dawk l-istimi fil-pjan direzzjonali tan-negozju tal-ajruport benefiċjarju..

1.2.2.   Ipprovdi l-informazzjoni li ġejja dwar il-proġett ta' investiment:

Data tal-applikazzjoni għall-għajnuna:

 

Data tal-bidu tax-xogħlijiet fuq il-proġett ta' investiment:

 

Data ppjanata ta' tmiem ix-xogħlijiet fuq il-proġett ta' investiment:

 

Data ppjanata tal-bidu tat-tħaddim tal-investiment:

 

Data ppjanata li fiha se tintlaħaq il-kapaċità sħiħa:

 

1.2.3.   Ipprovdi f'tabella waħda analiżi dettaljata tax-xogħlijiet kollha li se jsiru, is-sors ta' finanzjament tagħhom, kemm hu previst li jdumu, l-elementi tal-ispejjeż tagħhom u d-data ppjanata biex jibdew joperaw.

Għal kull spiża indika jekk u għaliex għandha titqies bħala spiża ta' investiment (i) direttament marbuta mal-infrastruttura ta' għamla mhux ekonomika fil-mandat tal-politika pubblika (pereżempju għas-sikurezza, il-kontroll tat-traffiku tal-ajru u kull attività oħra li għaliha Stat Membru huwa responsabbli bħala parti mis-setgħat uffiċjali tiegħu bħala awtorità pubblika), jew (ii) marbuta mal-infrastruttura ajrunawtika tal-ajruport ta' għamla ekonomika (pereżempju runway, infrastruttura tal-groundhandling), jew (iii) marbuta mal-infrastruttura mhux ajrunawtika ta' għamla ekonomika (pereżempju parkeġġ, lukandi).

Tip ta' xogħlijiet

Finanzjament

Struttura tal-ispejjeż

Żmien

 

 

 

 

 

 

 

 

1.2.4.   Agħti ħarsa ġenerali lejn (i) l-ispejjeż eliġibbli totali ta' investiment (2) ta' natura ekonomika, u (ii) l-ispejjeż eliġibbli totali ta' natura mhux ekonomika. L-ispejjeż iridu jiġu skontati għall-valur kurrenti tagħhom; ir-rata ta' skont trid tkun indikata.

F'dik il-ħarsa ġenerali indika liema parti mill-għajnuna notifikata se ssostni investimenti li jagħmlu parti mill-kategorija (i) u liema se ssostni investiment li jagħmlu parti mill-kategorija (ii).

1.2.5.   Jekk l-ispejjeż ta' investiment relatati ma' attivitajiet mhux ajrunawtiċi ta' natura ekonomika wkoll se jiġu ffinanzjati permezz ta' għajnuna mill-Istat: spjega fuq liema bażi l-awtoritajiet tiegħek jikkunsidraw li dik l-għajnuna hija kompatibbli mas-suq intern.

1.2.6.   Ħadt impenn li twettaq Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (‘VIA’) għall-investiment? (il-punt 20 tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat lil ajruporti u linji tal-ajru)?

☐ iva

☐ le

Jekk le, spjega għaliex mhijiex meħtieġa VIA għal dan il-proġett:

1.3.   Attivitajiet ta' natura mhux ekonomika li huma fil-mandat tal-politika pubblika

1.3.1.   Ikkonferma jekk l-investiment ikoprix attivitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tal-Istat fl-eżerċizzju tas-setgħat uffiċjali tiegħu bħala awtorità pubblika (pereżempju kontroll tat-traffiku, pulizija, dwana, tifi tan-nar, attivitajiet meħtieġa biex tiġi salvagwardjata l-avjazzjoni ċivili kontra atti ta' xkiel illegali). Investimenti marbutin mal-infrastruttura u tagħmir meħtieġ biex jitwettqu attivitajiet ta' dak it-tip ġeneralment jitqiesu li huma ta' għamla mhux ekonomika u b'hekk ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Inkludi investimenti rilevanti fit-tabella mogħtija fit-Taqsima 1.2.3.

☐ Iva

☐ Le

1.3.2.   Ipprovdi l-istrument nazzjonali, reġjonali jew legali ieħor li jikkonċerna l-kunċett ta' attivitajiet li jaqgħu fil-mandat tal-politika pubblika, u l-finanzjament tagħhom. Fin-nuqqas ta' kwalunkwe strument legali bħal dan, iċċara kif dawk l-attivitajiet ġeneralment jiġu ffinanzjati mill-awtoritajiet rilevanti.

1.3.3.   Ipprovdi evidenza li turi li l-finanzjament pubbliku tal-attivitajiet mhux ekonomiċi ma jwassalx għal diskriminazzjoni żejda bejn l-ajruporti. Diskriminazzjoni tirriżulta f'sitwazzjonijiet li fihom, skont l-ordinament ġuridiku rilevanti, l-ajruporti ċivili normalment ikollhom iġarrbu ċerti spejjeż inerenti għall-attivitajiet mhux ekonomiċi tagħhom, filwaqt li ċerti ajruporit ċivili ma jkollhomx ikopru dawk l-ispejjeż. Speċifika l-materjal u l-applikabbiltà territorjali tar-regoli nazzjonali applikabbli għall-finanzjament ta' attivitajiet mhux ekonomiċi tal-ajruporti u, jekk applikabli, il-livell ta' kompetenzi reġjonali f'dik il-kwistjoni.

1.3.4.   Filwaqt li ssostni l-argument bl-evidenza rilevanti, ikkonferma li l-kumpens tal-ispejjeż imġarrbin b'rabta mal-attivitajiet mhux ekonomiċi se jkun strettament limitat għal dawk l-ispejjeż, u li kull sussidjar reċiproku tal-attivitajiet ekonomiċi permezz ta' kumpens bħal dak huwa eskluż b'mod effettiv.

1.3.5.   Ikkonferma li l-ajruport se jkollu sistema ta' kontabilità separata għall-ispejjeż marbuta mal-attivitajiet ekonomiċi u dawk mhux ekonomiċi.

2.   Valutazzjoni tal-kompatibilità tal-miżura

2.1.   Il-kontribut lejn objettiv ta' interess komuni li huwa definit sew

2.1.1.   L-għajnuna għall-investiment:

(a) ☐

Iżżid il-mobilità taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-konnettività tar-reġjuni billi tistabbilixxi punti ta' aċċess għal titjiriet fl-Unjoni?

(b) ☐

Ittaffi l-konġestjoni tat-traffiku tal-ajru f'ajruporti ċentrali ewlenin tal-Unjoni?

(c) ☐

Tħaffef l-iżvilupp reġjonali?

Speċifika kif l-għajnuna għall-investiment tikkontribwixxi għal kull wieħed mill-għanijiet magħżulin.

2.1.2.   L-investiment huwa mmirat sabiex joħloq kapaċità tal-ajruport ġdida?

☐ iva

☐ le

2.1.3.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija fil-punt 2.1.2 hija ‘iva’, uri fuq il-bażi tal-pjan direzzjonali ex ante tan-negozju msemmi fit-Taqsima 1.2 — ‘Il-proġett ta' investiment’ li l-infrastruttura l-ġdida, fuq tul ta' żmien medju, se tissodisfa d-domanda prevista tal-linji tal-ajru, tal-passiġġieri u tal-kumpanijiet li jġorru l-merkanzija fiż-żona ta' lħuq tal-ajruport.

2.1.4.   Fil-każ ta' għajnuna individwali għall-investiment: l-ajruport benefiċjarju jinsab fl-istess żona ta' lħuq (3) bħal ajruport ieħor li mhuwiex qed jopera f'kapaċità sħiħa jew kważi?

☐ iva

☐ le

Jekk iva, ipprovdi l-informazzjoni li ġejja: a) daqs u forma taż-żona ta' lħuq; b) id-distanza tal-ivjaġġar u l-ħin bejn l-ajruport benefiċjarju u l-ajruporti fl-istess żona ta' lħuq; c) it-traffiku ta' passiġġieri ta' ajruporti oħrajn fl-istess żona ta' lħuq tul il-ħames snin ta' qabel is-sena tan-notifika; d) id-domanda totali mistennija u l-kapaċità totali fiż-żona ta' lħuq tal-ajruport megħjun f'mill-inqas l-10 snin li jmiss, skont il-pjan direzzjonali tan-negozju fl-agħar xenarju, fix-xenarju bażi u fl-aħjar xenarju.

2.1.5.   F'każ ta' skemi ta' għajnuna: a) indika l-post u ż-żoni ta' lħuq tal-ajruporti eliġibbli fiż-żona ta' applikabbiltà territorjali tal-iskema; b) id-distanza tal-ivjaġġar u l-ħin bejn l-ajruporti eliġibbli u l-ajruporti fl-istess żona ta' lħuq; c) il-metodu u l-kriterji li l-awtoritajiet nazzjonali se jużaw sabiex jiddefinixxu l-qies u l-forma taż-żoni ta' lħuq u l-użu tal-kapaċità tal-ajruporti fl-istess żona ta' lħuq.

2.1.6.   Fil-każ ta' għajnuna individwali għall-investiment: Jekk it-tweġiba għall-punt 2.1.4 hija ‘Iva’, ipprovdi l-informazzjoni li tidentifika l-effett li l-investiment probabbilment ikollu fuq l-użu tal-infrastruttura eżistenti fl-istess żona ta' lħuq. Dik l-informazzjoni trid turi prospettivi fuq it-terminu medju għall-użu, trid tkun ibbażata fuq previżjonijiet tal-passiġġieri u t-traffiku tal-merkanzija solidi, u trid tkun inkorporata fil-pjan direzzjonali tan-negozju ex ante tal-ajruport benefiċjarju.

2.1.7.   Fil-każ ta' għajnuna individwali għall-investiment: Jekk it-tweġiba għall-punt 2.1.4 hija ‘Iva’, ipprovdi l-projjezzjonijiet tat-traffiku f'termini ta' numri ta' passiġġieri fl-agħar xenarju, fix-xenarju bażi u fl-aħjar xenarju u spjega għaliex, fil-fehma tiegħek, dawk il-projjezzjonijiet jiġġustifikaw l-għajnuna għall-investiment sabiex tinħoloq kapaċità addizzjonali jew sabiex tinżamm il-kapaċità eżistenti.

2.2.   Ħtieġa ta' intervent mill-Istat

2.2.1.   Fil-każ ta' għajnuna għall-investiment individwali: spjega, fuq il-bażi tal-pjan direzzjonali tan-negozju tal-ajruport, sa liema punt il-ħila tal-ajruport li jkopri l-ispejjeż kapitali tiegħu tiddependi mid-daqs tal-ajruport f'termini ta' traffiku tal-passiġġieri annwali.

2.2.2.   Fil-każ ta' għajnuna għall-investiment individwali: spjega għaliex l-ajruport ma jistax jikseb biżżejjed finanzjament privat.

2.2.3.   F'każ ta' skemi ta' għajnuna: Ikkonferma li l-awtorità li tagħti l-għajnuna se tivverifika l-ħtieġa ta' intervent mill-Istat f'kull każ individwali fuq il-bażi ta' i) id-daqs tal-ajruport (4); ii) il-ħila tal-ajruport li jattira finanzjament privat.

2.3.   L-adegwatezza tal-miżura

2.3.1.   Uri li l-għajnuna inkwistjoni hija xierqa sabiex jintlaħaq l-għan maħsub jew jiġu solvuti l-problemi li hija maħsuba li tindirizza. B'mod partikolari, spjega kif l-awtoritajiet stabbilixxew li ma jistax jinkiseb l-istess objettiv, u li ma tistax tissolva l-istess problema, b'politika jew strumenti ta' għajnuna inqas distorsivi u li l-għajnuna inkwistjoni hija strument tal-politika xieraq. Pereżempju, jekk l-għajnuna tingħata f'forom li jipprovdu vantaġġ pekunarju dirett (5), uri għaliex forom potenzjalment inqas distorsivi ta' għajnuna bħal self bil-quddiem li jitħallas lura jew forom ta' għajnuna bbażati fuq strumenti ta' dejn jew ta' ekwità (6) mhumiex adegwati:

2.4.   L-effett ta' inċentiv tal-għajnuna

2.4.1.   Fil-każ ta' għajnuna individwali għall-investiment: ikkonferma li x-xogħlijiet fuq l-investiment individwali notifikat beda biss wara li l-applikazzjoni għall-għajnuna ġiet ippreżentata lill-awtorità li tagħti l-għajnuna. Ipprovdi kopja tal-applikazzjoni għall-għajnuna mibgħuta lill-awtorità li tagħti l-għajnuna mill-benefiċjarju u evidenza dokumentata tad-data tal-bidu tax-xogħlijiet.

2.4.2.   F'każ ta' skemi ta' għajnuna: ikkonferma li x-xogħlijiet fuq il-proġetti ta' investiment eliġibbli se jibdew biss wara li tiġi sottomessal-applikazzjoni individwali għall-għajnuna lill-awtorità li tagħti l-għajnuna.

2.4.3.   Fil-każ ta' għajnuna individwali għall-investiment: iddeskrivi l-livelli ta' attività fil-mira f'xenarju bl-għajnuna u f'xenarju kontrafattwali mingħajr l-għajnuna. Ipprovdi evidenza biex ssostni dak li tgħid, pereżempju dokumentazzjoni interna marbuta ma' attivitajiet alternattivi meqjusin mill-ajruport benefiċjarju fit-teħid ta' deċiżjonijiet interni tiegħu.

2.4.4.   Fil-każ ta' għajnuna individwali għall-investiment: fil-preżenza ta' xenarju kontrafattwali b'attivitajiet alternattivi, qabbel iż-żewġ xenarji biex tispeċifika l-attività addizzjonali li titwettaq biss bl-għajnuna (analiżi kontrafattwali).

Fil-każ ta' għajnuna individwali għall-investiment: Fin-nuqqas ta' xenarju kontrafattwali b'attivitajiet alternattivi, speċifika d-diskrepanza tal-likwidità fl-ispiża kapitali stabbilita fuq il-bażi tal-pjan direzzjonali ex ante tan-negozju tal-ajruport benefiċjarju. Id-diskrepanza tal-likwidità fl-ispiża kapitali hija d-differenza bejn il-flussi tal-flus pożittivi u negattivi, inklużi l-ispejjeż ta' investiment f'assi kapitali fissi tul il-ħajja tal-investiment f'termini tal-valur preżenti nett.

2.4.5.   F'każ ta' skemi ta' għajnuna: ikkonferma (a) li l-awtorità li tagħti l-għajnuna se tagħti l-għajnuna individwali mill-iskema ta' għajnuna biss wara li tkun ivverifikat li hemm effett ta' inċentiv, billi tqabbel il-livelli ta' attività fil-mira bl-għajnuna u mingħajr l-għajnuna (analiżi kontrafattwali) jew, fin-nuqqas ta' attivitajiet alternattivi mingħajr l-għajnuna, billi tistabbilixxi d-diskrepanza tal-likwidità fl-ispiża kapitali fuq il-bażi tal-pjan direzzjonali ex ante tan-negozju tal-ajruport benefiċjarju (7); b) iddeskrivi d-dejta input, il-parametri u s-suppożizzjonijiet sottostanti kollha li l-awtorità li tagħti l-għajnuna se tivvaluta għall-iskopijiet tal-analiżi tal-effett ta' inċentiv.

2.5.   Il-proporzjonalità tal-għajnuna

2.5.1.   Fil-każ ta' għajnuna individwali għall-investiment: fil-preżenza ta' xenarju kontrafattwali b'attivitajiet alternattivi, a) ipprovdi fil-forma ta' tabelli tal-excel il-pjanijiet direzzjonali ex ante tan-negozju għax-xenarju bl-għajnuna u x-xenarju kontrafattwali mingħajr l-għajnuna; b) fuq dik il-bażi, speċifika l-ispejjeż żejda netti, wara li jitnaqqas id-dħul żejjed, li jirriżultaw mit-twettiq tal-proġett jew attività megħjuna meta mqabbla mal-proġett/attività kontrafattwali; c) spjega d-dejta input, il-parametri u s-suppożizzjonijiet sottostanti kollha.

Il-pjanijiet direzzjonali tan-negozju għandhom ikopru l-perjodu tal-ħajja ekonomika tal-investimenti.

