6.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/359

tal-4 ta' Marzu 2015

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istatistika dwar infiq u finanzjament għall-kura tas-saħħa

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) u l-Anness II il-punt (d), tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika tal-istatistika Ewropea dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol.

(2)

Miżuri ta' implimentazzjoni jiddeterminaw id-dejta u l-metadejta li għandha tingħata dwar infiq u finanzjament għall-kura tas-saħħa u l-perjodi ta' referenza, l-intervalli u l-limiti ta' żmien għall-forniment tad-dejta.

(3)

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2008, twettqet analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji, li tqis il-benefiċċji tad-disponibbiltà tad-dejta dwar infiq u finanzjament għall-kura tas-saħħa fir-rigward tal-ispiża tal-ġbir tad-dejta, li l-Istati Membri ilhom iwettqu fuq bażi volontarja mill-2005 skont il-prinċipji stabbiliti mis-Sistema tal-Kontijiet tas-Saħħa, u l-piż fuq l-Istati Membri. Skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2008, fl-2013 u fl-2014, il-Kummissjoni bdiet studji pilota li tlestew fuq bażi volontarja mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni ddiskutiet il-ħtiġijiet tal-utenti mal-Istati Membri f'diversi laqgħat. Id-disponibbiltà ta' dejta madwar l-UE x'aktarx li se tkun ta' benefiċċju kbir għal deċiżjonijiet dwar is-saħħa u l-politika soċjali.

(4)

Sabiex tiġi żgurata r-rilevanza u l-komparabbiltà tad-dejta, il-manwal tas-Sistema ta' Kontijiet tas-Saħħa 2011 (2), li ġie prodott b'mod konġunt mill-Kummissjoni (Eurostat), l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD) u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) u li jistabbilixxi l-kunċetti, id-definizzjonijiet u l-metodi għall-ipproċessar tad-dejta dwar infiq u finanzjament għall-kura tas-saħħa, għandu jifforma l-bażi għall-kwestjonarju dettaljat u l-linji gwida li jakkumpanjawha użati f'eżerċizzju ta' ġbir ta' dejta annwali konġunt imwettaq minn dawn it-tliet korpi.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-iżvilupp u l-produzzjoni tal-istatistika Ewropea fil-qasam tal-infiq u l-finanzjament għall-kura tas-saħħa, wieħed mis-suġġetti għall-istatistika dwar il-kura tas-saħħa fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1338/2008.

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet li għandhom jintużaw fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament huma stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jipprovdu dejta fuq l-oqsma speċifikati fl-Anness II.

Artikolu 4

(1)   L-Istati Membri għandhom jipprovdu d-dejta meħtieġa u l-metadejta ta' referenza standard assoċjata fuq bażi annwali. Il-perjodu ta' referenza gћandu jkun is-sena kalendarja.

(2)   Id-dejta u l-metadejta ta' referenza għas-sena ta' referenza N għandhom jintbagħtu sat-30 ta' April N+2.

(3)   Id-dejta u l-metadejta ta' referenza għandhom jiġu pprovduti lill-Kummissjoni (Eurostat) bis-servizzi tal-punt tad-dħul uniku jew għandhom ikunu disponibbli għall-irkupru mill-Kummissjoni (Eurostat) b'mezzi elettroniċi fuq bażi annwali.

(4)   L-ewwel sena ta' referenza għandha tkun l-2014.

(5)   L-aħħar sena ta' referenza għandha tkun l-2020.

(6)   B'deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jipprovdu d-dejta u l-metadejta ta' referenza għas-sena ta' referenza 2014 sal-31 ta' Mejju 2016.

Artikolu 5

(1)   L-Istati Membri għandhom jipprovdu dejta fil-livell ta' aggregazzjoni speċifikat fl-Anness II.

