10.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/884

tat-8 ta' Ġunju 2015

li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri meħtieġa għas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri stabbilita bid-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4c tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4c tad-Direttiva 2009/101/KE jirrikjedi li l-Kummissjoni tadotta speċifikazzjonijiet tekniċi u proċeduri għas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri stabbilita b'dik id-Direttiva.

(2)

Is-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri għandha tintuża wkoll biex timplimenta ċerti rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE (2) u fid-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(3)

Sabiex tiġi stabbilita s-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri, huwa meħtieġ li jiġu definiti u adottati speċifikazzjonijiet tekniċi u proċeduri li jiżguraw kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tas-sistema, filwaqt li jitqiesu d-differenzi fil-karatteristiċi tekniċi fir-reġistri tal-Istati Membri.

(4)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Interkonnessjoni tar-Reġistri Ċentrali, Kummerċjali u tal-Kumpaniji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri għas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri msemmija fl-Artikolu 4a(2) tad- Direttiva 2009/101/KE għandhom ikunu kif stipulat fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 258, 1.10.2009, p. 11.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar il-ħtiġiet tal-iżvelar rigward il-fergħat miftuħa fi Stat Membru minn ċerti tipi ta' kumpaniji rregolati bil-liġijiet ta' Stat Membru ieħor (ĠU L 395, 30.12.1989, p. 36).

(3)  Id-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta' kumpaniji ta' responsabbiltà limitata (ĠU L 310, 25.11.2005, p. 1).


ANNESS

li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 1

Fejn issir referenza hawnhekk għal “reġistri”, dawn għandhom dejjem jinftiehmu bħala “reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji”.

Is-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri tkun riferuta bħala s-Sistema tal-Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali (BRIS).

1.   Metodi ta' komunikazzjoni

BRIS tuża metodi bbażati fuq is-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, bħal servizzi tal-Internet, għall-fini ta' interkonnessjoni tar-reġistri.

Il-komunikazzjoni bejn il-portal u l-pjattaforma, u bejn reġistru u l-pjattaforma, tkun komunikazzjoni ta' wieħed ma' wieħed. Il-komunikazzjoni mill-pjattaforma għar-reġistri tista' tkun wieħed ma' wieħed jew wieħed ma' ħafna.

2.   Protokolli ta' komunikazzjoni

Protokolli tal-Internet siguri, bħal HTTPS, jintużaw għall-komunikazzjoni bejn il-portal, il-pjattaforma, ir-reġistri u l-punti ta' aċċess fakultattiv.

Protokolli ta' komunikazzjoni standard, bħall-Protokoll ta' Aċċess ta' Oġġett Uniku (SOAP), jintużaw għat-trażmissjoni ta' dejta strutturata u l-metadejta.

3.   L-istandards tas-sigurtà

Għall-komunikazzjoni u d-distribuzzjoni ta' informazzjoni permezz tal-BRIS, il-miżuri tekniċi li jiżguraw l-istandards ta' sigurtà minimi tat-teknoloġija tal-informatika jinkludu:

(a)

Miżuri sabiex jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni, inkluż billi jintużaw kanali siguri (HTTPS);

(b)

Miżuri biex tiġi żgurata l-integrità tad-dejta filwaqt li tkun qed tiġi skambjata;

(c)

Miżuri biex jiġi żgurat non-rifjut ta' oriġini ta' min qed jibgħat informazzjoni fi ħdan il-BRIS u non-rifjut ta' riċeviment ta' informazzjoni;

(d)

Miżuri biex jiġi żgurat tħaddim ta' avvenimenti ta' sigurtà f'konformità ma' rakkomandazzjonijiet internazzjonali għal standards tas-sigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni;

(e)

Miżuri li jiżguraw l-awtentikazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta' kull utent irreġistrat u miżuri biex jivverifikaw l-identità ta' sistemi konnessi mal-portal, il-pjattaforma jew ir-reġistri fil-BRIS.

