17.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/65


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/64

tas-16 ta' Jannar 2015

li jemenda għall-224 darba ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 fih lista tal-persuni, gruppi u entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament.

(2)

Fit-2 ta' Jannar 2015, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) iddeċieda li jneħħi żewġ persuni mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. Barra minn hekk, fl-24 ta' Novembru, fit-12 u t-30 ta' Diċembru 2014, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU iddeċieda li jemenda seba' entrati fil-lista tiegħu.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi aġġornat kif ġej,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness 1 tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Jannar 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Kap tas-Servizz tal-Istrumenti għall-Politika Barranija


(1)  GU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” qed jiġu mħassra:

(a)

“Ismail Mohamed Ismail Abu Shaweesh. Data tat-twelid: 10.3.1977. Post tat-twelid: Benghazi, Libja. Nazzjonalità: Palestinjan apolidi. Numru tal-Passaport: (a) 0003684 (dokument tal-ivvjaġġar Eġizzjan), (b) 981354 (passaport Eġizzjan). Informazzjoni oħra: (a) Detenut sa mit-22.5.2005. (b) Ħuh huwa Yasser Mohamed Ismail Abu Shaweesh. Data ta' deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 2.8.2006.”

(b)

“Aqeel Abdulaziz Aqeel Al-Aqeel (alias (a) Aqeel Abdulaziz Al-Aqil, (b) Ageel Abdulaziz A. Alageel). Indirizz: Arabja Sawdija (f'April tal-2009). Data tat-twelid: 29.4.1949. Post tat-twelid: Uneizah, l-Arabja Sawdija. Nazzjonalità: Sawdija. Numru tal-Passaport: (a) C 1415363 (maħruġ fil-21.5.2000 (16/2/1421H); (b) E 839024 (maħruġ fit-3.1.2004, skada fit-8.11.2008). Informazzjoni oħra: Miżmum il-ħabs fl-Arabja Sawdija minn Novembru 2010. Data ta' deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 6.7.2004.”

(2)

L-entrata “Doku Khamatovich Umarov (alias Умаров Доку Хаматович). Data tat-twelid: 12.5.1964. Post tat-twelid: Ir-raħal ta' Kharsenoy, Distrett ta' Shatoyskiy (Sovetskiy), Chechenskaya Respublika, Federazzjoni Russa. Nazzjonalità: (a) Russa, (b) USSR (sal-1991). Informazzjoni oħra: (a) Ilu jgħix fil-Federazzjoni Russa minn Novembru 2010; (b) Inħareġ mandat ta' arrest internazzjonali fis-sena 2000, (c) Allegatament miet f'April 2014. Data ta' deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 10.3.2011.” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“Doku Khamatovich Umarov (alias (a) Умаров Доку Хаматович, (b) Lom-ali Butayev (Butaev). Data tat-twelid: (a) 13.4.1964, (b) 13.4.1965, (c) 12.5.1964, (d) 1955. Post tat-twelid: Ir-raħal ta' Kharsenoy, Distrett ta' Shatoyskiy (Sovetskiy), Chechenskaya Respublika, Federazzjoni Russa. Nazzjonalità: (a) Russa, (b) USSR (sal-1991). Numru tal-Passaport: 96 03 464086 (Numru tal-passaport Russu maħruġ fl-1.6.2003 Informazzjoni oħra: Deskrizzjoni fiżika: Tul 180 ċm, xagħar skur, 7-9 ċm, ċikatriċi twila fuq il-wiċċ, parti mill-ilsien nieqes, għandu difett meta jitkellem. Ilu jgħix fil-Federazzjoni Russa minn Novembru 2010. Mandat ta' arrest internazzjonali nħareġ fis-sena 2000. Allegatament miet f'April 2014. L-Avviż Speċjali tal-INTERPOL għandu informazzjoni bijometrika. Data ta' deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 10.3.2011.”

