11.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 184/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1125

tal-10 ta' Lulju 2015

li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 dwar il-livelli massimi għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fl-oġġetti tal-ikel fil-Katsuobushi (bonito mnixxef) u ċerti aringi tal-Atlantiku affumikati

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta' Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru1881/2006 (2) jistabbilixxi l-livelli massimi għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAH) fl-ikel.

(2)

Skont dak ir-Regolament, il-livelli massimi ta' PAHs iridu jkunu mingħajr periklu, u baxxi kemm jista' jkun (l-ALARA) imsejsa fuq prattiki tajba tal-fabbrikazzjoni tat-tnixxif u tal-biedja/is-sajd. Fl-2011, id-dejta għall-ħut affumikat wera li livelli massimi aktar baxxi ta' PAHs kienu jistgħu jintlaħqu u dawn ġew stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 835/2011 (3). Madankollu, f'xi każijiet, kien hemm il-bżonn ta' adattament tat-teknoloġija tal-affumikar. Għalhekk perjodu tranżitorju ta' tliet snin ġie mogħti qabel ma jibdew japplikaw il-livelli massimi aktar baxxi mill-1 ta' Settembru 2014.

(3)

Il-Katsuobushi huwa ikel tradizzjonali Ġappuniż prodott magħmul mill-bonito. Il-proċess ta' manifattura tiegħu jinvolvi t-tqattigħ felli felli, it-tgħollija u d-dissussar segwit minn iffumikar/proċess ta' tnixxif matul il-kombustjoni tal-injam. Evidenza reċenti ġiet provduta mill-awtoritajiet Ġappuniżi li turi li, minkejja l-applikazzjoni ta' prattiki ta' affumikar tajba sa fejn ikun possibbli, il-livelli aktar baxxi ta' PAHs ma jistgħux jintlaħqu għal dak il-prodott. Għalhekk huwa xieraq li jinbidlu l-livelli massimi preżenti ta' PAHs fil-Katsuobushi f'dawk applikabbli qabel l-1 ta' Settembru 2014.

(4)

L-isem tal-prodott “Sprotid” huwa isem tradizzjonali fl-Estonja għal prodott li tradizzjonalment jista' jinkludi kemm il-laċċa kaħla (Sprattus sprattus) u l-aringi tal-Baltiku (Clupea harengus membras) skont l-istaġun u d-disponibbiltà. Iż-żewġ ħutiet huma ta' daqs komparabbli u huma kklassifikati bħala ħut fuq skala żgħira. It-tikketta ta' “Sprotid” ssemmi jekk il-prodott ikun fih laċċa kaħla jew aringi tal-Baltiku jew taħlita, bi proporzjoni ta' kull speċi ta' ħut preżenti. Għal dan l-proċess tal-affumikar aringi żgħar tal-Baltiku huma l-istess bħal dak applikat għal aringi żgħar u konsegwentement livelli ta' PAHs fl-aringi żgħar tal-Baltiku huma simili għal dawk misjuba f'laċċa kaħla affumikata. Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit l-istess livell massimu għal aringa Baltika affumikata żgħira u aringi żgħar iffumigati fil-bott kemm għal-laċċa kaħla iffumikata kif ukoll għal laċċa kaħla iffumikata fil-bott.

(5)

Il-leġiżlazzjoni relatata mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura ġiet sostitwita u jwasslu għall-ħtieġa ta' bidliet għal ċerti noti tal-aħħar. Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1881/2006 għandu jiġi emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2006 jiffissal-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 835/2011 tad-19 ta' Awwissu 2011 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 dwar il-livelli massimi għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 215, 20.8.2011, p. 4).