4.   Metodi ta' skambju ta' informazzjoni bejn ir-reġistru tal-kumpanija u r-reġistru tal-fergħa

Il-metodu li ġej jintuża għall-iskambju ta' informazzjoni bejn ir-reġistru tal-kumpanija u r-reġistru tal-fergħa kif imsemmi fl-Artikolu 3d tad-Direttiva 2009/101/KE u fl-Artikolu 5a tad-Direttiva 89/666/KEE:

(a)

Ir-reġistru tal-kumpanija jagħmel disponibbli, mingħajr dewmien, lill-pjattaforma l-informazzjoni dwar il-ftuħ u t-tmiem ta' kull proċediment ta' stralċ jew insolvenza u fuq it-tneħħija tal-kumpanija (“l-informazzjoni żvelata”);

(b)

Biex tkun żgurata l-irċevuta mingħajr dewmien tal- informazzjoni divulgata, ir-reġistru tal-fergħa jitlob din l-informazzjoni mingħand il-pjattaforma. Din it-talba tista' tikkonsisti f'li jiġi indikat lill-pjattaforma l-kumpaniji li r-reġistru tal-fergħa huwa interessat li jirċievi l-informazzjoni żvelata;

(c)

B'din it-talba, il-pjattaforma tiżgura li r-reġistru tal-fergħa jkollu aċċess għall-informazzjoni divulgata mingħajr dewmien.

Miżuri tekniċi xierqa u l-proċeduri jkunu fis-seħħ sabiex jittrattaw kull żball ta' komunikazzjoni bejn ir-reġistru u l-pjattaforma.

5.   Lista tad-dejta li trid tiġi skambjata bejn ir-reġistri

5.1.   Divulgazzjoni ta' fergħat ta' notifika

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, l-iskambju ta' informazzjoni bejn ir-reġistri stabbiliti fl-Artikolu 3d tad-Direttiva 2009/101/KE u fl-Artikolu 5a tad-Direttiva 89/666/KEE jiġu msemmija bħala “notifika ta' divulgazzjoni tal-fergħa”. Il-proċediment li jwassal għal din in-notifika jiġi msemmi bħala “avveniment ta' divulgazzjoni tal-fergħa”.

Għal kull notifika ta' divulgazzjoni tal-fergħa msemmija fl-Artikolu 3d tad-Direttiva 2009/101/KE u fl-Artikolu 5a tad- Direttiva 89/666/KEE, l-Istati Membri jiskambjaw id-dejta li ġejja:

Tip ta' dejta

Deskrizzjoni

Kardinalità (1)

Deskrizzjoni addizzjonali

Id-data u l-ħin tal-ħruġ

Id-data u l-ħin ta' meta n-notifika kienet mibgħuta

1

Id-Data u l-Ħin

Organizzazzjoni tal-Ħruġ

L-isem/L-identifikatur tal-organizzazzjoni li toħroġ din in-notifika

1

Struttura tal-parti tad-dejta

Referenza Leġiżlattiva

Referenza għal leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-UE rilevanti

0…n

It-test

Dejta relatata ma' proċediment

 

1

Grupp ta' Elementi

Data Effettiva

Data meta l-proċediment li jaffettwa l-kumpanija daħal fis-seħħ

1

Data

Tip ta' Proċediment

It-tip ta' proċediment li jwassal għal avveniment ta' divulgazzjoni tal-fergħa kif imsemmi fl-Artikolu 5a(1) tad-Direttiva 89/666/KEE

1

Kodiċi

(Ftuħ ta' Stralċ

Terminazzjoni tal-Istralċ

Ftuħ u Terminazzjoni tal-Istralċ

Revoka tal-Istralċ

Ftuħ ta' Insolvenza

Terminazzjoni ta' Insolvenza

Ftuħ u Terminazzjoni ta' Insolvenza

Revoka ta' Insolvenza

It-tneħħija)

Id-dejta tal-kumpanija

 

