28.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 282/14 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1934
tas-27 ta' Ottubru 2015
li jimponi dazju definittiv tal-antidumping fuq importazzjonijiet ta' ċerti aċċessorji ta' tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Il-miżuri fis-seħħ
(1) |
Miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti aċċessorji ta' tubi u pajpijiet (“ATP” jew “il-prodott ikkonċernat”) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat” jew “iċ-Ċina”) u t-Tajlandja kienu oriġinarjament imposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 584/96 (2) (il-“miżuri oriġinali”) u estiżi l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 803/2009 (3) (il-“miżuri fis-seħħ”). |
(2) |
Skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku, il-miżuri oriġinali kienu estiżi għal importazzjonijiet ikkonsenjati mit-Tajwan, l-Indonesja, is-Sri Lanka u l-Filippini, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw rispettivament fit-Tajwan, l-Indoneżja, is-Sri Lanka u l-Filippini kif ukoll jekk le, bir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 964/2003 (4), (KE) Nru 2052/2004 (5), (KE) Nru 2053/2004 (6) u (KE) Nru 655/2006 (7). |
(3) |
Id-dazji antidumping fis-seħħ huma 58,6 % għall-kumpaniji kollha. |
1.2. Miżuri fis-seħħ fir-rigward ta' pajjiżi terzi oħra
(4) |
Bħalissa hemm fis-seħħ miżuri antidumping fuq importazzjonijiet ta' ATP li joriġinaw fir-Russja u t-Turkija (8) u fuq importazzjonijiet ta' ATP li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja (9). Il-miżuri kontra t-Tajlandja skadew fl-4 ta' Settembru 2014 (10). |
1.3. Bidu ta' rieżami ta' skadenza
(5) |
Fl-14 ta' Diċembru 2013, il-Kummissjoni Ewropea (il-“Kummissjoni”) ippubblikat avviż tal-iskadenza imminenti (11) ta' miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti aċċessorji ta' tubi u pajpijiet tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajlandja, u dawk ikkunsinnati mit-Tajwan, l-Indonesja, is-Sri Lanka u l-Filippini, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw rispettivament fit-Tajwan, l-Indoneżja, is-Sri Lanka u l-Filippini, kif ukoll jekk le. |
(6) |
Fit-2 ta' Ġunju 2014, il-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza ta' dawn il-miżuri skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
(7) |
It-talba saret mid-Defence Committee of the Steel Butt-Welding Fittings Industry of the European Union (“l-applikant”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni. It-talba hi bbażata fuq il-fatt li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx tirriżulta f'issoktar ta' dumping u dannu għall-industrija tal-Unjoni. |
(8) |
Fit-3 ta' Settembru 2014, il-Kummissjoni bdiet rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ppubblikat Notifika ta' Bidu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (12). |
1.4. Il-partijiet interessati
(9) |
Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Minbarra dan, il-Kummissjoni speċifikament informat lill-applikant, lil produtturi, utenti u importaturi oħra magħrufa fl-Unjoni, lill-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat, u lill-awtoritajiet Ċiniżi dwar il-bidu tar-rieżami ta' skadenza u stednithom biex jikkooperaw. |
(10) |
Il-partijiet interessati kollha kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew l-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti tal-kummerċ. |
1.4.1. Teħid tal-ampjun
(11) |
Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni indikat li hija tista' tieħu kampjuni minn partijiet interessati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
(a)
(12) |
Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ħabbret li hija kienet għażlet proviżorjament kampjun tal-produtturi tal-Unjoni u stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw. Il-kampjun intgħażel abbażi tal-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott simili matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami fl-Unjoni filwaqt li ġiet żgurata firxa ġeografika u kien jikkonsisti fi tliet kumpaniji/gruppi ta' kumpaniji b'faċilitajiet ta' produzzjoni fl-Awstrija, Franza, il-Ġermanja u l-Italja. Ma waslu l-ebda kummenti u għalhekk il-kumpaniji magħżula b'mod proviżorju nżammew fil-kampjun finali. |
(13) |
Sussegwentement, wieħed mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun ma kienx f'pożizzjoni li jipprovdi risposta sħiħa għall-kwestjonarju u għalhekk ġie sostitwit minn produttur ieħor tal-Unjoni. Il-kampjun finali kien jikkonsisti fi tliet kumpaniji/gruppi ta' kumpaniji li jirrappreżentaw 57 % tal-produzzjoni tal-Unjoni u 58 % tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, u b'faċilitajiet ta' produzzjoni f'erba' Stati Membri differenti (l-Awstrija, Franza, il-Ġermanja u l-Italja). Il-partijiet interessati ġew infurmati b'dan. Il-kampjun tqies bħala rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
(b)
(14) |
Biex tiddeċiedi jekk it-teħid tal-kampjun kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Minn 12-il impotatur li pprovdew l-informazzjoni, sitta biss kienu qed jimpurtaw il-prodott ikkonċernat miċ-Ċina. Minn dawn is-sitt kumpaniji, intgħażel kampjun abbażi tal-volum tal-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami filwaqt li ġiet żgurata firxa ġeografika, u dan kien jikkonsisti fi tliet importaturi li jinsabu fil-Ġermanja, il-Greċja u l-Italja. |
(15) |
L-importaturi kollha li ppreżentaw ruħhom kienu infurmati dwar il-kampjun propost. Ma waslu l-ebda kummenti. Il-kampjun kien jirrappreżenta 15 % tal-importazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat. |
(c)
(16) |
Biex tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjun kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fiċ-Ċina biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm minnhom, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
(17) |
Produttur esportatur Ċiniż wieħed biss inizjalment resaq biex jipprovdi l-informazzjoni mitluba fil-formola tal-kampjunar. Għalhekk, ma kienx meħtieġ kampjun. Sussegwentement, kif imsemmi fil-premessa (20), dan il-produttur esportatur waqaf jikkoopera. |
1.4.2. Tweġibiet għall-kwestjonarju
(18) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi u l-importatur tal-Unjoni fil-kampjun u lill-produttur esportatur Ċiniż imsemmi hawn fuq. |
(19) |
Tweġibiet għall-kwestjonarji waslu mingħand it-tliet produtturi/grupp ta' produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u tliet importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun. |
