29.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 226/4 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1480
tat-28 ta' Awwissu 2015
li temenda diversi annessi tad-Direttivi 2004/107/KE u 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxu r-regoli li jikkonċernaw il-metodi ta' referenza, il-validazzjoni tad-dejta u s-siti tal-punti ta' ġbir ta' kampjuni għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja fl-ambjent
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(15) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 28(1) tagħha,
Billi:
(1) |
F'konformità mal-Artikolu 4(15) tad-Direttiva 2004/107/KE, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 219/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), il-Kummissjoni hija b'dan mogħtija s-setgħa li temenda ċerti dispożizzjonijiet tal-Annessi IV u V. |
(2) |
L-Anness IV tad-Direttiva 2004/107/KE jistabbilixxi objettivi tal-kwalità tad-dejta li jeħtieġ li jiġu aġġornati biex ikun hemm aktar ċarezza. |
(3) |
L-Anness V tad-Direttiva 2004/107/KE jippreskrivi l-metodi ta' referenza għall-istima tal-konċentrazzjonijiet, u dawn il-metodi għandhom jiġu aġġornati sabiex jirriflettu l-iżvilupp tal-istandards rilevanti. |
(4) |
F'konformità mal-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 2008/50/KE, il-Kummissjoni hija b'dan mogħtija s-setgħa li temenda ċerti dispożizzjonijiet tal-Annessi I, III, VI u IX. |
(5) |
It-taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2008/50/KE tistabbilixxi kriterji ta' assigurazzjoni tal-kwalità għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja tal-ambjent, li jeħtieġ li jiġu ċċarati u kkumplementati b'konsiderazzjoni tal-programmi ta' assigurazzjoni tal-kwalità organizzati miċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka tal-Kummissjoni u li jintroduċu l-obbligu ta' reviżjoni tas-sistema tal-kontroll tal-kwalità sabiex tiġi żgurata l-preċiżjoni kontinwa tal-istrumenti ta' monitoraġġ. |
(6) |
It-taqsimiet C u D tal-Anness III tad-Direttiva 2008/50/KE jistabbilixxu kriterji għal-lokazzjoni ta' punti ta' ġbir ta' kampjuni, li jeħtieġ li jiġu ċċarati u kkumplementati fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. |
(7) |
It-taqsima A tal-Anness VI tad-Direttiva 2008/50/KE tistabbilixxi l-metodu ta' referenza għall-kejl ta' ċerti sustanzi li jniġġsu, li jeħtieġu li jiġu adattati fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u b'kont meħud tal-istandards l-iktar reċenti għall-ġbir ta' kampjuni u l-kejl ta' materja partikulata. |
(8) |
Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2011 dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni (4), l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jerfgħu r-responsabbiltà li jakkumpanjaw, f'każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew aktar li jispjega(w) ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali. |
(9) |
Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kwalità tal-Arja Ambjentali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Annessi IV u V tad-Direttiva 2004/107/KE huma emendati skont l-Anness I ta' din id-Direttiva.
Artikolu 2
L-Annessi I, III, VI, u IX, tad-Direttiva 2008/50/KE huma emendati skont l-Anness II ta' din id-Direttiva.
Artikolu 3
Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom jinqraw flimkien ma' dawk tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), b'mod partikolari fir-rigward tal-akkreditazzjoni ta' korpi tal-evalwazzjoni tal-konformità, u ma jintroduċu ebda deroga jew eċċezzjoni tar-Regolament imsemmi hawn fuq.
Artikolu 4
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2016. Għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 5
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 6
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Awwissu 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 219/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 li jadatta numru ta' atti soġġetti għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE fir-rigward tal-proċedura regolatorja bi skrutinju — Adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju — Parti Tnejn (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 109).