1

Grupp ta' Elementi

EUID

Identifikatur uniku tal-kumpanija li tkun is-suġġett ta' din in-notifika

1

Identifikatur

Ara t-Taqsima 8 ta' dan l-Anness għall-istruttura tal-EUID

ID alternattiv

Identifikaturi oħra tal-kumpanija (pereż. Identifikatur tal-Entità Legali)

0…n

Identifikatur

Forma legali

It-tip ta' forma legali

1

Kodiċi

Kif imsemmi fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/101/KE

Isem

Isem tal-kumpanija li tkun is-suġġett ta' din in-notifika

1

It-test

Uffiċċju Reġistrat

L-Uffiċċju Reġistrat tal-Kumpanija

1

It-test

Isem ir-Reġistru

L-isem tar-reġistru fejn hija rreġistrata l-kumpanija

1

It-test

Il-messaġġ ta' notifika jista' wkoll jinkludi dejta teknika meħtieġa għat-trażmissjoni xierqa tal-messaġġ.

L-iskambju ta' informazzjoni jinkludi wkoll messaġġi tekniċi meħtieġa għall-konferma tal-wasla, illoggjar u skopijiet ta' rappurtar.

5.2.   Notifika dwar il-mergers transfruntiera

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, l-iskambju ta' informazzjoni bejn ir-reġistri kif imsemmi fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2005/56/KE jiġi msejjaħ bħala “notifika ta' mergers transfruntiera”. Għal kull notifika ta' mergers transtransfruntiera msemmija fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2005/56/KE, l-Istati Membri jiskambjaw id-dejta li ġejja:

Tip ta' dejta

Deskrizzjoni

Kardinalità

Deskrizzjoni addizzjonali

Id-Data u l-Ħin tal-Ħruġ

Id-data u l-ħin ta' meta n-notifika kienet mibgħuta

1

Id-data u l-Ħin

Organizzazzjoni tal-Ħruġ

L-organizzazzjoni li ħarġet din in-notifika

1

Struttura tal-parti tad-dejta

Organizzazzjoni Reċipjenti

Organizzazzjoni li lilha hija indirizzata din in-notifika

1

Struttura tal-parti tad-dejta

Referenza Leġiżlattiva

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-UE rilevanti

0…n

It-test

Dejta relatata mal-merger

 

1

Grupp ta' Elementi

Data Effettiva

Data meta l-merger issir effettiva

1

Data

Tip ta' merger

Tip ta' merger kif definit fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2005/56/KE

1

Kodiċi

(Merger transfruntiera permezz ta' akkwist

Merger transfruntiera permezz tal-formazzjoni ta' kumpanija ġdida

Merger transfruntiera ta' kumpanija posseduta kollha)

Kumpanija riżultanti

 

1

Grupp ta' Elementi

EUID

Identifikatur uniku tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger

1

Identifikatur

Ara t-Taqsima 8 ta' dan l-Anness għall-istruttura tal-EUID

IDs Alternattivi

Identifikaturi oħra

0…n

Identifikatur

Forma legali

It-tip ta' forma legali

1

Kodiċi

Kif imsemmi fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/101/KE

Isem

Isem tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger

1

It-test

Uffiċċju Reġistrat

Uffiċju reġistrat tal-kumpanija li tirriżulta mill-merger

1

It-test

Isem ir-Reġistru

Isem ir-reġistru fejn il-kumpanija li tirriżulta mill-merger ġiet irreġistrata

1

It-test

Kumpanija li qed tingħaqad

 

1…n

Grupp ta' Elementi

EUID

Identifikatur uniku tal-kumpanija li qed tingħaqad

1

Identifikatur

Ara t-Taqsima 8 ta' dan l-Anness għall-istruttura tal-EUID

IDs Alternattivi

Identifikaturi oħra

0…n

Identifikatur

Forma Legali

It-tip ta' forma legali

1

Kodiċi

Kif imsemmi fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/101/KE

Isem

Isem tal-kumpanija li tieħu sehem fil-merger

1

It-test

Uffiċċju Reġistrat

Uffiċju reġistrat tal-kumpanija li tieħu sehem fil-merger

0…1

Test

Isem ir-Reġistru

Ir-reġistru fejn kumpanija li qed tingħaqad tkun ġiet irreġistrata

1

Test

Il-messaġġ ta' notifika jista' wkoll jinkludi dejta teknika meħtieġa għat-trażmissjoni xierqa tal-messaġġ.

