15.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 98/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/588

tal-14 ta' April 2015

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 470/2014 li jimponi dazju antidumping u ġbir definittiv tad-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta' ħġieġ solari li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) u 14(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-13 ta' Mejju 2014, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 470/2014 (2) (“ir-Regolament li jimponi dazji antidumping definittivi”) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 471/2014 (3) (“ir-regolament li jimponi dazji kumpensatorji definittivi”).

(2)

Skont ir-Regolament li jimponi dazji antidumping definittivi, il-marġini ta' dumping għal kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun kien stabbilit li huwa 84,7 % (4). Il-livell ta' eliminazzjoni ta' ħsara applikabbli għal dawn il-kumpaniji kien stabbilit li huwa 36,5 % (5).

(3)

Tlieta minn dawn il-kumpaniji ma kkooperawx fl-investigazzjoni parallela antisussidji u għal dik ir-raġuni, ir-rata tad-dazju definittiv antisussidji tagħhom kienet stabbilita li hija 17,1 % (6). Il-kumpaniji kkonċernati huma:

Henan Ancai Hi-Tech Co., Ltd.;

Henan Succeed Photovoltaic Materials Corporation; u

Zibo Jinxing Glass Co. Ltd.

(4)

Skont il-premessa (167) tar-Regolament li jimponi dazji antidumping definittivi, f'investigazzjonijiet paralleli li fihom il-marġini ta' sussidju huma inqas mil-livell ta' eliminazzjoni ta' ħsara, id-dazju antisussidji definittiv għandu jiġi impost skont il-livell ta' marġini ta' sussidju stabbiliti u għandu jiġi impost dazju antidumping definittiv sal-livell rilevanti ta' eliminazzjoni ta' ħsara.

(5)

Fuq dik il-bażi, għat-tliet kumpaniji li kkooperaw fl-investigazzjoni antidumping iżda ma kkooperawx fl-investigazzjoni parallela antisussidji, ir-rata li biha għandhom jiġu imposti d-dazji antidumping u antisussidji għandha tiġi stabbilita kif ġej:

Kumpanija

Marġni ta' sussidju

Marġini ta' dumping

Il-livell ta' eliminazzjoni ta' ħsara

Dazju (antisussidji) kumpensatorju

Dazju antidumping

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw fl-investigazzjoni antidumping, iżda mhux fl-investigazzjoni parallela antisussidji

17,1 %

84,7 %

36,5 %

17,1 %

19,4 %

(6)

Minn dan isegwi li l-premessa (167) tar-Regolament li jimponi dazji antidumping definittivi għandu jkun fiha wkoll l-informazzjoni dwar it-tliet kumpaniji kif ippreżentata fil-premessa preċedenti.

(7)

Minn dan isegwi wkoll li l-Artikolu 1(2) tar-Regolament li jimponi dazji antidumping definittivi għandu jkun emendat skont dan.

(8)

Jekk l-ammont ta' kwalunkwe dazji mħallsa jew imdaħħla fil-kontijiet skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament li jimponi dazji antidumping definittivi, jaqbeż dawk dovuti skont ir-Regolament preżenti, dak l-ammont għandu jitħallas lura jew jiġi rimess. L-istess japplika għal dazji proviżorji miġbura definittivament skont l-Artikolu 2 tal-istess Regolament.

(9)

Il-miżuri stipulati f 'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tabella fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 470/2014 tinbidel bit-tabella li jmiss:

“Kumpanija

Dazju antidumping

Kodiċi addizzjonali TARIC

Xinyi PV Products (Anhui) Holdings Ltd

36,1 %

B943

Zhejiang Hehe Photovoltaic Glass Technology Co., Ltd

9,1 %

B944

Zhejiang Jiafu Glass Co., Ltd; Flat Solar Glass Group Co., Ltd; Shanghai Flat Glass Co., Ltd

29,3 %

B945

Henan Yuhua New Material Co., Ltd

0,4 %

B946

Kumpaniji oħra li kkooperaw elenkati fl-Anness I, iżda mhux elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 471/2014 (7)

19,4 %

 

Kumpaniji oħra li kkooperaw elenkati fl-Anness I

24,1 %

 

Il-kumpaniji l-oħra kollha

25,0 %

B999

Artikolu 2

1.   L-ammont ta' dazji mħallsa jew imdaħħla fil-kontijiet skont l-Artikolu 1 jew l-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 470/2014 u li jisbqu lil dawk stabbiliti skont l-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, jitħallsu lura jew jiġu rimessi.

2.   Il-ħlas lura u r-remissjoni jintalbu mill-awtoritajiet nazzjonali tad-dwana skont il-leġiżlazzjoni doganali applikabbli fi ħdan perjodu kif stipulat fl-Artikolu 236(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (8).

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan japplika b'mod retroattiv mill-15 ta' Mejju 2014.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 470/2014 tat-13 ta' Mejju 2014 li jimponi dazju antidumping u ġbir definittiv tad-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ħġieġ solari li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 142, 14.5.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 471/2014 tat-13 ta' Mejju 2014 li jimponi dazji definittivi kumpensatorji fuq l-importazzjonijiet ta' ħġieġ solari li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 142, 14.5.2014, p. 23).

(4)  Ara l-premessi 60 u 167 tar-Regolament li jimponi dazji antidumping definittivi.

(5)  Ara l-premessa 167 tar-Regolament li jimponi dazji antidumping definittivi.

(6)  Ara l-Artikolu 1 tar-Regolament li jimponi dazji kumpensatorji definittivi.

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 471/2014 li jimponi dazji definittivi kumpensatorji fuq l-importazzjonijiet ta' ħġieġ solari li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 142, 14.5.2014, p. 23).”

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).