(3)

L-entrata “Aris Munandar. Data tat-twelid: (a) 1.1.1971, (b) bejn l-1962 u l-1968. Post tat-twelid: Sambi, Boyolali, Java, Indoneżja.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” qed jiġi mibdul dan li ġej:

“Aris Munandar. Data tat-twelid: (a) 1.1.1971, (b) bejn l-1962 u l-1968. Post tat-twelid: Sambi, Boyolali, Java, l-Indoneżja. Nazzjonalità: Indoneżjan (sa minn Diċembru 2003). Informazzjoni oħra: Maħrub sa minn Diċembru 2003”.

(4)

L-entrata “Yassin Sywal (alias (a) Salim Yasin, (b) Mochtar Yasin Mahmud, (c) Abdul Hadi Yasin, (d) Muhamad Mubarok, (e) Muhammad Syawal, (f) Abu Seta, (g) Mahmud, (h) Abu Muamar); Data tat-twelid: madwar 1972; Nazzjonalità: Indoneżjan.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“Yassin Syawal (alias (a) Salim Yasin, (b) Yasin Mahmud Mochtar, (c) Abdul Hadi Yasin, (d) Muhamad Mubarok, (e) Muhammad Syawal, (f) Yassin Sywal, (g) Abu Seta, (h) Mahmud, (i) Abu Muamar, (j) Mubarok). Data tat-twelid: Madwar 1972. Nazzjonalità: Indoneżjana.” Informazzjoni oħra: Maħrub sa minn Diċembru 2003;

(5)

L-entrata “Mohamed Ben Belgacem Ben Abdallah Al-Aouadi (alias(a) Mohamed Ben Belkacem Aouadi, (b) Fathi Hannachi). Indirizz: (a) 23, 50th Street, Zehrouni, Tunis, Tuneżija. Data tat-twelid: 11.12.1974. Post tat-twelid: Tunis, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-passaport: L191609 (Passaport Tuneżin maħruġ fit-28.2.1996 li skada fis-27.2.2001). Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 04643632 maħruġ fit-18.6.1999. Informazzjoni oħra: (a) Kodiċi Fiskali Taljan: DAOMMD74T11Z352Z, (b) L-isem tal-omm huwa Ourida Bint Mohamed, (c) Deportat mill-Italja lejn it-Tuneżija fl-1.12.2004. Data ta' deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 24.4.2002.” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“Mohamed Ben Belgacem Ben Abdallah Al-Aouadi (alias (a) Mohamed Ben Belkacem Aouadi, (b) Fathi Hannachi.) Data tat-twelid: 11.12.1974. Post tat-twelid: Tunis, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-Passaport: (a) L 191609 (Numru tal-passaport Tuneżin maħruġ fit-28.2.1996, jiskadi fis-27.2.2001), (b) 04643632 (Numru tal-passaport Tuneżin maħruġ fit-18 ta' Ġunju 1999), (c) DAOMMD74T11Z352Z (Kodiċi Fiskali Taljan). Indirizz: 50th Street, Number 23, Zehrouni, Tunis, it-Tuneżija. Informazzjoni oħra: (a) Kap tat-taqsima tas-sigurtà Ansar al-Shari'a fit-Tuneżija (AAS-T), (b) Isem l-omm huwa Ourida Bint Mohamed. (c) Deportat mill-Italja lejn it-Tuneżija fl-1 ta' Diċembru 2004. (d) Arrestat fit-Tuneżija f'Awwissu 2013. Data ta' deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 24.4.2002.”

(6)