2.5.2.   Fil-każ ta' għajnuna individwali għall-investiment: fin-nuqqas ta' xenarju kontrafattwali b'attivitajiet alternattivi, a) ipprovdi fil-forma ta' tabella tal-excel il-pjan direzzjonali ex ante tan-negozju tal-ajruport benefiċjarju; b) indika fuq dik il-bażi d-diskrepanza tal-likwidità fl-ispiża kapitali li hija l-valur preżenti nett tad-differenza bejn il-flussi tal-flus pożittivi u negattivi, inklużi l-ispejjeż ta' investiment tul il-ħajja ekonomika tal-investiment; c) spjega d-dejta input, il-parametri u s-suppożizzjonijiet sottostanti kollha.

2.5.3.   F'każ ta' skemi ta' għajnuna: ħu impenn li a) tinvestiga f'kull każ ix-xenarju kontrafattwali mingħajr l-għajnuna, fuq il-bażi tal-pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju ex ante; b) tistabbilixxi l-ispejjeż żejda, wara li jitnaqqas id-dħul żejjed, li jirriżultaw mit-twettq tal-proġett jew attività megħjuna minflok il-proġett jew attività kontrafattwali f'każijiet li fihom ikun jeżisti xenarju kontrafattwali b'attivitajiet alternattivi; c) tistabbilixxi d-diskrepanza tal-likwidità fl-ispiża kapitali, li hija l-valur preżenti nett tad-differenza bejn il-flussi tal-flus pożittivi u negattivi, inklużi l-ispejjeż ta' investiment, tul il-ħajja ekonomika tal-investiment, f'każijiet li fihom ma tkun isseħħ l-ebda attività alternattiva.

Iddeskrivi d-dejta input, il-parametri u s-suppożizzjonijiet sottostanti kollha li l-awtorità li tagħti l-għajnuna se tivvaluta għall-iskopijeit tal-investigazzjonijiet u l-analiżi.

2.5.4.   L-intensità tal-għajnuna:

Indika l-perċentwal massimu tal-ispejjeż eliġibbli li jridu jiġu koperti mill-għajnuna għall-investiment (‘intensità tal-għajnuna’); inkluż kull pagament komplementari mal-intensità tal-għajnuna bażika:

Indika l-perċentwal massimu tal-ispejjeż eliġibbli li jridu jiġu koperti mill-għajnuna għall-investiment (‘intensità tal-għajnuna’); inkluż kull pagament komplementari mal-intensità tal-għajnuna bażika:

Id-daqs ta' ajruport ibbażat fuq il-medja tat-traffiku tal-passiġġieri (passiġġieri fis-sena)

Intensità massima ta' għajnuna għall-investiment

> 3-5 miljuni

 

1-3 miljuni

 

< 1 miljun

 

2.6.   L-evitar ta' effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ

2.6.1.   Ikkonferma li l-ajruport, inklużi l-infrastruttura u t-tagħmir kollha kemm huma li għalihom tingħata l-għajnuna għall-investiment, se jkun miftuħ għall-utenti potenzjali kollha u mhux iddedikat għal utent speċifiku wieħed.

2.6.2.   Ikkonferma li l-ajruport, inklużi l-infrastruttura u t-tagħmir kollha kemm huma li għalihom tingħata l-għajnuna għall-investiment, se jkun miftuħ għall-utenti potenzjali kollha u mhux iddedikat għal utent speċifiku wieħed.

2.7.   Notifika tal-għajnuna individwali minn skema ta' għajnuna għall-investiment

2.7.1.   Dawn il-miżuri ta' għajnuna individwali skont l-iskema ta' għajnuna ta' investiment iridu jiġu notifikati skont l-Artikolu 108(3) TFUE:

(a)

għajnuna għall-investiment lil ajruporti bi traffiku annwali medju ta' iktar minn 3 miljun passiġġier;

(b)

għajnuna għall-investiment b'intensità tal-għajnuna iktar minn 75 % lil ajruport bi traffiku annwali medju ta' inqas minn miljun passiġġier, bl-eċċezzjoni ta' ajruporti li jinsabu f'reġjuni mbiegħda;

(c)

għajnuna għall-investiment għar-rilokazzjoni ta' ajruporti;

(d)

għajnuna għall-investiment li tiffinanzja ajruport li jservi kemm passiġġieri kif ukoll merkanzija li jimmaniġġa aktar minn 200 000 tunnellata merkanzija matul is-sentejn finanzjarji ta' qabel is-sena li fiha tkun ġiet notifikata l-għajnuna;

(e)

għajnuna għall-investiment bl-għan li jinħoloq ajruport tal-passiġġieri ġdid (inkluż il-konverżjoni ta' mitjar eżistenti f'ajruport tal-passiġġieri);

(f)

għajnuna għall-investiment immirata lejn il-ħolqien jew l-iżvilupp ta' ajruport li jinsab f'distanza ta' 100 kilometru jew 60 minuta ta' vvjaġġar bil-karozza, bix-xarabank, bil-ferrovija jew bil-ferrovija ta' velocità għolja.

PARTI III.13.B

Formola ta' Informazzjoni Supplimentari dwar l-għajnuna operatorja għall-ajruporti

Huwa rakkomandat li din il-formola ta' informazzjoni supplimentari timtela, flimkien mal-formola ta' ‘Informazzjoni ġenerali’, għan-notifika ta' kull għajnuna operatorja individwali koperta mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru  (8)

1.   Informazzjoni addizzjonali dwar il-benefiċjarju u l-attivitajiet tiegħu

1.1.   Benefiċjarju

1.1.1.   L-għajnuna tingħata direttament lill-operatur tal-ajruport?

☐ iva

☐ le

1.1.2.   Jekk it-tweġiba għall-punt 1.1.1 hija ‘le’ iddeskrivi, jekk applikabbli, (i) l-entità(jiet) legali li tirċievi/jirċievu l-għajnuna, u (ii) responsabbli għat-trasferiment tal-għajnuna bħala intermedjarju/intermedjarji lill-ajruport li jipprovdi s-servizzi eliġibbli għall-għajnuna.

1.1.3.   Jekk it-tweġiba għall-punt 1.1.1 hija ‘le’, spjega kif l-awtoritajiet jiżguraw li ma jingħata l-ebda vantaġġ fil-livelli intermedjarji.

1.1.4.   Il-benefiċjarju tal-għajnuna huwa sid l-ajruport ukoll?

☐ iva

☐ le

1.1.5.   Jekk it-tweġiba għall-punt 1.1.4 hija ‘le’: speċifika min hu s-sid tal-ajruport u ddeskrivi l-istruttura tas-sjieda.

1.1.6.   Fil-każ ta' għajnuna individwali, iddeskrivi r-relazzjonijiet legali, organizzazzjonali u finanzjarji bejn il-benefiċjarju tal-għajnuna u i) l-impriżi li magħhom jifforma parti minn grupp ta' impriżi; ii) is-sussidjarji tiegħu; iii) kull intrapriża assoċjata oħra, inklużi impriżi konġunti.

Fil-każ ta' skemi ta' għajnuna, iddeskrivi l-metodu li bih l-awtorità li tagħti l-għajnuna se tivvaluta r-relazzjonijiet legali, organizzazzjonali u finanzjarji msemmijin fil-punti 1.1.1 sa 1.1.5.

1.2.   Informazzjoni ġenerali dwar l-operatur tal-ajruport

1.2.1.   F'każ li l-ajruport jew l-ajruporti jintużaw mill-forzi armati nazzjonali, il-korp tal-pulizija, is-servizzi ta' salvataġġ tal-ajru mhux ekonomiċi, jew kull servizz ieħor tal-ajru ta' għamla mhux ekonomika, speċifika (a) l-għamla tas-servizz(i); u (b) ir-rata ta' użu tal-kapaċità tal-ajruport (pereżempju użu tar-runway u faċilitajiet oħrajn tal-ajruport, mogħti bħala perċentwal tal-movimenti annwali tal-inġenji tal-ajru).

1.2.2.   Ipprovdi d-dejta li ġejja dwar it-traffiku tal-passiġġieri tal-ajruport(i) li jirċievi/u l-għajnuna:

(a)

Ajruporti b'esperjenza ta' iktar minn sentejn finanzjarji ta' traffiku tal-passiġġieri kummerċjali: traffiku medju tal-passiġġieri annwali matul is-sentejn finanzjarji ta' qabel is-sena li fiha hija notifikata l-għajnuna jew li fiha ngħatat.

(b)

Ajruporti b'esperjenza ta' inqas minn sentejn finanzjarji ta' traffiku tal-passiġġieri kummerċjali: it-traffiku annwali medju previst tal-passiġġieri matul is-sentejn finanzjarji wara l-bidu tal-operat tal-flussi tat-traffiku tal-ajru tal-passiġġieri kummerċjali:

Ipprovdi l-infromazzjoni fl-għamla ta' tabella kif jidher hawn taħt:

Sena

Għadd totali ta' passiġġieri

 

 

 

 

L-għadd ta' passiġġieri jrid jingħadd ‘f'direzzjoni waħda’ u għal kull rotta individwali. Pereżempju: passiġġier li jtir lejn l-ajruport u lura jgħodd darbtejn. Jekk l-ajruport huwa parti minn grupp ta' ajruporti, id-dejta dwar it-traffiku tal-passiġġieri trid tkun stabbilita fuq il-bażi ta' kull ajruport individwali.

1.2.3.   Fil-każ ta' għajnuna operattiva individwali: ipprovdi l-pjan direzzjonali tan-negozju implimentat mill-benefiċjarju fil-perjodu 2009 sa 2013, u dak li għandu l-ħsieb li jimplimenta fl-għaxar snin li ġejjin sal-4 ta' April 2024. Iddeskrivi s-suppożizzjonijiet sottostanti għal dak il-perjodu ta' għaxar snin.;

Il-pjan direzzjonali għandu jkun fih informazzjoni dwar it-traffiku u l-previżjonijiet ta' traffiku; l-ispejjeż u il-previżjonijiet tal-ispejjeż; dejta finanzjarja u previżjonijiet finanzjarji fir-rigward tal-livell ta' profittabilità u flussi tal-flus (b'referenza għall-metodoloġiji li b'mod dimostrabbli jintużaw mill-ajruport, pereżempju bl-użu ta' metodi għall-evalwazzjoni tal-valur preżenti nett (net present value, NPV) ta' investiment, ir-rata ta' redditu interna (internal rate of return, IRR), u d-dħul medju fuq il-kapital użat (return on capital employed, ROCE). Il-pjan direzzjonali tan-negozju jrid ikun ipprovdut fil-forma ta' paġna excel inklużi spjegazzjonijiet tal-formuli sottostanti kollha.

F'każ ta' skemi ta' għajnuna: Speċifika fid-dettall a) il-kriterji formali u materjali li magħhom iridu jikkonformaw il-pjanijiet direzzjonali tan-negozju tal-ajruporti eliġibbli; b) il-metodu li l-awtoritajiet nazzjonali se jużaw biex jivvalutaw il-pjanijiet direzzjonali tan-negozju.

1.2.4.   Fil-każ ta' għajnuna operatorja individwali, ipprovdi ħarsa ġenerali fil-qosor lejn it-telf operatorju (9) li ġarrab il-benefiċjarju fil-perjodu 2009 sa 2013, kif ukoll lejn it-telf operatorju previst fil-perjodu sal-4 ta' April 2024. Ipprovdi d-dejta fil-forma ta' tabella, imqassma kif ġej:

Dħul

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Spejjeż operatorji

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Riżultati operatorji

 

 

 

 

Fil-każ ta' skemi ta' għajnuna, speċifika l-metodu li se jużaw l-awtoritajiet biex jistabbilixxu t-telf operatorju ta' ajruporti eliġibbli.

1.2.5.   Fil-każ ta' għajnuna operatorja individwali, ipprovdi kopji tar-rapproti finanzjarji tal-ajruporti eliġibbli (10) għall-ħames snin ta' qabel is-sena li fiha ssir l-applikazzjoni għall-għajnuna operatorja.

Fil-każ ta' skemi ta' għajnuna, ħu impenn li tinkludi r-rapporti finanzjarji deskritti hawn fuq fil-valutazzjoni tal-għajnuna individwali.

1.2.6.   Fil-każ ta' skemi ta' għajnuna, ħu impenn li tinkludi r-rapporti finanzjarji deskritti hawn fuq fil-valutazzjoni tal-għajnuna individwali.

1.3.   Attivitajiet tas-servizzi tal-ajruport

1.3.1.   Speċifika s-servizzi tal-ajruport eliġibbli (11) u l-kategoriji ta' spejjeż operatorji eliġibbli (12) fir-rigward tal-forniment ta' dawk is-servizzi.

1.4.   Attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tal-mandat tal-politika pubblika

1.4.1.   L-għajnuna operatorja tkopri attivitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat fl-eżerċizzju tas-setgħat uffiċjali tiegħu bħala awtorità pubblika (pereżempju kontroll tat-traffiku tal-ajru, pulizija, dwana, tifi tan-nar, attivitajiet meħtieġa għas-salvagwardja tal-avjazzjoni ċivili kontra atti ta' xkiel illegali)? Spejjeż operattivi marbutin mal-infrastruttura u t-tagħmir meħtieġa sabiex jitwettqu dawk l-attivitajiet ġeneralment jitqiesu li huma ta' għamla mhux ekonomika u b'hekk ma jaqgħux taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

☐ iva

☐ le

1.4.2.   Ipprovdi l-istrument nazzjonali, reġjonali jew kwalunkwe strument ieħor rilevanti dwar il-kunċett ta' attivitajiet fil-mandat tal-politika pubblika u l-finanzjament tagħhom. Fin-nuqqas ta' kwalunkwe strument legali bħal dan, iċċara kif dawk l-attivitajiet normalment jiġu ffinanzajti mill-awtoritajiet rilevanti.

1.4.3.   Ipprovdi evidenza li turi li l-finanzjament pubbliku tal-attivitajiet mhux ekonomiċi ma jwassalx għal diskriminazzjoni żejda bejn l-ajruporti. Tirriżulta diskriminazzjoni f'sitwazzjonijiet li fihom, skont l-ordinament ġuridiku rilevanti, l-ajruporti ċivili normalment ikollhom iġarrbu ċerti spejjeż inerenti għall-attivitajiet mhux ekonomiċi tagħhom, filwaqt li ċerti ajruporit ċivili ma jkollhomx iġarrbu dawk l-ispejjeż. Speċifika l-materjal u l-applikabbiltà territorjali tar-regoli nazzjonali applikabbli għall-finanzjament ta' attivitajiet mhux ekonomiċi tal-ajruporti u, jekk applikabli, il-livell ta' kompetenzi reġjonali f'dik il-kwistjoni.

1.4.4.   Filwaqt li ssostni l-argument bl-evidenza rilevanti, ikkonferma li l-kumpens tal-ispejjeż imġarrbin b'rabta mal-attivitajiet mhux ekonomiċi se jkun strettament limitat għal dawk l-ispejjeż, u li kull sussidjar reċiproku tal-attivitajiet ekonomiċi permezz ta' dak il-kumpens huwa eskluż b'mod effettiv.

1.4.5.   Ikkonferma li l-ajruport se jkollu sistema ta' kontabilità separata għall-ispejjeż marbuta mal-attivitajiet ekonomiċi u dawk mhux ekonomiċi.

2.   Valutazzjoni tal-kompatibilità tal-miżura

2.1.   L-għajnuna ngħatat qabel l-4 ta' April 2014?

☐ iva

☐ le

2.2.   Il-kontribut lejn għan ta' interess komuni li huwa definit sew

2.2.1.   L-għajnuna operatorja:

(a) ☐

Iżżid il-mobilità taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-konnettività tar-reġjuni billi tistabbilixxi punti ta' aċċess għal titjiriet fl-Unjoni?

(b) ☐

Ittaffi l-konġestjoni tat-traffiku tal-ajru f'ajruporti ċentrali ewlenin tal-Unjoni?

(c) ☐

Tħaffef l-iżvilupp reġjonali?

Speċifika kif l-għajnuna operatorja tikkontribwixxi għall-għan(ijiet) magħżul(in).

2.2.2.   Il-miżura notifikata tikkonċerna l-operatur ta' ajruport ġdid?

☐ iva

☐ le

2.2.3.   Fil-każ ta' għajnuna operattiva individwali: L-ajruport benefiċjarju jinsab fl-istess żona ta' lħuq (13) ta' ajruport ieħor bl-istess kapaċità?

