14.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 39/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/231

tal-11 ta' Frar 2015

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 720/2014 dwar l-allokazzjoni ta' drittijiet tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2014 sat-30 ta' Ġunju 2015 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 431/2008 għaċ-ċanga ffriżata u li jipprevedi l-kwantitajiet addizzjonali li għandhom jiġu allokati

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 720/2014 (2) stabbilixxa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet ta' drittijiet tal-importazzjoni li ġew applikati għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2014 sat-30 ta' Ġunju 2015 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 431/2008 (3) għaċ-ċanga ffriżata.

(2)

Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 720/2014, ir-Renju Unit informa lill-Kummissjoni dwar żball amministrattiv li wassal għan-notifika ta' kwantità ogħla mill-kwantità li attwalment tkun saret l-applikazzjoni għaliha. B'kunsiderazzjoni tal-kwantità li attwalment tkun tressqet applikazzjoni għaliha u li tirriżulta f'żieda tal-koeffiċjent tal-allokazzjoni u tad-drittijiet tal-importazzjoni li għandhom jiġu allokati lill-operaturi kollha kkonċernati.

(3)

Għaldaqstant ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 720/2014 għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar l-allokazzjoni ta' drittijiet tal-importazzjoni addizzjonali lill-operaturi.

(5)

Minħabba l-ħtieġa li jiġu allokati d-drittijiet tal-importazzjoni addizzjonali kemm jista' jkun malajr, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 720/2014, “27,09851 %” hija sostitwita bi “28,237983 %”.

Artikolu 2

Sa mhux aktar tard mid-9 ta' Marzu 2015, l-Istati Membri għandhom jallokaw id-drittijiet tal-importazzjoni addizzjonali li jirriżultaw mill-emendi magħmula mill-Artikolu 1 (“drittijiet tal-importazzjoni addizzjonali”) għal operaturi li applikaw għal, u li ġew allokati lilhom, drittijiet tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 431/2008 għall-perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni mill-1 ta' Lulju 2014 sal-30 ta' Ġunju 2015.

Id-drittijiet tal-importazzjoni addizzjonali li għandhom jiġu allokati lil dawk l-operaturi għandhom jammontaw għal 1,139473 % tal-kwantitajiet li saret applikazzjoni għalihom.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-kummissjoni (UE) Nru 720/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 dwar l-allokazzjoni ta' drittijiet tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2014 sat-30 ta' Ġunju 2015 fil-kuntest tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 431/2008 għaċ-ċanga ffriżata (ĠU L 190, 28.6.2014, p. 65).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 431/2008 tad-19 ta' Mejju 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja għall-importazzjoni għal-laħam iffriżat tal-annimali bovini koperti mill-kodiċi tan-NM 0202 u l-prodotti koperti mill-kodiċi tan-NM 0206 29 91 (ĠU L 130, 20.5.2008, p. 3).