(20) |
Il-produttur esportatur Ċiniż ma ppreżentax tweġiba għall-kwestjonarju. |
1.4.3. Żjarat ta' verifika
(21) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset bżonnjuża għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u ħsara u għad-determinazzjoni ta' jekk l-impożizzjoni ta' miżuri tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:
|
1.5. Perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu kkunsidrat
(22) |
L-investigazzjoni tal-probabbilità tal-kontinwazzjoni jew tar-rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2013 sat-30 ta' Ġunju 2014 (“il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami” jew il-“PIR”). |
(23) |
L-istħarriġ dwar ix-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' ssoktar jew rikorrenza ta' ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”). |
1.6. Żvelar
(24) |
Il-Kummissjoni żvelat lill-partijiet interessati kollha l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kienet beħsiebha żżomm fis-seħħ il-miżuri ta' antidumping u stiednet lill-partijiet interessati kollha sabiex jikkummentaw. Ma ġew ippreżentati l-ebda kummenti. |
2. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
2.1. Il-Prodott ikkonċernat
(25) |
Il-prodott rieżaminat huwa l-istess bħal dak fir-rieżami ta' skadenza konkluż f'Awwissu 2009 (13), jiġifieri huwa tagħmir ta' tubi u pajpijiet (minbarra tagħmir tal-ħadid fondut, flanġijiet u tagħmir bil-kamin), tal-ħadid jew tal-azzar (ma jinkludix l-azzar inossidabbli) bl-akbar dijametru ta' barra li ma jaqbiżx is-609,6 mm, tat-tip li jiġi użat għall-issaldjar jew finijiet oħra, li joriġina fiċ-Ċina li bħalissa huwa klassifikat fil-kodiċijiet NM ex 7307 93 11, ex 7307 93 19 u ex 7307 99 80. |
2.2. Il-prodott simili
(26) |
L-investigazzjoni wriet li dawn il-prodotti għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
(27) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-prodotti huma prodotti simili skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. IL-PROBABBILTÀ TA' TKOMPLIJA JEW RIKORRENZA TAD-DUMPING
3.1. Kummenti preliminari
(28) |
Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk id-dumping kienx qed iseħħ u jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti kellhiex il-probabbiltà li twassal għall-kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping. |
(29) |
Kif imsemmi fil-premessi (18) u (19), filwaqt li ntbagħat kwestjonarju lill-produttur esportatur Ċiniż li ppreżenta ruħu matul l-eżerċizzju tat-teħid tal-kampjun, dan il-produttur esportatur sussegwentement ma pprovdiex tweġiba għall-kwestjonarju. Konsegwentement, l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi ma kkoopera fl-investigazzjoni attwali u għalhekk kellu jsir użu mill-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
(30) |
F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet Ċiniżi u l-produttur esportatur Ċiniż imsemmi hawn fuq li ppreżenta ruħu matul l-eżerċizzju tat-teħid tal-kampjun ġew debitament innotifikati li n-nuqqas ta' risposta għall-kwestjonarju jkun meqjus mill-Kummissjoni bħala nuqqas ta' kooperazzjoni, u li għalhekk, il-Kummissjoni setgħet tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku dwar is-sejbiet fir-rigward taċ-Ċina. Kif imsemmi fil-premessa (20) hawn fuq, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda risposta għall-kwestjonarju. |
(31) |
Fuq din il-bażi, skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta' tkomplija jew rikorrenza ta' dumping stabbiliti hawn taħt kienu bbażati fuq fatti disponibbli, b'mod partikolari fuq informazzjoni fit-talba għal rieżami ta' skadenza u l-istatistika disponibbli tal-Eurostat, li ġew iċċekkjati mill-ġdid mal-istatistika tal-importazzjoni miġbura skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku (“il-bażi tad-dejta tal-Artikolu 14(6)”) u mal-informazzjoni miġbura matul il-verifiki fil-post tal-importaturi mhux relatati. Il-Bażi tad-Dejta tal-Istatistika Ċiniża dwar l-Esportazzjoni ġiet analizzata wkoll. Madankollu, l-analiżi wriet li d-dejta tagħha dwar il-volumi tal-importazzjoni qabżet sewwa l-volumi rreġistrati f'sorsi oħra disponibbli, b'mod partikolari fil-bażi tad-dejta tal-Artikolu 14(6). Bl-istess mod, il-prezzijiet medji rrapportati tagħha kienu fil-biċċa l-kbira fuq il-prezzijiet medji ta' sorsi oħra, inkluż il-prezz medju rapportat minn importaturi mhux relatati li kkooperaw. Għalhekk, għalkemm id-differenzi bejn id-dejta rappurtata minn kull sors ieħor disponibbli kienu negliġibbli, ġie stabbilit li d-dejta rrappurtata skont il-bażi tad-dejta Ċiniża kienet differenti b'mod sinifikanti mid-dejta rrapportata mis-sorsi l-oħrajn kollha analizzati mill-Kummissjoni. Għalhekk id-dejta rrapportata fil-Bażi tad-Dejta tal-Istatistika tal-Esportazzjoni Ċiniża kienet meqjusa mhux kredibbli f'dan il-każ. |
3.2. Dumping ta' importazzjonijiet matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami
(a) Il-pajjiż analogu
(32) |
Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali jiġi determinat fuq il-bażi tal-prezz jew tal-valur kostrutt f'pajjiż terz b'ekonomija tas-suq. Għal dan l-għan, kellu jintagħżel pajjiż terz b'ekonomija tas-suq (“il-pajjiż analogu”). |
(33) |
It-Tajlandja ntużat bħala pajjiż analogu fl-investigazzjoni oriġinali. Matul ir-rieżami ta' skadenza preċedenti l-Istati Uniti tal-Amerika ntużat bħala l-pajjiż analogu minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni minn produtturi Tajlandiżi. |
(34) |
Għall-fini ta' din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati fin-Notifika ta' Bidu li hi kienet qed tikkunsidra lir-Repubblika tal-Korea bħala pajjiż analogu possibbli peress li r-Repubblika tal-Korea, kuntrarjament għall-Istati Uniti, ma kellhiex miżuri tad-difiża tal-kummerċ fis-seħħ u produttur esportatur Korean kien ikkoopera fir-rieżami ta' skadenza li tikkonċerna l-miżuri fis-seħħ fuq importazzjonijiet tal-ATP mill-Malasja u r-Repubblika tal-Korea msemmija fil-premessa (4). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet biex jikkummentaw dwar kemm hija xierqa din l-għażla iżda l-ebda waħda mill-partijiet ma pprovdiet kummenti. |
(35) |
Il-Kummissjoni fittxet informazzjoni dwar produtturi ta' ATP f'pajjiżi oħrajn potenzjalment analogi, jiġifieri l-Bożnija-Ħerzegovina, l-Indja, l-Iżrael, il-Ġappun, l-Arabja Sawdija, it-Tajwan u t-Tajlandja u stiednet lill-produtturi magħrufa kollha tal-ATP f'dawn il-pajjiżi, inkluż il-produttur fir-Repubblika tal-Korea, biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa. Produttur wieħed biss fl-Arabja Sawdija kkoopera u ppreżenta tweġiba għall-kwestjonarju. |