L-iskambju ta' informazzjoni jinkludi wkoll messaġġi tekniċi meħtieġa għall-konferma tal-wasla, illoggjar u skopijiet ta' rappurtar.

6.   L-istruttura tal-format ta' messaġġ standard

L-iskambju ta' informazzjoni bejn ir-reġistri, il-pjattaforma u l-portal ikun ibbażat fuq metodi standard ta' strutturar tad-dejta u jiġi espress f'format ta' messaġġ standard bħal XML.

7.   Dejta għall-pjattaforma

It-tip ta' dejta li ġejja tiġi pprovduta sabiex il-pjattaforma tkun tista' taqdi l-funzjonijiet tagħha:

(a)

Dejta li tippermetti l-identifikazzjoni ta' sistemi li huma konnessi mal-pjattaforma. Dik id-dejta tista' tikkonsisti f'URLs jew kwull numru jew kodiċi ieħor li jidentifika b'mod uniku kull sistema fil-BRIS;

(b)

Indiċi ta' dettalji elenkati fl-Artikolu 3c(2) tad-Direttiva 2009/101/KE. Din id-dejta tintuża biex tkun żgurata konsistenza u riżultati ta' malajr tas-servizz ta' tiftix. Meta d-dejta ma tkunx disponibbli għall-pjattaforma għall-indiċizzazzjoni, l-Istati Membri jagħmlu l-istess dettalji disponibbli għall-iskop tas-servizz ta' tiftix b'mod li jiggarantixxi l-istess livell ta' servizz kif ipprovdut mill-pjattaforma;

(c)

Identifikaturi uniċi ta' kumpaniji msemmija fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/101/KE u identifikaturi uniċi ta' fergħat imsemmija fl-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 89/666/KEE. Dawn l-identifikaturi jintużaw biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tar-reġistri permezz tal-pjattaforma;

(d)

Kull dejta operattiva oħra li hija meħtieġa għall-pjattaforma sabiex tkun tista' tiżgura l-funzjonament xieraq u effiċjenti tas-servizz ta' tiftix u l-interoperabbiltà tar-reġistri. Din id-dejta tista' tinkludi listi ta' kodiċi, dejta ta' referenza, glossarji u traduzzjonijiet relatati ta' dawn il-metadejta, kif ukoll dejta ta' reġistrazzjoni u rappurtar.

Id-dejta u l-metadejta mmaniġġati mill-pjattaforma jiġu pproċessati u maħżuna f'konformità mal-istandards tas-sigurtà deskritti fit-Taqsima 3 ta' dan l-Anness.

8.   L-istruttura u l-użu tal-identifikatur uniku

L-identifikatur uniku għall-fini ta' komunikazzjoni bejn ir-reġistri jiġi msejjaħ bħala EUID (Identifikatur Uniku Ewropew).

L-istruttura tal-EUID tkun konformi mal-ISO 6523 u jkun fiha l-elementi li ġejjin:

Element EUID

Deskrizzjoni

Deskrizzjoni addizzjonali

Kodiċi tal-pajjiż

Elementi li jagħmluha possibbli li jiġi identifikat l-Istat Membru tar-reġistru

Mandatorju

L-Identifikatur tar-Reġistru

Elementi li jagħmluha possibbli li jiġi identifikat ir-reġistru domestiku tal-oriġini tal-kumpanija u tal-fergħa rispettivament

Mandatorju

Numru tar-reġistrazzjoni

In-numru tal-kumpanija/fergħa jirreferi għan-numru ta' reġistrazzjoni tal-kumpanija/fergħa fir-reġistru domestiku ta' oriġini

Mandatorju

In-numru ta' verifika

Elementi li jagħmluha possibbli li jiġu evitati żbalji ta' identifikazzjoni

Fakultattivi

L-EUID jintuża biex jiġu identifikati b'mod inekwivoku l-kumpaniji u l-fergħat għall-fini ta' skambju ta' informazzjoni bejn ir-reġistri permezz tal-pjattaforma.