L-entrata “Adel Ben Al-Azhar Ben Youssef Ben Soltane (alias Zakariya). Indirizz: It-Tuneżija. Data tat-twelid: 14.7.1970. Post tat-twelid: Tunis, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-passaport: M408665 (Passaport Tuneżin maħruġ fl-4.10.2000 li skada fit-3.10.2005). Informazzjoni oħra: (a) Kodiċi Fiskali Taljan: BNSDLA70L14Z352B, (b) Deportat mill-Italja lejn it-Tuneżija fit-28.2.2004. Data ta' deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 3.9.2002.” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“Adel Ben Al-Azhar Ben Youssef Hamdi (alias (a) Adel ben al-Azhar ben Youssef ben Soltane, (b) Zakariya). Data tat-twelid: 14.7.1970. Post tat-twelid: Tunis, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-Passaport: (a) M408665 (Numru tal-passaport Tuneżin fl-4.10.2000, skada fit-3.10.2005), (b) W334061 (Numru tal-identità nazzjonali Tuneżin maħruġ fid-9.3.2011), (c) BNSDLA70L14Z352B (Kodiċi Fiskali Taljan). Indirizz: It-Tuneżija. Informazzjoni oħra: (a) Deportat mill-Italja lejn it-Tuneżija fit-28 ta' Frar 2004. (b) Qed jiskonta sentenza ta' 12 sena ħabs fit-Tuneżija għal sħubija f'organizzazzjoni terroristika barra mill-pajjiż minn Jannar 2010. (c) Arrestat fit-Tuneżija fl-2013. (d) Legalment biddel kunjomu minn Ben Soltane għal Hamdi fl-2014. Data ta' deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 3.9.2002.”

(7)

L-entrata “Sami Ben Khamis Ben Saleh Elsseid (alias (a) Omar El Mouhajer, (b) Saber). Indirizz: 6, Ibn Al-Haythman Street, Manubah, Tunis, it-Tuneżija. Data tat-twelid: 10.2.1968. Post tat-twelid: Menzel Jemil, Bizerte, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-passaport: K929139 (Passaport Tuneżin maħruġ fl-14.2.1995, skada fit-13.2.2000). Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 00319547 (maħruġ fit-8.12.1994). Informazzjoni oħra: (a) Kodiċi Fiskali Taljan: SSDSBN68B10Z352F, (b) Isem l-omm huwa Beya Al-Saidani, (c) Deportat mill-Italja lejn it-Tuneżija fit-2 ta' Ġunju 2008. Data ta' deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 24.4.2002.” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“Sami Ben Khamis Ben Saleh Elsseid (alias (a) Omar El Mouhajer, (b) Saber). Data tat-twelid: 10.2.1968. Post tat-twelid: Menzel Jemil, Bizerte, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-Passaport: K929139 (Numru tal-passaport Tuneżin maħruġ fl-14.2.1995, skada fit-13.2.2000), (b) 00319547 (Numru tal-passaport Tuneżin maħruġ fit-8.12.1994), (c) SSDSBN68B10Z352F (Kodiċi Fiskali Taljan). Indirizz: Ibn Al-Haythman Street, Number 6, Manubah, Tunis, it-Tuneżija. Informazzjoni oħra: (a) Isem l-omm huwa Beya Al-Saidani. (b) Deportat mill-Italja lejn it-Tuneżija fit-2 ta' Ġunju 2008. (c) Arrestat fit-Tuneżija f'Awwissu 2014. Data ta' deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 24.4.2002.”

(8)

L-entrata “Mohamed Aouani (alias (a) Lased Ben Heni, (b) Al-As'ad Ben Hani, (c) Mohamed Ben Belgacem Awani, (d) Mohamed Abu Abda, (e) Abu Obeida). Data tat-twelid: (a) 5.2.1970, (b) 5.2.1969. Nazzjonalità: Tuneżina. Post tat-twelid: (a) Tripli, Libja, (b) Tunis, Tuneżija. Informazzjoni oħra: Professur tal-Kimika (b) Deportat mill-Italja lejn it-Tuneżija fis-27.8.2006. Data ta' deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 24.4.2002.” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“Mohamed Lakhal (alias (a) Lased Ben Heni, (b) Al-As'ad Ben Hani, (c) Mohamed Ben Belgacem Awani, (d) Mohamed Aouani, (e) Mohamed Abu Abda, (f) Abu Obeida). Data tat-twelid: (a) 5.2.1970, (b) 5.2.1969. Post tat-twelid: (a) Tripli, Libja, (b) Tunis, Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-Passaport: W374031 (Numru tal-identità nazzjonali Tuneżina maħruġ fil-11.4.2011). Informazzjoni oħra: (a) Professur tal-Kimika. (b) Deportat mill-Italja lejn it-Tuneżija fis-27 ta' Awwissu 2006. (c) Legalment biddel kunjomu minn Aouani għal Lakhal fl-2014. Data ta' deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 24.4.2002.”