18.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 243/1 |
REGOLAMENT (UE) 2015/1525 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-9 ta' Settembru 2015
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 33 u 325 tiegħu,
Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
Sabiex jiġi żgurat li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 (2) ikopri l-movimenti kollha possibbli ta' oġġetti fir-rigward tat-territorju doganali tal-Unjoni, huwa xieraq li jiġu ċċarati d-definizzjonijiet ta' “leġislazzjoni doganali” u “trasportaturi” fir-rigward tal-kunċetti ta' dħul u ħruġ ta' oġġetti. |
(2) |
Bl-għan li jissaħħu aktar il-proċeduri amministrattivi u kriminali għall-indirizzar tal-irregolaritajiet, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-evidenza miksuba permezz tal-assistenza reċiproka tista' tiġi kkunsidrata bħala ammissibbli fil-proċedimenti quddiem l-awtoritajiet amministrattivi u ġudizzjarji tal-Istat Membru tal-awtorità applikanti. |
(3) |
Bl-għan li tiżdied iċ-ċarezza, il-konsistenza u t-trasparenza, jeħtieġ li jiġi ddeterminat f'termini aktar konkreti l-awtoritajiet li għandu jkollhom aċċess għad-direttorji stabbiliti abbażi tar-Regolament (KE) Nru 515/97. Għal dak l-għan, għandha tiġi stabbilita referenza uniformi għall-awtoritajiet kompetenti. L-aċċess dirett għal dawk l-awtoritajiet huwa kondizzjoni importanti għall-implimentazzjoni effettiva tal-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli. |
(4) |
Id-data li tikkonċerna l-movimenti tal-kontejners tagħmilha possibbli li tiġi identifikata frodi fir-rigward ta' oġġetti li jiddaħħlu u jinħarġu mit-territorju doganali tal-Unjoni. Tali data sservi biex tgħin fl-operazzjonijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni u prosekuzzjoni li jikkostitwixxu, jew jidhru li jikkostitwixxu, ksur tal-leġislazzjoni doganali. Sabiex jinġabar u jintuża sett ta' data li jkun komplut kemm jista' jkun, filwaqt li jiġu evitati l-impatti negattivi potenzjali fuq l-impriżi żgħar u ta' daqs medju fis-settur tat-trasport tal-merkanzija, jeħtieġ li t-trasportaturi jippreżentaw lill-Istati Membri data li tikkonċerna l-movimenti tal-kontejners sa fejn huma jiġbru tali data f'format elettroniku permezz tas-sistemi tagħhom ta' traċċar tat-tagħmir jew ikollhom tali data maħżuna f'isimhom. Tali data għandha tkun trasmessa direttament f'direttorju uniku stabbilit mill-Kummissjoni għal dak il-għan. |
(5) |
Sabiex ikun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi, l-Unjoni għandha dmir li tikkumbatti l-frodi doganali u b'hekk tikkontribwixxi għall-objettiv tas-suq intern li jkollu prodotti siguri b'ċertifikati tal-oriġini ġenwini. |
(6) |
L-individwazzjoni ta' frodi tiddipendi b'mod sinifikanti mill-identifikazzjoni u l-kontroanaliżi ta' settijiet ta' data operattivi rilevanti. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi stabbilit, fil-livell tal-Unjoni, direttorju li jkun fih data dwar l-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet u t-tranżitu ta' oġġetti, inkluż it-tranżitu ta' oġġetti fl-Istati Membri u l-esportazzjonijiet diretti. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha sistematikament tidduplika data mis-sorsi operati mill-Kummissjoni fid-direttorju tad-data dwar l-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet u t-tranżitu, u l-Istati Membri għandhom ikollhom l-għażla li jipprovdu lill-Kummissjoni data dwar it-tranżitu ta' oġġetti fi Stat Membru u l-esportazzjonijiet diretti, skont id-disponibbiltà tad-data u l-infrastruttura tal-teknoloġija tal-informatika tal-Istati Membri. |
(7) |
L-introduzzjoni, skont id-Deċiżjoni Nru 70/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), tas-sistemi doganali elettroniċi fl-2011, li permezz tagħha d-dokumenti ta' sostenn għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ma għadhomx jinżammu mill-awtoritajiet doganali iżda mill-operaturi ekonomiċi, wasslet għal dewmien fit-twettiq tal-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) fiż-żona doganali, peress li l-OLAF jiddipendi fuq dawk l-awtoritajiet biex jgħinuh jikseb tali dokumenti. Barra minn hekk, il-preskrizzjoni ta' tliet snin sabiex jiġi rkuprat dejn doganali toħloq restrizzjonijiet addizzjonali għat-twettiq b'suċċess tal-investigazzjonijiet. Sabiex jitħaffef it-twettiq tal-investigazzjonijiet fil-qasam tad-dwana, minbarra l-possibilitajiet l-oħra biex il-Kummissjoni tikseb informazzjoni dwar dikjarazzjonijiet, għandha tkun speċifikata l-proċedura li konformement magħha l-Kummissjoni tista' titlob mingħand l-Istati Membri d-dokumenti ta' sostenn għad-dikjarazzjonijiet tal-importazzjoni u l-esportazzjoni. |
