7.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 64/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/375

tas-6 ta' Marzu 2015

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, għandhom jinżiedu seba' persuni u sitt entitajiet mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi,entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(3)

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Marzu 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

K. GERHARDS


(1)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.


ANNESS

Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi li tinsab fit-Taqsimiet A u B tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

A.   Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

199.

Bayan Bitar

(magħruf ukoll bħala Dr Bayan Al-Bitar)

Indirizz: PO Box 11037 Damascus, Syria

Direttur Amministrattiv ta' Organisation for Technological Industries (OTI), u ta' Syrian Company for Information Technology (SCIT), li t-tnejn huma sussidjarji tal-Ministeru għad-Difiża Sirjan, li ġie ddeżinjat mill-Kunsill.

L-OTI tassisti fil-produzzjoni ta' armi kimiċi għar-reġim Sirjan.

Bħala Direttur Amministrattiv tal-OTI u tal-SCIT Bayan Bitar jagħti sostenn lir-reġim Sirjan. Minħabba r-rwol tiegħu fil-produzzjoni ta' armi kimiċi, huwa jaqsam ukoll ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti kontra l-poplu Sirjan.

Fid-dawl tal-pożizzjoni għolja tiegħu f'dawn l-entitajiet, huwa wkoll assoċjat mal-entitajiet iddeżinjati OTI u SCIT.

7.3.2015

200.

Brigadier Ġenerali Ghassan Abbas

Indirizz: CERS, Centre d'Etude et de Recherche Scientifique;

(magħruf ukoll bħala SSRC, Scientific Studies and Research Center; Centre de Recherche de Kaboun Barzeh Street, PO Box 4470, Damascus)

Manager tal-fergħa ta' Syrian Scientific Studies and Research Centre (SSRC/CERS), li huwa ddeżinjat, fl-inħawi ta' Jumraya/Jmraiya.

Huwa kien involut fil-proliferazzjoni tal-armi kimiċi u fl-organizzazzjoni ta' attakki bl-armi kimiċi, inkluż f'Ghouta f'Awwissu 2013. Għalhekk, huwa jaqsam ukoll ir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti kontra l-poplu Sirjan.

Bħala manager tal-fergħa tal-SSRC/CERS fl-inħawi ta' Jumraya/Jmraiya, Ghassan Abbas jagħti sostenn lir-reġim Sirjan.

Bħala riżultat tal-pożizzjoni għolja tiegħu fl-SSRC, huwa wkoll assoċjat mal-entità ddeżinjata l-SSRC.

7.3.2015

201.

Wael Abdulkarim

(magħruf ukoll bħala Wael Al Karim)

Indirizz: Pangates International Corp Ltd, PO Box Sharjah Airport International Free Zone, United Arab Emirates

Al Karim for Trade and Industry, PO Box 111, 5797 Damascus, Syria

Morgan Additives Office No 2206, 22nd Floor, Jafza View 19, Besides Jafza View 18, Sheikh Zayed Road, Jebel Ali Free Zone Authority Dubai, UAE

Direttur Amministrattiv tal-entità ddeżinjata Pangates International Corp Ltd, li taġixxi bħala intermedjarju fil-forniment taż-żejt lir-reġim Sirjan.

Bħala Direttur Amministrattiv ta' Pangates, Wael Abdulkarim jagħti sostenn lir-reġim Sirjan u jibbenefika minnu. Huwa għandu wkoll pożizzjoni għolja fl-entità ddeżinjata Al Karim Group, li hija l-kumpannija prinċipali ta' Pangates.

Bħala riżultat tal-pożizzjonijiet għolja tiegħu f'Pangates u Al Karim Group, huwa wkoll assoċjat ma' dawn l-entitajiet iddeżinjati.

7.3.2015

202.

Ahmad Barqawi

(magħruf ukoll bħala Ahmed Barqawi)

Indirizz: Pangates International Corp Ltd, PO Box Sharjah Airport International Free Zone, United Arab Emirates. Al Karim for Trade and Industry, PO Box 111, 5797 Damascus, Syria.