☐ iva

☐ le

2.2.4.   Fil-każ ta' għajnuna operattiva individwali: Jekk it-tweġiba għall-punt 2.2.3 hija ‘Iva’: speċifika d-daqs u l-forma taż-żona ta' lħuq. Ipprovdi informazzjoni, li tidentifika l-effett probabbli fuq it-traffiku tal-ajruport l-ieħor li jinsab fiż-żona ta' lħuq. Dik l-informazzjoni għandha tkun parti mill-pjan direzzjonali tan-negozju tal-ajruport benefiċjarju u għandha tkun ibbażata fuq previżjonijiet solidi ta' traffiku tal-passiġġieri u tal-merkanzija.

F'każ ta' skemi ta' għajnuna: a) Ikkonferma li l-awtoritajiet huma impenjati sabiex jivvalutaw il-probabbilità li jkun hemm effett fuq it-traffiku ta' kull ajruport ieħor li jinsab fiż-żona ta' lħuq bħala ajruport eliġibbli fuq il-bażi tal-informazzjoni li hija parti mill-pjan tan-negozju tal-ajruport benefiċjarju u li hija bbażata fuq previżjonijiet attendibbli dwar it-traffiku tal-passiġġieri u l-merkanzija; b) spjega l-metodu u l-kriterji li l-awtoritajiet nazzjonali se jużaw biex jivvalutaw il-probabilità li jkun hemm effett fuq it-traffiku ta' dak l-ajruport l-ieħor jew ta' dawk l-ajruporti l-oħra.

2.3.   Ħtieġa ta' intervent mill-Istat

2.3.1.   Ikkonferma li t-traffiku annwali tal-ajruport/ajruporti eliġibbli mhux iktar minn 3 miljun passiġġier (ara wkoll il-mistoqsija 1.2.2 iktar 'il fuq).

2.4.   L-adegwatezza tal-miżura

2.4.1.   Uri li l-għajnuna ikkonċernata hija xierqa sabiex jinkiseb l-għan jew jiġu solvuti l-problemi li jrid jindirizza dak l-għan irid. B'mod partikolari, spjega kif l-awtoritajiet stabbilixxew li l-istess għan ma jistax jinkiseb, jew li l-istess problema ma tistax tissolva, permezz ta' politika jew strumenti ta' għajnuna inqas distorsivi. Pereżempju, jekk l-għajnuna tingħata f'forom li jipprovdu vantaġġ ekonomiku dirett (14), uri għaliex forom potenzjalment inqas distorsivi ta' għajnuna bħal self bil-quddiem li jitħallas lura jew forom ta' għajnuna bbażati fuq strumenti ta' dejn jew ta' ekwità (15) mhumiex adegwati:

2.4.2.   Fil-każ ta' għajnuna operattiva individwali: L-ammont tal-għajnuna ġie stabbilit ex ante bħala somma fissa li tkopri d-diskrepanza tal-likwidità operatorja mistennija stabbilita fuq il-bażi tal-pjan direzzjonali tan-negozju tal-benefiċjarju, matul perjodu tranżitorju ta' għaxar snin li jibda mill-4 ta' April 2014?

☐ iva

☐ le

Jekk iva, ipprovdi l-informazzjoni rilevanti fil-pjan direzzjonali tan-negozju.

2.4.3.   F'każ ta' skemi ta' għajnuna: l-ammont tal-għajnuna f'kull każ individwali se jiġi stabbilit ex ante bħala somma fissa li tkopri d-diskrepanza fil-likwidità operatorja mistennija stabbilita fuq il-bażi tal-pjan direzzjonali tan-negozju tal-benefiċjarju, matul perjodu tranżitorju ta' għaxar snin li jibda mill-4 ta' April 2014?

☐ iva

☐ le

Jekk iva, il-benefiċjajru għandu jipprovdi l-informazzjoni rilevanti fil-pjan direzzjonali tan-negozju.

2.4.4.   Jekk it-tweġiba għall-punti 2.4.2 u 2.4.3 hija ‘le’, speċifika: (a) il-grad ta' inċertezza tal-previżjonijiet tal-ispejjeż u tad-dħul, (b) kwalunkwe nuqqas ta' qbil fl-informazzjoni li mhux iħalli lill-awtoriatjiet nazzjonali jikkalkolaw l-ammont tal-għajnuna ex ante fuq il-bażi ta' pjan direzzjonali tan-negozju.

2.4.5.   Jekk it-tweġiba għall-punti 2.4.2 u 2.4.3 hija ‘le’, ikkonferma li l-ammont massimu ta' għajnuna operatorja kompatibbli kienet/se tkun stabbilita skont il-mudell ibbazat fuq il-medja tad-differenzi fl-iffinanzjar operatorju (16) matul il-ħames snin mill-2009 sal-2013.

2.4.6.   Ikkonferma li l-ammont tal-għajnuna operatorja mhuwiex se jiżdied ex post.

☐ iva

☐ le

2.4.7.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsija ta' hawn fuq hija ‘le’, spjega għaliex fil-fehma tiegħek il-possibbiltà ta' żieda ex post ma tnaqqasx l-inċentivi għall-ġestjoni effiċjenti tal-ajruport.

2.5.   L-effett ta' inċentiv u l-proporzjonalità tal-għajnuna

2.5.1.   Fil-każ ta' għajnuna operatorja individwali, iddeskrivi għaliex teżisti l-probabbiltà li fin-nuqqas tal-għajnuna, il-livell ta' attività ekonomika tal-ajruport ikkonċernat jonqos b'mod sinifikanti. Ipprovdi l-informazzjoni meħtieġa fuq il-bażi tal-pjan ta' direzzjoni tan-negozju (ara wkoll il-punt 1.2.3), billi tqabbel il-livelli tal-attività maħsuba bl-għajnuna u mingħajr l-għajnuna (ix-xenarju kontrafattwali), filwaqt li jitqiesu l-possibilità li jkun hemm għajnuna għall-investiment u l-livell ta' traffiku.

Fil-każ ta' skemi ta' għajnuna, iddeskrivi l-metodu applikat mill-awtorità li tagħti l-għajnuna sabiex tivvaluta l-pjanijiet direzzjonali tan-negozju kif ukoll il-probabbiltà li fin-nuqqas tal-għajnuna, il-livell ta' attività ekonomika tal-ajruport ikkonċernat tonqos b'mod sinifikanti, filwaqt li jitqiesu l-possibilita li jkun hemm għajnuna għall-investiment u l-livell ta' traffiku.

2.5.2.   Fil-każ ta' għajnuna operatorja individwali, uri li l-pjan direzzjonali tan-negozju tal-ajruport se jwassal biex l-ispejjeż operattivi jiġu koperti kollha sal-4 ta' April 2024. Speċifika l-parametri ewlenin rilevanti tal-pjan direzzjonalitan-negozju.

Fil-każ ta' skemi ta' għajnuna, ikkonferma li l-awtorità li tagħti l-għajnuna se tagħti l-għajnuna operatorja individwali biss jekk tkun ikkonkludiet li l-pjan direzzjonali tan-negozju tal-ajruport benefiċjarju se jwassal biex l-ispejjeż operattivi jiġu koperti kollha sal-4 ta' April 2024. Speċifika liema parametri ewlenin tal-pjan direzzjonali tan-negozju se jiġu vvalutati mill-awtoritajiet li jagħtu l-għajnuna sabiex jaslu għal dik il-konklużjoni f'kull każ.

2.5.3.   Indika:

Fil-każ ta' għajnuna operattiva individwali: Id-diskrepanza fil-likwidità inizjali tal-ajruport benefiċjarju fuq perjodu ta' għaxar snin, billi tibda bil-kopertura tal-ispejjeż operattivi fl-4 ta' April 2014 fil-bidu tal-perjodu tranżitorju u tasal li tkopri kompletament l-ispejjeż operattivi sal-4 ta' April 2024, fi tmiem il-perjodu tranżitorju.

F'każ ta' skemi ta' għajnuna: ħu impenn li (a) li d-diskrepanza fil-likwidità tal-ajruporti eliġibbli se tiġi stabbilita permezz tal-metodu msemmi fil-punt 2.5.2; (b) l-ajruporti eliġibbli jridu juru li l-ispejjeż operattivi jkunu koperti kollha sal-4 ta' April 2024.

L-ammont massimu permissibbli tal-għajnuna:

Il-perċentwal tad-diskrepanza tal-finanzjament se jkun kopert mill-għajnuna operatorja:

Il-perjodu li matulu se tingħata l-għajnuna operatorja:

2.6.   L-evitar ta' effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ

2.6.1.   Uri li l-ajruporti kollha li jinsabu fl-istess żona ta' lħuq bħall-ajruport jew ajruporti eliġibbli se jkunu jistgħu jkopru kompletament l-ispejjeż operattivi sal-4 ta' April 2024.

2.6.2.   Ikkonferma li l-ajruport, inklużi l-infrastruttura u t-tagħmir kollha kemm huma li għalihom tingħata l-għajnuna għall-investiment, se jkun miftuħ għall-utenti potenzjali kollha u mhux iddedikat għal utent speċifiku wieħed.

☐ iva

☐ le

2.6.3.   Ikkonferma liema huma d-dispożizzjonijiet li permezz tagħhom ikun żgurat li l-kapaċita tal-ajruport se titqassam bejn l-utenti fuq il-bażi ta' kriterji rilevanti, oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji.

PARTI III.13.C

Formola ta' Informazzjoni Supplimentari dwar l-għajnuna għat-tnedija mogħtija lil-linji tal-ajru

Huwa rakkomandat li din il-formola ta' informazzjoni supplimentari timtela flimkien mal-formola ta' ‘Informazzjoni ġenerali’ fil-Parti I, sabiex tiġi notifikata kull għajnuna għat-tnedija koperta mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru  (17).

Din il-formola tapplika kemm għan-notifika ta' skemi ta' għajnuna kif ukoll għal għajnuna individwali.

1.   Informazzjoni addizzjonali dwar il-benefiċjarju, il-proġett u l-għajnuna

1.1.   Benefiċjarju

1.1.1.   L-għajnuna tingħata direttament lil-linja tal-ajru li topera r-rotta l-ġdida?

☐ iva

☐ le

1.1.2.   Jekk it-tweġiba għall-punt 1.1.1 hija ‘le’: iddeskrivi, jekk applikabbli, l-entità jew l-entitajiet legali li (a) tirċievi/jirċievu l-għajnuna; (b) tittrasferixxi/jitrasferixxu l-għajnuna lil entità intermedja jew lil-linja tal-ajru li topera r-rotta l-ġdida.

1.1.3.   Jekk it-tweġiba għall-punt 1.1.1 hija ‘le’, spjega kif l-awtoritajiet jiżguraw li l-livelli intermedji ma jirċievu l-ebda vantaġġ.

1.1.4.   Fil-każ ta' għajnuna individwali, iddeskrivi r-relazzjonijiet legali, organizzazzjonali u finanzjarji bejn il-benefiċjarju tal-għajnuna u (a) l-impriżi li magħhom jifforma parti minn grupp ta' impriżi; (b) is-sussidjarji tiegħu; (c) kull intrapriża assoċjata oħra, inklużi impriżi konġunti.

Fil-każ ta' skemi ta' għajnuna, iddeskrivi l-metodu li bih l-awtorità li tagħti l-għajnuna se tivvaluta r-relazzjonijiet legali, organizzazzjonali u finanzjarji:

1.1.5.   Għażla tal-benefiċjarju: Iddeskrivi (a) il-proċedura li biha se jingħażel jew intgħażel il-benefiċjarju; (b) il-mezz u l-livell ta' reklamar tal-proċedura tal-għażla; (c) il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà; (d) ir-rekwiżiti operattivi; (e) il-kriterji tal-għażla.

2.   Valutazzjoni tal-kompatibilità tal-miżura

2.1.   Il-kontribut lejn għan ta' interess komuni li huwa definit sew

2.1.1.   L-għajnuna għat-tnedija:

(a) ☐

Iżżid il-mobilità taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-konnettività tar-reġjuni billi tiftaħ rotot ġodda?

(b) ☐

Tħaffef l-iżvilupp reġjonali ta' reġjuni mbiegħda?

Spjega kif l-għajnuna tikkontribwixxi għall-għan magħżul.

2.1.2.   Fil-każ tal-għajnuna individwali, uri li r-rotta jew rotot li se tkun/ikunu koperta/i mhijiex jew mhumiex diġà koperti minn servizz ferrovjarju b'veloċità għolja (18) jew minn ajruport ieħor fl-istess żona ta' lħuq (19) b'kundizzjonijiet paragunabbli. Jekk il-kundizzjonijiet ma jitqisux paragunabbli, spjega għaliex.

Fil-każ ta' skemi ta' għajnuna, spjega kif l-awtorità li tagħti l-għajnuna se tiżgura li l-kundizzjoni f'dan il-punt tiġi rrispettata f'kull każ individwali ta' għajnuna għat-tnedija.

2.2.   Ħtieġa ta' intervent mill-Istat

2.2.1.   Indika jekk l-għajnuna għat-tnedija tikkonċernax:

(a) ☐

Rotot li jqabbdu ajruport b'inqas minn 3 miljun passiġġier fis-sena (20) ma' ajruport ieħor fl-Ispazju Komuni Ewropew għall-Avjazzjoni (21);

(b) ☐

Rotot li jqabbdu ajruport li jinsab f'reġjun imbiegħed ma' ajruport ieħor (ġewwa jew barra l-Ispazju Komuni Ewropew għall-Avjazzjoni), ikun xi jkun id-daqs tal-ajruporti kkonċernati;

(c) ☐

Rotot li jqabbdu ajruport bi traffiku ta' iktar minn 3 miljun passiġġier fis-sena u inqas minn 5 miljun passiġġier fis-sena, li ma jinsabux f'żoni mbiegħda. Elabora kif xieraq fuq iċ-ċirkustanzi speċifiċi f'dan il-każ;

(d) ☐

Oħrajn (Speċifika).

2.2.2.   Fil-każ ta' għajnuna individwali, indika fejn jinsabu l-ajruporti konnessi permezz tar-rotot il-ġodda eliġibbli.

2.2.3.   Fil-każ ta' għajnuna individwali li fiha l-għajnuna għat-tnedija tkun għal rotot li jqabbdu ajruport li ma jinsabx f'reġjun imbiegħed ma' ajruport ieħor, ipprovdi d-dejta li ġejja dwar it-traffiku tal-passiġġieri tal-ajruporti mqabbdin bir-rotta/rotot il-ġdida/ġodda:

(a)

rigward ajruporti b'esperjenza ta' traffiku tal-passiġġieri kummerċjali ta' iktar minn sentejn finanzjarji: traffiku annwali medju tal-passiġġieri matul is-sentejn finanzjarji ta' qabel is-sena li fiha hija notifikata jew ingħatat l-għajnuna;

(b)

rigward ajruporti b'esperjenza ta' traffiku tal-passiġġieri kummerċjali ta' inqas minn sentejn finanzjarji: it-traffiku annwali medju ta' passiġġieri previst matul is-sentejn finanzjarji wara li jibda jopera t-traffiku tal-ajru tal-passiġġieri kummerċjali;

Ipprovdi d-dejta fil-forma ta' tabella, kif ġej:

Sena

Ajruport

Ajruport

Sena

Għadd ta' passiġġieri

Għadd ta' passiġġieri

Sena

Għadd ta' passiġġieri

Għadd ta' passiġġieri

L-għadd ta' passiġġieri jrid jingħadd ‘f'direzzjoni waħda’ u għal kull rotta individwali; pereżempju passiġġieri li jtiru lejn l-ajruport u lura jridu jingħaddu darbtejn. Jekk ajruport huwa parti minn grupp ta' ajruporti, id-dejta dwar it-traffiku tal-passiġġieri trid tkun stabbilita fuq il-bażi tal-ajruport individwali.

2.2.4.   Fil-każ ta' skemi ta' għajnuna, spjega kif l-awtorità li tagħti l-għajnuna se tivvaluta fuq il-bażi ta' fejn jinsab l-ajruport, id-dejta dwar it-traffiku ta' passiġġieri u r-rotot, jekk hemmx bżonn ta' intervent tal-Istat f'kull każ individwali ta' għajnuna għat-tnedija.