9.   Metodi ta' tħaddim tas-sistema u s-servizzi tat-teknoloġija tal-informatika pprovduti mill-pjattaforma

Għad-distribuzzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni, is-sistema tkun ibbażata fuq il-metodu ta' ħidma tekniku li ġej:

Image

Għat-twassil ta' messaġġi fil-verżjoni tal-lingwa rilevanti, il-pjattaforma tipprovdi artefatti ta' dejta ta' referenza, bħal-listi ta' kodiċijiet, vokabularji kkontrollati u glossarji. Meta rilevanti, dawn jiġu tradotti fil-lingwi uffiċjali tal-UE. Meta possibbli jintużaw, standards rikonoxxuti u messaġġi standardizzati.

Il-Kummissjoni taqsam mal-Istat Membru aktar dettalji dwar il-metodu ta' teknika għall-implimentazzjoni u l-operazzjoni u s-servizzi tat-teknoloġija tal-informatika pprovduti mill-pjattaforma.

10.   Kriterji tat-Tfittix

Mill-inqas pajjiż wieħed għandu jintgħażel meta ssir tfittxija.

Il-portal jipprovdi l-kriterji armonizzati li ġejjin għat-tfittxija:

Isem il-kumpanija,

Numru ta' reġistrazzjoni. Dan jirreferi għan-numru ta' reġistrazzjoni ta' kumpanija jew fergħa f'reġistru domestiku.

Aktar kriterji ta' tfittxija jistgħu jkunu disponibbli fuq il-portal.

11.   Modalitajiet ta' ħlas

Għad-dokumenti u d-dettalji li għalihom l-Istati Membri jitolbu ħlas u li huma disponibbli fuq il-Portal tal-Ġustizzja elettronika permezz tal-BRIS, is-sistema tippermetti lill-utenti li jħallsu onlajn bl-użu ta' ħafna modalitajiet ta' pagament bħal karti ta' kreditu u ta' debitu.

Is-sistema tista' tipprovdi wkoll metodi alternattivi ta' ħlas onlajn, bħal trasferimenti bankarji jew kartieri virtwali (depożitu).

12.   It-tikketti ta' spjegazzjoni

F'dak li għandu x'jaqsam mad-dettalji u t-tipi ta' dokumenti elenkati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE, l-Istati Membri jipprovdu t-tabelli spjegattivi li ġejjin:

(a)

Titolu qasir għal kull partikolari u dokument (pereżempju: “Artikoli ta' inkorporazzjoni”);

(b)

Kif xieraq, deskrizzjoni qasira tal-kontenut ta' kull dokument jew partikolari, inkluż, b'mod voluntarju, informazzjoni dwar il-valur legali tad-dokument.

13.   Disponibbiltà tas-servizzi

Iż-żmien li fih jingħata servizz għandu jkun 24/7, b'rata ta' disponibbiltà tas-sistema ta' mill-inqas 98 % eskluża l-manutenzjoni skedata.

L-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet ta' manutenzjoni kif ġej:

(a)

ħamest ijiem ta' xogħol minn qabel għal operazzjonijiet ta' manutenzjoni li jistgħu jikkawżaw nuqqas ta' disponibbiltà sa perjodu ta' erba' sigħat;

(b)

għaxart ijiem ta' xogħol minn qabel għal operazzjonijiet ta' manutenzjoni li jistgħu jikkawżaw nuqqas ta' disponibbiltà sa perjodu ta' 12-il siegħa;

(c)

30 jum tax-xogħol bil-quddiem għal manutenzjoni tal-kamra tal-infrastruttura tal-kompjuter, li jistgħu jikkawżaw sa sitt ijiem ta' nuqqas ta' disponibbiltà f'perjodu ta' sena.