(8) |
Sabiex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità u tiżdied is-sigurtà tad-data mdaħħla fid-direttorji stabbiliti abbażi ta' dan ir-Regolament u tar-Regolament (KE) Nru 515/97, għandha ssir dispożizzjoni biex l-aċċess għal dik id-data jiġi limitat għal utenti speċifiċi u għal skopijiet definiti biss. |
(9) |
Ir-Regolament (KE) Nru 515/97 jipprovdi għall-ipproċessar ta' data. Dan l-ipproċessar jista' jkopri wkoll id-data personali u għandu jsir skont il-liġi tal-Unjoni. B'mod partikolari, l-ipproċessar ta' data personali għandu jsir b'mod li jkun kompatibbli mal-iskop ta' dak ir-Regolament u f'konformità mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u, b'mod partikolari, mar-rekwiżiti tal-Unjoni dwar il-kwalità tad-data, dwar il-proporzjonalità, dwar il-limitazzjoni tal-iskop, u dwar id-drittijiet għall-informazzjoni u għall-aċċess, ir-rettifika, il-kanċellament u l-imblukkar ta' data personali, ma' miżuri organizzattivi u tekniċi u ma' trasferimenti internazzjonali ta' data personali. Għandu jiġu previst b'mod speċifiku li l-aċċess għad-data mdaħħla jiġi limitat għal utenti speċifiċi biss, bil-għan ukoll li tkun żgurata l-kunfidenzjalità tad-data mdaħħla. |
(10) |
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jipproteġu informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali u għandhom jiżguraw trattament kunfidenzjali tal-informazzjoni skambjata permezz tad-direttorju tal-Messaġġi rappurtati dwar l-Istatus tal-Kontejners u d-direttorju dwar l-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet u t-tranżitu. |
(11) |
Sabiex tiġi żgurata informazzjoni aġġornata u jiġu garantiti d-dritt għat-trasparenza u d-dritt għall-informazzjoni tas-suġġetti tad-data kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Direttiva 95/46/KE, għandu jkun possibbli għall-Kummissjoni li tippubblika aġġornamenti fuq l-Internet tal-listi tal-awtoritajiet kompetenti nominati mill-Istati Membri u d-dipartimenti tal-Kummissjoni awtorizzati li jkollhom aċċess għall-CIS. |
(12) |
L-ipproċessar ta' data personali għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 515/97 u kwalunkwe att delegat u ta' implimentazzjoni adottati taħtu għandhom josservaw id-dritt fundamentali għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja rikonoxxut mill-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, kif ukoll id-drittijiet għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, rikonoxxuti, rispettivament, mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Tali atti delegati u ta' implimentazzjoni għandhom jiżguraw ukoll li kwalunkwe pproċessar ta' data personali jsir skont id-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001. |
(13) |
Sabiex tittejjeb il-konsistenza tas-superviżjoni tal-protezzjoni tad-data, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jikkoopera mill-qrib mal-Awtorità ta' Sorveljanza Konġunta stabbilita taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/917/ĠAI (6), bl-għan li tintlaħaq koordinazzjoni tal-awditjar tal-CIS. |
(14) |
Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-ħażna tad-data fil-CIS ta' spiss jirriżultaw f'telf mhux ġustifikabbli ta' informazzjoni. Dan għaliex l-Istati Membri ma jwettqux sistematikament l-analiżi annwali minħabba l-piż amministrattiv involut u n-nuqqas ta' riżorsi adegwati. Għalhekk jeħtieġ li tiġi ssimplifikata l-proċedura li tirregola l-ħażna tad-data fil-CIS billi jitneħħa l-obbligu tar-reviżjoni annwali tad-data u billi jiġi stabbilit perijodu massimu ta' ħażna ta' ħames snin li jista' jiżdied, jekk dan ikun ġustifikat, b'perijodu addizzjonali ta' sentejn, li jikkorrispondi għall-perijodi previsti għad-direttorji stabbiliti abbażi tar-Regolament (KE) Nru 515/97. Dak il-perijodu huwa neċessarju minħabba l-proċeduri twal għall-ipproċessar tal-irregolaritajiet u peress li dik id-data hija meħtieġa biex isiru operazzjonijiet doganali konġunti u investigazzjonijiet. |
