20.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/23


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/462

tad-19 ta' Marzu 2015

li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-proċeduri għall-approvazzjoni superviżorja biex jiġu stabbiliti veikoli bi skop speċjali, għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji dwar veikoli bi skop speċjali kif ukoll biex jiġu stabbiliti l-formati u l-mudelli għal informazzjoni li għandha tiġi rrapportata minn veikoli bi skop speċjali skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/138/KE tal-25 ta' Novembru 2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 211(2)(a) u l-Artikolu 211(2)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Veikoli bi skop speċjali jeħtieġu l-approvazzjoni superviżorja biex jiġu stabbiliti qabel jieħdu r-riskji minn impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni. Il-kundizzjonijiet u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għall-għoti u l-irtirar ta' din l-approvazzjoni, inklużi rekwiżiti ta' dokumentazzjoni, huma rregolati mid-Direttiva 2009/138/KE u għandhom ikunu kkumplimentati minn dan ir-Regolament.

(2)

Fejn veikolu bi skop speċjali jassumi r-riskji minn aktar minn impriża waħda tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, il-veikolu bi skop speċjali għandu jżomm assi ekwivalenti għall-iskopertura għar-riskju massima aggregata tiegħu jew aktar waqt li jqis kull obbligu kuntrattwali individwali. Meta tingħata l-approvazzjoni superviżorja, l-awtorità superviżorja għandha tivvaluta jekk dan l-obbligu huwiex qed jintlaħaq u tikkunsidra kull arranġament kuntrattwali individwali u t-trasferiment ta' riskju.

(3)

Huwa importanti li jiġu stabbiliti l-proċeduri għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji, fejn il-veikolu bi skop speċjali huwa stabbilit fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru li fih hija stabbilita l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, li għaliha tassumi riskju. Il-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet superviżorji hija partikolarment importanti matul il-proċess tal-approvazzjoni superviżorja tal-veikolu bi skop speċjali. Barra minn hekk, jekk ikun hemm bidliet materjali li potenzjalment jaffettwaw il-konformità tal-veikolu bi skop speċjali mar-rekwiżiti tal-Artikolu 211 tad-Direttiva 2009/138/KE u meta l-awtorizzazzjoni tiġi rtirata jew tiskadi, il-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet superviżorji huma meħtieġa biex tkun żgurata superviżjoni effettiva u effiċjenti.

(4)

Ir-rekwiżiti ta' rappurtar superviżorju, li huma stabbiliti fl-Artikolu 325 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 (2), għandhom jippermettu lill-awtoritajiet superviżorji tal-veikolu bi skop speċjali biex jivvalutaw il-konformità kontinwa mar-rekwiżiti rilevanti. Dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu kkumplimentati mill-mudelli u l-formati stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(5)

Għal fehim aktar ċar tar-regoli tekniċi xierqa li għandhom jiġu stabbiliti, jeħtieġ li jiġi definit it-terminu veikolu bi skop speċjali b'diversi arranġamenti.

(6)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni sottomess mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) lill-Kummissjoni.

(7)

L-EIOPA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tas-Settur tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

(8)

Sabiex tissaħħaħ iċ-ċertezza legali dwar ir-reġim superviżorju matul il-perjodu ta' introduzzjoni progressiva previst fl-Artikolu 308a tad-Direttiva 2009/138/KE, li se jibda fl-1 ta' April 2015, huwa importanti li jiġi żgurat li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ malajr kemm jista' jkun, l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi:

(a)

Il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għall-għoti u l-irtirar tal-approvazzjoni superviżorja biex jiġu stabbiliti entittajiet bi skop speċjali;

(b)

il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għal kooperazzjoni u skambju ta' informazzjoni bejn l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru li fih huwa stabbilit il-veikolu bi skop speċjali u l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru li fiha hija stabilita l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jittrasferixxu r-riskju;

(c)

il-formati u l-mudelli li għandhom jintużaw għar-rappurtar annwali ta' informazzjoni permezz tal-veikolu bi skop speċjali.

Artikolu 2

Definizzjoni

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “veikolu bi skop speċjali b'diversi arranġamenti” tfisser veikolu bi skop speċjali li jassumi r-riskji f'aktar minn arranġament kuntrattwali wieħed separat minn impriża waħda jew aktar tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni.

Artikolu 3

L-approvazzjoni superviżorja biex jiġu stabbiliti veikoli bi skop speċjali

Il-veikolu bi skop speċjali jfittex l-awtorizzazzjoni mill-awtorità superviżorja tal-Istat Membru biex jistabbilixxi l-uffiċċju ewlieni tiegħu fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.

Artikolu 4

Deċiżjoni tal-awtorità superviżorja

1.   L-awtorità superviżorja tal-Istat Membru li fih huwa stabbilit jew għandu jkun stabbilit il-veikolu bi skop speċjali tiddeċiedi dwar applikazzjoni għal awtorizzazzjoni fi żmien sitt xhur mid-data li tirċiviha.

2.   Fid-deċiżjoni tagħha li tagħti l-approvazzjoni superviżorja l-awtorità superviżorja tiddikjara l-attivitajiet li għalihom huwa awtorizzat il-veikolu bi iskop speċjali u, fejn rilevanti, kwalunkwe termini u kundizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' dawn l-attivitajiet.

3.   Kwalunkwe deċiżjoni biex tiġi rifjutata awtorizzazzjoni tindika r-raġunijiet kollha u tiġi kkomunikata lill-applikant mill-awtorità superviżorja.

Artikolu 5

Rekwiżiti ta' dimostrazzjoni u dokumentazzjoni

Meta japplika għal approvazzjoni superviżorja biex jiġi stabbilit, il-veikolu bi skop speċjali juri li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 318 sa 324, 326 u 327 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/35 huma ssodisfati u li l-veikolu bi skop speċjali huwa kapaċi jissodisfa l-ħtiġiet tal-Artikolu 325 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/35 billi jipprovdi evidenza dokumentarja ta' dan fl-applikazzjoni tiegħu. Meta jippreżenta applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, l-applikant jissottometti, tal-anqas, id-dokumentazzjoni ta' sostenn kif stabbilit fl-Anness I. Id-dokumentazzjoni tkopri l-istruttura tal-veikolu bi skop speċjali, ir-riskju li se jittieħed u l-finanzjament ta' dak il-veikolu bi skop speċjali.

Artikolu 6

Irtirar tal-awtorizzazzjoni

1.   L-awtorità superviżorja li tagħti l-approvazzjoni superviżorja biex jiġi stabbilit il-veikolu bi skop speċjali tista' tirtira l-awtorizzazzjoni ta' dak il-veikolu bi skop speċjali fejn:

(a)

il-veikolu bi skop speċjali ma jissodisfax aktar il-kundizzjonijiet oriġinali li skonthom ingħatat l-approvazzjoni biex jiġi stabbilit dak l-veikolu bi skop speċjali;

(b)

l-impriża kkonċernata tonqos serjament fl-obbligi tagħha skont ir-regolamenti li għalihom hija suġġetta.