Morgan Additives Office No 2206, 22nd Floor, Jafza View 19, Besides Jafza View 18, Sheikh Zayed Road, Jebel Ali Free Zone Authority Dubai, UAE

Manager Ġenerali ta' Pangates International Corp Ltd, li taġixxi bħala intermedjarju fil-forniment taż-żejt lir-reġim Sirjan, u manager ta' Al Karim Group. Kemm Pangates International kif ukoll Al Karim Group ġew iddeżinjati mill-Kunsill.

Bħala Manager Ġenerali ta' Pangates u manager tal-kumpannija prinċipali ta' Pangates, Al Karim Group, Ahmad Barqawi jagħti sostenn lir-reġim Sirjan, u jibbenefika minnu. Minħabba l-pożizzjoni għolja tiegħu f'Pangates u Al Karim Group, huwa wkoll assoċjat mal-entitajiet iddeżinjati Pangates International u Al Karim Group.

7.3.2015

203.

George Haswani

(magħruf ukoll bħala Heswani; Hasawani; Al Hasawani)

Indirizz: Damascus Province, Yabroud, Al Jalaa St, Syria

Negozjant Sirjan prominenti, koproprjetarju ta' HESCO Engineering and Construction Company, kumpannija tal-inġinerija u tal-kostruzzjoni ewlenija fis-Sirja. Huwa għandu rabtiet mill-qrib mar-reġim Sirjan.

George Haswani jagħti sostenn lir-reġim u jibbenefika minnu permezz tar-rwol tiegħu bħala persuna intermedjarja f'negozjati għax-xiri taż-żejt mill-ISIL mir-reġim Sirjan.

Huwa jibbenefika wkoll mir-reġim permezz ta' trattament favorevoli inkluż l-għoti ta' kuntratt (bħala sottokuntrattur) ma' Stroytransgaz, kumpannija taż-żejt ewlenija Russa.

7.3.2015

204.

Emad Hamsho

(magħruf ukoll bħala Imad Hmisho; Hamchu; Hamcho; Hamisho; Hmeisho; Hemasho)

Hamsho Building

31 Baghdad Street

Damascus,

Syria

Jokkupa pożizzjoni maniġerjali għolja f'Hamsho Trading.

Bħala riżultat tal-pożizzjoni għolja tiegħu f'Hamsho Trading, sussidjarja ta' Hamsho International, li ġiet iddeżinjata mill-Kunsill, huwa jagħti sostenn lir-reġim Sirjan. Huwa wkoll assoċjat ma' entità ddeżinjata, Hamsho International.

Emad Hamsho jiffinanzja lill-milizzji ta' Shabiha li, min-naħa tagħhom, jiġbru l-azzar miż-żoni meqruda mill-forzi armati u l-milizzji tar-reġim Sirjan u jdewbuh ġo fabbriki lokali ta' Syria Steel (Hmisho Steel). Huwa wkoll Viċi President tal-Kunsill Sirjan tal-Ħadid u l-Azzar flimkien ma' negozjanti tar-reġim ddeżinjati bħal Ayman Jaber. Huwa wkoll soċju ta' Bashar Al-Assad.

7.3.2015

205.

Samir Hamsho

(magħruf ukoll bħala Samer; Sameer; Hmisho; Hamchu; Hamcho; Hamisho; Hmeisho; Hemasho)

Hamsho Building

31 Baghdad Street

Damascus,

Syria

Samir Hamsho huwa negozjant prominenti li jibbenefika mir-reġim u jagħti sostenn lilu. Huwa l-proprjetarju u l-President ta' Al Buroj u Syria Steel/Hmisho Steel, sussidjarji ta' Hamsho Trading, sussidjarja ta' Hamsho International, li ġiet iddeżinjata mill-Kunsill.

Maħtur fil-Kamra tal-Kummerċ ta' Homs f'Marzu 2014 mill-Ministru għall-Industrija.

Għalhekk, huwa jipprovdi sostenn lir-reġim Sirjan u jibbenefika mill-konnessjonijiet tiegħu mar-reġim.