ANNESS

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

Taqsima 6: Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi mibdula b'dan li ġej:

“Taqsima 6: Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi

Oġġetti tal-ikel

Livelli massimi (μg/kg)

6.1

Benzo(a)piren, benz(a)antraċen, benzo(b)fluworanten u krisen

(Benzo(a)piren)

Is-somma ta' benzo(a)piren, benz(a)antraċen, benzo(b)fluworanten u krisen (45)

6.1.1

Żjut u xaħmijiet (għajr butir tal-kakaw, u żejt tal-ġewż tal-Indi) maħsubin għal-konsum dirett mill-bniedem jew għall-użu bħala ingredjent fl-ikel

2,0

10,0

6.1.2

Żerriegħa tal-kawkaw u prodotti derivati

5,0 μg/kg xaħam mill-1.4.2013

35,0 μg/kg xaħam mill-1.4.2013 sal- 31.3.2015

30,0 μg/kg xaħam mill-1.4.2015

6.1.3

Żejt tal-ġewż tal-indi maħsub għall-konsum dirett mill-bniedem jew għall-użu bħala ingredjent fl-ikel

2,0

20,0

6.1.4

Laħam iffumigat u prodotti tal-laħam iffumigati

5,0 sal-31.8.2014

2,0 mill-1.9.2014

30,0 mill-1.9.2012 sal- 31.8.2014

12,0 mill-1.9.2014

6.1.5

Laħam tal-muskoli ta' ħut iffumigat u prodotti mis-sajd iffumigati (25) (36), barra l-prodotti mis-sajd imsemmija fil-punti 6.1.6 u 6.1.7. Il-livell massimu għall-krustaċji ffumigati japplika għal-laħam tal-muskoli mill-appendiċi u ż-żaqq (44). Fil-każ ta' granċijiet u krustaċji simili għall-granċijiet (Brachyura u Anomura) dan japplika għal-laħam tal-muskoli mill-appendiċi.

5,0 sal-31.8.2014

2,0 mill-1.9.2014

30,0 mill-1.9.2012 sal- 31.8.2014

12,0 mill-1.9.2014

6.1.6

Laċċa kaħla iffumigata u laċċa kaħla iffumigata fil-bott (25) (47) (Sprattus sprattus); Aringa tal-Baltiku affumikata ≤ 14 ċm tul u aringa tal-Baltiku affumikata fil-bott ≤ 14 ċm tul (25) (47) (Clupea harengus membras); Katsuobushi (dried bonito, Katsuwonus pelamis); molluski bivalvi (friski, imkessħin jew iffriżati) (26); laħam ittrattat bis-sħana u prodotti tal-laħam ittrattati bis-sħana (46) mibjugħin lill-konsumatur finali

5,0

30,0

6.1.7

Molluski bivalvi (36) (iffumigati)

6,0

35,0

6.1.8

Ikel ipproċessat b'bażi ta' ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar (3) (29)

1,0

1,0

6.1.9

Formula għat-trabi u formula għal dawk it-trabi li qabżu s-sitt xhur, inklużi l-ħalib tat-trabi u l-ħalib tat-trabi ta' iktar minn sitt xhur (8) (29)

1,0

1,0

6.1.10

Ikel tad-dieta għal raġunijiet mediċi speċjali (9) (29) maħsub speċifikament għat-trabi

1,0

1,0”

(2)

In-nota tat-tmiem (26) għandha tiġi sostitwita bin-nota tat-tmiem li ġejja:

“(26)

L-oġġetti tal-ikel li jaqgħu fil-kategoriji (c) u (i) tal-lista fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1), kif inhu xieraq (speċi kif elenkati fl-entrata rilevanti). Fil-każ ta oġġetti tal-ikel li huma mnixxfin, dilwiti, pproċessati u/jew komposti japplika l-Artikolu 2(1) u 2(2). Fil-każ tal-Pecten maximus, il-livell massimu japplika biss għall-muskolu adduttur u għall-gonadi.”

(3)

In-nota tat-tmiem (36) għandha tiġi sostitwita bin-nota tat-tmiem li ġejja:

“(36)

Oġġetti tal-ikel elenkati f'din il-kategorija kif definiti fil-kategorija (b), (c) u (i) tal-lista fl-Anness 1 tar-Regolament (KE) Nru 1379/2013.”