2.   Fil-każ imsemmi fil-paragrafu (1)(b) ta' hawn fuq, l-awtorità superviżorja tikkunsidra li veikolu bi skop speċjali jkun ikkommetta nuqqas serju meta ma jikkonformax mar-rekwiżit li jibqa' kompletament iffinanzjat u l-awtorità superviżorja tikkunsidra li l-veikolu bi skop speċjali ma jistax jiirrestawra l-konformità tiegħu fi żmien raġonevoli.

3.   Kull deċiżjoni dwar l-irtirar ta' awtorizzazzjoni tinkludi r-raġunijiet kollha u tiġi kkomunikata lill-veikolu bi skop speċjali mingħajr dewmien.

Artikolu 7

Veikolu bi skop speċjali b'diversi arranġamenti

1.   Meta japplika għal approvazzjoni superviżorja biex ikun stabbilit il-veikolu bi skop speċjali b'diversi arranġamenti, l-applikant addizzjonalment juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità superviżorja tiegħu li s-solvibbiltà tiegħu ma tistax tiġi effettwata ħażin mill-proċeduri ta' stralċ ta' kwalunkwe waħda mill-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jittrasferixxu r-riskji u li l-veikolu bi skop speċjali b'diversi arranġamenti jista' dejjem iżomm ir-rekwiżit tas-solvibbiltà.

2.   Meta jintwera li s-solvibbiltà tal-veikolu bi skop speċjali b'diversi arranġamenti ma tistax tiġi affettwata ħażin mill-proċeduri ta' stralċ ta' kalunkwe waħda mll-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jitrasferixxu r-riskji, il-veikolu bi skop speċjali b'diversi arranġamenti jipprovdi biżżejjed evidenza ta' sostenn biex jippermetti lill-awtorità superviżorja tiegħu tivvaluta l-iskopertura tar-riskju massima aggregata kumplessiva tal-veikolu bi skop speċjali b'diversi arranġamenti u l-iskopertura tar-riskju massima aggregata ta' kull arranġament kuntrattwali individwali relatat mat-trasferiment ta' riskju minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni.

3.   Meta japplika għal approvazzjoni superviżorja biex ikun stabbilit il-veikolu bi skop speċjali b'diversi arranġamenti, l-applikant jipprovdi biżżejjed evidenza ta' sostenn li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 319 sa 321 u 326 tal-Miżuri ta' Implimentazzjoni waqt li jqis kull arranġament kuntrattwali individwali sabiex ikun determinat jekk il-veikolu bi skop speċjali b'diversi arranġamenti jikkonformax mar-rekwiżiti tas-solvibbiltà.

4.   Fejn l-applikant ma jkunx jista' jipprovdi biżżejjed evidenza ta' sostenn skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 3, l-awtorità superviżorja tirrifjuta l-applikazzjoni għall-istabbiliment ta' veikolu bi skop speċjal b'diversi arranġamenti.

Artikolu 8

Kooperazzjoni kontinwa bejn l-awtoritajiet superviżorji

1.   Fejn il-veikolu bi skop speċjali li jassumi riskju minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jkun stabbilit fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru li fih l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni hija awtorizzata, l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati jikkooperaw fuq bażi kontinwa.

2.   L-awtoritajiet superviżorji jiskambjaw informazzjoni rilevanti għall-eżerċizzju tal-kompiti superviżorji, inkluża informazzjoni dwar kwalunkwe azzjonijiet superviżorji ppjanati kontra l-veikolu bi skop speċjali jew l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jittrasferixxu riskju fejn dan jista' jaffettwa s-superviżjoni ta' dak il-veikolu bi skop speċjali jew tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jittrasferixxu riskju. F'dawn iċ-ċirkustanzi, l-awtoritajiet superviżorji jikkomunikaw mingħajr dewmien.

Artikolu 9

Konsultazzjoni qabel ma tingħata awtorizzazzjoni

Qabel ma tagħti l-awtorizzazzjoni, l-awtorità superviżorja li minnha tintalab l-approvazzjoni superviżorja biex jiġi stabbilit veikolu bi skop speċjali tikkonsulta mal-awtorità superviżorja tal-Istat Membru fejn hija stabbilita l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tittrasferixxi r-riskju.

Artikolu 10

Komunikazzjoni ta' bidliet

L-awtorità superviżorja tal-veikolu bi skop speċjali tikkomunika mingħajr dewmien kwalunkwe tagħrif rilevanti riċevut minn veikolu ta' skop speċjali skont l-Artikolu 325(5) tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/35 dwar kwalunkwe bidliet li jistgħu jaffettwaw il-konformit tal-veikolu bi skop speċjali mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 318 sa 324, 326 u 327 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/35 lill-awtorità superviżorja tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tittrasferixxi r-riskju lil dak il-veikolu bi skop speċjali. L-awtorità superviżorja tikkomunika mingħajr dewmien il-ksur tar-rekwiżiti tas-solvibbiltà mill-veikolu bi skop speċjali.

Artikolu 11

Komunikazzjoni ta' rtirar ta' awtorizzazzjoni

Fil-każ ta' rtirar ta' awtorizzazzjoni ta' veikolu bi skop speċjali, l-awtorità superviżorja tal-veikolu bi skop speċjali tinnotifika lill-awtorità superviżorja tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tittrasferixxi r-riskju lil dak il-veikolu bi skop speċjali mingħajr dewmien.

Artikolu 12

Komunikazzjoni tar-rapport annwali

L-awtorità superviżorja tal-veikolu bi skop speċjali taqsam ir-rapport annwali tal-veikolu bi skop speċjali, sottomess skont l-Artikolu 325(3) u (4) tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/35, mal-awtorità superviżorja tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li titrasferixxi r-riskju lil dak il-veikolu bi skop speċjali, mingħajr dewmien. Fil-każ ta' veikolu bi skop speċjali b'diversi arranġamenti, l-awtorità superviżorja tal-veikolu bi skop speċjali b'diversi arranġamenti tista' taqsam biss mal-awtoritajiet superviżorji dawk il-partijiet tar-rapport li jirrigwardaw l-impriża tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni stabbilita fl-Istat Membru ta' dawk l-awtoritajiet superviżorji.

