26.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 55/2


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/302

tal-25 ta' Frar 2015

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 (2), l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea implimentat proċess ta' ġestjoni tat-tibdil għad-dokumenti tekniċi msemmija fl-Anness III ta' dak ir-Regolament. Minħabba f'hekk, fis-6 ta' Diċembru 2013 l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea ressqet rakkomandazzjoni biex jiġi aġġornat l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 454/2011 sabiex ikun jirreferi għad-dokumenti tekniċi kif emendati skont il-proċess ta' ġestjoni tat-tibdil.

(2)

Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 454/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

(3)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 454/2011 jinbidel bl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 123, 12.5.2011, p. 11.


ANNESS

“ANNEX III

Lista tad-dokumenti tekniċi msemmija f'din l-Ispeċifikazzjoni Teknika ta' Interoperabbiltà (TSI)

Referenza

Tikketta

B.1. (V1.2)

Ġenerazzjoni kompjuterizzata u skambju tad-dejta tariffarja maħsuba għall-bejgħ internazzjonali jew barrani — biljetti NRT

B.2. (V1.2)

Ġenerazzjoni kompjuterizzata u skambju tad-dejta tariffarja maħsuba għall-bejgħ internazzjonali jew barrani — Biljetti ta' Prenotazzjoni Integrata (IRT)

B.3. (V1.2)

Ġenerazzjoni kompjuterizzata u skambju tad-dejta tariffarja maħsuba għall-bejgħ internazzjonali jew barrani — Offerti speċjali

B.4. (V1.2)

Gwida ta' implimentazzjoni għall-messaġġi EDIFACT li jkopru skambju tad-dejta skedarja

B.5. (V1.2)

Prenotazzjoni elettronika ta' sits/sodod u produzzjoni elettronika tad-dokumenti tal-ivvjaġġar — Skambju ta' messaġġi

B.6. (V1.2)

Prenotazzjoni elettronika ta' sits/sodod u produzzjoni elettronika tad-dokumenti tat-trasport (standards RCT2)

B.7. (V1.2)

Biljett Ferrovjarju Internazzjonali li jiġi stampat id-dar

B.8. (V1.2)

Kodifikazzjoni numerika standard għal impriżi ferrovjarji, amministraturi tal-infrastruttura u kumpaniji oħra involuti fil-ktajjen tat-trasport ferrovjarju

B.9. (V1.2)

Kodifikazzjoni numerika standard tal-postijiet

B.10 (V1.2)

Prenotazzjoni elettronika ta' assistenza għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa — Skambju ta' messaġġi

B.30. (V1.2)

Skema — katalgu bil-messaġġi/settijiet tad-dejta għall-komunikazzjoni RU/IM tat-TSI tal-Applikazzjonijiet Telematiċi għall-Passiġġieri (TAP)

B.50. (V1.0)

Gwida tal-Applikazzjoni tal-Iskedi

B.51. (V1.0)

Gwida tal-Applikazzjoni tat-Tariffi

B.52. (V1.0)

Gwida tal-Applikazzjoni tal-Prenotazzjonijiet

B.53. (V1.0)

Twettiq Dirett tal-Gwida tal-Applikazzjoni

B.54. (V1.0)

Twettiq Indirett tal-Gwida tal-Applikazzjoni

B.55. (V1.0)

Gwida tal-Applikazzjoni għall-Assistenza għall-PMR

B.56. (V1.0)

Gwida tal-Applikazzjoni għall-Komunikazzjoni RU/IM”