(36) |
Kif stabbilit fil-premessa (26), l-investigazzjoni wriet li l-ATP prodotti u mibjugħa fis-suq domestiku fl-Arabja Sawdija kellhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi u l-istess użijiet finali bħall-prodott immanifatturat u esportat mill-produtturi esportaturi Ċiniżi lejn l-Unjoni. |
(37) |
L-investigazzjoni ma żvelat l-ebda distorsjoni fis-suq domestiku tal-Arabja Sawdija. Għalkemm kien hemm produttur wieħed biss, ma kienx hemm miżuri tad-difiża tal-kummerċ fis-seħħ u l-produttur domestiku kien f'kompetizzjoni mal-importazzjonijiet miċ-Ċina, il-Korea t'Isfel, it-Tajlandja u l-Ġappun. Fuq din il-bażi ġie konkluż li l-livell ta' kompetizzjoni fis-suq tal-Arabja Sawdija kien sodisfaċenti |
(38) |
L-investigazzjoni stabbilixxiet ukoll li l-kwantitajiet prodotti u mibjugħa fis-suq domestiku Sawdi kienu rappreżentattivi meta mqabbla mal-esportazzjonijiet totali miċ-Ċina lejn l-Unjoni, skont il-Eurostat. |
(39) |
Kif imsemmi fil-premessa (45), l-investigazzjoni wriet li l-bejgħ domestiku tal-produttur tal-Arabja Sawdija tal-ATP kien, bħala medja, bit-telf. Madankollu, l-ispiża medja tal-produzzjoni nstab li kienet fl-istess livell bħal dik tal-industrija tal-Unjoni u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati tħejjew fuq il-bażi ta' “negozju avvjat”. Fuq din il-bażi, tqies li l-kumpanija se tibqa' vijabbli fil-futur prevedibbli. |
(40) |
Meta jitqies dan ta' hawn fuq, l-Arabja Sawdija tqieset bħala pajjiż analogu xieraq skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. |
(b) Valur normali
(41) |
L-informazzjoni li waslet mingħand il-produttur li kkoopera fl-Arabja Sawdija ġiet użata bħala bażi għad-determinazzjoni tal-valur normali applikabbli għal produtturi esportaturi fiċ-Ċina. |
(42) |
Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku għall-produttur li kkoopera fl-Arabja Sawdija kienx rappreżentattiv matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. |
(43) |
Il-bejgħ domestiku tqies bħala rappreżentattiv jekk il-volum tal-bejgħ domestiku totali tal-prodott simili lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku kien jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. Il-volum tal-bejgħ totali tal-esportazzjoni kien stabbilit fuq il-bażi tal-istatistika tal-Eurostat, kif spjegat fil-premessa (31). Abbażi ta' dan, il-bejgħ domestiku fl-Arabja Sawdija tqies li huwa rappreżentattiv. |
(44) |
Il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott simili jistax jitqies bħala li sar fil-perkors normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. |
(45) |
L-investigazzjoni stabbiliet li matul perjodu ta' żmien estiż il-prezz tal-bejgħ domestiku medju peżat kien taħt l-ispiża medja peżata tal-produzzjoni. Għalhekk ma setax jitqies bħala li sar fil-perkors normali tal-kummerċ. Konsegwentement, il-valur normali nħadem fuq il-bażi tal-ispiża tal-manifattura li magħha ġie miżjud ammont raġonevoli ta' spejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (selling, general and administrative, “SG&A”) u l-profitt ġie miżjud f'konformità mal-Artikoli 2(3) u 2(6) tar-Regolament bażiku. |
(46) |
Skont l-introduzzjoni tal-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku l-ispejjeż SG&A ġew stabbiliti abbażi ta' dejta mingħand il-produttur li kkoopera fil-pajjiż analogu. Fin-nuqqas ta' kull informazzjoni fir-rigward tal-profitt attwali tal-produttur esportatur, livell raġonevoli ta' profitt kien użat f'konformità mal-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku. Marġini ta' profitt ta' 5 % kien meqjus bħala raġonevoli fl-industrija tax-xogħol tal-metall. Il-marġni ta' dumping ammonta għal 136 %. |
(c) Prezz tal-esportazzjoni
(47) |
Il-prezz tal-esportazzjoni ġie bbażat fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq l-istatistika tal-Eurostat kontroverifikata mal-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba, il-bażi tad-dejta tal-Artikolu 14(6) u dejta miksuba minn importaturi mhux relatati li kkooperaw. |
(d) Tqabbil
(48) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fuq bażi ta' kif joħroġ mill-fabbrika. Fejn dan kien iġġustifikat għall-iskop ta' paragun ġust, il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni ġew aġġustati għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-paragunabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għall-ispejjeż tat-trasport (trasport bil-baħar), l-ispejjeż tal-assigurazzjoni u l-ħlasijiet tal-approvazzjoni doganali, ibbażat fuq informazzjoni vverifikata provduta minn importaturi mhux relatati. |
(e) Marġini tad-dumping
(49) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju peżat mal-prezz tal-esportazzjoni medju peżat skont l-Artikolu 2(11) u 2(12) tar-Regolament bażiku. Minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, it-tipi ta' prodotti esportati miċ-Ċina ma setgħux jiġu determinati. Għalhekk, ma kienx possibbli paragun skont it-tip ta' prodott. |
(50) |
Fuq il-bażi ta' dan, il-marġni tad-dumping medju peżat espress bħala perċentwali tal-prezz fil-fruntiera tal-Unjoni fuq bażi tal-kost, l-assigurazzjoni u t-trasport (cost, insurance, freight, “CIF”), bid-dazju mhux imħallas, kien ta' aktar minn 136 %. |
3.3. Żvilupp tal-importazzjonijiet f'każ li jiġu revokati l-miżuri
(a) Kumment preliminari
(51) |
Wara s-sejbiet ta' dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni investigat il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping fin-nuqqas ta' miżuri. Ġew analizzati l-elementi li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità libera fiċ-Ċina, l-imġiba tal-esportaturi Ċiniżi f'pajjiżi terzi oħra u kemm hu attraenti s-suq tal-Unjoni. |
(b) Kapaċità tal-produzzjoni u kapaċità libera fiċ-Ċina
(52) |
Il-produzzjoni Ċiniża, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-kapaċità libera ġew stabbiliti fuq l-istimi pprovduti mill-applikant. Fuq din il-bażi, il-volum totali tal-produzzjoni fiċ-Ċina ġie stmat li hu ta' 435 000 tunnellata u l-kapaċità totali ta' produzzjoni ġiet stmata li hi ta' 612 000 tunnellata. B'hekk, il-kapaċità libera totali fiċ-Ċina kienet stmata li hi ta' 177 000 tunnellata, li jirrappreżentaw kważi tliet darbiet il-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. Kif spjegat fil-premessi minn (53) sa (56), huwa probabbli li partijiet kbar ta' din il-kapaċità libera jiġu diretti mill-ġdid lejn l-Unjoni. |