Artikolu 13

Il-kontenut kwantitattiv tar-rapport annwali

F'konformità mal-Artikolu 325 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/35, il-veikolu bi skop speċjali kull sena jippreżenta lill-awtorità superviżorja tiegħu informazzjoni kwantitattiva skont il-formati u l-mudelli, kif stabbilit fl-Anness II u skont l-istruzzjonijiet fl-Anness III, u jinkludi:

(a)

kontenut tal-preżentazzjoni, kif speċifikat fil-mudell SPV. 01.01 tal-Anness II, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness III fir-referenza SPV. 01.01;

(b)

informazzjoni bażika dwar il-veikolu bi skop speċjali, kif speċifikat fil-mudell SPV.01.02 tal-Anness II, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness III fir-referenza SPV.01.02;

(c)

dejta tal-karta bilanċjali tal-veikolu bi skop speċjali, li tiddistingwi bejn klassijiet materjali ta' assi, obbligazzjonijiet u entrati ta' ekwità, inkluż dejn jew mekkaniżmu ta' finanzjament ieħor maħruġ, kif speċifikat fil-mudell SPV.02.01 tal-Anness II, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness III fir-referenza SPV.02.01;

(d)

dejta li ma tidhirx fil-karta bilanċjali tal-veikolu bi skop speċjali kif speċifikat fil-mudell SPV.02.02 tal-Anness II, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness III fir-referenza SPV.02.02;

(e)

riskji meħuda għal kull arranġament kuntrattwali individwali relatat mat-trasferiment ta' riskju minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, kif speċifikat fil-mudell SPV.03.01 tal-Anness II, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness III fir-referenza SPV.03.01;

(f)

lista ta' titoli ta' dejn jew mekkaniżmi finanzjarji oħra maħruġa dwar kull arranġament kuntrattwali individwali relatat mat-trasferiment ta' riskju minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, kif speċifikat fil-mudell SPV.03.02 tal-Anness II, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness III fir-referenza SPV.03.02.

Artikolu 14

Kontenut Kwalitattivi tar-rapport annwali

F'konformità mal-Artikolu 325 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/35, il-veikolu bi skop speċjali kull sena jippreżenta lill-awtorità superviżorja tiegħu informazzjoni kwalitattiva li tkopri dan li ġej:

(a)

deskrizzjoni adegwata tal-bażi, il-metodi u s-suppożizzjonijiet użati għall-valutazzjoni tal-assi;

(b)

deskrizzjoni adegwata tal-bażi, il-metodi u s-suppożizzjonijiet użati sabiex tiġi determinata l-iskopertura tar-riskju massima aggregata;

(c)

dettalji ta' kwalunkwe kunflitti ta' interess bejn il-veikolu bi skop speċjali, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni u l-fornituri ta' dejn jew finanzjament;

(d)

dettalji ta' kwalunkwe tranżazzjonijiet sinifikanti li jsiru mill-veikolu bi skop speċjali matul l-aħħar perjodu tar-rappurtar.

(e)

informazzjoni li turi li l-veikolu bi skop speċjali għadu ffinanzjat kompletament, inkluż:

(i)

deskrizzjoni tar-riskji, inklużi r-riskji tal-likwidità u riskji kwantifikabbli, li jittieħdu mill-veikolu bi skop speċjali;

(ii)

informazzjoni dwar l-istrumenti ta' dejn maħruġa jew mekkaniżmi finanzjarji li daħal għalihom;

(f)

jekk il-veikolu bi skop speċjali ma jkunx kontinwament konformi mar-rekwiżit li jkun iffinanzjat kompletament matul il-perjodu ta' rappurtar, il-veikolu bi skop speċjali jirrapporta kull informazzjoni relevanti dwar dak in-nuqqas ta' konformità u r-rettifika tiegħu skont l-Artikolu 326 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/35 waqt il-perjodu ta' rappurtar;

(g)

informazzjoni kwalitattiva dwar kwalunkwe bidliet li jistgħu jaffettwaw il-konformità tal-veikolu bi skop speċjali mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 318 sa 324, 326 u 327 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/35.

Artikolu 15

Deskrizzjoni tar-riskji meħuda mill-veikolu bi skop speċjali

Meta jiddeskrivi r-riskji meħuda, kif meħtieġ mill-Artikolu 14, il-veikolu bi skop speċjali jipprovdi informazzjoni fir-rapport annwali dwar:

(a)

jekk ir-riskji meħuda humiex fil-maġġor parti tip ta' riskji tal-ħajja jew mhux tal-ħajja;

(b)

x'tipi ta' eventi xkattaturi japplikaw għal dawn ir-riskji;

(c)

jekk event xkattatur seħħx fil-perjodu ta' rappurtar jew le, li jwassal għal pretensjoni kontra l-veikolu bi skop speċjali;

(d)

jekk xi ammonti li jirriżultaw minn pretensjoni kienux imħallsa matul il-perjodu ta' rappurtar, u jekk dan ikun il-każ, kemm minnhom tħallsu s'issa u jekk l-event xkattatur affettwax b'mod negattiv il-likwidità tal-veikolu bi skop speċjali;

(e)

jekk il-profil tar-riskju tal-veikolu bi skop speċjali nbidel materjalment mill-perjodu ta' rappurtar preċedenti jew mill-patti u kundizzjonijiet oriġinali kif ikkomunikati lill-awtorità superviżorja tiegħu mal-ħruġ tal-awtorizzazzjoni.

Artikolu 16

Informazzjoni dwar l-istrumenti ta' dejn maħruġa jew mekkaniżmi finanzjarji oħra li daħal għalihom

Meta jipprovdi informazzjoni dwar strumenti ta' dejn maħruġa jew mekkaniżmi finanzjarji oħra li daħal għalihom kif meħtieġ mill-Artikolu 14, il-veikolu bi skop speċjali jirrapporta dwar dan li ġej:

(a)

ir-rikavat tal-ħruġ ta' dejn jew mekkaniżmu ta' finanzjament ieħor u jekk dawn tħallsux kollha għal kull arranġament kuntrattwali individwali relatat mat-trasferiment ta' riskju minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni;

(b)

it-tipi ta' gradi tal-mekkaniżmu ta' finanzjament, waqt li jkunu speċifikati segmenti jew gradi, inkluża informazzjoni fuq il-klassifikazzjonijiet esterni riċevuti jew il-klassifikazzjonijiet interni użati għal strumenti tad-dejn maħruġa u liema aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu ntużaw, jekk intużaw.

(c)

ir-raġunijiet għaliex il-kundizzjonijiet finanzjarji jitqiesu bħala robusti biżżejjed biex jiżguraw il-protezzjoni kontinwa ta' pretensjonijiet potenzjali tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jittrasferixxu r-riskju lill-veikolu bi skop speċjali, biex tinżamm il-kapaċità tiegħu li jissodisfa ammonti li huwa responsabbli għalihom kif isiru dovuti u biex tiġi żgurata l-istruttura ta' ħlas ta' dejn jew mekkaniżmi ta' finanzjament;

(d)

kwalunkwe strument ta' dejn li ġie kkanċellat, jerġa' jinxtara jew jinfeda, parzjalment jew b'mod sħiħ, peress li dawn l-istrumenti nħarġu separatament għall-perjodu ta' rappurtar attwali.