Sa fejn ikun possibbli, operazzjonijiet ta' manutenzjoni għandhom ikunu ppjanati barra mill-ħinijiet tax-xogħol (7:00pm–8:00am CET).

Fejn l-Istati Membri għandhom ħinijiet tal-operar fissi għal kull ġimgħa, huma jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-ħin u l-ġurnata tal-ġimgħa meta tali ħinijiet tal-operar huma ppjanati. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi fil-punti (a) sa (c) tat-tieni paragrafu, jekk is-sistemi tal-Istati Membri ma jibqgħux disponibbli matul tali perjodu fiss, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jinnotifikawx lill-Kummissjoni f'kull okkażjoni.

F'każ ta' ħsara teknika mhux mistennija ta' dawn is-sistemi tal-Istati Membri, l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bin-nuqqas ta' disponibbiltà tas-sistema tagħhom, u, jekk ikunu magħrufa, meta jaħsbu li se jitkompla s-servizz.

F'każ ta' nuqqas mhux mistenni fil-pjattaforma ċentrali jew fil-Portal, il-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri mingħajr dewmien bin-nuqqas ta' disponibbiltà tal-pjattaforma jew tal-portal, u jekk ikun magħruf, meta jaħsbu li se jitkompla s-servizz.

14.   Punti ta' aċċess opzjonali

14.1.   Proċedura

L-Istati Membri jipprovdu informazzjoni dwar iż-żmien ippjanat tal-istabbiliment tal-punti ta' aċċess fakultattivi, in-numru ta' punti ta' aċċess fakultattiv li jgħaqqdu l-pjattaforma, u d-dettalji ta' kuntatt tal-persuna(i) li tista' tiġi kkuntattjata għall-iskop li tiġi stabbilita konnessjoni teknika.

Il-Kummissjoni tipprovdi lill-Istati Membri bid-dettalji tekniċi neċessarji u appoġġ għall-ittestjar u l-użu ta' konnessjoni għal kull punt ta' aċċess fakultattiv mal-pjattaforma.

14.2.   Rekwiżiti tekniċi

Għall-konnessjoni ta' punti ta' aċċess fakultattiv mal-pjattaforma, l-Istati Membri jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti definiti f'dan l-Anness, inklużi l-ħtiġijiet ta' siġurtà għat-trażmissjoni ta' dejta permezz tal-punti ta' aċċess fakultattiv.

Meta l-ħlas ikun meħtieġ permezz ta' punt ta' aċċess fakultattiv, l-Istati Membri jipprovdu metodi ta' pagament tal-għażla tagħhom u jiġġestixxu operazzjonijiet ta' ħlas relatati.

L-Istati Membri jwettqu ttestjar xieraq qabel mal-konnessjoni mal-pjattaforma ssir operattiva u qabel ma jsiru xi bidliet sinifikanti ma' konnessjoni eżistenti.

Wara konnessjoni b'suċċess tal-punt ta' aċċess fakultattiv mal-pjattaforma, l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwull tibdil sinifikanti li jmiss tal-punt ta' aċċess li jista' jaffettwa l-funzjonament tal-pjattaforma, b'mod partikolari l-għeluq tal-punt ta' aċċess. L-Istati Membri jipprovdu biżżejjed dettalji tekniċi b'rabta mal-bidla, sabiex jippermettu integrazzjoni xierqa ta' kwalunkwe bidliet relatati.

L-Istati Membri jindikaw dwar kull punt ta' aċċess fakultattiv li s-servizz ta' tiftix huwa pprovdut permezz tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri.


(1)  Kardinalità 0 tfisser li d-dejta hija fakultattiva. Kardinalità 1 tfisser li d-dejta hija obbligatorja. Kardinalità 0…n jew 1…n tfisser li aktar minn parti waħda tal-istess tip ta' dejta tista' tiġi pprovduta.