(c) L-imġiba tal-esportazzjoni Ċiniża f'pajjiżi terzi oħra
(53) |
Fin-nuqqas ta' informazzjoni disponibbli pubblikament u minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-livell tal-prezzijiet medji tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn swieq oħra ta' pajjiżi terzi ma setgħux jiġu stabbiliti. Madankollu, il-produtturi esportaturi Ċiniżi kienu involuti fi prattiki kummerċjali inġusti fis-suq tal-Istati Uniti fejn miżuri antidumping kontra ATP ilhom fis-seħħ mill-1992. Fuq din il-bażi, u filwaqt li jitqiesu l-prattiki ta' dumping tal-imgħoddi u dawk attwali fis-suq tal-Unjoni, ma hemm l-ebda raġuni biex wieħed jemmen li l-esportaturi Ċiniżi se jbiddlu l-imġiba tal-prezzijiet tal-esportazzjoni fil-futur qrib. |
(d) L-attrattività tas-suq tal-Unjoni
(54) |
Anki bid-dazji fis-seħħ, il-produtturi esportaturi Ċiniżi żiedu l-volumi tal-esportazzjoni tagħhom lejn l-Unjoni u s-sehem mis-suq tagħhom fl-Unjoni, li jindika li qed ikompli l-interess tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni. Dan huwa kkonfermat ukoll minn prattiki preċedenti ta' evażjoni permezz tat-trasbord ta' ATPs mit-Tajwan, l-Indoneżja, is-Sri Lanka u l-Filippini (ara l-premessa (2)). |
(55) |
Anki jekk jitqies li l-konsum domestiku fiċ-Ċina u f'pajjiżi terzi oħra jista' jiżdied, il-livell għoli ta' kapaċità żejda tal-produzzjoni fiċ-Ċina li jaqbeż bil-kbir il-konsum totali tal-Unjoni jissuġġerixxi li l-produtturi esportaturi Ċiniżi xorta se jkollhom kwantitajiet sinifikattivi disponibbli għall-esportazzjoni lejn is-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Meta wieħed iqis li l-Istati Uniti, suq kbir ieħor tal-ATP, għandu miżuri ta' kontra d-dumping għolja fis-seħħ fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' ATP miċ-Ċina, huwa probabbli li kwantitajiet kbar ta' dawn il-kapaċitajiet żejda se jiġu diretti mill-ġdid lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
(56) |
Meta jitqiesu prattiċi ta' dumping tal-passat u l-preżent mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, kif spjegat fil-premessa (50) hawn fuq, u l-fatt li ATP miċ-Ċina huma soġġetti għal miżuri antidumping meta jiġu importati fis-suq tal-Istati Uniti, huwa kkunsidrat li s-suq tal-Unjoni se jibqa' attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi. |
3.4. Il-konklużjoni dwar il-probabilità tat-tkomplija tad-dumping
(57) |
L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-importazzjonijiet Ċiniżi komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet suġġetti għal dumping sinifikanti matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. Minħabba l-kapaċità libera sinifikanti disponibbli fiċ-Ċina (kważi tliet darbiet il-konsum tal-Unjoni), l-imġiba fl-esportazzjoni lejn is-suq tal-Istati Uniti u l-attrattività tas-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà ta' tkomplija ta' dumping jekk il-miżuri jitneħħew. |
4. IL-PROBABBILTÀ TA' RIKORRENZA TAL-ĦSARA
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
(58) |
L-industrija tal-Unjoni ma kenitx suġġetta għal bidliet strutturali kbar meta mqabbla mal-perjodu tal-investigazzjoni tal-aħħar rieżami ta' skadenza msemmija fil-premessa (1) hawn fuq. Il-prodott simili ġie mmanifatturat minn 22 produttur magħruf fl-Unjoni matul il-PIR. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
(59) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-PIR ġiet stabbilita fil-livell ta' 48 868 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbilixxiet din iċ-ċifra fuq il-bażi tad-dejta pprovduta mill-applikant, li ġiet verifikata għal darb'oħra mad-dejta verifikata tal-kumpaniji fil-kampjun. |
(60) |
Kif indikat fil-premessa (11), tliet produtturi/gruppi ta' produtturi tal-Unjoni ġew magħżula fil-kampjun finali. Il-kumpaniji/gruppi ta' kumpaniji kienu jirrappreżentaw 57 % tal-produzzjoni tal-Unjoni u 58 % tal-bejgħ tal-Unjoni (ara l-premessa (13) hawn fuq). Għalhekk, il-kampjun tqies rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
4.2. Konsum tal-Unjoni
(61) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum apparenti tal-Unjoni fuq il-bażi ta' (i) il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni fuq il-bażi tad-dejta pprovduta mill-applikant u (ii) l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi bbażati fuq il-Eurostat. Kif spjegat fil-premessa (31) id-dejta rrappurtata fil-Bażi tad-Dejta tal-Istatistika tal-Esportazzjoni Ċiniża nstabet li ma kenitx kredibbli u b'hekk, ma ġietx użata sabiex jiġu stabbiliti l-volumi tal-esportazzjoni miċ-Ċina. |
(62) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 1 Il-konsum tal-Unjoni (tunnellati)
|
(63) |
Fl-2012 u fl-2013, il-konsum żdied kemxejn bi 3 % u 4 % rispettivament meta mqabbel mal-livell fl-2011 u laħaq 59 916-il tunnellata fl-2012 u 60 503 tunnellati fl-2013. Matul il-PIR naqas għal-livell kemxejn ogħla milli fl-2011, jiġifieri 58 113-il tunnellata. Il-konsum globali tal-Unjoni għalhekk baqa' stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.3. Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
4.3.1. Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
(64) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-volum ta' importazzjonijiet fuq il-bażi tal-Eurostat. Il-volum totali ta' importazzjonijiet miċ-Ċina, kif muri fit-tabella ta' hawn taħt jinkludi l-importazzjonijiet ta' ATP li joriġinaw fiċ-Ċina u ATP ikkunsinnati mit-Tajwan, l-Indonesja, is-Sri Lanka u l-Filippini, minħabba l-estensjoni tal-miżuri fuq importazzjonijiet ikkunsinnati minn dawn il-pajjiżi kif imsemmi fil-premessa (2). |
(65) |
L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni miċ-Ċina żviluppaw kif ġej: Tabella 2 Il-volum tal-importazzjoni (tunnellati) u s-sehem mis-suq
|
(66) |
Matul il-perjodu kkunsidrat il-volum totali tal-importazzjonijiet miċ-Ċina żdied b'mod kontinwu u kważi rdoppja minn 4 790 tunnellata fl-2011 għal 9 435 tunnellata fil-PIR. Is-sehem mis-suq Ċiniż segwa l-istess tendenza u rdoppja matul il-perjodu kkunsidrat, minn 8 % fl-2011 għal 16 % fil-PIR. |
4.3.2. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u t-twaqqigħ tal-prezz
(67) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tal-Eurostat. Il-prezz medju tal-importazzjoni kif muri fit-tabella ta' hawn taħt jinkludi ATP li joriġinaw fiċ-Ċina u ATP ikkunsinnati mit-Tajwan, l-Indonesja, is-Sri Lanka u l-Filippini għall-istess raġunijiet stipulati fil-premessa (64). Fuq din il-bażi, il-prezz medju tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppa kif ġej: Tabella 3 Prezzijiet tal-Importazzjoni (EUR/tunnellata)