Artikolu 17

Mezzi għar-rappurtar

Veikoli bi skop speċjali jippreżentaw l-kontenut kwantitattiv tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 13 lill-awtorità superviżorja b'mod elettroniku, u l-kontenut kwalitattiv tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 15 f'format elettroniku li jinqara.

Artikolu 18

Munita u unitajiet

1.   Veikoli bi skop speċjali jippreżentaw kwalunkwe dejta monetarja mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 13 fil-munita tar-rappurtar tal-veikolu bi skop speċjali. Għal dan l-iskop, muniti oħra jinqalbu fil-munita tar-rappurtar, billi tintuża r-rata tal-kambju applikabbli fi tmiem il-perjodu ta' rappurtar.

2.   Veikoli bi skop speċjali jippreżentaw il-valuri numeriċi bħala fatti skont il-formati li ġejjin:

(a)

punti tad-dejta bit-tip ta' dejta “Monetarja” jkunu rrappurtati bl-użu minimu ta' preċiżjoni ekwivalenti għal unitajiet;

(b)

Punti ta' dejta bit-tip ta' dejta “Numru sħiħ” ikunu rrappurtati billi ma jintużawx deċimali u preċiżjoni ekwivalenti għal unitajiet.

Artikolu 19

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 12, 17.1.2015, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).


ANNESS I

Id-dokumentazzjoni ta' sostenn imsemmija fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament tinkludi dan li ġej:

1.

preżentazzjoni ċara u fid-dettall u analiżi f'organigramma li tidentifika l-partijiet rilevanti kollha involuti fit-tranżazzjoni, inklużi impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni involuti, li huma sorveljati minn awtoritajiet superviżorji oħra minbarra l-awtorità superviżorja responsabbli għall-għoti ta' awtorizzazzjoni tal-veikolu bi skop speċjali;

2.

informazzjoni dwar l-identità u l-kwalifiki tal-oriġinatur jew sponsor tal-veikolu bi skop speċjali, fejn din il-parti hija differenti mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tittrasferixxi r-riskju lill-veikolu bi skop speċjali;

3.

informazzjoni dwar l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li ttttrasferixxi r-riskju lill-veikolu bi skop speċjali;

4.

l-identifikazzjoni u l-kwalifika tal-persuni li huma, jew se jkunu, maħtura biex jaġixxu bħala fiduċjarji, fejn applikabbli, tal-assi tal-veikolu bi skop speċjali;

5.

informazzjoni dwar l-identità u l-kwalifiki tal-persuni li huma, jew se jkunu impjegati tal-veikolu bi skop speċjali, inklużi d-dettalji tal-persuni li effettivament imexxu l-veikolu bi skop speċjali;

6.

informazzjoni dwar l-identità u l-kwalifiki ta' persuni li għandhom, jew ser ikun mistenni li jkollhom, direttament jew indirettament, parteċipazzjoni kwalifikattiva fil-veikolu bi skop speċjali flimkien mal-ammonti ta' dawn il-parteċipazzjonijiet;

7.

informazzjoni dwar l-identità u l-kwalifiki tal-persuni li qed jipprovdu jew se jipprovdu l-ġestjoni u s-servizzi professjonali, bħall-kontabilità għall-veikolu bi skop speċjali;

8.

il-memorandum u l-artikoli ta' assoċjazzjoni tal-veikolu bi skop speċjali, jew abbozzi tagħhom;

9.

dettalji tal-poloz tal-assigurazzjoni oriġinali tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jagħtu dettalji dwar liema riskji ttieħdu inizjalment mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u liema se jiġu trasferiti lejn il-veikolu bi skop speċjali, inkluża valutazzjoni u deskrizzjoni ta' kif it-trasferiment tar-riskji ċeduti u ż-żamma ta' kwalunkwe riskju residwu se jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 320 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/35;

10.

dettalji tal-abbozz tal-arranġament kuntrattwali relatati mat-trasferiment tar-riskju bejn il-veikolu bi skop speċjali u l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, inkluża deskrizzjoni ta' kif il-kuntratt jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikoli 210, 211, 319 u 320 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/35. Id-deskrizzjoni tinkludi:

(a)

kwalunkwe eventi jew mekkaniżmi skattaturi rilevanti skont il-kuntratt;

(b)

l-iskopertura massima għar-riskju aggregat tal-kuntratt;

11.

valutazzjoni li tiddeskrivi kif l-istrutturi legali u ta' governanza tal-veikolu bi skop speċjali huma meqjusa li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikoli 210, 319, 320, 324, 326 u 327 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/35. L-eżami għandu wkoll jagħti opinjoni dwar jekk l-istruttura legali magħżula għall-veikolu bi skop speċjali toffrix protezzjoni legalment infurzabbli tal-assi tal-veikolu bi skop speċjali, u b'hekk ikun żgurat li l-kapaċità ta' veikolu bi skop speċjali ma tiġix affettwata b'mod negattiv b'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 318(b) u l-Artikolu 321 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/35. Il-valutazzjoni għandha tinkludi l-passi li ġejjin:

(a)

spjegazzjoni dwar kif il-veikolu bi skop speċjali huwa, jew se jkun, iffinanzjat bis-sħiħ, inklużi t-testijiet relevanti, bħal testijiet tal-istress u tax-xenarji, biex jiġi ddeterminat jekk ir-rekwiżit iffinanzjat bis-sħiħ ikunx ġie sodisfatt u kif se jinżamm l-istatus;

(b)

informazzjoni dwar l-ekwità tal-veikolu bi skop speċjali, inkluż id-daqs, it-tkabbir, il-konċentrazzjoni potenzjali tal-investitur, u fir-rigward tas-sehem tal-ġestjoni tal-veikolu bi skop speċjali ta' dik l-ekwità;

(c)

dettalji tal-kontroparti tal-arranġamenti kuntrattwali relatati mat-trasferiment ta' riskju minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għall-veikolu bi skop speċjali, inklużi dettalji tar-rwoli kollha tal-veikolu bi skop speċjali u l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, kif ukoll ir-rwoli u l-identitajiet ta' parteċipanti oħra, inkluż, iżda mhux limitat għal, detenturi tan-nota, maniġers tal-kontijiet u maniġers għall-manteniment tal-kontijiet, kustodji u fiduċjarji, maniġers tal-assi, sottoskritturi u sponsors għat-tranżazzjoni. Din tinkludi wkoll valutazzjoni tar-rekwiżiti ta' konsolidament tal-kontabbiltà applikabbli tal-veikolu bi skop speċjali fi grupp;