2.3.   L-adegwatezza tal-miżura

2.3.1.   Fil-każ ta' għajnuna individwali: uri li l-għajnuna ikkonċernata hija xierqa sabiex jintlaħaq l-għan jew jiġu solvuti l-problemi li trid tindirizza. B'mod partikolari, spjega kif l-awtoritajiet stabbilixxew li l-għan ma jistax jinkiseb, u l-istess problema ma tistax tissolva, b'politika jew strumenti ta' għajnuna li jfixklu inqas. Pereżempju, jekk l-għajnuna tingħata f'forom li jipprovdu vantaġġ ekonomiku dirett (22), uri għaliex forom ta' għajnuna bħal self bil-quddiem li jitħallas lura jew forom ta' għajnuna bbażati fuq strumenti ta' dejn jew ta' ekwità (22) mhumiex adegwati.

2.3.2.   Fil-każ ta' għajnuna individwali f'każ li l-linja tal-ajru benefiċjarja ħejjiet pjan direzzjonali tan-negozju ex ante għar-rotta li tirċievi l-għajnuna: ipprovdi dak il-pjan direzzjonali tan-negozju. Dak il-pjan direzzjonali tan-negozju jrid jindika jekk hemmx prospettivi li r-rotta tibda tagħmel qligħ għal-linja tal-ajru mingħajr finanzjament pubbliku wara tliet snin.

2.3.3.   Fil-każ ta' għajnuna individwali fin-nuqqas ta' pjan ta' direzzjoni tan-negozju ex ante għar-rotta li tirċievi l-għajnuna: ipprovdi dokument li juri li l-linja tal-ajru inkwistjoni ħadet impenn irrevokabbli li topera r-rotta għal perjodu li tal-inqas daqs il-perjodu li matulu rċiviet għajnuna mill-istat.

2.3.4.   Fil-każ ta' skemi ta' għajnuna, spjega kif l-awtorità li tagħti l-għajnuna se tivvaluta jekk il-miżura hijiex xierqa f'kull każ individwali tal-għajnuna għat-tnedija.

2.4.   L-effett ta' inċentiv u l-proporzjonalità tal-miżura

2.4.1.   Fil-każ ta' għajnuna individwali, spjega għaliex, jekk disponibbli fuq il-bażi ta' pjan direzzjonali tan-negozju, hemm il-probabbiltà li fin-nuqqas ta' għajnuna, il-livell ta' attività ekonomika tal-linja tal-ajru fl-ajruport ikkonċernat ma jikbirx.

Fil-każ ta' skemi ta' għajnuna, iddeskrivi l-metodu applikat mill-awtorità li tagħti l-għajnuna sabiex tivvaluta l-probabbiltà li fin-nuqqas ta' għajnuna, il-livell ta' attività ekonomika tal-linja tal-ajru fl-ajruport ikkonċernat ma jiżdiedx.

2.4.2.   Fil-każ ta' għajnuna individwali, ikkonferma li r-rotta l-ġdida se tibda/bdiet topera biss wara li ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għall-għajnuna lill-awtorità li tagħti l-għajnuna u pprovdi: (a) kopja tal-applikazzjoni għall-għajnuna mibgħuta mill-benefiċjarju lill-awtorità li tagħti l-għajnuna; (b) evidenza dokumentata tad-data tal-bidu tal-operazzjonijiet fuq ir-rotta l-ġdida.

Fil-każ ta' skemi ta' għajnuna, ikkonferma li r-rotot eliġibbli l-ġodda se jibdew joperaw biss wara li tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għall-għajnuna lill-awtorità li tagħti l-għajnuna.

2.4.3.   Ikkonferma li l-għajnuna se tingħata għal kull rotta għal mhux iktar minn tliet snin.

2.4.4.   Speċifika l-intensità tal-għajnuna, li hija l-ammont totali tal-għajnuna mogħti bħala perċentwal tal-ispejjeż eliġibbli (23). Iż-żewġ ċifri jridu jingħataw f'termini tal-valur preżenti nett meta tingħata l-għajnuna u qabel titnaqqas kull taxxa jew tariffa oħra.

2.4.5.   Speċifika d-dispożizzjonijiet magħmula biex jiġi evitat kumpens żejjed u jiġu rkuprati mingħand il-linja tal-ajru benefiċjarja l-ammonti eċċessivi ta' għajnuna.

2.4.6.   Speċifika l-miżuri meħudin sabiex jiġi evitat sussidjar ta' rotot oħrajn tal-linja tal-ajru benefiċjarja lejn u mill-ajruport jew ajruporti ikkonċernati.

2.5.   L-evitar ta' effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ

2.5.1.   Fil-każ ta' għajnuna individwali: ikkonferma li l-konnessjoni (pereżempju, par ibliet) li se tiġi operata mir-rotta tal-ajru l-ġdida mhijiex moqdija diġà minn servizz ferrovjarju b'veloċità għolja jew ajruport ieħor fl-istess żona ta' lħuq b'kundizzjonijiet paragunabbli, partikolarment f'termini ta' tul tal-vjaġġ. Ara wkoll il-punt 2.1.2.

F'każ ta' skemi ta' għajnuna: Spjega kif l-awtorità li tagħti l-għajnuna se tiżgura li tiġ ssodisfata l-kundizzjoni f'dan il-punt f'kull każ individwali ta' għajnuna gġat-tnedija.

2.5.2.   Ġib prova li matul l-ippjanar biex tingaħta għajnuna għat-tnedija lil linja tal-ajru għar-rotta l-ġdida kemm jekk permezz ta' ajruport kif ukoll jekk le, il-pjanijiet tal-awtorità pubblika tqiegħdu jew se jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku biżżejjed minn qabel u b'reklamar adegwat, sabiex il-linji tal-ajru kollha interessati jkunu jistgħu joffru s-servizzi tagħhom.

2.5.3.   Ikkonferma li l-għajnuna għat-tnedija kkonċernata ma tistax tingħata flimkien ma' xi tip ieħor ta' għajnuna mill-Istat mogħtija għall-operat tal-istess rotta.

PARTI III.13.D

Formola ta' Informazzjoni Supplimentari dwar l-għajnuna ta' karattru soċjali skont l-Artikolu 107 (2) (a) tat-Trattat, għal servizzi tat-trasport bl-ajru

Huwa rakkomandat li din il-formola ta' informazzjoni supplimentari timtela flimkien mal-formola ta' ‘Informazzjoni ġenerali’ fil-Parti I, sabiex jiġi notifikat kull għoti ta' għajnuna soċjali kopert mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru  (24)

1.   Informazzjoni dwar il-benefiċjarju jew benefiċjarji, il-proġett u l-għajnuna

1.1.   Spjega l-għan(ijiet) soċjali tal-miżura notifikata u għaliex kkunsidrajt li l-miżura tilħaq dal l-għan jew dawk l-għanijiet.

1.2.   Dettalji tal-għajnuna prevista

1.2.1.   Iddeskrivi (a) il-metodu tal-għoti u d-distribuzzjoni tal-għajnuna lill-konsumaturi finali; (b) fejn applikabbli, iddeskrivi l-entità jew l-entitajiet legali li tirċievi/jirċievu l-għajnuna jew li tittrasferixxi l-għajnuna lil entità intermedjarja responsabbli milli tqassamha lill-konsumaturi finali eliġibbli.

1.2.2.   Iddeskrivi l-kategoriji ta' konsumaturi finali eliġibbli. Pereżempju passiġġieri bi ħtiġijiet partikolari bħat-tfal, nies b'diżabilitajiet, nies bi dħul baxx, studenti u anzjani, eċċ. (25).

1.2.3.   Ikkonferma li l-konsumaturi finali eliġibbli se jibbenefikaw b'mod effettiv mill-għajnuna.

1.2.4.   Iddeskrivi r-rotot eliġibbli għall-għajnuna.

1.2.5.   L-għajnuna se tingħata għal trasport ta' passiġġieri fuq rotta jew rotot li jqabbdu ajruport jew ajruporti f'reġjun imbiegħed (26) ma' ajruport ieħor jew ajruporti oħrajn fiż-Żona Ekonomika Ewropea?

☐ iva

☐ le

1.2.6.   Jekk it-tweġiba għall-punt 1.2.5 hija ‘iva’, iddeskrivi ż-żoni ġeografiċi eliġibbli u r-rotot.

1.2.7.   Speċifika l-ispejjeż li jridu jiġu kkumpensati mill-għajnuna u kkonferma li l-ispejjeż eliġibbli huma limitati għall-prezz ta' biljett ta' ritorn, inklużi t-taxxi u t-tariffi kollha, u bil-ħruġ ta' fattura tal-operatur favur il-konsumatur finali eliġibbli.

1.2.8.   Ikkonferma li l-għajnuna se tingħata mingħajr diskriminazzjoni bejn il-kanali ta' distribuzzjoni, bħal aġenziji tal-ivjaġġar, servizzi fuq l-art tal-linji tal-ajru u siti web.

1.2.9.   Iddeskrivi (a) il-proċedura li biha se jintgħażel, intgħażel jew intgħażlu l-operatur(i) tas-servizzi tal-ajru; (b) il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà u (c) il-kriterji tal-għażla.

1.2.10.   Ikkonferma li l-għajnuna se tingħata mingħajr diskriminazzjoni rigward l-oriġini tas-servizzi, jiġifieri indipendentement mil-linja tal-ajru li topera s-servizzi.

1.2.11.   Iddeskrivi l-kontrolli u s-salvagwardji li hemm fis-seħħ biex ikun żgurat li l-iskema tintuża biss minn konsumaturi finali eliġibbli u li ma hemm l-ebda kumpens żejjed.

PARTI III.13.E

Formola ta' Informazzjoni Supplimentari dwar l-għajnuna għat-trasport marittimu

Huwa rakkomandat li din il-formola ta' informazzjoni supplimentari timtela flimkien mal-formola ta' ‘Informazzjoni ġenerali’ fil-Parti I, biex tiġi notifikata kull miżura koperta mil-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għat-trasport marittimu  (27) (‘il-Linji Gwida’).

1.   Informazzjoni dwar it-tip ta' skema

L-iskema hija jew tinkludi:

(a) ☐

Taxxa fuq it-Tunnellaġġ

(b) ☐

tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet soċjali

(c) ☐

tnaqqis fit-taxxi lokali

(d) ☐

tnaqqis tat-tariffi għar-reġistrazzjoni

(e) ☐

għajna għat-taħriġ

(f) ☐

għajnuna għat-trasferiment ta' trakkijiet mit-toroq lejn passaġġi tal-baħar

(g) ☐

kuntratt ta' servizz pubbliku jew il-proċedura tal-għażla tiegħu

(h) ☐

għajnuniet ta' karattru soċjali

(i) ☐

oħrajn, iddeskrivi:

2.   Informazzjoni dwar l-eliġibbiltà

Għall-kategoriji (a) (b) (c) (d) (e) (f) fil-punt 1, wieġeb għall-punti 2.2 sa 2.7:

2.1.

X'inhuma l-kriterji ta' eliġibilità għall-kumpaniji?

2.2.

X'inhuma l-kriterji tal-eliġibilità għal dgħajjes? b'mod partikolari hemm obbligu fir-rigward tal-bandiera? X'inhuma l-obbligi relatati mal-bandiera għall-flotta ta' kumpaniji li jidħlu fl-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ wara s-17 ta' Jannar 2004? L-obbligi relatati mal-bandiera japplikaw għall-flotta kollha tal-kumpanija benefiċjarja jew biss għall-flotta li hija proprjetà tagħha u l-flotta mikrija f'termini ta' bastiment waħdu?

2.3.

X'inhuma l-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà għall-flotta mikrija f'termini ta' bastiment waħdu?

2.4.

X'inhuma l-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà għall-flotta mikrija bil-ħin jew bil-vjaġġ?

2.5.

Fejn xieraq, x'inhuma l-kriterji ta' eliġibilità għall-baħħara?

2.6.

Iddeskrivi l-lista ta' attivitajiet eliġibbli. B'mod partikolari, ir-reġim jikkonċerna:

☐ attivitajiet ta' rmonk?

☐ attivitajiet ta' tħammil?

B'mod aktar ġenerali, l-attivitajiet ta' trasport bil-baħar, għajr it-trasport marittimu tal-merkanzija u tal-passiġġieri, huma koperti mill-iskema ta' għajnuna?

2.7.

X'inhuma l-miżuri ta' iżolament li ttieħdu biex jiġu evitati l-effetti sekondarji fuq attivitajiet oħra tal-istess kumpanija?

Fil-każ tal-kategorija (g) fil-punt 1:

2.8.

X'inhuma l-obbligi tas-servizzi pubbliċi, il-metodu għall-kalkolu tal-kumpens, l-offerti differenti ppreżentati fl-offerta u r-raġunijiet għall-għażla tal-kumpanija nominata?

Fil-każ tal-kategorija (h) fil-punt 1:

2.9.

X'inhuma r-rotot ikkonċernati, il-popolazzjonijiet ta' utenti kkonċernati u l-kundizzjonijiet marbuta mal-għoti ta' għotjiet individwali?

3.   Informazzjoni dwar l-intensità tal-għajnuna

3.1.   Liema mekkaniżmi hemm biex permezz tagħhom jiġu żgurat li jkun hemm ir-rispett tal-limitu massimu tal-għajnuna speċifikat fil-Kapitolu 11 tal-Linji Gwida? Kif jinżammu r-rekords rilevanti?

Għall-kategorija (a) fil-punt 1, ieġeb għall-punti 3.2 sa 3.7:

3.2.

X'inhuma r-rati użati biex jiġi kkalkulat id-dħul taxxabbli għal kull 100 NT?

 

Sa 1 000 NT …

 

Bejn 1 001 u 10 000 NT …

 

Bejn 10 001 u 20 000 NT …

 

Aktar minn 20 001 NT …

3.3.

Il-kumpaniji huma obbligati jistabbilixxu kontabilità separata meta joperaw attivitajiet kemm eliġibbli kif ukoll mhux eliġibbli?

3.4.

X'tip ta' trattament huwa applikat għal gruppi ta' kumpaniji u tranżazzjonijiet bejn il-grupp?

3.5.

Sa liema punt id-dħul minn attivitajiet anċillari huwa kopert minn skema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ?

3.6.

Hemm regoli speċjali tat-taxxa għal bastimenti li jdaħħlu taxxa fuq it-tunellaġġ f'sitwazzjoni fejn il-valur tas-suq tagħhom jeċċedi l-valur tat-taxxa tagħhom?

3.7.

Il-livell normali tat-taxxa skont ir-regoli ġenerali tat-taxxa tal-Istati Membri huwa applikat għar-rimunerazzjoni ta' diretturi u azzjonisti ta' kumpaniji tal-vapuri?

Fil-każ tal-kategoriji (b) (c) u (d) fil-punt 1, wieġeb għall-punti 3.8 sa 3.10:

3.8.

X'inhi l-intensità tal-għajnuna f'termini ta' perċentwali tal-kontribuzzjonijiet soċjali/fiskali jew ta' taxxa jew tariffi li l-baħħar jew sid il-bastiment kienu normalment ikunu suġġetti għalihom?

3.9.

Jew għal liema livell f'termini assoluti ġew limitati l-kontribuzzjonijiet, it-tariffi jew it-taxxi msemmija fil-punt 3.8?

3.10.

Fil-każ ta' gangmu u dgħajjes tal-irmonk, l-għajnuna hija strettament limitata għall-parti mill-attivitajiet li tikkonċerna t-trasport marittimu?

3.11.

Fil-każ tal-kategorija (e) fil-punt 1: X'inhi l-intensità tal-għajnuna f'termini tal-ispejjeż tat-taħriġ jew is-salarju tal-apprendist?

3.12.

Fil-każ tal-kategorija (f) fil-punt 1: X'inhu l-ammont ta' għajnuna għal kull tunnellata-kilometru li tkun ġiet trasferita?

3.13.

Fil-każ tal-kategorija (h) fil-punt 1: X'inhu l-ammont ta' għotjiet individwali?

…”


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat (ĠU L 140 30.4.2004, p. 1).

(2)  NACE Rev. 2, jew leġiżlazzjoni sussegwenti li temendaha jew tissostitwixxiha; NACE hija l-Klassifikazzjoni tal-Istatistika tal-Attivitajiet Ekonomiċi fl-Unjoni Ewropea kif stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.)

(3)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u medji (traduzzjoni mhux uffiċjali) (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(4)  Fil-każ ta' intrapriżi msieħba u assoċjati, kun af li l-ammonti rrapportati għall-benefiċjarju tal-għajnuna għandhom jikkunsidraw l-għadd ta' impjegati u d-dejta finanzjarja tal-intrapriżi assoċjati u/jew l-intrapriżi msieħba.