(15) |
Sabiex jissaħħu aktar il-possibbiltajiet għall-analiżi tal-frodi u biex jiġi ffaċilitat it-twettiq tal-investigazzjonijiet, id-data li tikkonċerna l-fajls tal-investigazzjonijiet attwali maħżuna fil-bażi tad-data għall-identifikazzjoni ta' fajls doganali għandha ssir anonima, meta tkun għaddiet sena mill-aħħar osservazzjoni, u wara dan għandha tinżamm f'forma fejn ma tkunx aktar possibbli l-identifikazzjoni tas-suġġett tad-data. |
(16) |
Minħabba li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jtejjeb l-individwazzjoni, l-investigazzjoni u l-prevenzjoni tal-frodi relatata mad-dwana fl-Unjoni ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista' pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan. |
(17) |
It-trasportaturi li, fil-mument tad-dħul fis-seħħ dan ir-Regolament, ikunu marbuta b'obbligi ta' kuntratt privat fir-rigward tal-forniment ta' data dwar il-movimenti tal-kontejners, għandhom ikunu intitolati li jibbenefikaw minn applikazzjoni differita tal-obbligu tagħhom li jirrapportaw Messaġġi dwar l-Istatus tal-Kontejners (MIK), sabiex jinnegozjaw mill-ġdid il-kuntratti tagħhom u biex jiżguraw li kuntratti futuri jkunu kompatibbli mal-obbligu li jipprovdu data lill-Istati Membri. |
(18) |
Ir-Regolament (KE) Nru 515/97 jikkonferixxi setgħat lill-Kummissjoni biex timplimenta wħud mid-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament. Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, jeħtieġ li s-setgħat ikkonferiti lill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament jiġu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). |
(19) |
Sabiex jiġu ssupplimentati ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 515/97 u b'mod partikolari biex tiġi speċifikata l-informazzjoni li għandha tiddaħħal fil-CIS, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni sabiex tiddetermina l-operazzjonijiet b'konnessjoni mal-applikazzjoni tal-leġislazzjoni agrikola li għalihom għandha tiġi introdotta informazzjoni fil-CIS. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni jkollha konsultazzjonijiet adegwati matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell espert u, fejn ikun il-każ, ma' rappreżentanti tan-negozju. Il-Kummissjoni, meta tkun qiegħda tipprepara u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f'waqtha u adegwata ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(20) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 515/97, għandhom jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-frekwenza tar-rappurtar tal-MIK, tal-format tad-data tal-MIK, il-metodu ta' trasmissjoni tal-MIK u l-elementi speċifiċi li għandhom jiġu inklużi fil-CIS li jirrigwardaw kull waħda mill-kategoriji li għalihom għandha tiddaħħal id-data. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Il-proċedura ta' eżami għandha tintuża għall-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni. |
(21) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat u ta opinjoni fil-11 ta' Marzu 2014. |
(22) |
Ir-Regolament (KE) Nru 515/97 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 515/97 huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 2(1) huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
l-Artikolu 12 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 12 Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 51, informazzjoni, inklużi dokumenti, kopji awtentiċi ċċertifikati ta' dokumenti, attestazzjonijiet, l-istrumenti jew id-deċiżjonijiet kollha li jinħarġu minn awtoritajiet amministrattivi, rapporti u kwalunkwe intelligence, miksuba mill-persunal tal-awtorità mitluba u kkomunikati lill-awtorità applikanti matul l-assistenza prevista fl-Artikoli 4 sa 11 tista' tikkostitwixxi prova ammissibbli bl-istess mod bħallikieku kienet inkisbet fl-Istat Membru fejn isiru l-proċedimenti:
|
(3) |