(d)

informazzjoni dwar riskji kwantifikabbli tal-veikolu bi skop speċjali inklużi d-dettalji tar-riskju tal-likwidità u tal-istrateġija tal-likwidità tal-veikolu bi skop speċjali;

(e)

informazzjoni dwar l-implikazzjonijiet tal-istrateġija ta' investiment proposta tal-veikolu bi skop speċjali;

(f)

informazzjoni dwar l-aderenza tal-veikolu bi skop speċjali għar-rekwiżiti ta' solvenza skont l-Artikolu 327 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/35;

(g)

id-dettalji tat-trasferiment tar-riskju, inkluża l-valutazzjoni ta' riskji residwi materjali, inkluż ir-riskju ta' bażi;

(h)

dettalji, jekk ikun hemm, dwar l-użu u dettalji tal-istrumenti tal-hedging, bħal swaps tar-rati tal-imgħax jew kuntratti tal- muniti;

(i)

dettalji ta' kwalunkwe impenji li ma jidhrux fil-karta bilanċjali li tappoġġa l-veikolu bi skop speċjali, inklużi garanziji jew kwalunkwe forma oħra ta' mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu li tinbiegħ jew tingħata b'xi mod ieħor għall-veikolu bi skop speċjali;

(j)

projezzjonijiet finanzjarji matul il-ħajja mistennija tal-veikolu bi skop speċjali;

(k)

valutazzjoni attwarjali tar-riskji tal-assigurazzjoni meħuda;

(l)

abbozz ta' pjan li jiddeskrivi l-proċeduri ta' rappurtar superviżorju tal-veikolu bi skop speċjali imfassla biex jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikoli 325 sa 327 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/35, inklużi kwistjonijiet rappurtabbli speċifiċi identifikati skont l-Artikoli 325(2) u 326 (1) u (2) tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/35 u fir-rigward ta' kif il-bidliet materjali se jiġu kkomunikati lill-awtorità superviżorja;

12.

id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjonijiet, jew abbozzi tagħhom, dwar il-ħruġ ta' mekkaniżmi ta' dejn jew finanzjarji, u t-trasferiment tar-riskju għall-fornituri ta' tali dejn jew mekkaniżmi ta' finanzjament, biex jispjega kif ser tinżamm il-konformità mal-Artikoli 210, 211, 320 u 321 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/35. Din id-dokumentazzjoni għandha tinkludi:

(a)

prospett jew ċirkolari tal-offerta jew memorandum għall-pjazzamenti privati jew abbozzi tagħhom;

(b)

il-valutazzjoni tal-klassifikazzjoni jew ir-rapport tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu qabel il-ħruġ tal-istrumenti ta' finanzjament mill-veikolu bi skop speċjali;

(c)

dettalji relatati mal-użu potenzjali ta' garanti finanzjarji għal kwalunkwe “segmenti” ta' noti li għandhom jinħarġu;

(d)

il-ftehim fiduċjarju, fejn jeżisti arranġament bħal dan, jew abbozzi tiegħu;

(e)

fir-rigward tad-dejn jew mekkaniżmi ta' finanzjament, id-dettalji tal-istrateġija ta' likwidità tal-veikolu bi skop speċjali għall-istrumenti finanzjarji maħruġa, inklużi l-istruttura u l-iggradar, it-tipi ta' pożizzjonijiet, u regoli ta' rtirar għad-detentur tan-nota;

(f)

informazzjoni dwar l-implikazzjonijiet tar-riskju tal-istrateġija ta' investiment tal-veikolu bi skop speċjali;

(g)

kuntratti, jew abbozzi tagħhom, u d-dettalji ta' kwalunkwe strument tal-hedging, bħal swaps tar-rati tal-imgħax jew kuntratti tal-muniti;

(h)

id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjonijiet, jew l-abbozz tagħha, li tirregola partijiet tal-arranġamenti kuntrattwali relatati mat-trasferiment tar-riskju minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni lejn il-veikolu bi skop speċjali, li tista' tinftiehem bħala tranżazzjoni konnesssa skont l-Artikolu 210(3) u l-Artikolu 320(2) tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/35. Fejn applikabbli, dan jista' jinkludi kuntratti ma' parteċipanti oħra fit-tranżazzjoni, kif ukoll esternalizzazzjoni u kuntratti ta' servizzi;

13.

fejn veikolu bi skop speċjali, li kien awtorizzat qabel il-31 ta' Diċembru 2015, jibda kwalunkwe attivitajiet ġodda wara l-31 ta' Diċembru 2015, il-veikolu bi skop speċjali jirrapporta kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar kif l-attività eżistenti tal-veikolu bi skop speċjali jista' jkollha impatt fuq il-profil ta' skopertura għar-riskju aggregat tiegħu fir-rigward ta' kwalunkwe attività ġdida.


ANNESS II

Mudelli ta' rappurtar tal-Veikoli bi Skop Speċjali

SPV. 01.01 — Kontenut tal-preżentazzjoni

Kodiċi tal-Mudell

Isem tal-mudell

 

C0010

SPV.01.02

Informazzjoni Bażika

R0010

 

SPV.02.01

Il-karta bilanċjali

R0020

 

SPV.02.02

Barra l-karta bilanċjali

R0030

 

SPV.03.01

Ir-riskji meħuda

R0040

 

SPV.03.02

Dejn jew mekkaniżmu ieħor ta' finanzjament

R0050

 

SPV.01.02 — Informazzjoni bażika

 

C0010

Isem tal-veikolu bi skop speċjali ta' rappurtar

R0010

 

Il-kodiċi ta' identifikazzjoni

R0020

 

Tip ta' Kodiċi

R0030

 

Pajjiż ta' oriġini tal-veikolu bi skop speċjali

R0040

 

Id-data tar-rapport

R0050

 

Data ta' referenza

R0060

 

Munita użata għar-rappurtar

R0070

 

Riskji meħuda permezz arragementi separati

R0080

 

Il-konformità mar-rekwiżit ta' 'iffinanzjat bis-sħiħ matul il-perjodu ta' rappurtar

R0090

 

SPV.02.01 — Karta bilanċjali

 

Valur

Assi

 

C0010

Depożiti u pretensjonijiet ta' self

R0010

 

Self ittitolizzat

R0020

 

Titoli ta' dejn

R0030

 

Assi titolizzati oħra

R0040

 

Ekwità u unitajiet ta' investiment kollettiv

R0050

 

Derivattivi finanzjarji

R0060

 

Assi mhux finanzjarju (inkluż assi fissi)

R0070

 

Total ta' klassijiet materjali oħra ta' assi

R0080

 

Assi li jifdal

R0090

 

Assi totali

R0100

 

Obbligazzjonijiet

 

 

Self u depożiti riċevuti

R0110

 

Titoli ta' dejn maħruġin

R0120

 

Derivattivi finanzjarji

R0130

 