(5)  Kif definit fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' impriżi mhux finanzjarji f'diffikultà (ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 — il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1).

(7)  In-numru ta' reġistrazzjoni tal-Kummissjoni tal-iskema awtorizzata jew li ngħatat eżenzjoni ta' kategorija.

(8)  Skont l-Artikolu 1(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2015/1589 tat-13 ta' Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9), għajnuna individwali tfisser għajnuna li ma tingħatax fuq il-bażi ta' skema ta' għajnuna u għoti ta' għajnuna notifikabbli fuq il-bażi ta' skema.

(9)  Id-data tal-impenn li jorbot bil-liġi għall-għoti tal-għajnuna.

(10)  Fil-każ ta' għajnuna lis-settur tal-agrikoltura jew lis-settur tas-sajd u l-akkwakultura, tintalab informazzjoni dwar il-konformità mal-prinċipji komuni tal-valutazzjoni fil-Partijiet III.12 (Skeda ta' informazzjoni supplementari għall-għajnuna lis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fis-settur taż-żoni rurali) u III.14 (Skeda ta' informazzjoni supplementari għall-għajnuna għas-settur tas-sajd u l-akkwakultura).

(11)  Għan sekondarju huwa wieħed li, flimkien mal-għan primarju, l-għajnuna tkun iddedikata esklussivament għalih. Pereżempju, skema li għaliha l-għan primarju huwa r-riċerka u l-iżvilupp jista' jkollha bħala għan sekondarju l-intrapriżi żgħar jew ta' daqs medju (SMEs) jekk l-għajnuna hija ddedikata esklussivament għall-SMEs. L-għan sekondarju jista' jkun settorjali wkoll, pereżempju fil-każ ta' skema ta' riċerka u żvilupp fis-settur tal-azzar.

(12)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni li temenda l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Linji Gwida tal-UE għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks tal-broadband, dwar linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020, dwar għajnuna mill-Istat għal films u xogħlijiet awdjoviżivi oħra, dwar il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta' investimenti u finanzjament ta' riskju u dwar il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (ĠU C 198, 27.6.2014, p. 30).

(13)  Għotja/Sussidju tar-rata tal-imgħax, Self/Self bil-quddiem li jitħallas lura/Għotja rimborżabbli, Garanzija, Benefiċċju fuq it-taxxa jew eżenzjoni mit-taxxa, Finanzjament ta' riskju, Oħrajn (speċifika). Jekk l-għajnuna tingħata permezz ta' bosta strumenti ta' għajnuna, l-ammont tal-għajnuna jrid jiġi pprovdut skont l-istrument.

(14)  Rekwiżit bħal dak jista' jitneħħa fir-rigward tal-għotjiet ta' għajnuna individwali f'somom inqas minn EUR 500 000. Għal skemi fil-forma ta' benefiċċju fuq it-taxxa, l-informazzjoni dwar l-ammonti ta' għajnuna individwali tista' tiġi pprovduta fil-limiti li ġejjin (f'miljuni ta' EUR): [0.5-1]; [1-2];[2-5]; [5-10]; [10-30]; [30 u iktar].

(15)  L-ammont kumplessiv tal-għajnuna ppjanata, mogħti f'ammonti sħaħ tal-munita nazzjonali. Għall-miżuri tat-taxxa, id-dħul ġenerali stmat mitluf minħabba konċessjonijiet ta' taxxa. Jekk il-baġit annwali medju tal-għajnuna mill-Istat għall-iskema jkun iktar minn EUR 150 miljun, imla t-taqsima dwar l-evalwazzjoni.

(16)  Għal informazzjoni dwar l-ammonti tal-għajnuna jew il-baġit fi kwalunkwe kapitlu ta' din il-formola u formoli supplimentari, agħti l-ammont sħiħ fil-munita nazzjonali.

(17)  Fil-każ ta' baġit annwali medju tal-għajnuna mill-Istat tal-iskema ta' aktar minn EUR 150 miljun, jekk jogħġbok imla t-taqsima dwar l-Evalwazzjoni ta' din il-formola ta' notifika. Ir-rekwiżit ta' Evalwazzjoni ma japplikax għal skemi ta' għajnuna koperti mill-formola ta' informazzjoni Supplimentari dwar l-għajnuna għall-Agrikoltura.

(18)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (ĠU L 190, 28.6.2014, p. 45).

(19)  Il-finanzjament tal-Unjoni amministrat ċentralment mill-Kummissjoni li mhuwiex direttament jew indirettament taħt il-kontroll tal-Istat Membru, ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. Meta finanzjament tal-Unjoni bħal dak jingħata flimkien ma' finanzjament pubbliku ieħor, dan tal-aħħar biss jiġi kkunsidrat meta jiġi stabbilit jekk humiex rispettati l-limiti tan-notifika u l-intensitajiet massimi tal-għajnuna, sakemm l-ammont totali tal-finanzjament pubbliku mogħti b'rabta mal-istess spejjeż eliġibbli ma jaqbiżx ir-rati massimi ta' finanzjament stabbiliti fir-regolamenti Ewropej applikabbli.

(20)  Ir-rekwiżit ta' Evalwazzjoni ma japplikax għal skemi ta' għajnuna koperti mill-formola ta' informazzjoni Supplimentari dwar l-għajnuna għall-Agrikoltura.

(21)  Biex jiggwidak, ara d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni ‘Metodoloġija Komuni għall-evalwazzjoni tal-għajnuna mill-Istat’, SWD(2014) 179 finali tat-28.5.2014 f'http://ec.europa.eu/competition/state_aid/modernisation/state_aid_evaluation_methodology_en.pdf.

(22)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/19992015/1589 tat-13 ta' Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).

(23)  Biex jiggwidak, ara l-Artikolu 339 TFUE li jagħmel referenza għal ‘tagħrif li jirriferi għal impriżi u dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom jew l-elementi tal-costing tagħhom’. B'mod ġenerali, il-qrati tal-Unjoni fissru ‘sigrieti kummerċjali’ bħala informazzjoni ‘li mhux biss l-iżvelar tagħha lill-pubbliku iżda saħansitra anki s-sempliċi mogħdija lil persuna oħra għajr dik li pprovdiet l-informazzjoni jista' jagħmel ħsara serja lill-interess ta' dik imsemmija l-aħħar’ fil-Kawża T-353/94, Postbank v. Il-Kummissjoni ECLI:EU:T:1996:119, paragrafu 87.

(24)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-assigurazzjoni tal-esportazzjoni tal-kreditu fuq terminu qasir (ĠU C 392, 19.12.2012, p. 1).

(25)  Linji gwida dwar ċerti miżuri ta' għajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-iskema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra wara l-2012 (ĠU C 158, 5.6.2012, p. 4).

(26)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta' Awwissu 2013, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri ta' appoġġ favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (ĠU C 216, 30.7.2013, p. 1).

(27)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Kriterji għall-analiżi tal-kompatibilità mas-suq intern tal-għajnuna mill-Istat biex tippromwovi l-eżekuzzjoni ta' proġetti importanti ta' interess Ewropew komuni (ĠU C 188, 20.6.2014, p. 4).

(28)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għal kumpens mogħti għall-forniment ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU C 8, 11.1.2012, p. 4).

(1)  Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 (ĠU C 209, 23.7.2013, p. 1).

(2)  ‘L-istess attività jew waħda simili’ tfisser attività li taqa' fl-istess klassi (kodiċi numeriku b'erba' ċifri) tal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi NACE Rev. 2.

(3)  Kif definit fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' impriżi mhux finanzjarji f'diffikultà (ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1).

(4)  ĠU C 25, 26.1.2013, p. 1.

(5)  Kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009 tal-25 ta' Ġunju 2009 dwar il-qafas ġuridiku Komunitarju applikabbli għal Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka (ERIC) (ĠU L 206, 8.8.2009, p. 1).

(6)  ‘SMEs’ tfisser intrapriżi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(7)  L-akkwist uniku tal-ishma ta' kumpanija ma jikkwalifikax bħala investiment inizjali.

(8)  ‘L-istess attività jew waħda simili’ tfisser attività li taqa' fl-istess klassi (kodiċi numeriku b'erba' ċifri) tal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi NACE Rev. 2.

(*)  Fil-munita nazzjonali (ara wkoll il-punt 2.5 ta' hawn taħt)

(29)  Fis-settur tat-trasport, in-nefqa fuq ix-xiri ta' tagħmir tat-trasport ma tistax tiġi inkluża fis-sett uniformi ta' partiti tan-nefqa. Tali nefqa mhix eliġibbli għal investiment inizjali.

(9)  Il-paragrafu 94 RAG ma japplikax għal SMEs jew fil-każ tal-akkwist ta' stabbiliment.

(10)  Il-paragrafu 101 RAG jistipula li assi intanġibbli li huma eliġibbli għall-kalkolu tal-ispejjeż tal-investimenti jridu jibqgħu assoċjati maż-żona megħjuna kkonċernata u ma għandhomx jiġu ttrasferiti għal reġjuni oħra. Għal dan il-għan, l-assi intanġibbli jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

dawn għandhom jintużaw esklussivament fl-istabbiliment li qed jirċievi l-għajnuna:

dawn iridu jkunu jistgħu jiġu ammortizzati;

dawn iridu jinxtraw skont il-kundizzjonijiet tas-suq minn terzi mhux relatati max-xerrej.

Il-paragrafu 102 RAG jistipula li l-assi intanġibbli jridu jiġu inklużi fl-assi tal-intrapriża li tkun qed tirċievi l-għajnuna u jridu jibqgħu assoċjati mal-proġett li għalih tkun ingħatat l-għajnuna għal tal-inqas ħames snin (tliet snin għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju).

(**)  Fil-munita nazzjonali

(30)  Fis-settur tat-trasport, in-nefqa fuq ix-xiri ta' tagħmir tat-trasport ma tistax tiġi inkluża fis-sett uniformi ta' partiti tan-nefqa. Dik in-nefqa mhix eliġibbli għal investiment inizjali.

(11)  Għall-metodoloġija, irreferi għall-Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta' imgħax għall-irkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta' referenza/ta' skont għall-25 Stat Membru, fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2007 (ĠU C 317, 23.12.2006, p. 2) u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-rieżami tal-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta' referenza u tar-rati skontati (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6).

(***)  Fil-munita nazzjonali

(12)  L-ammont(i) ta' għajnuna u l-ispejjeż eliġibbli għandhom jiġu provduti kemm f'valuri nominali kif ukoll f'dawk skontati.

(****)  Fil-munita nazzjonali

(13)  Sabiex tagħmel dan, tista' pereżempju, tirreferi għall-kriterji numerati fil-paragrafu 40 tar-RAG u/jew għall-pjan direzzjonali tan-negozju tal-benefiċjarju.

(14)  Din il-mistoqsija ma tapplikax għal self sussidjat, self pubbliku ta' kapital ta' ekwità jew parteċipazzjonijiet pubbliċi li ma jilħqux il-prinċipju ta' investitur tas-suq, garanziji mill-istat li fihom elementi ta' għajnuna, jew appoġġ pubbliku mogħti fl-ambitu tar-regola de minimis.

(15)  Pereżempju, għotjiet diretti, eżenzjonijiet jew tnaqqis tat-taxxi, sigurtà soċjali jew imposti oħrajn obbligatorji, jew il-provvista ta' art, prodotti jew servizzi bi prezzijiet favorevoli, eċċ.

(16)  Pereżempju, self b'rati baxxi tal-imgħax jew tnaqqis tal-imgħax, garanziji tal-istat, ix-xiri ta' parteċipazzjoni azzjonarja jew il-forniment b'modi oħra ta' kapital b'termini vantaġġużi.

(17)  Il-perjodu ta' żmien ikkunsidrat għall-kalkolu tal-IRR għandu jikkorrispondi ma' skedi taż-żmien li normalment huma kkunsidrati mill-industrija għal proġetti simili.

(18)  L-ispejjeż u l-benefiċċji kollha rilevanti jridu jiġu kkunsidrati, inkluż pereżempju, l-ispejjeż amministrattivi, l-ispejjeż tat-trasportl-ispejjeż għat-taħriġ li ma jkunux koperti minn għajnuna għat-taħriġ kif ukoll id-differenzi fil-pagi. Madankollu, f'każ li l-post alternattiv ikun jinsab fiż-ŻEE, is-sussidji mogħtija f'dak il-post l-ieħor ma għandhomx jiġu kkunsidrati.

(19)  Dettalji dwar il-klassifikazzjonijiet kollha huma disponibbli fid-database tal-klassifikazzjonijiet tal-Eurostat, fil-preżent f'din il-link: http://ec.europa.eu/eurostat/data/classifications.

(20)  Meta s-suq ma jkunx sejjer tajjeb daqs kemm mistenni, normalment jitkejjel f'paragun mal-PDG taż-ŻEE tul l-aħħar tliet snin qabel ma jibda l-proġett (rata normattiva); dan jista' jkun stabbilit ukoll fuq il-bażi tar-rati ta' tkabbir mistennijin fit-tlieta sa ħames snin li ġejjin. L-indikaturi jistgħu jinkludu t-tkabbir futur prevedibbli tas-suq ikkonċernat u r-rati tal-użu tal-kapaċità mistennija li jirriżultaw, kif ukoll l-impatt potenzjali taż-żieda fil-kapaċità fuq il-kompetituri permezz tal-effetti li tħalli fuq il-prezzijiet u l-marġnijiet tal-profitt.

(21)  Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 (ĠU C 209, 23.7.2013, p. 1).

(22)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).

(23)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013 p. 1).

(24)  ‘L-istess attività jew waħda simili’ tfisser attività li taqa' fl-istess klassi (kodiċi numeriku b'erba' ċifri) tal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi NACE Rev. 2.

(31)  Kif definit fil-Kumunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristruttur ta' impriżi mhux finanzjarji f'diffikultà (ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1).

(32)  Kif definit fl-Anness IV tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020.

(33)  Il-Linji Gwida għall-Għajnuna Reġjonali japplikaw għal skemi ta' għajnuna li jsostnu attivitajiet barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-TFUE, iżda koperti mir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487) u li huma kofinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali jew jingħataw bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għal tali skemi kofinanzjati, sakemm regoli settorjali ma jistipulawx mod ieħor.

(34)  Kif definit fin-nota ta' qiegħ il-paġna 12 tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali.

(25)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Linji Gwida tal-UE għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks tal-broadband (ĠU C 25, 26.1.2013, p. 1).

(26)  ‘SMEs’ tfisser impriżi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(27)  Is-sempliċ akkwist tal-ishma ta' kumpanija ma jikkwalifikax bħala investiment inizjali.

(28)  ‘L-istess attività jew waħda simili’ tfisser attività li taqa' fl-istess klassi (kodiċi numeriku b'erba' ċifri) tal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi NACE Rev. 2.

(29)  Il-limitu massimu ta' notifika huwa definit fil-paragrafu 20(n) RAG.

(30)  Fis-settur tat-trasport, in-nefqa fuq ix-xiri ta' tagħmir tat-trasport ma tistax tiġi inkluża fis-sett uniformi ta' partiti tan-nefqa. Dik in-nefqa mhix eliġibbli għal investiment inizjali.

(31)  Din id-dispożizzjoni ma għandhiex għalfejn tapplika għal SMEs jew fil-każ ta' akkwiżizzjoni ta' stabbiliment.

(32)  Il-paragrafu 101 RAG jistipula li assi intanġibbli li huma eliġibbli għall-kalkolu tal-ispejjeż tal-investimenti jridu jibqgħu assoċjati maż-żona megħjuna kkonċernata u ma għandhomx jiġu ttrasferiti għal reġjuni oħra. Għal dak il-għan, l-assi intanġibbli jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

għandhom jintużaw esklussivament fl-istabbiliment li qed jirċievi l-għajnuna:

iridu jkunu jistgħu jiġu ammortizzati;

iridu jinxtraw skont il-kundizzjonijiet tas-suq minn terzi mhux relatati max-xerrej.

Il-paragrafu 102 RAG jistipula li l-assi intanġibbli jridu jiġu inklużi fl-assi tal-impriża li tkun qed tirċievi l-għajnuna u jridu jibqgħu assoċjati mal-proġett li għalih tkun ingħatat l-għajnuna għal mhux inqas minn ħames snin (tliet snin fil-każ ta' SMEs).