|
(68) |
Matul il-perjodu kkunsidrat il-prezz medju tal-importazzjoni kien suġġett għal ċaqliq konsiderevoli. L-ewwel nett, il-prezz tela' bi 17 % minn EUR 1 534/tunnellata fl-2011 għal EUR 1 801/tunnellata fl-2012. Il-prezz tal-importazzjoni naqas fl-2013 għal EUR 1 511/tunnellata u għal EUR 1 388/tunnellata fil-PIR. B'mod globali, il-prezz tal-importazzjoni naqas b'10 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
(69) |
Il-Kummissjoni ddeterminat li kien hemm twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta' investigazzjoni billi qabblet il-prezz tal-bejgħ medju peżat tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li huma żammew lil konsumaturi mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustat għal-livell tal-prezz mill-fabbrika u l-prezz medju tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat għall-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq il-bażi ta' spiża, assigurazzjoni u trasport (CIF) abbażi tal-Eurostat, b'aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali u għall-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni. |
(70) |
Kif imsemmi fil-premessa (49), minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, it-tipi ta' prodotti esportati miċ-Ċina ma setgħux jiġu determinati. Għalhekk, ma kienx possibbli paragun fuq il-bażi tat-tip. It-tqabbil tal-prezzijiet sar għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta' kummerċ, aġġustati kif dovut fejn neċessarju, u wara tnaqqis tar-rifużjonijiet u l-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-industrija tal-Unjoni fil-kampjun matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Dan wera marġni ta' twaqqigħ tal-prezz b'medja peżata ta' 20,5 %. |
4.3.3. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
(71) |
It-tabella li ġejja turi l-iżvilupp tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni minn pajjiżi terzi oħrajn matul il-perjodu meqjusa f'termini ta' volumi u sehem mis-suq, kif ukoll il-prezz medju ta' dawk l-importazzjonijiet. Tabella 4 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
(72) |
Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra kiber minn madwar 9 078 tunnellata fl-2011 għal madwar 11 556 tunnellata fil-PIR, jiġifieri b'27 %. Din iż-żieda seħħet prinċipalment bejn l-2011 u l-2012, filwaqt li l-volumi tal-importazzjoni wara baqgħu relattivament stabbli sa tmiem il-PIR. Din iż-żieda hija riflessa fis-sehem mis-suq ta' dawn l-importazzjonijiet li żdiedu minn 16 % fl-2011 għal 19 % fl-2012 u mbagħad baqgħu relattivament stabbli b'żieda żgħira ta' 20 % fil-PIR. Il-medja tal-prezz tal-importazzjoni naqset b'5 % fl-2012 u mbagħad żdiedet b'5 % fl-2013. Fil-PIR reġgħet naqset b'6 %. Bħala medja, dawn il-prezzijiet kienu iktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. |
(73) |
Matul il-PIR, l-importazzjonijiet ġew prinċipalment mill-Vjetnam, il-Kambodja, it-Tajlandja, u l-Iżrael. Huma żviluppaw kif muri hawn taħt. Tabella 5 Volum ta' importazzjoni (tunnellati) minn pajjiżi terzi ewlenin oħra
|
(74) |
L-importazzjonijiet mill-Vjetnam irduppjaw matul il-perjodu kkunsidrat u laħqu madwar 2 562 tunnellata fil-PIR. L-importazzjonijiet mit-Tajwan naqsu b'mod sinifikanti (b'47 %) sa mill-2011 u fil-PIR laħqu l-livell ta' 1 357 tunnellata. Fl-aħħar nett, l-importazzjonijiet mill-Kambodja u l-Iżrael żdiedu b'mod sinifikanti fil-perjodu kkunsidrat sa livell ta' 1 368 tunnellata u 973 tunnellata, rispettivament, fil-PIR. |
4.4. Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.4.1. Rimarki ġenerali
(75) |
Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżaminar tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping fl-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
(76) |
Għall-iskop tal-analiżi tal-ħsara, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tal-ħsara makroekonomiċi u mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni analizzat l-indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi tad-dejta li tinsab fit-talba għal rieżami; id-dejta tirrigwarda l-produtturi magħrufa kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi fuq il-bażi tad-dejta li tinsab fit-tweġibiet mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u d-dejta relatata mal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta' dejta ġew misjuba li huma rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
(77) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġini ta' dumping u l-irkupru minn dumping preċedenti. |
(78) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-unità, il-kost tal-unità, il-kost lavorattiv, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-abbiltà li jinġabar il-kapital. Iċ-ċifri relatati mal-indikaturi mikroekonomiċi huma bbażati fuq dejta vverifikata mill-kumpaniji jew gruppi ta' kumpaniji fil-kampjun biss. |
4.4.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.4.2.1.
(79) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej: Tabella 6 Il-produzzjoni, il-kapaċità produttiva u l-użu tal-kapaċità
|
(80) |
Il-volum ta' produzzjoni baqa' relattivament stabbli bejn l-2011 u l-2013, iżda naqas fil-PIR b'10 % għal-livell ta' 48 868 tunnellata. |
(81) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni baqgħet fil-livell ta' 164 220 tunnellata mill-2012 wara tnaqqis ta' kapaċità ta' 11 % fl-2011. Il-kapaċità rapportata murija fit-tabella ta' hawn fuq kienet ibbażata, skont il-prassi standard ta' din l-industrija partikolari u l-metodu użat fil-proċedimenti ta' qabel imsemmija fil-premessa (4), fuq il-kapaċità massima teoretika fuq il-bażi ta' tliet xiftijiet kuljum, sitt ijiem fil-ġimgħa, 48 ġimgħa fis-sena. Madankollu, fir-realtà, l-industrija qed topera biss fuq il-bażi ta' żewġ xifts kuljum, ħamest ijiem fil-ġimgħa, 48 ġimgħa fis-sena. Il-kapaċità rrapportata għalhekk mhux neċessarjament tirrifletti b'mod preċiż il-kapaċità attwali matul il-PIR. |
(82) |
L-użu tal-kapaċità matul il-PIR baqa' f'livell baxx ta' 29 %. Il-kapaċità ta' utilizzazzjoni żdiedet matul il-perjodu kkunsidrat biex laħqet il-livell ta' 33 % fl-2012 u l-2013. Dan jirrifletti żieda żgħira fil-volum tal-produzzjoni f'dawn is-snin. Kif spjegat fil-premessa (81), il-livell baxx ta' utilizzazzjoni tal-kapaċità huwa parzjalment minħabba l-metodu għall-kalkolu tal-kapaċità totali. |
4.4.2.2.