(4) ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30),
ANNESS I
Id-Direttiva 2004/107/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
It-taqsima I tal-Anness IV hija emendata kif ġej:
|
(2) |
It-taqsimiet I sa IV tal-Anness V jinbidlu b'dan li ġej: “I. Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni u l-analiżi tal-arseniku, il-kadmju u n-nikil fl-arja tal-ambjent Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni tal-arseniku, il-kadmju u n-nikil fl-arja tal-ambjent huwa dak deskritt f'EN 12341:2014. Il-metodu ta' referenza għall-kejl tal-arseniku, il-kadmju u n-nikil fl-arja tal-ambjent huwa dak deskritt f'EN 14902:2005 ‘Il-kwalità tal-arja tal-ambjent — Il-metodu standard għall-kejl tal-Pb,Cd,As, u Ni fil-frazzjoni ta' PM10tal-materja partikolata sospiża’. Stat Membru jista' wkoll juża kull metodu ieħor li hu jista' juri li jagħti riżultati ekwivalenti għall-metodu ta' hawn fuq. II. Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni u l-analiżi tal-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fl-arja tal-ambjent Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni tal-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fl-arja tal-ambjent huwa deskritt f'EN 12341:2014. Il-metodu ta' referenza għall-kejl tal-benżo(a)piren fl-arja tal-ambjent huwa dak deskritt f'EN 15549:2008 ‘Il-kwalità tal-arja — Il-metodu standard għall-kejl tal-konċentrazzjoni tal-benżo(a)piren fl-arja tal-ambjent’. Fin-nuqqas ta' metodu standardizzat CEN għall-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi l-oħra msemmija fl-Artikolu 4(8), l-Istati Membri jistgħu jużaw metodi standard nazzjonali jew metodi tal-ISO bħall-istandard tal-ISO 12884. Stat Membru jista' wkoll juża kull metodu ieħor li hu jista' juri li jagħti riżultati ekwivalenti għall-metodu ta' hawn fuq. III. Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni u l-analiżi tal-merkurju fl-arja tal-ambjent Il-metodu ta' referenza għall-kejl ta' konċentrazzjonijiet tal-merkurju gassuż totali fl-arja tal-ambjent huwa dak deskritt f'EN 15852:2010 ‘Il-kwalità tal-arja tal-ambjent — Il-metodu standard għad-determinazzjoni tal-merkurju gassuż totali’. Stat Membru jista' wkoll juża kull metodu ieħor li hu jista' juri li jagħti riżultati ekwivalenti għall-metodu ta' hawn fuq. IV. Il-metodu ta' referenza għall-ġbir ta' kampjuni u l-analiżi tad-depożizzjoni tal-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi Il-metodu ta' referenza għad-determinazzjoni tad-depożizzjoni tal-arseniku, il-kadmju u n-nikil huwa dak deskritt f'EN 15841:2009 ‘Il-kwalità tal-arja tal-ambjent — Il-metodu standard għad-determinazzjoni tal-arseniku, il-kadmju, iċ-ċomb u n-nikil fid-depożizzjoni atmosferika’. Il-metodu ta' referenza għad-determinazzjoni tad-depożizzjoni tal-merkurju huwa dak deskritt f'EN 15853:2010 ‘Il-kwalità tal-arja tal-ambjent — Il-metodu standard għad-determinazzjoni tad-depożizzjoni tal-merkurju’. Il-metodu ta' referenza għad-determinazzjoni tad-depożizzjoni ta' benżo(a)piren u l-idrokarboni poliċikliċi l-oħra msemmija fl-Artikolu 4(8) huwa dak deskritt f'EN 15980: 2011, ‘Il-kwalità tal-arja. Determinazzjoni tad-depożizzjoni ta' benż[a]antraċen, benżo[b]fluworanten, benżo[j]fluworanten, benżo[k]fluworanten, benżo[a]piren, dibenż[a,h]antraċen u indeno[1,2,3-cd]piren’.” |
(1) Imqassam matul in-sena b'mod li jkun rappreżentattiv ta' kundizzjonijet varji fir-rigward tal-klima u l-attivitajiet antropoġeniċi.
(2) Il-kejl indikattiv huwa kejl li jsir b'regolarità mnaqqsa iżda li jissodisfa l-għanijiet l-oħra dwar il-kwalità tad-dejta.”
ANNESS II
Id-Direttiva 2008/50/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
It-taqsima C tal-Anness I għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej: “C. Assigurazzjoni tal-kwalità għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja tal-ambjent. Validazzjoni tad-dejta
|
(2) |
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Anness VI huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
It-taqsima A tal-Anness IX tinbidel b'dan li ġej: “A. Numru minimu ta' punti ta' ġbir ta' kampjuni għall-kejl fiss tal-konċentrazzjonijiet tal-ożonu In-numru minimu tal-punti ta' ġbir ta' kampjuni għall-kejl fiss kontinwu biex tiġi valutata l-konformità mal-valuri fil-mira, l-objettivi għall-perjodu fit-tul u l-informazzjoni u l-limiti minimi ta' allerta fejn tali kejl huwa s-sors uniku ta' informazzjoni.
|
(1) Mill-inqas stazzjon wieħed (1) f'żoni fejn l-espożizzjoni tal-popolazzjoni għall-ogħla konċentrazzjonijiet tal-ożonu hija probabbli li sseħħ. Fl-agglomerazzjonijiet, mill-anqas 50 % tal-istazzjonijiet għandhom ikunu fiż-żoni suburbani.
(2) Huwa rrakkomandat li jkun hemm stazzjon wieħed (1) għal kull 25 000 km2 għal terran kompless.”