Total ta' klassijiet materjali oħra ta' obbligazzjonijiet

R0140

 

Obbligazzjonijiet li jifdal

R0150

 

Obbligazzjonijiet Totali

R0160

 

Ekwità

 

 

Ekwità Totali

R0170

 


Deskrizzjoni tal-entrati

 

Valur

C0020

 

C0010

Klassijiet materjali oħra ta' assi 1

R0180

 

 

 


Deskrizzjoni tal-entrati

 

Valur

C0020

 

C0010

Klassijiet materjali oħra ta' obbligazzjonijiet 1

R0190

 

 

 


Deskrizzjoni tal-entrati

 

Valur

C0020

 

C0010

Entrata ta' ekwità 1

R0200

 

 

 

SPV.02.02 — Barra l-karta bilanċjali

 

Valur ta' kontabbiltà

Entrati barra l-karta bilanċjali

 

C0010

Garanziji riċevuti permezz tal-veikolu bi skop speċjali b'mod dirett

R0010

 

Kollateral miżmum

R0020

 

Total ta' entrati oħra barra l-karta bilanċjali

R0030

 

Obbligi barra l-karta bilanċjali

 

 

Kollateral mirhun

R0040

 

Total ta' obbligi oħra barra l-karta bilanċjali

R0050

 


Deskrizzjoni tal-entrati

 

Valur kontabilistiku

C0020

 

C0010

Entrata barra l-karta bilanċjali 1

R0060

 

 

 


Deskrizzjoni tal-entrati

 

Valur kontabilistiku

C0020

 

C0010

Obbligu barra l-karta bilanċjali 1

R0070

 

 

 

SPV.03.01 — Ir-riskji meħuda

 

Ftehim

Data tal-ħruġ

Ħruġ/użi mibdija qabel l-implimentazzjoni tad- Direttiva 2009/138/KE

L-isem taċ-ċedent

Il-Kodiċi taċ-ċedent

Tip ta' Kodiċi

Skopertura tar-riskju massima aggregata skont l-arranġament

Assi miżmuma għal riskju separabbli

Il-konformità mar-ekwiżit iffinanzjat bis-sħiħ għall-arranġament matul il-perjodu ta' rappurtar

Tul ta' żmien

C0010

C0020

C0030

C0040

C0050

C0060

C0070

C0080

C0090

C0100

Totali

R0010

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Riskju 1

R0020

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

SPV.03.02 — Dejn jew mekkaniżmu ieħor ta' finanzjament

 

Arranġament

Deskrizzjoni tad-dejn jew mekkaniżmu finanzjarju ieħor maħruġ għal arranġament

Ammont tad-dejn jew mekkaniżmu finanzjarju ieħor maħruġ għal arranġament

C0010

C0020

C0030

Totali

R0010

 

 

 

Dejn jew mekkaniżmu finanzjarju ieħor 1

R0020

 

 

 

 

 

 

 


ANNESS III

Dan l-Anness fih struzzjonijiet addizzjonali fir-rigward tal-mudelli inklużi fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. L-ewwel kolonna tat-tabelli tidentifika l-entrati li għandhom jiġu rrapurtati bl-identifikazzjoni taċ-ċelloli kif ippreżentati fil-mudell fl-Anness II.

Fejn il-veikolu bi skop speċjali jintalab jikkumplimenta r-rappurtar kwantitattiv ta' ġustifikazzjoni partikolari, l-ispjegazzjoni m'għandhiex titressaq fi ħdan il-mudell ta' rappurtar, iżda tiġi inkluża fi ħdan il-parti narrativa tas-sottomissjoni ta' informazzjoni permezz tal-veikolu bi skop speċjali lill-awtorità superviżorja.

SPV.01.01 — Kontenut tas-sottomissjoni

Ċellola

Entrata

Istruzzjonijiet

R0010/C0010

Informazzjoni Bażika

Irrappurtata.

R0020/C0010

Karta Bilanċjali

Tintuża waħda mill-għażliet fil-lista magħluqa li ġejja:

1

Irrappurtata;

9

Mhux irrappurtata (f'dan il-każ hija meħtieġa ġustifikazzjoni).

R0030/C0010

mhux fi l-karta bilanċjali

Tintuża waħda mill-għażliet fil-lista magħluqa li ġejja:

1

Irrappurtata;

2

Mhux irrappurtata l-ebda entrati mhux fil-karta bilanċjali;

9

Mhux irrappurtata raġuni oħra (f'dan il-każ hija meħtieġa ġustifikazzjoni).

R0040/C0010

Ir-riskji li se jittieħdu

Tintuża waħda mill-għażliet fil-lista magħluqa li ġejja:

1

Irrappurtata;

9

Mhux irrappurtata (f'dan il-każ hija meħtieġa ġustifikazzjoni).

R0050/C0010

Dejn jew mekkaniżmu ta' finanzjament ieħor

Tintuża waħda mill-għażliet fil-lista magħluqa li ġejja:

1

Irrappurtata;

9

Mhux irrappurtata (f'dan il-każ hija meħtieġa ġustifikazzjoni).

SPV.01.02 — Informazzjoni bażika

Ċellola

Entrata

Istruzzjonijiet

R0010/C0010

L-isem tal-veikolu bi skop speċjali ta' rappurtar

L-isem tal-veikolu bi skop speċjali li jissottometti r-rapport lill-awtorità superviżorja.

R0020/C0010

Il-kodiċi ta' identifikazzjoni

L-identifikazzjoni ta' veikolu bi skop speċjali li juża l-prijorità li jmiss;

Identifikatur tal-Entità Ġuridika(LEI),

Kodiċi tal-identifikazzjoni użata fis-suq lokali, mogħtija mill-awtorità nazzjonali ta' kontroll.

R0030/C0010

Tip ta' Kodiċi

L-identifikazzjoni tal-kodiċi użati fil-meħtieġa “Kodiċi ta' identifikazzjoni”. Tintuża waħda mill-għażliet fil-lista magħluqa li ġejja:

1

LEI

2

Kodiċi lokali

R0040/C0010

Pajjiż ta' oriġini tal-veikolu bi skop speċjali

Il-kodiċi ISO 3166-1 alpha- 2 tal-pajjiż fejn il-veikolu bi skop speċjali ġie awtorizzat.

R0050/C0010

Id-data tar-rapport

Il-kodiċi ISO 8601 (jjjj-xx-ss) tad-data meta jsir ir-rapport lill-awtorità superviżorja.

R0060/C0010

Data ta' referenza

ISO 8601 (jjjj-xx-ss) mid-data li tidentifika l-aħħar jum tal-perjodu ta' rappurtar.

R0070/C0010

Munita użata għar-rappurtar

Kodiċi alfabetiku ISO 4217 tal-munita tal-ammonti monetarji użati f'kull rapport.