(83) |
Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej: Tabella 7 Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
(84) |
Il-volumi tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni naqsu bi 8 % fl-2012 meta mqabbla mal-volumi mibjugħa fl-2011. Żdiedu biss ftit fl-2013 u reġgħu naqsu fil-PIR għal-livell ta' 37 121 tunnellata, jiġifieri l-volum tal-bejgħ totali naqas b'16 % meta mqabbel mal-2011. |
(85) |
It-tnaqqis fil-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kien rifless fis-sehem mis-suq tagħhom, li naqas bi 12-il punt perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat, jiġifieri minn 76 % fl-2011 għal 64 % fil-PIR. |
4.4.2.3.
(86) |
L-impjieg u l-produttività żviluppaw kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 8 L-impjiegi u l-produttività
|
(87) |
Matul il-perjodu kkunsidrat in-numru ta' impjegati naqas progressivament b'14 %, minn 1 092 impjegat fl-2011 għal 947 impjegat fil-PIR. Billi l-produzzjoni baqgħet fl-istess livell fl-2012 u l-2013, il-produttività tal-ħaddiema tal-produtturi tal-Unjoni, imkejla bħala produzzjoni (f'tunnellati) għal kull persuna impjegata, għal kull sena, żdiedet bi 12 % u b'16 % rispettivament f'dawn is-snin meta mqabbla mal-2011. Fil-PIR, il-produttività naqset minħabba tnaqqis fil-produzzjoni iżda qabżet il-livell tal-2011 b'6 %. |
4.4.3. Indikaturi mikroekonomiċi
4.4.3.1.
(88) |
Il-prezzijiet medji peżati tal-bejgħ ta' unità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 9 Prezzijiet ta' bejgħ fl-Unjoni u spiża għal kull unità
|
(89) |
Il-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni baqgħu relattivament stabbli u wrew varjazzjonijiet minuri biss. Għalhekk dawn żdiedu b'5 % fl-2012, naqsu b'4 % fl-2013 u reġgħu żdiedu fil-PIR bi 3 %. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet żdiedu b'kollox b'4 %. L-ispiża tal-produzzjoni għal kull unità segwa l-istess xejra, jiġifieri l-ewwel żdied fl-2012, u wara naqas fl-2013 u reġa' żdied fil-PIR. Madankollu, dan iċ-ċaqliq kien minuri u biss bejn 1 % u 2 %. B'mod ġenerali, il-prezz tal-produzzjoni għal kull unità żdied b'1 % matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, iż-żieda kemxejn ogħla tal-prezzijiet tal-bejgħ matul il-perjodu kkunsidrat ippermettiet titjib tal-profitabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni, li madankollu baqgħet negattiva matul il-perjodu kkunsidrat kif muri fil-premessa (94). |
4.4.3.2.
(90) |
Il-kost lavorattiv medju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 10 Kost lavorattiv medju għal kull impjegat
|
(91) |
Il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat kellu xejra kemxejn 'il fuq matul il-perjodu kkunsidrat. Bejn l-2011 u l-PIR, il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat żdied b'4 % għal EUR 55 715. It-tnaqqis tal-persunal b'14 % fil-perjodu kkunsidrat ma ġabx ekonomiji immedjati għall-kumpaniji minħabba spejjeż li rriżultaw mit-terminazzjoni tal-kuntratti. |
4.4.3.3.
(92) |
Il-livelli tal-ħażna tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 11 Inventarji
|
(93) |
L-istokk tal-għeluq l-ewwel żdied bi ftit fl-2012 u mbagħad naqas għal darb' oħra, b'1 % bejn l-2012 u l-2013 u b'16 % mill-2013 sal-PIR. B'kollox, l-istokks naqsu b'14 % matul il-perjodu kkunsidrat. Meta mqabbel mal-livell tal-produzzjoni, l-istokk tal-għeluq naqas b'punt perċentwali bejn l-2011 u l-PIR. |
4.4.3.4.
(94) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 12 Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redittu fuq l-investimenti
|
(95) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ. |
(96) |
Matul il-perjodu kkunsidrat l-industrija tal-Unjoni sofriet telf sinifikanti. Fl-2011 l-industrija rreġistrat telf ta' – 11,2 %, li naqas għal – 5,5 % fl-2012 u li reġa' żdied fl-2013 u fil-PIR għal – 8,3 % u – 9,1 %, rispettivament. |
(97) |
Il-fluss tal-flus nett jirrappreżenta l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw huma stess l-attivitajiet tagħhom. Il-fluss tal-flus baqa' negattiv matul il-perjodu kkunsidrat minkejja titjib, b'mod partikolari fl-2012. |
(98) |
L-investimenti segwew tendenza ta' żieda u kienu relatati ma' titjib fis-sigurtà tal-proċess ta' produzzjoni, tnaqqis fil-konsum tal-enerġija u żieda fil-kompetittività u l-kwalità tal-ATP. L-investimenti żdiedu fl-2012 u għal darb'oħra fl-2013 iżda naqsu fil-PIR. Meta mqabbla mal-2011, l-investimenti żdiedu bi 30 % fl-2012, bi 82 % fl-2013 u b'41 % fir-RIP. Din iż-żieda fl-investimenti madankollu ma ssarfitx f'redditu pożittiv fuq l-investimenti, li huwa l-profitt f'perċentwali tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Dan kien ivarja bejn – 21,4 % fl-2011 u – 15,3 % fil-PIR. |
4.4.3.5.
