7.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 260/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1785

tal-5 ta' Ottubru 2015

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqu, jew li żżid xi subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-iskop li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati skont il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament, li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness huma kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Oġġett (l-hekk imsejjaħ “mopp mingħajr il-lasta”) li jikkonsisti fi strixxi magħmulin mit-tessuti mwaħħlin ma' adapter tal-plastik li huwa magħmul b'tali mod li jqabbad l-oġġett mal-manku.

(Ara r-ritratt) (*)

9603 90 99

Il-klassifikazzjoni ssir skont ir-regoli ġenerali 1, 2(a) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda (GIR), u skont il-kelmiet tal-kodiċijiet NM 9603 , 9603 90 u 9603 90 99 .

Mopp huwa għadd ta' strixxi magħmulin mit-tessuti mmuntati fuq manku. Dan l-oġġett huwa għadd ta' strixxi magħmulin mit-tessuti mwaħħla ma' adapter tal-plastik magħmul b'tali mod li jqabbad l-oġġett mal-manku. Minħabba f'hekk, il-mopp mingħajr il-lasta għandu jitqies bħala oġġett mhux komplut li għandu l-karatteristika essenzjali ta' mopp skont it-tifsira ta' GIR 2(a), għaliex l-adapter tal-plastik huwa magħmul b'tali mod li jista' jiġi mmuntat fuq manku (Ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata b'rabta mal-ewwel paragrafu tal-intestatura 9403 , (D))

Għalhekk l-artiklu għandu jiġi kklassifikat skont il-kodiċi tan-NM bin-numru 9603 90 99 bħala “mopp”.

Image

(*)  Ir-ritratt qed jingħata għal skopijiet ta' informazzjoni biss.