29.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/828

tat-28 ta' Mejju 2015

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, għandha tiżdied persuna waħda fuq il-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(3)

Persuna waħda ma għandhiex tibqa' tinżamm fuq il-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(4)

B'segwitu tas-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Lulju 2014 fil-kawżi konġunti T-329/12 u T-74/13; Mazen Al-Tabba vs. Il-Kunsill (2), u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta' Frar 2015 fil-kawża T-652/11, Bassam Sabbagh vs. Il-Kunsill (2), Mazen Al-Tabbaa u Bassam Sabbagh mhumiex inklużi fuq il-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(5)

L-informazzjoni marbuta ma' ċerti persuni elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandha tiġi aġġornata.

(6)

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Mejju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. RINKĒVIČS


(1)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.

(2)  Għadha mhijiex ippubblikata.


ANNESS

I.

Il-persuna li ġejja hija miżjuda mal-lista ta' persuni li tinsab fit-Taqsima A tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 36/2012:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

206.

Il-Ġeneral Muhamad (

Image

) (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad) Mahalla (

Image

) (magħruf ukoll bħala Mahla, Mualla, Maalla, Muhalla)

Imwieled fil-Provinċja ta' Jableh/Lattakia.

Kap tal-Intelligence Militari Sirjana (SMI), Fergħa 293 (Affarijiet Interni), minn April 2015. Responsabbli għar-repressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili f'Damasku/fil-kampanja ta' Damasku.

Eks Viċi Kap tas-Sigurtà Politika (2012), Uffiċjal tal-Gwardja Repubblikana Sirjana u Viċi-Direttur tad-Direttorat għas-Sigurtà Politika. Kap tal-Pulizija Militari, Membru tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali.

29.5.2015

II.

L-entrata li tikkonċerna l-persuna li ġejja hija mħassra mil-lista ta' persuni li tinsab fit-Taqsima A tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 36/2012:

Nru 11. Rustum (Image) Ghazali (Image)

III.

L-entrati għall-persuni konċernati elenkati hawn taħt, kif jinsab fit-Taqsima A tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK, huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

3.

Ali (

Image

) Mamluk (

Image

) (magħruf ukoll bħala Mamlouk)

Data tat-twelid: 19 ta' Frar 1946;

Post tat-twelid: Damasku;

Passaport diplomatiku Nru 983

Kap tal-Uffiċċju tas-Sigurtà Nazzjonali. Eks Kap tad-Direttorat tal-Intelligence Sirjana (GID) involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti.

9.5.2011

6.

Muhammad (

Image

) Dib (

Image

) Zaytun (

Image

) (magħruf ukoll bħala Mohammed Dib Zeitoun; magħruf ukoll bħala Mohamed Dib Zeitun)

Data tat-twelid: 20 ta' Mejju 1951;

Post tat-twelid: Damasku;

Passaport diplomatiku Nru D000001300

Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Ġenerali; involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti.

9.5.2011

16.

Faruq (

Image

) (magħruf ukoll bħala Farouq, Farouk) Al Shar' (

Image

) (magħruf ukoll bħala Al Char', Al Shara', Al Shara)

Data tat-twelid: 10 ta' Diċembru 1938

Eks Viċi President tas-Sirja; involut fil-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili

23.5.2011

37.

Brigadier Ġeneral Rafiq (

Image

) (magħruf ukoll bħala Rafeeq) Shahadah (

Image

) (magħruf ukoll bħala Shahada, Shahade, Shahadeh, Chahada, Chahade, Chahadeh, Chahada)

 

Kap tal-Intelligence Militari Sirjana (SMI) Fergħa 293 (Affarijiet Interni) f'Damasku. Involut direttament fir-repressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili f'Damasku. Konsulent għall-President Bashar Al-Assad għal kwistjonijiet strateġiċi u ta' intelligence militari.

23.8.2011

42.

Brigadier Ġeneral Nawful (

Image

) (magħruf ukoll bħala Nawfal, Nofal, Nawfel) Al-Husayn (

Image

) (magħruf ukoll bħala Al-Hussain, Al-Hussein)

 

Kap tal-Fergħa tal-Intelligence Militari Sirjana (SMI) ta' Idlib. Involut direttament fir-repressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fil-provinċja ta' Idlib.

23.8.2011

44.

Brigadier Ġeneral Muhammed (

Image

) (magħruf ukoll bħala Muhamad) Zamrini (

Image

) (magħruf ukoll bħala Zamreni)

 

Kap ta' Fergħa għall-Intelligence Militari Sirjana (SMI) f'Homs. Involut direttament fir-repressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili f'Homs.

23.8.2011

53.

Adib (

Image

) Mayaleh (

Image

) (magħruf ukoll bħala André Mayard)

Data tat-twelid: 15 ta' Mejju 1955

Post tat-twelid: Bassir

Adib Mayaleh huwa responsabbli għall-għoti ta' appoġġ ekonomiku u finanzjarju lir-reġim Sirjan permezz tal-funzjoni tiegħu bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali tas-Sirja.

15.5.2012

55.

Kurunell Lu'ai (

Image

) (magħruf ukoll bħala Louay, Loai) al-Ali (

Image

)

 

Kap tal-Intelligence Militari Sirjana, Fergħa ta' Dara'a. Responsabbli għall-vjolenza kontra d-dimostranti f'Dara'a.

14.11.2011

80.

Brigadier Nazih (

Image

) (magħruf ukoll bħala Nazeeh) Hassun (

Image

) (magħruf ukoll bħala Hassoun)

 

Kap tal-Intelligence Militari Sirjana tal-Fergħa tal-Kampanja ta' Damasku/Rif Dimashq, eks Intelligence tal-Forza tal-Ajru Sirjana. Uffiċjal militari involut fil-vjolenza f'Homs.

1.12.2011

137.

Brigadier Ġeneral Ibrahim (

Image

) Ma'ala (

Image

) (magħruf ukoll bħala Maala, Maale, Ma'la)

 

Kap tal-Fergħa 285 (Damasku) tad-Direttorat tal-Intelligence Ġenerali (minflok Brig. Ġen. Hussam Fendi fi tmiem l-2011). Responsabbli għat-tortura ta' avversarji detenuti.

24.7.2012