R0080/C0010

Riskji preżunti permezz ta' arranġamenti separati

Tidentifika l-għadd ta' arranġamenti tar-riskju separati li SPV jista' jkun irċieva awtorizzazzjoni biex jieħu ħsiebhom skont termini u kundizzjonijiet kif stabbilit mill-awtorità ta' kontroll tiegħu.

R0090/C0010

Il-konformità ma' rekwiżit iffinanzjat bis-sħiħ matul il-perjodu

Biex jiddikjara jekk ir-rekwiżit iffinanzjat bis-sħiħ inżammx bejn żewġ perjodi ta' rappurtar. Tintuża l-lista magħluqa li ġejja:

1

Konformità ma' ffinanzjar bis-sħiħ

2

Nuqqas ta' konformità ma' ffinanzjar bis-sħiħ

SPV.02.01 — Karta bilanċjali

Ċellola

Entrata

Istruzzjonijiet

R0010/C0010

Pretensjonijiet ta' depożiti u self

Valur tal-pretensjonijiet ta' depożiti u self skont l-Artikolu 75 tad- Direttiva 2009/138/KE. Din l-entrata tinkludi:

Id-depożiti kollha,

Self mogħti mill-SPV,

Flus.

R0020/C0010

Self ittitolizzat

Valur tas-self ittitolizzat akkwiżit mill-veikolu bi skop speċjali skont l-Artikolu 75 tad- Direttiva 2009/138/KE.

R0030/C0010

Titoli ta' dejn

Valur ta' parteċipazzjonijiet f' titoli ta' dejn skont l- Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE. Jinkludi dejn subordinat fil-forma ta' titoli ta' dejn.

R0040/C0010

Assi titolizzati oħrajn

Valur ta' assi titolizzati oħra mhux inklużi fl-entrati “Self titolizzat” (C0010/R0020) jew “Titoli ta' dejn” (C0010/R0030) skont l-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE.

R0050/C0010

Unitajiet ta' ekwità u ta' investiment kollettiv

Valur ta' unitajiet ta' ekwita u ta' investiment kollettiv miżmuma skont l-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE.

R0060/C0010

Derivattivi finanzjarji

Valur ta' derivattivi finanzjarji b'valur pożittiv skont l- Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE.

R0070/C0010

Assi mhux finanzjarji (inkluż assi fissi)

Valur tal-assi tanġibbli u intanġibbli, mhux fi assi finanzjarji skont l-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE.

R0080/C0010

Total ta' klassijiet materjali oħra ta' assi

L-ammont totali ta' klassijiet materjali oħra ta' assi

R0090/C0010

Assi li jifdal

Il-valur tal-assi l-oħrajn kollha, mhux koperti mill-entrati preċedenti skont l-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE.

R0100/C0010

Assi totali

Il-valur totali tal-assi tal-veikolu bi skop speċjali.

R0110/C0010

Self u depożiti riċevuti

Il-valur dovut lill-kredituri mill-veikolu bi skop speċjali, minbarra dak li jirriżulta mill-ħruġ ta' titoli negozzjabbli.

R0120/C0010

Titoli ta' dejn maħruġin

Il-valur tat-titoli maħruġa permezz tal-veikolu bi skop speċjali, minbarra ekwità skont l-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE.

R0130/C0010

Derivattivi finanzjarji

Valur ta' derivattivi finanzjarji b'valur negattivi skont l- Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE.

R0140/C0010

Total ta' klassijiet materjali oħra ta' obbligazzjonijiet

L-ammont totali ta' klassijiet materjali oħra ta' obbligazzjonijiet

R0150/C0010

Obbligazzjonijiet li jifdal

Il-valur tal-obbligazzjonijiet l-oħrajn kollha, mhux koperti mill-entrati preċedenti skont l-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE.

R0160/C0010

Obbligazzjonijiet Totali

Total tal-obbligazzjonijiet tal-veikolu bi skop speċjali.

R0170/C0010

Ekwità Totali

Total tal-ekwità tal-veikolu bi skop speċjali.

R0180/C0020

Klassijiet materjali oħra ta' assi 1

Deskrizzjoni tal-klassi materjali tal-assi. Identifika kemm il-klassi materjali jkun hemm bżonn sabiex tagħti stampa ċara tan-natura tal-obbligazzjonijiet materjali tal-veikolu bi skop speċjali.

R0180/C0010

Klassijiet materjali oħra ta' assi 1 — Valur

Il-valur ta' kull klassi materjali tal-assi.

R0190/C0020

Klassijiet materjali oħra ta' obbligazzjonijiet 1

Deskrizzjoni tal-klassi materjali ta' obbligazzjonijiet. Jidentifika klassijiet materjali oħra kif meħtieġ biex jagħti stampa ċara tan-natura tal-obbligazzjonijiet materjali tal-veikolu bi skop speċjali.

R0190/C0010

Klassijiet materjali oħra ta' obbligazzjonijiet 1 — Valur

Il-valur ta' kull klassi materjali tal-obbligazzjonijiet.

R0200/C0020

Ekwità (Entrati materjali)

Deskrizzjoni tal-entrati ta' ekwità materjali. Biex jiġu deċiżi minn kull veikolu bi skop speċjali meta jqis in-natura ta' entrati materjali miżmuma mill-veikolu bi skop speċjali ta' rappurtar u biex jibqgħu konsistenti matul perjodi ta' rappurtar.

R0200/C0010

Entrata ta' ekwità 1

Valur ta' kull entrata ta' ekwità rrappurtata skont l-Artikolu 75 tad-Direttiva 2009/138/KE.

SPV.02.01 — Mhux fil-karta bilanċjali

Ċellola

Entrata

Istruzzjonijiet

R0010/C0010

Garanziji riċevuti mill-veikolu bi skop speċjali b'mod dirett

Valur tal-kontabilità tal-garanziji riċevuti mill-veikolu bi skop speċjali b'mod dirett

R0020/C0010

Kollateral miżmum

Valur kontabilistiku tal-kollaterali miżmuma.

R0030/C0010

Total ta' entrati oħra mhux fil-karta bilanċjali

Valur kontabilistiku ta' kull entrata oħra mhux fil-karta bilanċjali rrappurtata.

R0040/C0010

Kollateral mirhun

Valur kontabilistiku tal-kollateral mirhun.

R0050/C0010

Total ta' obbligi oħra mhux fil-karta bilanċjali

Valur tal-kontabilità ta' kull obbligazzjoni oħra rrappurtata mhux fil-karta bilanċjali.

R0060/C0020

Entrata mhux fil-karta bilanċjali 1

Deskrizzjoni ta' kull entrata oħra mhux fil-karta bilanċjali. Il-veikolu bi skop speċjali jirrapporta l-punti differenti kif meħtieġ.