(2)   L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-metadejta ta' referenza meħtieġa, b'mod partikolari dwar is-sorsi tad-dejta, il-kopertura tagħhom u l-metodi ta' kompilazzjoni użati, informazzjoni dwar karatteristiċi ta' infiq u finanzjament għall-kura tas-saħħa nazzjonali speċifiċi għall-Istati Membri li jiddevjaw minn definizzjonijiet provduti fl-Anness I, ir-referenzi għal-leġiżlazzjoni nazzjonali fejn din tifforma l-bażi għal infiq u finanzjament għall-kura tas-saħħa, kif ukoll informazzjoni dwar kwalunkwe tibdil fil-kunċetti statistiċi msemmija hawnhekk.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 70.

(2)  OECD, Eurostat, WHO (2011), Sistema ta' Kontijiet tas-Saħħa, Pubblikazzjoni tal-OECD, doi: 10.1787/9789264116016-en


ANNESS I

Definizzjonijiet

1.

“Kura tas-saħħa” tfisser l-attivitajiet kollha bl-għan ewlieni li jitejjeb u jinżamm l-istat tas-saħħa ta' persuni u li jiġi pprevenut id-deterjorament tiegħu u li jittaffew il-konsegwenzi ta' nuqqas ta' saħħa permezz tal-applikazzjoni ta' għarfien tas-saħħa kkwalifikat;

2.

“Nefqa kurrenti għall-kura tas-saħħa” tfisser in-nefqa tal-konsum aħħari ta' unitajiet residenti fuq prodotti u servizzi għall-kura tas-saħħa, inklużi l-prodotti u s-servizzi għall-kura tas-saħħa pprovduti direttament lil persuni individwali kif ukoll is-servizzi tal-kura tas-saħħa kollettivi;

3.

“Funzjonijiet tal-kura tas-saħħa” tirrigwarda t-tip ta' bżonn li n-nefqa kurrenti għall-kura tas-saħħa għandha l-għan li tissodisfa jew it-tip ta' għan segwit;

4.

“Kura kurattiva” tfisser servizzi tal-kura tas-saħħa li matulhom l-intenzjoni prinċipali hija li jittaffew is-sintomi jew li titnaqqas il-gravità ta' marda jew korriment, jew bħala ħarsien kontra l-aggravar tagħha jew kumplikazzjoni li tista' tkun ta' periklu għall-ħajja jew funzjoni normali;

5.

“Kura riabilitattiva” tfisser is-servizzi li jistabbilizzaw, itejbu jew jirkupraw funzjonijiet u strutturi tal-ġisem indeboliti, jikkumpensaw għan-nuqqas jew it-telf ta' funzjonijiet u strutturi tal-ġisem, itejbu l-parteċipazzjoni u l-attivitajiet u jipprevjenu indebolimenti, riskji u kumplikazzjonijiet mediċi;

6.

“Kura għal pazjenti fl-isptar” tfisser it-trattament u/jew il-kura pprovduta f'faċilità għall-kura tas-saħħa lil pazjenti formalment ammessi u li jeħtieġu soġġorn ta' lejl;

7.

“Kura għal pazjenti ta' barra” tfisser is-servizzi mediċi u anċillari mogħtija f'faċilità għall-kura tas-saħħa lil pazjent li mhux formalment ammess u li ma jeħtieġx soġġorn ta' lejl;

8.

“Kura matul il-jum” tfisser is-servizzi mediċi u paramediċi ppjanati mogħtija f'faċilità għall-kura tas-saħħa lil pazjenti li jkunu ġew formalment ammessi għal dijanjożi, trattament jew tipi oħra ta' kura tas-saħħa u li jintbagħtu d-dar fl-istess jum;

9.

“Il-kura tas-saħħa fit-tul” tfisser firxa ta' servizzi mediċi u tal-kura personali li huma kkunsmati bil-għan ewlieni li jtaffu l-uġigħ u t-tbatija u jnaqqsu jew jiġġestixxu deterjorament fl-istat tas-saħħa f'pazjenti bi grad ta' dipendenza fit-tul;

10.

“Kura fid-djar” tfisser is-servizzi ta' kura, anċillari u mediċi li huma kkunsmati minn pazjenti fid-dar tagħhom u jinvolvu l-preżenza fiżika tal-fornituri;

11.