l-Artikolu 16 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 16 Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 51, informazzjoni, inklużi dokumenti, kopji awtentiċi ċċertifikati ta' dokumenti, l-attestazzjonijiet, l-istrumenti jew id-deċiżjonijiet kollha li jinħarġu minn awtoritajiet amministrattivi, rapporti u kwalunkwe intelligence, miksuba mill-persunal tal-awtorità komunikanti u kkomunikati lill-awtorità riċeventi matul l-assistenza prevista fl-Artikoli 13 sa 15 jistgħu jikkostitwixxu prova ammissibbli bl-istess mod bħallikieku kienu nkisbu fl-Istat Membru fejn iseħħu l-proċedimenti:
|
(4) |
l-Artikolu 18a, huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 18c Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, dispożizzjonijiet dwar il-frekwenza tar-rappurtar, il-format tad-data fil-MIK u l-metodu tat-trasmissjoni tal-MIK. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 43a(2) sad-29 ta' Frar 2016.”; |
(6) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 18d 1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tiġġestixxi direttorju (‘direttorju tal-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet u t-tranżitu’) li jkun fih data dwar:
Id-direttorju tal-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet u t-tranżitu għandu jinżamm kif deskritt fid-dettall fl-Annessi 37 u 38 għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (******). Il-Kummissjoni għandha tidduplika sistematikament data mis-sorsi operati mill-Kummissjoni abbażi tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 fid-direttorju tal-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet u t-tranżitu. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni data dwar it-tranżitu ta' oġġetti fi ħdan Stat Membru u l-esportazzjoni diretta, skont id-disponibbiltà tad-data u l-infrastruttura tat-teknoloġija tal-informatika tal-Istati Membri. Id-dipartimenti nominati mill-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali msemmija fl-Artikolu 29 ta' dan ir-Regolament jistgħu jużaw id-direttorju tal-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet u t-tranżitu biex janalizzaw id-data u jqabblu d-data fid-direttorju tal-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet u t-tranżitu ma' MIK irrappurtati skont id-Direttorju tal-MIK, u jistgħu jiskambjaw informazzjoni dwar ir-riżultati, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. 2. Id-direttorju tal-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet u t-tranżitu għandu jkun aċċessibbli għall-awtoritajiet nazzjonali imsemmija fl-Artikolu 29 ta' dan ir-Regolament. Fil-Kummissjoni, huma biss l-analisti nominati li għandhom jingħataw is-setgħa li jipproċessaw id-data personali li tinsab fid-direttorju tal-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet u t-tranżitu. L-Istati Membri għandu jkollhom aċċess dirett għal:
L-awtoritajiet kompetenti li jkunu daħħlu data fis-Sistema ta' Informazzjoni Doganali msemmija fl-Artikolu 23(1) jew data minn fajl ta' investigazzjoni fil-bażi tad-data għall-identifikazzjoni ta' fajls doganali msemmi fl-Artikolu 41a(1) ta' dan ir-Regolament skont l-Artikolu 41b ta' dan ir-Regolament, għandu jkollhom aċċess għad-data kollha fid-direttorju tal-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet u t-tranżitu li tirrigwarda dak id-dħul jew dak il-fajl ta' investigazzjoni. 3. Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandu japplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-Kummissjoni fil-kuntest tad-data inkluża fid-direttorju tal-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet u t-tranżitu. Il-Kummissjoni għandha titqies bħala kontrollur fis-sens tal-punt (d) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Id-direttorju tal-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet u t-tranżitu għandu jkun soġġett għal verifika minn qabel mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Id-data li tinsab fid-direttorju tal-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet u t-tranżitu ma tistax tinżamm għal aktar minn ħames snin, b'perijodu addizzjonali ta' sentejn jekk ġustifikat. 