(99) |
Il-marġni ta' dumping stabbilit mill-investigazzjoni huwa ferm ogħla mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġini attwali ta' dumping fuq l-industrija tal-Unjoni huwa sostanzjali, minħabba l-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. |
(100) |
L-industrija tal-Unjoni kienet għadha fi proċess ta' rkupru mill-effetti ta' dumping dannuż fil-passat minn importazzjonijiet ta' ATP li joriġinaw fir-Russja, it-Turkija, ir-Repubblika tal-Korea u l-Malasja. |
4.5. Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
(101) |
Kważi l-indikaturi tad-dannu ewlenin kollha wrew xejra negattiva. Il-volum tal-produzzjoni naqas b'9 % u l-kapaċità tal-produzzjoni bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-industrija tal-Unjoni baqgħet b'telf importanti matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Għalkemm tjieb ftit, it-telf tal-industrija tal-Unjoni kien jammonta għal – 9,1 % fil-PIR. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni kellha fluss ta' flus kontinwament negattiv u tnaqqis fl-impjieg ta' madwar 11 % fil-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, il-bejgħ naqas b'16 % u s-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni naqas bi 12-il punt perċentwali. |
(102) |
L-inventarji tjiebu ftit billi naqsu b'14 % u l-investimenti żdiedu b'41 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dawn tal-aħħar madankollu kienu neċessarji għall-produtturi tal-Unjoni, fost l-oħrajn, biex ikunu jistgħu jikkompetu fis-suq. Dan it-tkabbir biss, madankollu, ma jipprekludix l-eżistenza ta' dannu u għandu jidher aktar bħala parti mill-proċess ta' ristrutturar kontinwu tal-industrija tal-Unjoni. |
(103) |
Fuq il-bażi ta' dak li ntqal aktar 'il fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
5. IL-PROBABBILTÀ TAL-KONTINWAZZJONI TAD-DANNU
5.1. L-impatt tal-volum proġettat tal-importazzjonijiet u l-effetti fuq il-prezzijiet f'każ ta' tħassir tal-miżuri
(104) |
Fil-premessa (57), il-Kummissjoni kkonkludiet li r-revoka tal-miżuri probabbilment twassal għal tkomplija ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiż ikkonċernat. |
(105) |
L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, li wassal, fost l-oħrajn, għal tnaqqis fil-produzzjoni, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, l-impjiegi u nuqqas kontinwu ta' profitt kif imsemmi fil-premessa (101). |
(106) |
Minkejja l-livell għoli ta' dazji fis-seħħ, il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina żdied b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat u konsegwentement is-sehem mis-suq Ċiniż irdoppja (ara l-premessa (65)). Il-pressjoni tal-prezz fis-suq tal-Unjoni baqgħet għolja ħafna fid-dawl tal-marġini sinifikanti ta' twaqqigħ tal-prezz misjub matul il-PIR. |
(107) |
Barra minn hekk, kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (52), il-kapaċità ta' produzzjoni żejda disponibbli fiċ-Ċina kienet tirrappreżenta kważi tliet darbiet il-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, jekk il-miżuri jitneħħew, huwa probabbli li volumi kbar tal-prodott ikkonċernat se jippenetraw is-suq tal-Unjoni. |
(108) |
Fid-dawl tal-imġiba tal-imgħoddi u dik attwali tal-prezz tal-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat huwa mistenni li l-importazzjonijiet se jkomplu jkunu bi prezzijiet ta' dumping u b'hekk iwaqqgħu b'mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping ċertament iħallu impatt negattiv fuq l-industrija tal-Unjoni. Dawn jeżerċitaw pressjoni fuq il-prezzijiet saħansitra aktar b'saħħitha fuq l-industrija tal-Unjoni u għalhekk jikkontribwixxu għal aktar deterjorament fir-riżultati finanzjarji tal-industrija tal-Unjoni. Dawn l-importazzjonijiet ikomplu jieħdu sehem mis-suq fis-suq tal-Unjoni b'dannu għall-industrija tal-Unjoni. Dan jirriżulta f'utilizzazzjoni tal-kapaċità saħansitra aktar baxxa mill-industrija tal-Unjoni li huwa wieħed mill-elementi kruċjali li jikkontribwixxu għar-riżultati negattivi tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
(109) |
Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li r-revoka tal-miżuri fis-seħħ x'aktarx li tirriżulta f'kontinwazzjoni ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
6. L-INTERESS TAL-UNJONI
(110) |
Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri antidumping eżistenti kontra ċ-Ċina tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni b'mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-bosta interessi involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-utenti. |
(111) |
Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku. |
(112) |
Fuq din il-bażi ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta' tkomplija ta' dumping u dwar il-probabbiltà ta' tkomplija ta' ħsara, kinux jeżistu raġunijiet b'saħħithom li jwasslu għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti. |
6.1. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
(113) |
Il-miżuri antidumping fis-seħħ ma waqqfux lill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping milli jidħlu fis-suq tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali matul il-perjodu kkunsidrat. |
(114) |
L-industrija tal-Unjoni wriet li hija industrija strutturalment vijabbli. L-isforzi bl-għan li jkun hemm razzjonalizzazzjoni tal-proċess tal-produzzjoni u titjib tal-kompetittività u l-kwalità rriżultaw matul il-PIR f'żieda fil-produttività (b'6 %) u fi tnaqqis fil-kapaċità tal-produzzjoni (bi 11 %). Huma kienu wkoll viżibbli permezz ta' investimenti (ara l-premessa (98)). Fl-aħħar nett, l-attività profittabbli ta' esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni żviluppat b'mod pożittiv li juri li kienet kompetittiva fi swieq ta' pajjiżi terzi (l-esportazzjonijiet tal-produtturi meħuda bħala kampjun żdiedu b'10 % matul il-perjodu kkunsidrat). |
(115) |
Jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-influss probabbli ta' volumi sostanzjali ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-pajjiż ikkonċernat jikkawża aktar deterjorament għas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Huwa probabbli li dan l-influss jikkawża, fost l-oħrajn, tnaqqis ulterjuri fis-sehem mis-suq, tnaqqis fil-prezz tal-bejgħ, tnaqqis fl-użu tal-kapaċità u b'mod ġenerali deterjorament ulterjuri serju tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. |
(116) |
Għalhekk il-Kummissjoni kkonkludiet li ż-żamma tal-miżuri antidumping kontra ċ-Ċina tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
6.2. L-interess tal-importaturi u l-utenti mhux relatati
(117) |
Tnax-il importatur ikkooperaw fl-investigazzjoni attwali iżda sitta biss irrappurtaw importazzjonijiet ta' ATP mill-pajjiż ikkonċernat. Intgħażel kampjun ta' tliet importaturi mhux relatati li jirrappreżentaw 15 % tal-importazzjonijiet totali miċ-Ċina matul il-PIR. Il-prodott ikkonċernat kien jikkostitwixxi biss medja ta' madwar 10 % tal-bejgħ totali tagħhom. L-attività tan-negozju tagħhom li hija relatata mal-prodott ikkonċernat kienet profittabbli. Fuq din il-bażi, il-miżuri fis-seħħ ma affettwawx b'mod sinifikanti lill-importaturi vverifikati. |