“Servizzi anċillari” (mhux speċifikati skont il-funzjoni) tfisser is-servizzi relatati ma' kura tas-saħħa u kura fit-tul li mhumiex speċifikati permezz ta' funzjoni u permezz tal-mezz ta' forniment, li l-pazjent jikkonsma direttament, b'mod partikolari matul kuntatt indipendenti tas-sistema tas-saħħa u li mhumiex parti integrali minn pakkett ta' servizzi tal-kura, bħal servizzi ta' immaġni jew ta' laboratorju jew ta' trasportazzjoni ta' pazjenti u salvataġġ ta' emerġenza;

12.

“Prodotti farmaċewtiċi u prodotti mediċi oħra li ma jdumux iservu” (mhux speċifikati skont il-funzjoni) tfisser prodotti farmaċewtiċi u prodotti mediċi maħsuba għall-użu fid-dijanjożi, il-kura, il-mitigazzjoni u t-trattament ta' mard, inklużi mediċini preskritti u drogi mingħajr riċetta, fejn il-funzjoni u l-mod ta' dispożizzjoni mhumiex speċifikati;

13.

“Apparat terapewtiku u prodotti mediċi oħra” (mhux speċifikati skont il-funzjoni) tfisser prodotti li jdumu jservu inkluż apparat ortotiku li jappoġġa jew jirranġa deformitajiet u/jew anormalitajiet tal-ġisem tal-bniedem, apparat ortopediku, prosteżi jew estensjonijiet li jieħdu post parti tal-ġisem nieqsa u apparat prostetiku ieħor, inklużi l-impjanti li jibdlu jew jissupplimentaw il-funzjonalità ta' struttura bijoloġika nieqsa u l-apparat medikotekniku, fejn il-funzjoni u l-mod ta' proviżjoni mhumiex speċifikati;

14.

“Kura preventiva” tfisser kwalunkwe miżura li għandha l-għan li tevita jew tnaqqas in-numru jew is-severità tal-korrimenti u l-mard, l-eżitu u l-kumplikazzjonijiet tagħhom;

15.

“Governanza u l-amministrazzjoni tas-sistema tas-saħħa u tal-finanzjament” tfisser servizzi li jiffukaw fuq is-sistema tas-saħħa aktar milli fuq il-funzjonament tas-sistema tas-saħħa ta' appoġġ u diretta, u l-kura tas-saħħa diretta, u huma kkunsidrati bħala kollettivi, peress li mhumiex allokati għal individwi speċifiċi iżda huma ta' benefiċċju għall-utenti kollha tas-sistema tas-saħħa;

16.

“Skemi ta' finanzjament tal-kura tas-saħħa” tfisser tipi ta' arranġamenti ta' finanzjament li permezz tagħhom persuni jiksbu servizzi tas-saħħa, inkluż kemm pagamenti diretti minn unitajiet domestiċi għal servizzi u prodotti u kemm arranġamenti ta' finanzjament ma' partijiet terzi;

17.

“Skemi tal-gvern” tfisser skemi ta' finanzjament tal-kura tas-saħħa li l-karatteristiċi tagħhom huma ddeterminati mil-liġi jew mill-gvern u fejn baġit separat huwa stabbilit għall-programm u unità tal-gvern li jkollha responsabbiltà ġenerali għalih;

18.

“Skema tal-assigurazzjoni tas-saħħa kontributorja obbligatorja” tfisser arranġament ta' finanzjament biex jiġi żgurat aċċess għall-kura tas-saħħa għal gruppi speċifiċi tal-popolazzjoni permezz tal-parteċipazzjoni obbligatorja determinata mil-liġi jew mill-gvern u l-eliġibbiltà bbażata fuq il-ħlas ta' kontribuzzjonijiet għall-assigurazzjoni tas-saħħa minn jew f'isem l-individwi kkonċernati;

19.

“Kontijiet ta' tfaddil mediku obbligatorji (MSA)” tfisser kontijiet ta' tfaddil li huma legalment obbligatorji, fejn il-metodu bażiku għall-ġbir ta' fondi u xi kwistjonijiet li jikkonċernaw l-użu tal-kont biex jiġu mħallsa servizzi tas-saħħa huma rregolati mill-gvern, u meta ma jkunx hemm akkomunament bejn individwi, ħlief għal membri tal-familja;

20.