4. Id-direttorju tal-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet u t-tranżitu ma għandux jinkludi l-kategoriji speċjali ta' data fis-sens tal-Artikolu 10(5) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Il-Kummissjoni għandha timplimenta miżuri tekniċi u organizzattivi adatti għall-protezzjoni tad-data personali kontra l-qerda aċċidentali jew illegali, it-telf aċċidentali jew l-iżvelar mhux awtorizzat, il-modifika u l-aċċess jew kwalunkwe forma oħra mhux awtorizzata ta' pproċessar. 5. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jipproteġu informazzjoni kummerċjali riservata. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom japplikaw l-ogħla regoli ta' sigurtà tekniċi, organizzattivi u tal-persunal marbuta mas-segretezza professjonali jew dmirijiet oħra ekwivalenti ta' kunfidenzjalità għall-esperti nominati tagħhom skont il-liġi nazzjonali u dik tal-Unjoni. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-talbiet minn Stati Membri oħra għal trattament kunfidenzjali ta' informazzjoni skambjata permezz tad-direttorju tal-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet u t-tranżitu jiġu osservati. Artikolu 18e Il-Kummissjoni tista' titlob lil Stat Membru jipprovdi d-dokumenti li jiġġustifikaw id-dikjarazzjonijiet tal-importazzjoni u l-esportazzjoni u li għalihom id-dokumenti ta' sostenn ikunu ġew iġġenerati jew inġabru mill-operaturi ekonomiċi, fir-rigward tal-investigazzjonijiet marbuta mal-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni doganali. It-talba msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tiġi indirizzata lill-awtoritajiet kompetenti. Meta iktar minn awtorità waħda tkun nominata minn Stat Membru, l-Istat Membru għandu jispeċifika d-dipartiment amministrattiv responsabbli milli jwieġeb it-talba mill-Kummissjoni. Stat Membru għandu, f'perijodu ta' erba' ġimgħat minn meta tasal it-talba mill-Kummissjoni:
(******) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).”;" |
(7) |
l-Artikolu 21(1) huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Is-sejbiet u l-informazzjoni miksuba matul il-missjonijiet tal-Komunità imsemmija fl-Artikolu 20, u b'mod partikolari dokumenti mwassla mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi kkonċernati, kif ukoll l-informazzjoni miksuba matul il-kors ta' inkjesta amministrattiva, inkluż mis-servizzi tal-Kummissjoni, għandhom ikunu ttrattati skont l-Artikolu 45.”; |
(8) |
l-Artikolu 23(4) huwa sostitwit b'dan li ġej: “4. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 li jistabbilixxu dawk l-operazzjonijiet b'rabta mal-applikazzjoni tar-regolamenti agrikoli li jeħtieġu l-introduzzjoni tal-informazzjoni fil-CIS. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sad-29 ta' Frar 2016.”; |
(9) |
l-Artikolu 25(1) huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, dispożizzjonijiet dwar l-elementi li għandhom ikunu inklużi fil-CIS marbuta ma' kull waħda mill-kategoriji imsemmija fl-Artikolu 24 sa fejn dan ikun meħtieġ biex jintlaħaq l-għan tal-CIS. Id-data personali m'għandhiex tidher fil-kategorija msemmija fl-Artikolu 24(e). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 43a(2) sad-29 ta' Frar 2016.”; |
(10) |
il-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 29 huma sostitwiti b'dan li ġej: “1. L-aċċess għad-data inkluża fil-CIS għandu jiġi riservat esklussivament għall-awtoritajiet nazzjonali nominati minn kull Stat Membru u d-dipartimenti nominati mill-Kummissjoni. Dawk l-awtoritajiet nazzjonali għandhom ikunu awtoritajiet doganali, imma jistgħu wkoll jinkludu awtoritajiet oħra li jkunu kompetenti, skont il-liġijiet, regolamenti u proċeduri tal-Istat Membru fil-kwistjoni, biex jaġixxu ħalli jintlaħaq il-għan iddikjarat fl-Artikolu 23(2). L-imsieħeb CIS fornitur għandu jkollu d-dritt li jistabbilixxi liema fost dawk l-awtoritajiet nazzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu jista' jkollhom aċċess għad-data li ġiet inkluża fil-CIS. 2. Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni, lista tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti nominati li għandhom aċċess għall-CIS, li tiddikjara, għal kull awtorità, għal liema data din jista' jkollha aċċess u għal liema finijiet. Il-Kummissjoni għandha tivverifika mal-Istati Membri kkonċernati l-lista tal-awtoritajiet nazzjonali nominati biex jiġu evitati nomini sproporzjonati. Wara dik il-verifika, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkonfermaw jew jemendaw il-lista tal-awtoritajiet nazzjonali nominati. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn kif xieraq. Hija għandha tinforma wkoll lill-Istati Membri kollha bid-dettalji korrispondenti li jikkonċernaw lid-dipartimenti tal-Kummissjoni awtorizzati li jkollhom aċċess għall-CIS. Il-lista ta' awtoritajiet nazzjonali u dipartimenti tal-Kummissjoni hekk nominati għandha tiġi ppubblikata għall-informazzjoni mill-Kummissjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-aġġornamenti sussegwenti tal-lista għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku mill-Kummissjoni fuq l-Internet.”; |