Huwa wkoll assoċjat mal-entitajiet iddeżinjati Hamso International, Syria Steel SA u Al Buroj Trading.

7.3.2015

B.   Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

65.

Organisation for Technological Industries

(magħrufa wkoll bħala Technical Industries Corporation (TIC))

Indirizz: PO Box 11037 Damascus, Syria

Sussidjarja tal-Ministeru għad-Difiża Sirjan, li ġie ddeżinjat mill-Kunsill.

L-OTI hija involuta fil-produzzjoni ta' armi kimiċi għar-reġim Sirjan.

Hija għalhekk responsabbli għar-repressjoni vjolenti kontra l-poplu Sirjan.

Bħala sussidjarja tal-Ministeru għad-Difiża, hija wkoll assoċjata ma' entità ddeżinjata.

7.3.2015

66.

Syrian Company for Information Technology (SCIT)

Indirizz: PO Box 11037 Damascus, Syria

Sussidjarja tal-Organisation for Technological Industries (OTI), u għalhekk tal-Ministeru għad-Difiża Sirjan, li ġew iddeżinjati mill-Kunsill. Hija taħdem ukoll mal-Bank Ċentrali tas-Sirja, li ġie ddeżinjat mill-Kunsill.

Bħala sussidjarja tal-OTI u l-Ministeru għad-Difiża, SCIT hija wkoll assoċjata ma' dawn l-entitajiet iddeżinjati.

7.3.2015

67.

Hamsho Trading

(magħrufa wkoll bħala Hamsho Group; Hmisho Trading Group; Hmisho Economic Group)

Hamsho Building

31 Baghdad Street

Damascus,

Syria

Sussidjarja ta' Hamsho International, li ġiet iddeżinjata mill-Kunsill.

Bħala tali, Hamsho Trading hija assoċjata ma' entità ddeżinjata, Hamsho International.

Tagħti sostenn lir-reġim Sirjan permezz tas-sussidjarji tagħha, inkluża Syria Steel. Permezz tas-sussidjarji tagħha hija assoċjata ma' gruppi bħall-milizzji Shabiha favur ir-reġim.

7.3.2015

68.

Syria Steel SA

(magħrufa wkoll bħala Syria Steel Co; Syria Steel Rolling Mill; Hmisho Steel)

Hamsho Building

31 Baghdad Street

Damascus,

Syria

Sussidjarja ta' Hamsho Trading u għalhekk fl-aħħar mill-aħħar sussidjarja ta' Hamsho International, li ġiet iddeżinjata mill-Kunsill. Bħala tali, Syria Steel SA hija assoċjata ma' entità ddeżinjata. Syria Steel ukoll tagħti sostenn lir-reġim Sirjan permezz tal-ħidma tagħha ma' milizzji Shabiha u fil-produzzjoni tal-armamenti.

7.3.2015

69.

Al Buroj Trading

(magħrufa wkoll bħala Borouj Trading Company)

Hamsho Building

31 Baghdad Street

Damascus,

Syria

Sussidjarja ta' Hamsho Trading u għalhekk fl-aħħar mill-aħħar ta' Hamsho International, li ġiet iddeżinjata mill-Kunsill.

Bħala tali, Al Buroj Trading hija assoċjata ma' entità ddeżinjata, Hamsho International.

7.3.2015

70.

DK Group

(magħruf ukoll bħala DK Group Sarl; DK Middle-East & Africa Regional Office)

Indirizzi: DK Middle-East & Africa Regional Office, Peres Lazaristes Center, No. 3, 5th Floor, Emir Bachir Street, Beirut Central District, Bachoura Sector, Beirut, Lebanon.

Azarieh Building — Block 03, 5th Floor

Azarieh Street — Solidere — Downtown, PO Box 11-503, Beirut Lebanon

DK Group iforni karti tal-flus ġodda lill-Bank Ċentrali tas-Sirja.

DK Group għalhekk jagħti sostenn lir-reġim. Minħabba din ir-relazzjoni ta' forniment, huwa ukoll assoċjat ma' entità ddeżinjata, il-Bank Ċentrali tas-Sirja.

7.3.2015