“Skemi tal-assigurazzjoni tas-saħħa volontarja” tfisser skemi bbażati fuq ix-xiri ta' polza tal-assigurazzjoni tas-saħħa, li ma jsirx mandatorju mill-gvern u fejn il-primjums tal-assigurazzjoni jistgħu jiġu ssussidjati b'mod dirett jew indirett mill-gvern;

21.

“Skemi ta' finanzjament tal-istituzzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ” tfisser arranġamenti u programmi ta' finanzjament mhux obbligatorji b'intitolament ta' benefiċċju mhux kontributorju, ibbażati fuq donazzjonijiet mingħand il-pubbliku, il-gvern jew korporazzjonijiet;

22.

“Skemi ta' finanzjament tal-intrapriżi” primarjament tfisser arranġamenti fejn l-intrapriżi jipprovdu jew jiffinanzjaw direttament servizzi tas-saħħa għall-impjegati tagħhom mingħajr l-involviment ta' xi skema ta' tip ta' assigurazzjoni;

23.

“Ħlas mill-but tal-unitajiet domestiċi” tfisser ħlas dirett għal prodotti u servizzi għall-kura tas-saħħa mill-introjtu jew it-tfaddil primarju tal-unitajiet domestiċi, meta jsir il-ħlas mill-utent fil-mument tax-xiri ta' prodotti jew l-użu tas-servizzi;

24.

“Skemi ta' finanzjament tal-bqija tad-dinja” tfisser arranġamenti finanzjarji li jinvolvu jew li huma ġestiti minn unitajiet istituzzjonali li huma residenti barra mill-pajjiż, iżda li jiġbru, li jiġbru flimkien ir-riżorsi u jixtru prodotti u servizzi tal-kura tas-saħħa f'isem ir-residenti, mingħajr tranżitu tal-fondi tagħhom permezz ta' skema tar-residenti;

25.

“Fornituri tal-kura tas-saħħa” tfisser l-organizzazzjonijiet u l-atturi li jikkunsinnjaw il-prodotti u s-servizzi tal-kura tas-saħħa bħala l-attività primarja tagħhom, kif ukoll dawk li għalihom il-provvediment tal-kura tas-saħħa huwa biss wieħed fost numru ta' attivitajiet;

26.

“Sptarijiet” tfisser stabbilimenti liċenzjati li huma primarjament involuti fil-provvediment ta' servizzi mediċi, dijanjostiċi u ta' trattament li jinkludu servizzi ta' tobba, infermiera u servizzi oħra tas-saħħa għall-pazjenti fl-isptar u s-servizzi ta' akkomodazzjoni speċjalizzati meħtieġa mill-pazjenti fl-isptar u li jistgħu wkoll jipprovdu servizzi tal-kura tas-saħħa d-dar, għal pazjenti ta' barra u matul il-jum;

27.

“Faċilitajiet tal-kura fit-tul residenzjali” tfisser stabbilimenti li huma primarjament involuti fil-provvediment tal-kura fit-tul residenzjali li jikkombinaw kura mill-infermiera, superviżorja jew tipi oħra ta' kura kif meħtieġ mir-residenti, fejn parti sinifikanti tal-proċess ta' produzzjoni u l-kura pprovduta hija taħlita ta' servizzi soċjali u servizzi tas-saħħa bis-servizzi tas-saħħa jkunu fil-biċċa l-kbira fil-livell tal-kura mill-infermiera flimkien ma' servizzi ta' kura personali;

28.

“Fornituri ta' kura tas-saħħa ambulatorja” tfisser stabbilimenti li huma primarjament involuti fil-provvediment ta' servizzi tal-kura tas-saħħa direttament lil pazjenti ta' barra li ma jkunux jeħtieġu servizzi fl-isptar, inklużi kemm l-uffiċċji ta' tobba ġenerali u speċjalisti mediċi u stabbilimenti li jispeċjalizzaw fit-trattament ta' każijiet ta' matul il-jum u fl-għoti ta' servizzi tal-kura fid-djar;

29.