(33)  Il-Programm Operattiv jew il-programm ta' żvilupp definit fil-kuntest tal-Fond Ewropew ta' Żvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali jew il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd (EMFF).

(34)  Din il-mistoqsija ma tapplikax għal self sussidjat, self pubbliku ta' kapital ta' ekwità jew parteċipazzjonijiet pubbliċi li ma jilħqux il-prinċipju ta' investitur tas-suq, garanziji mill-istat li fihom elementi ta' għajnuna, jew appoġġ pubbliku mogħti fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regola de minimis.

(35)  Għal dan l-għan tista' ssir referenza, fost l-oħrajn, għal valutazzjonijiet tal-impatt tal-iskema proposta jew valutazzjonijiet ex post ta' skemi simili.

(36)  Pereżempju, għotjiet diretti, eżenzjonijiet jew tnaqqis tat-taxxi, sigurtà soċjali jew imposti oħrajn obbligatorji, jew il-provvista ta' art, prodotti jew servizzi bi prezzijiet favorevoli, eċċ.

(37)  Pereżempju, self b'rati baxxi tal-imgħax jew tnaqqis tal-imgħax, garanziji tal-istat, ix-xiri ta' parteċipazzjoni azzjonarja jew il-forniment b'modi oħra ta' kapital b'termini vantaġġużi.

(38)  Xenarju kontrofattwali jitqies kredibbli jekk ikun ġenwin u jekk ikun jirrigwarda l-fatturi prevalenti għat-teħid tad-deċiżjonijiet fiż-żmien li fih il-benefiċjarju jieħu d-deċiżjoni dwar l-investiment.

(39)  Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tivvaluta l-probabilità ta'effetti negattivi, l-Istat Membru jista' jippreżenta kull valutazzjoni tal-impatt li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu, kif ukoll evalwazzjonijiet ex-post li twettqu qabel għal skemi simili preċedenti (kif speċifikat fil-paragrafu 125 RAG).

(40)  Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 (ĠU C 209, 23.7.2013, p. 1).

(35)  Kif definit fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' impriżi mhux finanzjarji f'diffikultà (ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1).

(36)  Kif definit fl-Anness IV tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020.

(37)  Il-Linji Gwida għall-Għajnuna Reġjonali japplikaw għal skemi ta' għajnuna li jsostnu attivitajiet barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 42 TFUE iżda li huma koperti mir-Regolament dwar l-Iżvilupp Rurali (ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487)) u huma kofinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali jew jingħataw bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għal skemi ta' dak it-tip kofinanzjati, sakemm ma jkunx hemm regoli settorjali li jistipulaw mod ieħor.

(41)  ‘SMEs’ tfisser impriżi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju — ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

(42)  F'dan ir-rigward, innota li għajnuna operatorja biex tikkumpensa għal kostijiet addizzjonali tat-trasport ta' oġġetti li ġew prodotti f'żoni eliġibbli għal għajnuna operatorja tista' tingħata biss f'konformità mar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (‘ĠBER’) fis-seħħ fil-mument tal-għotja.

(43)  ĠU C 198, 27.6.2014, p. 1.

(44)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).

(45)  ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1.

(46)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65) u d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

(47)  Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri li jkopru kemm l-iżvilupp kif ukoll l-akkwist sussegwenti ta' prodotti jew servizzi uniċi jew speċjalizzati.

(48)  Jekk l-applikazzjoni għall-għajnuna tkun għal proġett ta' R&Ż, din ma teskludix li l-benefiċjarju potenzjali jkun diġà wettaq studji tal-fattibbiltà li mhumiex koperti mit-talba għall-għajnuna.

(49)  ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6.

(50)  ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1.

(51)  Dan jirreferi b'mod partikolari għat-tipi ta' kumpaniji msemmijin fl-Anness I tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(52)  Dan hu l-każ meta t-tnaqqis ta' telf akkumulat minn riżervi (u l-elementi kollha l-oħra li ġeneralment huma kkunsidrati bħala parti mill-fondi proprji tal-kumpanija) iwassal għal ammont kumulattiv li jkun għola minn nofs il-kapital azzjonarju sottoskritt.

(53)  Dan jirreferi b'mod partikolari għat-tipi ta' kumpaniji msemmijin fl-Anness II tad-Direttiva 2013/34/UE.

(54)  Kif inhu definit fid-Deċiżjoni 2010/787/UE.

(55)  Kif inhu definit fl-Anness IV tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 (ĠU C 209, 23.7.2013, p. 1).

(56)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta' Awwissu 2013, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri ta' appoġġ favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (‘il-Komunikazzjoni dwar il-Banek’) (ĠU C 216, 30.7.2013, p. 1).

(57)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta' referenza u ta' skont (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6) jew kull komunikazzjoni futura li tista' tissostitwixxiha.

(58)  Inkluża kull għajnuna bħal din mogħtija qabel ma l-Kummissjoni tkun bdiet tapplika l-Linji Gwida, jiġifieri qabel l-1.8.2014.

(59)  Qed tinġibed l-attenzjoni tiegħek dwar il-fatt li meta jkunu għaddew inqas minn 10 snin minn meta jkunu ngħataw l-għajnuna għas-salvataġġ jew l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar jew ikun wasal fi tmiemu l-perjodu ta' ristrutturar jew twaqqfet l-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar (skont liema jseħħ l-aħħar), għajnuna għas-salvataġġ, għajnuna għar-ristrutturar jew appoġġ temporanju għar-ristrutturar oħrajn jistgħu jingħataw biss: (a) meta l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar isegwi l-għoti tal-għajnuna għas-salvataġġ bħala parti minn operazzjoni waħda ta' ristrutturar; (b) meta l-għajnuna għar-ristrutturar issegwi l-għoti tal-għajnuna għas-salvataġġ jew l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar bħala parti minn operazzjoni waħda ta' ristrutturar; (c) meta l-għajnuna għas-salvataġġ jew l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar ikunu ngħataw skont dawn il-linji gwida u dik l-għajnuna ma kinitx segwita minn għajnuna għar-ristrutturar, jekk: (i) meta ngħatat din l-għajnuna skont il-linji gwida, wieħed seta' jemmen b'mod raġonevoli li l-benefiċjarju kien se jkun vijabbli fit-tul, u (ii) l-għajnuna l-ġdida għas-salvataġġ jew ir-ristrutturar jew l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar isiru neċessarji wara mhux inqas minn ħames snin minħabba ċirkustanzi imprevedibbli li mhumiex tort tal-benefiċjarju; (d) f'ċirkustanzi eċċezzjonali u imprevedibbli li mhumiex tort tal-benefiċjarju.

(60)  ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1.

(61)  Dan jirreferi b'mod partikolari għat-tipi ta' kumpaniji msemmijin fl-Anness I tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(62)  Dan hu l-każ meta t-tnaqqis ta' telf akkumulat minn riżervi (u l-elementi kollha l-oħra ġeneralment ikkunsidrati bħala parti mill-fondi proprji tal-kumpanija) iwassal għal ammont kumulattiv li jkun iktar minn nofs il-kapital azzjonarju sottoskritt.

(63)  Dan jirreferi b'mod partikolari għat-tipi ta' kumpaniji msemmijin fl-Anness II tad-Direttiva 2013/34/UE.

(64)  Kif inhu definit fid-Deċiżjoni 2010/787/UE.

(65)  Kif inhu definit fl-Anness IV tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 (ĠU C 209, 23.7.2013, p. 1).

(66)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta' Awwissu 2013, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri ta' appoġġ favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (‘il-Komunikazzjoni dwar il-Banek’) (ĠU C 216, 30.7.2013, p. 1).

(67)  Ir-ristrutturar jista' jinvolvi element jew iktar minn dawn li ġejjin: ir-riorganizzazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tal-attivitajiet tal-benefiċjarju fuq bażi iktar effiċjenti, li tipikament jinvolvu l-irtirar minn attivitajiet li jagħmlu t-telf, ir-ristrutturar ta' dawk l-attivitajiet eżistenti li jistgħu jerġgħu jsiru kompetittivi u, forsi, id-diversifikazzjoni f'attivitajiet ġodda u vijabbli. Tipikament dan jinvolvi wkoll ristrutturar finanzjarju f'forma ta' injezzjonijiet ta' kapital minn azzjonisti ġodda jew eżistenti u t-tnaqqis tad-dejn minn kredituri eżistenti.

(68)  Il-vijabbiltà fit-tul tintlaħaq meta impriża tkun tista' tagħti r-redditu adegwat previst fuq il-kapital wara li tkun kopriet l-ispejjeż kollha tagħha inklużi d-deprezzament u l-imposti finanzjarji. L-impriża ristrutturata għandha tkun tista' tikkompeti fis-suq bil-merti tagħha stess.

(69)  Ix-xenarju alternattiv jista' jikkonċerna, pereżempju: riorganizzazzjoni tad-dejn, ċessjoni ta' assi, ġbir ta' kapital privat, bejgħ lil kompetitur jew separazzjoni, f'kull każ jew permezz ta' dħul fi proċedura ta' insolvenza jew riorganizzazzjoni jew xi mod simili.

(70)  Ara wkoll il-punt 56 tal-Linji Gwida.

(71)  Ara wkoll il-punt 64 tal-Linji Gwida.

(72)  Pereżempju, meta l-għajnuna li għandha tingħata ssaħħaħ il-pożizzjoni ta' ekwità tal-benefiċjarju, il-kontribuzzjoni proprja għandha tinkludi miżuri simili li daqstant ieħor għandhom effett ta' tisħiħ, bħal pereżempju jżidu l-ekwità ġdida mingħand azzjonisti eżistenti, it-tħassir tad-dejn eżistenti u noti kapitali jew il-konverżjoni ta' dejn eżistenti f'ekwità, jew iż-żieda ta' ekwità esterna ġdida b'termini tas-suq.

(73)  Pereżempju meta l-Istat jipprovdi għotjiet, jinjetta kapital jew iħassar dejn.

(74)  Inkluża kull għajnuna bħal din mogħtija qabel ma l-Kummissjoni bdiet tapplika l-Linji Gwida, jiġifieri qabel l-1.8.2014.

(75)  L-attenzjoni tiegħek qed tinġibed dwar il-fatt li meta jkunu għaddew inqas minn 10 snin meta jkunu ngħataw l-għajnuna għas-salvataġġ jew l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar jew ikun wasal fi tmiemu l-perjodu ta' ristrutturar jew twaqqfet l-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar (skont liema jseħħ l-aħħar), għajnuna għas-salvataġġ, għajnuna għar-ristrutturar jew appoġġ temporanju għar-ristrutturar ulterjuri jistgħu jingħataw biss: (a) meta l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar isegwi l-għoti tal-għajnuna għas-salvataġġ bħala parti minn operazzjoni waħda ta' ristrutturar; (b) meta l-għajnuna għar-ristrutturar issegwi l-għoti tal-għajnuna għas-salvataġġ jew l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar bħala parti minn operazzjoni waħda ta' ristrutturar; (c) meta l-għajnuna għas-salvataġġ jew l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar ikunu ngħataw skont dawn il-linji gwida u dik l-għajnuna ma kinitx segwita minn għajnuna għar-ristrutturar, jekk: (i) meta ngħatat din l-għajnuna skont il-linji gwida, wieħed seta' jemmen b'mod raġonevoli li l-benefiċjarju se jkun vijabbli fit-tul, u (ii) l-għajnuna l-ġdida għas-salvataġġ jew ir-ristrutturar jew l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar isiru neċessarji wara tal-inqas ħames snin minħabba ċirkustanzi imprevedibbli li mhumiex tort tal-benefiċjarju; (d) f'ċirkustanzi eċċezzjonali u imprevedibbli li mhumiex tort tal-benefiċjarju.

(76)  Iċ-ċessjonijiet biex jiġi limitat it-tfixkil fil-kompetizzjoni għandhom isiru mingħajr dewmien żejjed, filwaqt li jiġu kkunsidrati t-tipi ta' assi li jiġu ċeduti u kwalunkwe ostakoli għaċ-ċessjoni tagħhom, u f'kull każ fil-qafas ta' żmien tal-pjan ta' ristrutturar.

(77)  B'mod partikolari, dan jista' jinkludi miżuri li jiftħu ċerti swieq direttament jew indirettament marbutin mal-attivitajiet tal-benefiċjarju għal operaturi oħrajn tal-Unjoni, b'konformità mal-liġi tal-Unjoni. Inizjattivi bħal dawn jistgħu jissostitwixxu miżuri oħrajn li jillimitaw id-distorsjoni tal-kompetizzjoni, li normalment jintalbu mingħand il-benefiċjarju.

(78)  Ara l-punti minn 32 sa 35 tal-Linji Gwida għat-tipi ta' miżuri kopeti mill-kunċett ta' ‘għajnuna sabiex tkopri l-ispejjeż soċjali tar-ristrutturar’.

(79)  ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1.

(80)  Kif iddefiniti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u medji (traduzzjoni mhux uffiċjali) (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(81)  ‘Impriżi żgħar tal-Istat’ huma unitajiet ekonomiċi b'setgħa deċiżjonali indipendenti li jkunu jikkwalifikaw bħala intrapriżi żgħar jew medji skont ir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE ħlief għall-fatt li 25 % jew iktar mid-drittijiet tal-vot jew il-kapital tagħhom huma kkontrollati b'mod dirett jew indirett, konġunt jew individwali, minn korp pubbliku wieħed jew iktar.

(82)  Dan jirreferi b'mod partikolari għat-tipi ta' kumpaniji msemmijin fl-Anness I tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(83)  Dan hu l-każ meta t-tnaqqis ta' telf akkumulat minn riżervi (u l-elementi kollha l-oħra ġeneralment ikkunsidrati bħala parti mill-fondi proprji tal-kumpanija) iwassal għal ammont kumulattiv li jkun iktar minn nofs il-kapital azzjonarju sottoskritt.

(84)  Dan jirreferi b'mod partikolari għat-tipi ta' kumpaniji msemmijin fl-Anness II tad-Direttiva 2013/34/UE.

(85)  Kif inhu definit fid-Deċiżjoni 2010/787/UE.

(86)  Kif inhu definit fl-Anness IV tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 (ĠU C 209, 23.7.2013, p. 1).

(87)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta' Awwissu 2013, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri ta' appoġġ favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (‘il-Komunikazzjoni dwar il-Banek’) (ĠU C 216, 30.7.2013, p. 1).

(88)  Ir-ristrutturar jista' jinvolvi element jew iktar minn dawn li ġejjin: ir-riorganizzazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tal-attivitajiet tal-benefiċjarju fuq bażi iktar effiċjenti, li tipikament jinvolvu l-irtirar minn attivitajiet li jagħmlu telf, ir-ristrutturar ta' dawk l-attivitajiet eżistenti li jistgħu jerġgħu jsiru kompetittivi u, forsi, id-diversifikazzjoni f'attivitajiet ġodda u vijabbli. Tipikament dan jinvolvi wkoll ristrutturar finanzjarju f'forma ta' injezzjonijiet ta' kapital minn azzjonisti ġodda jew eżistenti u t-tnaqqis tad-dejn minn kredituri eżistenti.

(89)  Il-vijabbiltà fit-tul tintlaħaq meta impriża tkun tista' tagħti r-redditu adegwat previst fuq il-kapital wara li tkun kopriet l-ispejjeż kollha tagħha inklużi d-deprezzament u l-imposti finanzjarji. L-impriża ristrutturata għandha tkun tista' tikkompeti fis-suq bil-merti tagħha stess.

(90)  Ix-xenarju alternattiv ma għandux jinvolvi għajnuna mill-Istat. Pereżempju jista' jkun dwar: riorganizzazzjoni tad-dejn, ċessjoni ta' assi, ġbir ta' kapital privat, bejgħ lil kompetitur jew diviżjoni, f'kull każ permezz ta' bidu ta' proċedura ta' insolvenza jew riorganizzazzjoni jew xi proċess simili.

(91)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta' referenza u ta' skont (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6) jew kull komunikazzjoni futura li tista' tissostitwixxiha.

(92)  B'konformità mal-punt 115(e) tal-Linji Gwida, dan il-pjan ma għandux bżonn ikun fih l-elementi kollha stabbiliti fil-punti minn 47 sa 52 tal-Linji Gwida iżda, bħala minimu, irid jidentifika l-azzjonijiet li l-benefiċjarju jridu jieħu biex jikseb lura l-vijabbiltà tiegħu fit-tul mingħajr appoġġ mill-Istat.