R0060/C0010

Entrata mhux fil-karta bilanċjali 1 — Valur kontabilistiku

Valur kontabilistiku ta' kull entrata oħra mhux fil-karta bilanċjali rrappurtata.

R0070/C0020

Obbligazzjoni mhux fil-karta bilanċjali 1

Deskrizzjoni ta' kull obbligazzjoni oħra mhux fil-karta bilanċjali. Il-veikolu bi skop speċjali jirrapporta l-punti differenti kif meħtieġ.

R0070/C0010

Obbligazzjoni mhux fil-karta bilanċjali 1 — Valur kontabilistiku

Valur tal-kontabilità ta' kull obbligazzjoni oħra rrappurtata mhux fil-karta bilanċjali.

SPV. 03.01 — ir-Riskji meħuda

Ċellola

Entrata

Istruzzjonijiet

R0010/C0070

Total — l-iskopertura massima għar-riskju aggregat għal kull arranġament

Total tal-iskopertura massima għar-riskju aggregat għall-veikolu bi skop speċjali

C0070/R0010 = Somma (C0070/R0020)

R0010/C0080

Total — Assi miżmuma għal riskju separabbli

Valur tal-assi totali miżmuma

SPV.03.01 C0080/R0010 = Somma (C0080/R0020) = SPV.02.01.C0010/R0100

R0020/C0010

Arranġament

Fejn ikunu involuti veikoli bi skop speċjali b'arranġamenti diversi, l-informazzjoni tingħata għal kull ftehim separat (kull riskju separabbli li jittieħed). Din l-entrata tidentifika l-kodiċi tal-arranġament tar-riskju.

Jekk l-awtorità superviżorja tattribwixxi kodiċi, dan il-kodiċi jintuża. Jekk le, il-veikolu bi skop speċjali jattribwixxi kodiċi li jinżamm konsistenti matul snin ta' rappurtar u ma jerġax jintuża.

In-numru ta' linji rrappurtati jkun l-istess bħan-numru identifikat f'SPV.01.02.C0010/R0080

R0020/C0020

Data tal-ħruġ

ISO 8601 (ssss-xx-jj) il-kodiċi tad-data tal-ħruġ għal kull arranġament tar-riskju separabbli.

R0020/C0030

Kwistjonijiet/użi mibdija qabel l-implimentazzjoni tad- Direttiva 2009/138/KE

Identifikazzjoni jekk l-arranġament daħal fis-seħħ qabel il-31 ta' Diċembru 2015. Tintuża il-lista magħluqa segwenti:

1

Qabel il-31 ta' Diċembru 2015

2

Wara l-31 ta' Diċembru 2015

R0020/C0040

Isem taċ-ċedent

Isem tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-rijassigurazzjoni li tittrasferixxi r-riskji lill-veikolu bi skop speċjali.

R0020/C0050

Kodiċi taċ-ċedent

Kodiċi ta' identifikazzjoni taċ-ċedent li juża l-prijorità li jmiss, jekk teżisti:

Identifikatur tal-Entità Legali (LEI),

Kodiċi speċifiku.

Kodiċi speċifiku:

Għall-impriżi tal-assigurazzjoni/riassigurazzjoni taż-ŻEE: kodiċi ta' identifikazzjoni użat fis-suq lokali, assenjat mill-awtorità superviżorja tal-impriża,

Għal impriżi mhux taż-ŻEE u impriżi mhux regolati, kodiċi ta' identifikazzjoni pprovdut permezz tal-veikolu bi skop speċjali. Meta jalloka kodiċi ta' identifikazzjoni għal kull impriża li mhix taż-ŻEE jew mhux regolata jkun skont il-format li ġej b'mod konsistenti:

kodiċi ta' identifikazzjoni tal-impriża + Kodiċi ISO 3166-1 alpha-2 tal-pajjiż tal-impriża + 5 ċifri

R0020/C0060

Tip ta' Kodiċi

Identifikazzjoni tal-kodiċi użat fl-entrata “kodiċi taċ-ċedent” (C0050). Tintuża waħda mill-għażliet fil-lista magħluqa li ġejja:

1

LEI

2

Kodiċi speċifiku

R0020/C0070

Skopertura tar-riskju massima aggregata għal kull arranġament

Valur għal kull arranġament tal-iskopertura massima għar-riskju aggregat.

R0020/C0080

Assi miżmuma għal riskju separabbli

Il-valur tal-assi totali miżmuma għal kull arranġament.

R0020/C0090

Il-konformità mar-rekwiżit iffinanzjat bis-sħiħ għall-arranġament matul il-perijodu ta' rappurtar

Biex jiddikjara jekk ir-rekwiżit iffinanzjat bis-sħiħ inżammx bejn żewġ perjodi ta' rappurtar. Tintuża il-lista magħluqa segwenti:

1

Konformità ma' ffinanzjar bis-sħiħ

2

Nuqqas ta' konformità ma' ffinanzjar bis-sħiħ

R0020/C0100

Tul ta' żmien

Il-valur tad-dewmien tal-arranġament f'xhur li jibqa'.

SPV.03.02 — Dejn jew mekkaniżmu ta' finanzjament ieħor

Ċellola

Entrata

Istruzzjonijiet

R0010/C0030

Total— Ammont ta' dejn jew mekkaniżmu ta' finanzjament ieħor maħruġ għal arranġament

Il-valur totali ta' titoli ta' dejn maħruġa

SPV.03.02.C0030/R0010 = Somma (C0030/R0020) = SPV.02.01.C0010/R0120

R0020/C0010

Ftehim

Fejn ikunu involuti veikoli bi skop speċjali b'arranġamenti diversi, l-informazzjoni tingħata għal kull ftehim separat (kull riskju separabbli li jittieħed). Din l-entrata tidentifika l-kodiċi tal-arranġament tar-riskju.

Jekk l-awtorità superviżorja tattribwixxi kodiċi, dan il-kodiċi jintuża. Jekk le, il-veikolu bi skop speċjali jattribwixxi kodiċi li jinżamm konsistenti matul snin ta' rappurtar u ma jerġax jintuża.

In-numru ta' linji rrappurtati jkun l-istess bħan-numru identifikat f'SPV.01.02.C0010/R0080.

R0020/C0020

Dejn jew mekkaniżmu ta' finanzjament ieħor 1

Deskrizzjoni tad-dejn jew mekkaniżmi finanzjarji oħra maħruġa għal arranġament, inkluża referenza ta' tranżazzjoni.

Jintużaw linji kemm meħtieġ għal kull arranġament li jirrapporta kull titolu ta' dejn maħruġ.

R0020/C0030

L-ammont tad-dejn jew mekkaniżmi finanzjarji oħra maħruġa għall-arranġament

Il-valur ta' kull ħruġ ta' dejn jew kull mekkaniżmu finanzjarju ieħor.