“Fornituri ta' servizzi anċillari” tfisser stabbilimenti li jipprovdu tip ta' servizzi anċillari speċifiċi direttament lil pazjenti ta' barra taħt is-superviżjoni ta' professjonisti tas-saħħa u li mhumiex koperti f'każ ta' trattament minn sptarijiet, faċilitajiet tal-kura mill-infermiera, fornituri ta' kura ambulatorja jew fornituri oħrajn;

30.

“Bejjiegħa bl-imnut u fornituri oħra ta' prodotti mediċi” tfisser stabbilimenti li l-attività ewlenija tagħhom hija l-bejgħ bl-imnut ta' prodotti mediċi lill-pubbliku ġenerali għal użu jew konsum individwali jew tal-unità domestika, inkluż l-istallazzjoni u t-tiswija magħmula flimkien mal-bejgħ;

31.

“Fornituri ta' kura preventiva” tfisser organizzazzjonijiet li primarjament jipprovdu programmi u kampanji preventivi kollettivi/programmi tas-saħħa pubblika għal gruppi speċifiċi ta' individwi jew il-popolazzjoni inġenerali, bħall-promozzjoni tas-saħħa u l-aġenziji tal-protezzjoni jew istituti tas-saħħa pubblika kif ukoll stabbilimenti speċjalizzati li jipprovdu kura preventiva primarja bħala l-attività prinċipali tagħhom;

32.

“Fornituri tal-amministrazzjoni u l-finanzjament tas-sistema tal-kura tas-saħħa” tfisser stabbilimenti li huma primarjament involuti fir-regolazzjoni tal-attivitajiet ta' aġenziji li jipprovdu kura tas-saħħa u fl-amministrazzjoni ġenerali tas-settur tal-kura tas-saħħa, inkluż l-amministrazzjoni tal-finanzjament tas-saħħa;

33.

“Il-bqija tal-ekonomija” tfisser fornituri tal-kura tas-saħħa residenti oħra li mhumiex ikklassifikati xi mkien ieħor, inklużi unitajiet domestiċi bħala fornituri ta' servizzi tas-saħħa fid-dar personali għall-membri tal-familja, f'każijiet fejn jikkorrispondu għal pagamenti ta' trasferiment soċjali mogħtija għal dan il-għan kif ukoll l-industriji l-oħra kollha li joffru l-kura tas-saħħa bħala attività sekondarja;

34.

“Il-fornituri tal-bqija tad-dinja” tfisser l-unitajiet mhux residenti kollha li jfornu prodotti u servizzi tal-kura tas-saħħa kif ukoll dawk involuti f'attivitajiet relatati mas-saħħa.


ANNESS II

Suġġetti li għandhom jiġu koperti u l-karatteristiċi tagħhom, paragun u analiżi tad-dejta

1.   Paragun tan-nefqa kurrenti għall-kura tas-saħħa fuq funzjonijiet tal-kura tas-saħħa (HC) u skemi ta' finanzjament (HF) (*)

 

Skemi ta' finanzjament

HF.1.1

HF.1.2; HF.1.3

HF.2.1

HF.2.2

HF2.3

HF.3

HF.4

 

Funzjonijiet tal-kura tas-saħħa

 

Skemi tal-gvern

Skemi tal-assigurazzjoni tas-saħħa kontributorji obbligatorji kif ukoll Kontijiet ta' tfaddil mediku obbligatorji (**)

Skemi tal-assigurazzjoni tas-saħħa volontarja

Skemi ta' finanzjament tal-istituzzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ

Skemi ta' finanzjament tal-intrapriżi

Ħlas mill-but tal-unitajiet domestiċi

Skemi ta' finanzjament tal-bqija tad-dinja

Nefqa kurrenti għall-kura tas-saħħa

HF.1-HF.4

HC.1.1; HC.2.1

Kura riabilitattiva u kurattiva għal pazjenti fl-isptar

 

 

 

 

 

 

 

 