(11) |
l-Artikolu 30 huwa emendat kif ġej:
|
(12) |
it-titolu tal-Kapitolu 4 tat-Titolu V huwa sostitwit b'dan li ġej: “Kapitolu 4 Ħażna tad-data”; |
(13) |
l-Artikolu 33 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 33 Id-data inkluża fil-CIS għandha tinżamm biss għaż-żmien neċessarju biex jintlaħaq l-iskop li għalih kienet introdotta u ma tistax tinħażen għal aktar minn ħames snin b'perijodu addizzjonali ta' sentejn jekk ġustifikat.”; |
(14) |
fl-Artikolu 37, il-paragrafu li ġej huwa miżjud: “5. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jikkoordina mal-Awtorità ta' Sorveljanza Konġunta, stabbilita skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/917/ĠAI (*******), u kull wieħed minnhom jaġixxi fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, bil-ħsieb li jiġu żgurati s-superviżjoni u l-awditjar koordinati tal-CIS. (*******) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/917/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informatika għall-finijiet doganali (ĠU L 323, 10.12.2009, p. 20).”;" |
(15) |
l-Artikolu 38 huwa emendat kif ġej:
|
(16) |
l-Artikolu 41d huwa emendat kif ġej:
|
(17) |
L-Artikolu 43 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 43 1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu. 2. Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 23(4) tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mit-8 ta' Ottubru 2015. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu. 3. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 23(4) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ. 4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 23(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun tqajmet l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jagħlaq dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”; |
(18) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 43a 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (********). 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Artikolu 43b Sad-9 ta' Ottubru 2017, il-Kummissjoni għandha tevalwa:
(********) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”;" |
(19) |
Fl-Artikolu 53, il-paragrafu li ġej huwa miżjud: “Fir-rigward tat-trasportaturi li, fit-8 ta' Ottubru 2015, huma marbuta b'kuntratti privati li ma jippermettulhomx jissodisfaw l-obbligu tagħhom ta' rappurtar stipulat fl-Artikolu 18a(4), dak l-obbligu għandu japplika mid-9 ta' Ottubru 2016.”. |
Artikolu 2
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Huwa għandu japplika mill-1 ta' Settembru 2016.
3. Minkejja l-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-punti 5, 8, 9, 17 u 18 tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mit-8 ta' Ottubru 2015.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, id-9 ta' Settembru 2015.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
N. SCHMIT
(1) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-15 ta' Ġunju 2015 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Settembru 2015 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni Nru 70/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar ambjent mingħajr karti għad-dwana u l-kummerċ (ĠU L 23, 26.1.2008, p. 21).
(4) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi rigward l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilltat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/917/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informatika għall-finijiet doganali (ĠU L 323, 10.12.2009, p. 20).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).