(118) |
L-investigazzjoni wriet ukoll li l-importaturi ssoktaw jimportaw il-prodott ikkonċernat f'volumi sinfikanti, u saħansitra żiduhom matul il-perjodu kkunsidrat. Għall-istess raġunijiet, huwa improbabbli li l-kontinwazzjoni tal-miżuri twassal għal deterjorament fil-qagħda ekonomika tagħhom fil-ġejjieni. |
(119) |
L-ebda wieħed mill-utenti ma kkoopera jew ippreżenta ruħu fl-investigazzjoni attwali. In-nuqqas ta' kooperazzjoni tagħhom jidher li jikkonferma l-konklużjonijiet li ntlaħqu fl-investigazzjoni oriġinali li l-ATP jirrappreżentaw parti żgħira ħafna mill-ispejjeż totali tal-produzzjoni tagħhom u li l-miżuri fis-seħħ ma jidhrux li kkawżaw xi telf ta' kompetittività għalihom. |
6.3. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
(120) |
Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti kontra l-estensjoni tal-miżuri antidumping fis-seħħ. |
7. MIŻURI ANTIDUMPING
(121) |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti fittings ta' tubi u pajpijiet li joriġinaw fiċ-Ċina għandhom jinżammu. |
(122) |
B'konsegwenza ta' dan, l-estensjoni tal-miżuri għall-prodott ikkonċernat li joriġina fiċ-Ċina għal importazzjonijiet ikkunsinjati mit-Tajwan (14), l-Indonesja (15), is-Sri Lanka (16) u l-Filippini (17), kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajwan, l-Indonesja, is-Sri Lanka u l-Filippini kif ukoll jekk le għandha wkoll tkompli. |
(123) |
Dan ir-Regolament huwa skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju definittiv tal-antidumping huwa impost fuq importazzjonijiet ta' aċċessorji ta' tubi u pajpijiet (għajr għall-aċċessorji fonduti, il-flanġijiet u l-aċċessorji bil-kamin), tal-ħadid jew tal-azzar (eskluż l-azzar inossidabbli), b'dijametru estern massimu ta' 609,6 mm, tat-tip li jiġi użat għall-iwweldjar tat-truf (butt-welding) jew xi użi oħra, li bħalissa jaqgħu fil-kodiċi NM ex 7307 93 11, ex 7307 93 19 u ex 7307 99 80 (kodiċi TARIC 7307931191, 7307931193, 7307931194, 7307931195, 7307931199, 7307931991, 7307931993, 7307931994, 7307931995, 7307931999, 7307998092, 7307998093, 7307998094, 7307998095 u 7307998098) u li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
2. Ir-rata tad-dazju antidumping definittiva applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt tkun kif ġej:
Pajjiż |
Kumpanija |
Rata tad-dazju (%) |
Kodiċijiet addizzjonali TARIC |
Iċ-Ċina |
Il-kumpaniji kollha |
58,6 |
— |
3. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ottubru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 584/96 tal-11 ta' Marzu 1996 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti aċċessorji ta' tubi jew pajpijiet, tal-ħadid jew l-azzar, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, il-Kroazja u t-Tajlandja, u li tiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost (ĠU L 84, 3.4.1996, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 803/2009 tas-27 ta' Awwissu 2009 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti fittings ta' tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajlandja, u dawk kunsinjati mit-Tajwan, kemm jekk dikjarati bħala oriġinarji mit-Tajwan, kif ukoll jekk mhumiex, u li jirrevoka l-eżenzjoni mogħtija lil Chup Hsin Enterprise Co. Ltd u Nian Hong Pipe Fittings Co. Ltd. (ĠU L 233, 4.9.2009, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 964/2003 tat-2 ta' Ġunju 2003 li jimponi dazji definittivi ta' kontra d-dumping fuq importazzjonijiet ta' ċerti tubi jew pajpijiet aċċessorji, tal-ħadid u l-azzar, li joriġinaw mir-Repubbliki tal-Popli taċ-Ċina u t-Tajlandja, u dawk ikkunsinnati mit-Tajwan, sewwa jekk le, iddikjarati bħala oriġinarji mit-Tajwan (ĠU L 139, 6.6.2003, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2052/2004 tat-22 ta' Novembru 2004 li jestendi d-dazju definittiv kontra d-dumping impost bir-Regolament (KE) Nru 964/2003 fuq l-importazzjonijiet ta' tagħmir ta' tubi jew ta' pajpijiet, tal-ħadid jew l-azzar, li jkunu ġejjin mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, għall-importazzjonijiet ta' tagħmir ta' tubi jew pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li jkunu ġew kunsinnjati mill-Indoneżja, kemm jekk ikunu ddikjarati li ġejjin mill-Indoneżja u kemm jekk le (ĠU L 355, 1.12.2004, p. 4).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2053/2004 tat-22 ta' Novembru 2004 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost bir-Regolament (KE) Nru 964/2003 fuq l-importazzjonijiet ta' tagħmir ta' tubi jew pajpijiet, tal-ħadid jew l-azzar, ġejjin mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, għall-importazzjonijiet ta' tagħmir ta' tubi jew pajpijiet, tal-ħadid jew l-azzar, li jkunu ġew ikkunsinnati mis-Sri Lanka, kemm jekk ikunu dikjarati li ġejjin mis-Sri Lanka kif ukoll jekk le (ĠU L 355, 1.12.2004, p. 9).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 655/2006 tas-27 ta' April 2006 li jestendi d-dazji antidumping definittivi imposti bir-Regolament (KE) Nru 964/2003 dwar l-importazzjonjiet ta' fittings ta' tubi jew papjijiet, tal-ħadid jew l-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, għall-importazzjonijiet ta' fittings ta' tubi jew pajpijiet, tal-ħadid jew l-azzar, ikkunsinnati mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Filippini kemm jekk le (ĠU L 116, 29.4.2006, p. 1).
(8) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 78/2013 tas-17 ta' Jannar 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti aċċessorji ta' tubi u pajpijiet tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Russja u mit-Turkija (ĠU L 27, 29.1.2013, p. 1).
(9) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1283/2014 tat-2 ta' Diċembru 2014 li jimponi dazju definittiv tal-antidumping fuq importazzjonijiet ta' ċerti aċċessorji ta' tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 347, 3.12.2014, p. 17).
(10) ĠU C 297, 4.9.2014, p. 12.
(11) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 35.
(12) ĠU C 295, 3.9.2014, p. 6.
(13) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 803/2009 tas-27 ta' Awwissu 2009 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċerti fittings ta' tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajlandja, u dawk kunsinjati mit-Tajwan, kemm jekk dikjarati bħala oriġinarji mit-Tajwan, kif ukoll jekk mhumiex, u li jirrevoka l-eżenzjoni mogħtija lil Chup Hsin Enterprise Co. Ltd u Nian Hong Pipe Fittings Co. Ltd. (ĠU L 233, 4.9.2009, p. 1).
(14) Ir-Regolament (KE) Nru 964/2003.
(15) Ir-Regolament (KE) Nru 2052/2004.
(16) Ir-Regolament (KE) Nru 2053/2004.
(17) Ir-Regolament (KE) Nru 655/2006.