HC.1.2; HC.2.2

Kura riabilitattiva u kurattiva matul il-jum

 

 

 

 

 

 

 

 

HC.1.3; HC.2.3

Kura riabilitattiva u kurattiva għal pazjenti ta' barra

 

 

 

 

 

 

 

 

HC.1.4; HC.2.4

Kura riabilitattiva u kurattiva fid-djar

 

 

 

 

 

 

 

 

HC.3.1

Kura tas-saħħa fit-tul għal pazjenti fl-isptar

 

 

 

 

 

 

 

 

HC.3.2

Kura tas-saħħa fit-tul matul il-jum

 

 

 

 

 

 

 

 

HC.3.3

Kura tas-saħħa fit-tul għal pazjenti ta' barra

 

 

 

 

 

 

 

 

HC.3.4

Kura tas-saħħa fit-tul fid-djar

 

 

 

 

 

 

 

 

HC.4

Servizzi anċillari (mhux speċifikati skont il-funzjoni)

 

 

 

 

 

 

 

 

HC.5.1

Prodotti farmaċewtiċi u prodotti mediċi oħra li ma jdumux iservu (mhux speċifikati skont il-funzjoni)

 

 

 

 

 

 

 

 

HC.5.2

Apparat terapewtiku u prodotti mediċi oħra (mhux speċifikati skont il-funzjoni)

 

 

 

 

 

 

 

 

HC.6

Kura preventive (***)

 

 

 

 

 

 

 

 

HC.7

Governanza u l-amministrazzjoni tas-sistema tas-saħħa u tal-finanzjament

 

 

 

 

 

 

 

 

HC.9

Servizzi tal-kura tas-saħħa oħra mhux ikklassifikati xi mkien ieħor (n.e.c.).

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Nefqa kurrenti għall-kura tas-saħħa

HC.1-HC.9

 

 

 

 

 

 

 

 


2.   Il-krossklassifikazzjoni tan-nefqa kurrenti għall-kura tas-saħħa b'funzjonijiet tal-kura tas-saħħa (HC) u l-fornituri tal-kura tas-saħħa HP) (****)

 

Il-fornituri tal-kura tas-saħħa

HP.1

HP.2

HP.3

HP.4

HP.5

HP.6

HP.7

HP.8

HP.9

 

Funzjonijiet tal-kura tas-saħħa

 

Sptarijiet

Faċilitajiet tal-kura fit-tul residenzjali

Fornituri ta' kura tas-saħħa ambulatorja

Fornituri ta' servizzi anċillari

Bejjiegħa bl-imnut u fornituri oħra ta' prodotti mediċi

Fornituri ta' kura preventiva

Fornituri tal-amministrazzjoni u tal-finanzjament tas-sistema tal-kura tas-saħħa

Il-bqija tal-ekonomija

Il-bqija tad-dinja

Nefqa kurrenti għall-kura tas-saħħa

HP.1-HP.9

HC.1.1; HC.2.1

Kura riabilitattiva u kurattiva għal pazjenti fl-isptar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

HC.1.2; HC.2.2

Każijiet ta' matul il-jum ta' kura riabilitattiva u kurattiva

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

HC.1.3; HC.2.3

Kura riabilitattiva u kurattiva għal pazjenti ta' barra

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

HC.1.4; HC.2.4

Kura riabilitattiva u kurattiva fid-djar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

HC.3.1

Kura tas-saħħa fit-tul għal pazjenti fl-isptar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

HC.3.2

Kura tas-saħħa fit-tul matul il-jum

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

HC.3.3

Kura tas-saħħa fit-tul għal pazjenti ta' barra

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

HC.3.4

Kura tas-saħħa fit-tul fid-djar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

HC.4

Servizzi anċillari (mhux speċifikati skont il-funzjoni)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

HC.5.1

Prodotti farmaċewtiċi u prodotti mediċi oħra li ma jdumux iservu (mhux speċifikati skont il-funzjoni)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

HC.5.2

Apparat terapewtiku u prodotti mediċi oħra (mhux speċifikati skont il-funzjoni)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

