22.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 103/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2015/623

tal-21 ta' April 2015

li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 312 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)

L-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (1) jipprovdi li fil-każ tal-adozzjoni wara l-1 ta' Jannar 2014 ta' regoli ġodda jew programmi b'ġestjoni kondiviża għall-Fondi Strutturali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Fond Ewropew Marittimu u għas-Sajd, il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Asil u għall-Fond għas-Sigurtà Interna, il-qafas finanzjarju pluriennali għandu jiġi rivedut sabiex jiġu trasferiti għal snin sussegwenti, 'il fuq mil-limiti massimi tan-nefqa korrispondenti, l-allokazzjonijiet mhux użati fl-2014. Skont dak l-Artikolu, ir-reviżjoni li tikkonċerna t-trasferiment ta' allokazzjonijiet mhux użati għas-sena 2014 għandha tiġi adottata qabel l-1 ta' Mejju 2015.

(2)

Bħala riżultat ta' din l-adozzjoni tard, EUR 11 216 187 326 fi prezzijiet kurrenti tal-allokazzjoni prevista fil-Fondi Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni, EUR 9 446 050 652 fi prezzijiet kurrenti tal-allokazzjoni prevista għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, u EUR 442 319 096 tal-allokazzjoni prevista għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-Fond għas-Sigurtà Interna ma setgħux jiġu impenjati fis-sena 2014 u lanqas jiġu riportati għas-sena 2015.

(3)

L-Anness tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 għandu għalhekk jiġi rivedut billi jitrasferixxi l-approprjazzjonijiet għall-impenji mhux użati fl-2014 għas-snin sussegwenti għas-subintestatura 1b, l-intestatura 2 u l-intestatura 3. Għal dan l-iskop, il-figuri fil-prezzijiet kurrenti huma maqluba għall-prezzijiet tal-2011.

(4)

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġrnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta' April 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. RINKĒVIČS


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).


ANNESS

QAFAS FINANZJARJU PLURIENNALI (UE-28)

(EUR miljuni — prezzijiet tal-2011)

APPROPRJAZZJONIJIET TA' IMPENN

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

Total 2014-2020

1.

Tkabbir Intelliġenti u Inklussiv

49 713

72 047

62 771

64 277

65 528

67 214

69 004

450 554

1a:

Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi

15 605

16 321

16 726

17 693

18 490

19 700

21 079

125 614

1b:

Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

34 108

55 726

46 045

46 584

47 038

47 514

47 925

324 940

2.

Tkabbir Sostenibbli: Riżorsi Naturali

46 981

59 765

58 204

53 448

52 466

51 503

50 558

372 925

inkluża: Nefqa marbuta mas-suq u pagamenti diretti

41 254

40 938

40 418

39 834

39 076

38 332

37 602

277 454

3.

Sigurtà u ċittadinanza

1 637

2 269

2 306

2 289

2 312

2 391

2 469

15 673

4.

Ewropa Globali

7 854

8 083

8 281

8 375

8 553

8 764

8 794

58 704

5.

Amministrazzjoni

8 218

8 385

8 589

8 807

9 007

9 206

9 417

61 629

Inkluża: nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet

6 649

6 791

6 955

7 110

7 278

7 425

7 590

49 798

6.

Kumpens

27

0

0

0

0

0

0

27

TOTAL TAL-APPROPRJAZZJONIJIET TA' IMPENN

114 430

150 549

140 151

137 196

137 866

139 078

140 242

959 512

bħala perċentwal tal-ING

0,88 %

1,13 %

1,03 %

1,00 %

0,99 %

0,98 %

0,98 %

1,00 %

 

TOTAL TAL-APPROPRJAZZJONIET TA' PAGAMENT

128 030

131 095

131 046

126 777

129 778

130 893

130 781

908 400

bħala perċentwal tal-ING

0,98 %

0,98 %

0,97 %

0,92 %

0,93 %

0,93 %

0,91 %

0,95 %

Marġini disponibbli

0,25 %

0,25 %

0,26 %

0,31 %

0,30 %

0,30 %

0,32 %

0,28 %

Limitu tar-Riżorsi Proprji bħala perċentwal tal-ING

1,23 %

1,23 %

1,23 %

1,23 %

1,23 %

1,23 %

1,23 %

1,23 %