(93)  Pereżempju, meta l-għajnuna li għandha tingħata ssaħħaħ il-pożizzjoni ta' ekwità tal-benefiċjarju, il-kontribuzzjoni proprja għandha tinkludi miżuri simili li daqstant ieħor għandhom effett ta' tisħiħ, bħal pereżempju jżidu l-ekwità ġdida mingħand azzjonisti eżistenti, it-tħassir tad-dejn eżistenti u noti kapitali jew il-konverżjoni ta' dejn eżistenti f'ekwità, jew iż-żieda ta' ekwità esterna ġdida b'termini tas-suq.

(94)  Pereżempju meta l-Istat jipprovdi għotjiet, jinjetta kapital jew iħassar dejn.

(95)  Tinibed l-attenzjoni tiegħek lejn il-fatt li meta jkunu għaddew inqas minn 10 snin minn meta jkunu ngħataw l-għajnuna għas-salvataġġ jew l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar jew ikun wasal fi tmiemu l-perjodu ta' ristrutturar jew twaqqfet l-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar (skont liema jseħħ l-aħħar), għajnuna għas-salvataġġ, għajnuna għar-ristrutturar jew appoġġ temporanju għar-ristrutturar ulterjuri jistgħu jingħataw biss: (a) meta l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar isegwi l-għoti tal-għajnuna għas-salvataġġ bħala parti minn operazzjoni waħda ta' ristrutturar; (b) meta l-għajnuna għar-ristrutturar issegwi l-għoti tal-għajnuna għas-salvataġġ jew l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar bħala parti minn operazzjoni waħda ta' ristrutturar; (c) meta l-għajnuna għas-salvataġġ jew l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar ikunu ngħataw skont dawn il-linji gwida u dik l-għajnuna ma kinitx segwita minn għajnuna għar-ristrutturar, jekk: (i) meta ngħatat dik l-għajnuna skont il-linji gwida, wieħed seta' jemmen b'mod raġonevoli li l-benefiċjarju se jkun vijabbli fit-tul, u (ii) l-għajnuna l-ġdida għas-salvataġġ jew ir-ristrutturar jew l-appoġġ temporanju għar-ristrutturar isiru neċessarji wara tal-inqas ħames snin minħabba ċirkustanzi imprevedibbli li mhumiex tort tal-benefiċjarju; (d) f'ċirkustanzi eċċezzjonali u imprevedibbli li mhumiex tort tal-benefiċjarju.

(96)  Inkluża kull għajnuna bħal din mogħtija qabel id-data minn meta l-Kummissjoni tapplika l-Linji Gwida, jiġifieri qabel l-1.8.2014.

(97)  L-Istati Membri mhumiex obbligati jitolbu miżuri ta' dak it-tip mingħand intrapriżi żgħar, ħlief meta jkun stipulat mod ieħor mir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat f'settur partikolari. Madankollu, l-intrapriżi ż-żgħar normalment ma għandhomx iżidu l-kapaċità tagħhom waqt il-perjodu ta' ristrutturar.

(98)  Ċessjonijiet, tħassiriet u għeluq ta' attivitajiet li jagħmlu t-telf li dejjem ikunu meħieġa sabiex terġa' tinkiseb il-vijabbiltà fit-tul ġeneralment ma jitqisux biżżejjed.

(99)  Dawk il-miżuri għandhom isiru fis-suq/swieq fejn il-benefiċjarju jkollu pożizzjoni sinifikanti fis-suq wara r-ristrutturar, b'mod partikolari meta jkun hemm kapaċità żejda sinifikanti.

(100)  Iċ-ċessjonijiet biex jiġu limitati d-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni għandhom isiru mingħajr dewmien żejjed, filwaqt li jiġu kkunsidrati t-tipi ta' assi li jiġu ċeduti u kwalunkwe ostakoli għaċ-ċessjoni tagħhom, u f'kull każ fil-qafas ta' żmien tal-pjan ta' ristrutturar.

(101)  B'mod partikolari, dan jista' jinkludi miżuri li jiftħu ċerti swieq direttament jew indirettament marbutin mal-attivitajiet tal-benefiċjarju għal operaturi oħrajn tal-Unjoni, b'konformità mal-liġi tal-Unjoni. Inizjattivi bħal dawn jistgħu jissostitwixxu miżuri oħrajn li jillimitaw it-tfixkil fill-kompetizzjoni, li normalment jintalbu mingħand il-benefiċjarju.

(102)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar għajnuna mill-Istat għall-films u xogħlijiet awdjoviżivi oħra (ĠU C 332, 15.11.2013, p. 1).

(103)  Linji Gwida tal-UE għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks tal-broadband (ĠU C 25, 26.1.2013, p. 1).

(104)  EWROPA 2020 — Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, COM(2010) 2020.

(105)  Għad-dettalji, ara l-punti 56-60 tal-Linji Gwida dwar il-Broadband.

(106)  Għad-dettalji, ara l-punti 82-85 tal-Linji Gwida dwar il-Broadband.

(107)  Ara għal eżempju l-Gwida tal-Kummissjoni għall-investiment fil-broadband b'veloċità għolja (http://ec.europa.eu/regional_policy/sources/docgener/presenta/broadband2011/broadband2011_en.pdf).

(108)  Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1), id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65) u d-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE, (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

(109)  Pereżempju, il-mudell ta' investiment u negozju magħżul, id-daqs u l-karatteristiċi taż-żoni ta' intervent ġeografiku jew il-miżuri biex jiġu kkontrollati l-ispejjeż tal-proġett.

(110)  Il-lista tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat għall-broadband jinsabu fil-paġna ewlenija tad-DĠ Kompetizzjoni: http://ec.europa.eu/competition/sectors/telecommunications/broadband_decisions.pdf.

(111)  ĠU C 200, 28.6.2014, p. 1. Għal xi dettalji dwar l-użu ta' din il-formola ta' notifika supplimentari fl-agrikoltura u fis-setturi tas-sajd u l-akkwakultura, ara l-punt 14 tal-EEAG.

(112)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1)

(113)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1).

(114)  Ara t-taqsima 3.7 tal-għajnuna EEAG fil-forma ta' tnaqqis jew eżenzjonijiet minn taxxi ambjentali fil-forma ta' tnaqqisiet f'appoġġ b'finanzjament għall-elettriku minn sors rinnovabbli.

(115)  Meta tiġi introdotta miżura kofinanzjata minn Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment, l-Istati Membri jistgħu jistrieħu fuq ir-raġunament fil-Programmi Operatorji rilevanti biex jindikaw l-għanijiet ambjentali jew tal-enerġija.

(116)  In-Netwerk Ewropew tal-Operaturi ta' Sistemi ta' Trażmissjoni għall-Elettriku.

(117)  Biex juri l-adegwatezza tal-iskemi, l-Istat Membru jista' juża wkoll ir-riżultati ta' evalwazzjonijiet li saru fl-imgħoddi kif spjegat fil-Kapitolu 4 tal-EEAG.

(118)  ‘Bidu tax-xogħlijiet’ huwa definit fil-punt 19(44) tal-EEAG.

(119)  Dan ir-rekwiżit mhuwiex applikabbli għal SMEs u huwa mingħajr ħsara għall-valutazzjoni tal-effett ta' inċentiv tal-għajnuna mill-Istat għal miżura tal-effiċjenza enerġetika stipulata minn jew imwettqa minħabba l-awditjar tal-enerġija u dawk li jirriżultaw minn għodod oħrajn (ara l-punti 56 u 57 tal-EEAG).

(120)  Għad-dettalji, ara l-punti minn 72 sa 76 tal-EEAG.

(121)  Ix-xenarju kontrafattwali t-tajjeb huwa l-ispiża ta' investiment teknikament paragunabbli li jipprovdi grad inqas ta' ħarsien ambjentali (ekwivalenti għal standards obbligatorji tal-Unjoni, fis-seħħ) li jistgħu possibbilment jitwettqu mingħajr l-għajnuna. Ara l-punt 73(b) tal-EEAG. Pereżempju ara l-lista pprovduta fl-anness 2 tal-EEAG. F'każ li l-investiment ta' referenza ma jkunx dak elenkat fl-Anness 2, spjega u ġġustifika għaliex huwa xieraq.

(122)  Qed tinġibed l-attenzjoni tiegħek lejn il-fatt li din il-kundizzjoni ma tapplikax jekk l-assi mhux tanġibbli huwa teknikament skadut.

(123)  Ara l-Anness 2 tal-EEAG L-ispejjeż ta' investiment żejda jikkonsistu fl-ispejjeż addizzjonali ta' investiment meħtieġa biex wieħed imur lil hinn mil-livell ta' ħarsien ambjentali li jirrikjedu l-istandards tal-Unjoni.

(124)  Qed tinġibed l-attenzjoni tiegħek lejn il-fattli l-ispiża ta' investimenti meħtieġa sabiex jintlaħaq il-livell ta' ħarsien meħtieġ mill-istandards tal-Unjoni m'hijiex eliġibbli.

(125)  Ara l-punt 78(a) tal-EEAG

(126)  Ara l-punt 78(b) tal-EEAG.

(127)  Ara l-punt 78(c) tal-EEAG. ‘Eko-innovazzjoni’ hija ddefinita fil-punt 19(4) tal-EEAG.

(128)  Għal dettalji dwar il-proċess ta' offerti ġenwinament kompetittiv, ara d-definizzjoni fil-punt 19(43) tal-EEAG.

(129)  Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1)

(130)  Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16)

(131)  Għal skemi tal-għajnuna, l-informazzjoni tista' tiġi pprovduta fil-forma ta' a kalkolu tipiku (jew eżempji diversi).

(132)  Innota li l-Kummissjoni tista' tawtorizza miżura nnotifikata bħal din għal perjodu ta' 10 snin.

(133)  Id-deċiżjoni dwar jekk l-għajnuna hijiex meħtieġa tqis l-ispejjeż u d-dħul li jirriżultaw mill-produzzjoni u l-bejgħ tal-enerġija elettrika jew is-sħana.

(134)  L-ispiża tal-produzzjoni tista' tinkludi d-dħul normali fuq il-kapital tal-impjant, iżda kull gwadann tal-impjant f'termini ta' produzzjoni tas-sħana għandu jitnaqqas mill-ispejjeż tal-produzzjoni.

(135)  Qed tinġibed l-attenzjoni tiegħek dwar il-fatt li kull għajnuna għall-investiment mogħtija lill-impriża fir-rigward ta' impjant ġdid għandha titnaqqas mill-ispejjeż tal-produzzjoni.

(136)  Qed tinġibed l-attenzjoni tiegħek dwar il-fatt li t-tul irid ikun limitat għal massimu ta' 5 snin.

(137)  Ara t-taqsima 3.7.1 tal-EEAG.

(138)  Kif stipulat fil-punt 19(16) tal-EEAG, ‘Livell minimu ta' taxxa tal-Unjoni’ tfisser il-livell minimu ta' taxxa stipulat fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Għal prodotti tal-enerġija u l-elettriku, il-livell minimu ta' taxxa tal-Unjoni jfisser il-livell minimu ta' taxxa stabbilit fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51).

(139)  F'dan ir-rigward, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu stimi ta', inter alia, l-elastiċità fil-prezzijiet tal-prodotti tas-settur ikkonċernat fis-suq ġeografiku rilevanti kif ukoll stimi ta' bejgħ mitluf u/jew profitti mnaqqsa għall-kumpaniji fis-settur jew kategorija kkonċernati.

(140)  Linji gwida dwar ċerti miżuri ta' għajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-iskema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra wara l-2012 (ĠU C 158, 5.6.2012, p. 4).

(141)  L-aktar mod dirett biex wieħed juri rabta kawżali hi b'referenza għal tariffa jew imposta fuq il-prezz tal-elettriku, li hi ddedikata għall-finanzjament ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli. Mod indirett biex wieħed juri l-ispejjeż addizzjonali jkun li jikkalkula l-impatt tal-ispejjeż netti ogħla għall-fornituri tal-elettriku miċ-ċertifikati ekoloġiċi u jikkalkula l-impatt fuq il-prezz tal-elettriku waqt li jassumi li l-ispejjeż netti ogħla jiġu mgħoddija mill-fornitur.

(142)  Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat biex tippromwovi investimenti ta' finanzjament ta' riskju (ĠU C 19 tat-22.1.2014, p. 4).

(143)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).

(144)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013 p. 1).

(145)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta' referenza u ta' skont (ĠU C 14 tad-19.1.2008, p. 6).

(146)  Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanziji (ĠU C 155, 20.6.2008, p. 10).

(147)  L-RFG (il-paragrafi 46-49) jeħtieġu li ssir valutazzjoni ex ante u li tiġi ppreżentata għall-miżuri kollha ta' finanzjament ta' riskju notifikabbli.

(148)  Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

(149)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).

(150)  SWD(2014) 179 finali tat-28.5.2014.

(151)  Minbarra deskrizzjoni ġenerali tal-għanijiet u r-regoli tal-eliġibbiltà tal-iskema, l-iskop ta' din it-taqsima huwa li tivvaluta kif jistgħu jintużaw ir-regoli tal-eliġibbiltà u l-esklużjoni tal-iskema sabiex jiġi identifikat l-effett tal-għajnuna. F'ċerti każijiet, ir-regoli eżatti tal-eliġibbiltà jaf ma jkunux magħrufin minn qabel. F'dawn il-każijiet, għandhom jiġu pprovduti l-aħjar aspettattivi disponibbli.

(152)  Eżempji ta' effetti negattivi huma l-preġudizzji reġjonali u settorjali jew l-eliminazzjoni ta' investimenti privati indotta mill-iskema ta' għajnuna.

(153)  Skemi ta' għajnuna definiti fl-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament sitt xhur wara li jidħlu fis-seħħ. Wara li tkun ivvalutat il-pjan ta' evalwazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li testendi l-applikazzjoni tar-Regolament għal dawn l-iskemi għal perjodu itwal. L-Istati Membri huma mistiedna jindikaw b'mod preċiż it-tul ta' żmien maħsuba tal-iskema.

(154)  Agħmel referenza għal SWD(2014)179 final tat-28.5.2014.

(155)  Kun af li l-evalwazzjoni tista' teħtieġ il-kisba kemm ta' dejta storika kif ukoll ta' dejta li se tkun disponibbli b'mod progressiv matul l-iskjerament tal-iskema ta' għajnuna. Identifika s-sorsi għaż-żewġ tipi ta' informazzjoni. Preferibilment għandek tiġbor iż-żewġ tipi ta' dejta mill-istess sors sabiex tiġi ggarantita konsistenza maż-żmien.

(1)  Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (ĠU C 99, 4.4.2014, p. 3).

(2)  L-ispejjeż marbutin mal-investimenti fl-infrastruttura tal-ajruport, inklużi spejjeż tal-ippjanar, infrastruttura tal-groundhandling (bħal ktajjen tal-bagalji, eċċ.) u tagħmir tal-ajruport jistgħu jkunu eliġibbli għall-għajnuna għall-investiment lill-ajruporti. L-ispejjeż ta' investiment relatati ma' attivitajiet mhux ajrunawtiċi (partikolarment l-ipparkjar, lukandi, ristoranti, u uffiċċji) mhumiex eliġibbli. L-ispejjeż ta' investiment relatati mas-servizzi tal-groundhandling (bħal karozzi tal-linja, veikoli, eċċ.) mhumiex eliġibbli, billi mhumiex parti mill-infrastruttura tal-groundhandling.

(3)  ‘Żona ta' lħuq ta' ajruport’ tfisser periferija tas-suq ġeografiku li normalment tkun stabbilita f'distanza ta' madwar 100 kilometru jew madwar 60 minuta vvjaġġar bil-karozza, karozza tal-linja, ferrovija jew ferrovija b'veloċità għolja; madankollu, iż-żona ta' lħuq ta' ajruport partikolari tista' tvarja u trid tieħu f'kunsiderazzjoni l-partikolaritajiet ta' kull ajruport individwali. Id-daqs u l-forma taż-żona ta' lħuq tvarja minn ajruport għal ieħor, u tiddependi fuq diversi karatteristiċi tal-ajruport, inklużi l-mudell tan-negozju tiegħu, il-post u d-destinazzjonijiet li jaqdi.