HC.6

Kura preventiva (*****)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

HC.7

Governanza u l-amministrazzjoni tas-sistema tas-saħħa u tal-finanzjament

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

HC.9

Servizzi tal-kura tas-saħħa oħra mhux ikklassifikati xi mkien ieħor (n.e.c.)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Nefqa kurrenti għall-kura tas-saħħa

HC.1-HC.9

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


3.   Il-krossklassifikazzjoni tan-nefqa kurrenti għall-kura tas-saħħa b'funzjonijiet tal-kura tas-saħħa (HC) u l-fornituri tal-kura tas-saħħa HP) (******)

 

Skemi ta' finanzjament

HF.1.1

HF.1.2; HF.1.3

HF.2.1

HF.2.2

HF.2.3

HF.3

HF.4

 

Fornituri tal-kura tas-saħħa

 

Skemi tal-gvern

Skemi tal-assigurazzjoni tas-saħħa kontributorji obbligatorji kif ukoll Kontijiet ta' tfaddil mediku obbligatorji (*******)

Skemi tal-assigurazzjoni tas-saħħa volontarja

Skemi ta' finanzjament tal-istituzzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ

Skemi ta' finanzjament tal-intrapriżi

Ħlas mill-but tal-unitajiet domestiċi

Skemi ta' finanzjament tal-bqija tad-dinja (mhux residenti)

Nefqa kurrenti għall-kura tas-saħħa

HF.1-HF.4

HP.1

Sptarijiet

 

 

 

 

 

 

 

 

HP.2

Faċilitajiet tal-kura fit-tul residenzjali

 

 

 

 

 

 

 

 

HP.3

Fornituri ta' kura tas-saħħa ambulatorja

 

 

 

 

 

 

 

 

HP.4

Fornituri ta' servizzi anċillari

 

 

 

 

 

 

 

 

HP.5

Bejjiegħa bl-imnut u fornituri oħra ta' prodotti mediċi

 

 

 

 

 

 

 

 

HP.6

Fornituri ta' kura preventiva

 

 

 

 

 

 

 

 

HP.7

Fornituri tal-amministrazzjoni u tal-finanzjament tas-sistema tal-kura tas-saħħa

 

 

 

 

 

 

 

 

HP.8

Il-bqija tal-ekonomija

 

 

 

 

 

 

 

 

HP.9

Il-bqija tad-dinja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Nefqa kurrenti għall-kura tas-saħħa

HP.1-HP.9

 

 

 

 

 

 

 

 


(*)  Id-dejta għandha tintbagħat f'miljuni tal-munita nazzjonali.

(**)  In-nefqa fuq HF.1.3 għandha tiġi rrappurata fil-metadejta.

(***)  Il-kura preventiva hija bbażata fuq strateġija ta' promozzjoni tas-saħħa li tinvolvi proċess biex in-nies ikunu jistgħu jtejbu saħħithom permezz tal-kontroll fuq xi fatturi determinanti immedjati tagħha. L-interventi huma inklużi meta l-għan ewlieni tagħhom huwa l-promozzjoni tas-saħħa u jekk iseħħu qabel tkun saret dijanjożi. Il-kura preventiva tinkludi interventi kemm għall-konsum individwali u kemm għall-konsum kollettiv.

(****)  Id-dejta għandha tintbagħat f'miljuni tal-munita nazzjonali

(*****)  Il-kura preventiva hija bbażata fuq strateġija ta' promozzjoni tas-saħħa li tinvolvi proċess biex in-nies ikunu jistgħu jtejbu saħħithom permezz tal-kontroll fuq xi fatturi determinanti immedjati tagħha. L-interventi huma inklużi meta l-għan ewlieni tagħhom huwa l-promozzjoni tas-saħħa u jekk iseħħu qabel tkun saret dijanjożi. Il-kura preventiva tinkludi interventi kemm għall-konsum individwali u kemm għall-konsum kollettiv.

(******)  Id-dejta għandha tintbagħat f'miljuni tal-munita nazzjonali.

(*******)  In-nefqa fuq HF.1.3 għandha tiġi rrappurata fil-metadejta.