(4)  Uża l-kategoriji li ġejjin ta' daqsijiet: ajruporti bi traffiku tal-passiġġieri annwali li jasal sa 200 000 passiġġier; ajruporti bi traffiku tal-passiġġieri annwali ta' bejn 200 000 u miljun; ajruporti bi traffiku tal-passiġġieri annwali ta' 1 sa 3 miljuni.

(5)  Pereżempju, għotjiet diretti, eżenzjonijiet jew tnaqqis tat-taxxi, sigurtà soċjali jew imposti oħrajn obbligatorji, jew il-provvista ta' art, prodotti jew servizzi bi prezzijiet favorevoli, eċċ.

(6)  Pereżempju, self b'rati baxxi tal-imgħax jew tnaqqis tal-imgħax, garanziji tal-istat, ix-xiri ta' parteċipazzjoni azzjonarja jew il-forniment b'modi oħrajn ta' kapital b'kundizzjonijiet vantaġġużi.

(7)  Id-diskrepanza tal-likwidità fl-ispiża kapitali hija d-differenza bejn il-flussi tal-flus pożittivi u negattivi, inklużi l-ispejjeż ta' investiment f'assi kapitali fissi tul il-ħajja tal-investiment f'termini tal-valur preżenti nett.

(8)  Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (ĠU C 99, 4.4.2014, p. 3).

(9)  Id-diskrepanza fil-finanzjament operatorju jfisser it-telf operatorju ta' ajruport tul il-perjodu rilevanti, skontat għall-valur kurrenti tiegħu bl-użu tal-ispiża tal-kapital, jiġifieri d-diskrepanza (f'termini tal-Valur Preżenti Nett) bejn id-dħul tal-ajruport u l-ispejjeż operatorji tiegħu.

(10)  Il-karta bilanċjali, ir-rapport tal-introjtu, id-dikjarazzjoni tal-kontabilist ikkwalifikat jew id-ditta tal-awditjar.

(11)  Is-servizzi pprovduti minn ajruport jew xi waħda mis-sussidjarji tiegħu, sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni tal-inġenji tal-ajru, mill-inżul sat-tlugħ, u tal-passiġġieri u l-merkanzija, sabiex il-linji tal-ajru jkunu jistgħu jipprovdu servizzi ta' trasport bl-ajru, inkluż il-forniment ta' servizzi tal-groundhandling u l-forniment ta' infrastruttura ċentralizzata tal-groundhandling.

(12)  L-ispejjeż sottostanti ta' ajruport fir-rigward tal-forniment ta' servizzi tal-ajruport, inklużi l-kategoriji ta' spejjeż bħall-ispiża tal-persunal, is-servizzi kuntrattati, il-komunikazzjonijiet, l-iskart, l-enerġija, il-manutenzjoni, il-kirja u l-amministrazzjoni, iżda esklużi l-ispejjeż kapitali, l-appoġġ tal-kummerċjalizzazzjoni jew kull inċentiv ieħor mogħti lil-linji tal-ajru mill-ajruport, u spejjeż li jaqgħu fl-ambitu ta' mandat tal-politika pubblika.

(13)  ‘Żona ta' lħuq ta' ajruport’ tfisser periferija tas-suq ġeografiku li normalment tkun stabbilita f'distanza ta' madwar 100 kilometru jew madwar 60 minuta vvjaġġar bil-karozza, karozza tal-linja, ferrovija jew ferrovija b'veloċità għolja; madankollu, iż-żona ta' lħuq ta' ajruport partikolari tista' tvarja u trid tqis il-partikolaritajiet ta' kull ajruport individwali. Id-daqs u l-forma taż-żona ta' lħuq tvarja minn ajruport għal ieħor, u tiddependi fuq diversi karatteristiċi tal-ajruport, inklużi l-mudell tan-negozju tiegħu, il-post u d-destinazzjonijiet li jaqdi.

(14)  Pereżempju, għotjiet diretti, eżenzjonijiet jew tnaqqis tat-taxxi, sigurtà soċjali jew imposti oħrajn obbligatorji, jew il-provvista ta' art, prodotti jew servizzi bi prezzijiet favorevoli, eċċ.

(15)  Pereżempju, selfiet b'rati baxxi tal-imgħax jew tnaqqisiet tal-imgħax, garanziji tal-istat, ix-xiri ta' parteċipazzjoni azzjonarja jew il-forniment b'modi oħra ta' kapital b'termini vantaġġużi.

(16)  Id-diskrepanza fil-finanzjament operatorju jfisser it-telf operatorju ta' ajruport tul il-perjodu rilevanti, skontat għall-valur kurrenti tiegħu bl-użu tal-ispiża tal-kapital, jiġifieri d-diskrepanza (f'termini tal-Valur Preżenti Nett) bejn id-dħul tal-ajruport u l-ispejjeż operatorji tiegħu.

(17)  Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (ĠU C 99, 4.4.2014, p. 3).

(18)  ‘Servizz ferrovjarju b'veloċità għolja’ huwa servizz ipprovdut b'ferroviji li kapaċi jilħqu veloċitajiet ta' iktar minn 200 km/siegħa.

(19)  ‘Żona ta' lħuq ta' ajruport’ tfisser il-limiti tas-suq ġeografiku li normalment ikun stabbilit f'distanza ta' madwar 100 kilometru jew madwar 60 minuta vvjaġġar bil-karozza, bil-karozza tal-linja, bil-ferrovija jew bil-ferrovija b'veloċità għolja; madankollu, iż-żona ta' lħuq ta' ajruport partikolari tista' tvarja u trid tqis il-partikolaritajiet ta' kull ajruport individwali. Id-daqs u l-forma taż-żona ta' lħuq tvarja minn ajruport għal ieħor, u tiddependi fuq diversi karatteristiċi tal-ajruport, inklużi l-mudell tan-negozju tiegħu, il-post u d-destinazzjonijiet li jaqdi.

(20)  It-traffiku medju annwali tal-passiġġieri attwali matul is-sentejn finanzjarji ta' qabel dik li fiha l-għajnuna hi nnotifikata jew attwalment mogħtija jew imħallsa fil-każ ta' għajnuna mhux innotifikata. Fil-każ ta' ajruport tal-passiġġieri maħluq ġdid għandu jitqies it-traffiku annwali tal-passiġġieri previst matul is-sentejn wara li jiba' jopera t-traffiku bl-ajru kummerċjali tal-passiġġieri. Dawn il-limiti jirreferu għal għadd lejn destinazzjoni waħda. B'riżultat ta' dan, passiġġier li jtir, pereżempju, lejn l-ajruport u lura jingħadd darbtejn; l-għadd japplika għal rotot individwali.

(21)  Id-Deċiżjoni 2006/682/KE tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea mlaqqgħin fil-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Multilaterali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ir-Repubblika tal-Albanija, il-Bosnja u Ħerzegovina, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Kroazja, dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Repubblika tal-Islanda, ir-Repubblika tal-Montenegro, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Serbja, u l-Missjoni ta' Amministrazzjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo dwar l-Istabbiliment ta' Żona ta' Avjazzjoni Komuni Ewropea (ECAA) (ĠU L 285, 16.10.2006, p. 1).

(22)  Pereżempju, selfiet b'rati baxxi tal-imgħax jew tnaqqisiet tal-imgħax, garanziji tal-istat, ix-xiri ta' parteċipazzjoni azzjonarja jew il-forniment b'modi oħra ta' kapital b'termini vantaġġużi.

(23)  L-ispejjeż eliġibbli huma t-tariffi tal-ajruport fir-rigward tar-rotta.

(24)  Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (ĠU C 99, 4.4.2014, p. 3)

(25)  Meta r-rotta kkonċernata tkun tgħaqqad reġjuni mbiegħda, bħar-reġjuni ultraperiferiċi, gżejjer, żoni skarsament popolati, l-għajnuna tista' tkopri l-popolazzjoni sħiħa ta' dak ir-reġjun.

(26)  Bħal reġjuni ultraperiferiċi, gżejjer u żoni skarsament popolati.

(27)  Il-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għat-trasport marittimu (ĠU C 13, 17.1.2004, p. 3).


ANNESS II

L-Annessi III.A u III.B huma ssostitwiti b'dan li ġej:

ANNESS III.A

Format standardizzat tar-rapportar għal għajnuna mill-Istat eżistenti

(Dan il-format ikopri s-setturi kollha għajr l-agrikoltura)

Biex tkompli tissimplifika u ttejjeb ir-rapportar annwali tal-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni tipprovdi lill-Istati Membri, sal-1 ta' Marzu ta' kull sena, bi pjattaforma online u bbażata fuq l-aċċess ifformattjata bil-lest li jkun fiha informazzjoni dettaljata dwar l-iskemi ta' għajnuna u l-għajnuniet individwali eżistenti kollha. L-Istati Membri jridu jivverifikaw u jimlew dik l-informazzjoni sat-30 ta' Ġunju tal-istess sena. B'hekk il-Kummissjoni tkun tista' tippubblika d-dejta dwar l-għajnuna mill-Istat fis-sena t (1) għall-perjodu ta' rapportar t – 1.

Il-biċċa l-kbira tal-informazzjoni fil-pjattaforma timtela bil-lest mill-Kummissjoni fuq il-bażi tad-dejta pprovduta meta ġiet approvata l-għajnuna. L-Istati Membri se jintalbu jivverifikaw u, fejn hemm bżonn, jimmodifikaw id-dettalji għal kull skema jew għajnuna individwali, u jżidu n-nefqa annwali għall-iktar sena reċenti (t – 1).

Informazzjoni bħall-għan tal-għajnuna u s-settur destinatarju tal-għajnuna trid tirreferi għaż-żmien li għalih tiġi approvata l-għajnuna u tkun marbuta mal-istrument legali li jifforma l-bażi għall-approvazzjoni tal-għajnuna.

Trid tiġi inkluża l-informazzjoni li ġejja.

(1)

Titolu

(2)

Numru tal-għajnuna

(3)

Numri tal-għajnuna preċedenti (pereżempju, wara li tiġġedded skema)

(4)

Settur

Il-klassifikazzjoni settorjali tkun ibbażata l-iktar fuq in-NACE (2) fil-[livell ta' tliet ċifri.]

(5)

Għan

(6)

Reġjun(i)

Meta tiġi approvata, l-għajnuna tista' tiġi allokata b'mod esklussiv għal reġjun speċifiku jew grupp ta' reġjuni skont is-subparagrafi (a) jew (c) tal-Artikolu 107(3) TFUE.

(7)

Kategorija tal-istrument(i) ta' għajnuna

Trid issir distinzjoni bejn bosta kategoriji (Għotja, Servizzi sussidjati, Sussidju tar-rata tal-imgħax, Self, Garanzija, Benefiċċju fuq it-taxxa, Self bil-quddiem li jitħallas lura, Parteċipazzjoni ta' Ekwità, Oħrajn)

(8)

Tip ta' għajnuna

Trid issir distinzjoni bejn tliet kategoriji: Skema, Applikazzjoni individwali ta' skema, Għajnuna individwali mogħtija barra skema (għajnuna ad hoc)

(9)

Nefqa

Bħala regola ġenerali, iċ-ċifri għandhom jingħataw f'termini tan-nefqa proprja (jew dħul mitluf propju fil-każ ta' benefiċċji tat-taxxa). Meta ma jkunx hemm pagamenti disponibbli, iridu jiġu pprovduti u mmarkati impenji jew approprjazzjonijiet tal-baġit, kif xieraq. Iridu jiġu pprovduti ċifri separati għal kull strument tal-għajnuna fi skema jew għajnuna individwali pereżempju għotja u self. Iċ-ċifri jridu jingħataw fil-munita nazzjonali użata matul il-perjodu ta' rapportar. Trid tiġi pprovduta n-nefqa għal t – 1, t – 2, t – 3, t – 4 u t – 5.

ANNESS III.B

Format standardizzat tar-rapportar għal għajnuna mill-Istat eżistenti

(Dan il-format ikopri s-settur agrikolu)

Sabiex tkompli tissimplifika u ttejjeb ir-rapportar annwali tal-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni tipprovdi lill-Istati Membri, sal-1 ta' Marzu ta' kull sena, bi pjattaforma online u bbażata fuq l-aċċess ifformattjata bil-lest li jkun fiha informazzjoni dettaljata dwar l-iskemi ta' għajnuna u l-għajnuniet individwali eżistenti kollha. L-Istati Membri jridu jivverifikaw u jimlew dik l-informazzjoni sat-30 ta' Ġunju tal-istess senaB'hekk il-Kummissjoni tkun tista' tippubblika d-dejta dwar l-għajnuna mill-Istat fis-sena t (3) għall-perjodu ta' rapportar t – 1.

Il-biċċa l-kbira tal-informazzjoni fil-pjattaforma se tkun imtliet bil-lest mill-Kummissjoni fuq il-bażi tad-dejta pprovduta meta ġiet approvata l-għajnuna. L-Istati Membri se jintalbu jivverifikaw u, fejn hemm bżonn, jimmodifikaw id-dettalji għal kull skema jew għajnuna individwali, u jżidu n-nefqa annwali għall-aktar sena reċenti, jiġifieri t – 1.

Informazzjoni bħall-għan tal-għajnuna u s-settur destinatarju tal-għajnuna trid tirreferi għaż-żmien li għalih tiġi approvata l-għajnuna u tkun marbuta mal-istrument legali li jifforma l-bażi għall-approvazzjoni tal-għajnuna.

Trid tiġi inkluża l-informazzjoni li ġejja.

(1)

Titolu

(2)

Numru tal-għajnuna

(3)

Numri tal-għajnuna preċedenti (pereżempju, wara li tiġġedded skema)

(4)

Settur

Il-klassifikazzjoni settorjali tkun ibbażata l-iktar fuq in-NACE (4) fil-[livell ta' tliet ċifri.]

(5)

Għan

(6)

Reġjun(i)

Meta tiġi approvata, l-għajnuna tista' tiġi allokata b'mod esklussiv għal reġjun speċifiku jew grupp ta' reġjuni skont is-subparagrafi (a) jew (c) tal-Artikolu 107(3) TFUE.

(7)

Kategorija tal-istrument(i) ta' għajnuna

Trid issir distinzjoni bejn bosta kategoriji (Għotja, Servizzi sussidjati, Sussidju tar-rata tal-imgħax, Self, Garanzija, Benefiċċju fuq it-taxxa, Self bil-quddiem li jitħallas lura, Parteċipazzjoni ta' Ekwità, Oħrajn).

(8)

Tip ta' għajnuna

Trid issir distinzjoni bejn tliet kategoriji: Skema, Applikazzjoni individwali ta' skema, Għajnuna individwali mogħtija barra skema (għajnuna ad hoc).

(9)

Nefqa

Bħala regola ġenerali, iċ-ċifri għandhom jingħataw f'termini tan-nefqa proprja (jew dħul mitluf propju fil-każ ta' benefiċċji fuq it-taxxa). Meta ma jkunx hemm pagamenti disponibbli, iridu jiġu pprovduti u mmarkati impenji jew approprjazzjonijiet tal-baġit, kif xieraq. Iridu jiġu pprovduti ċifri separati għal kull strument tal-għajnuna fi skema jew għajnuna individwali pereżempju għotja u self. Iċ-ċifri jridu jkunu espressi fil-munita nazzjonali użata matul il-perjodu ta' rapportar. Trid tiġi pprovduta n-nefqa trid għal t – 1, t – 2, t – 3, t – 4 u t – 5.

(10)

L-intensità tal-għajnuna u l-benefiċjarji

L-Istati Membri jridu jindikaw:

l-intensità tal-għajnuna effettiva tal-appoġġ li ngħata realment għal kull tip ta' għajnuna u reġjun;

l-għadd ta' benefiċjarji;

l-ammont medju ta' għajnuna għal kull benefiċjarju.


(1)  t hija s-sena li fiha tintalab id-dejta

(2)  NACE Rev. 2, jew leġiżlazzjoni sussegwenti li temendaha jew tissosstitwixxiha; NACE hija l-Klassifikazzjoni tal-Statistika tal-Attivitajiet Ekonomiċi fl-Unjoni Ewropea kif stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(3)  t hija s-sena li fiha tintalab id-dejta

(4)  NACE Rev. 2, jew leġiżlazzjoni sussegwenti li temendaha jew tissostitwixxiha; NACE hija l-Klassifikazzjoni tal-Istatistika tal-Attivitajiet Ekonomiċi fl-Unjoni Ewropea kif stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.)