|
3.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 317/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (Euratom) 2015/2228
tal-10 ta' Novembru 2015
li tapprova l-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, tal-emendi għall-Protokolli 1 u 2 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika Franċiża, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika għall-Applikazzjoni tas-Salvagwardji b'Rabta mat-Trattat għall-Projbizzjoni ta' Armi Nukleari fl-Amerika Latina u l-Karibew
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Kummissjoni, f'konformità mad-direttivi tal-Kunsill adottati permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' April 2013, innegozjat emendi għall-Protokolli 1 u 2 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika Franċiża, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika għall-Applikazzjoni tas-Salvagwardji b'Rabta mat-Trattat għall-Projbizzjoni ta' Armi Nukleari fl-Amerika Latina u l-Karibew (“l-emendi għall-Protokolli 1 u 2”). |
|
(2) |
Il-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, tal-emendi għall-Protokolli 1 u 2 għandha tiġi approvata, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, tal-emendi għall-Protokolli 1 u 2 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika Franċiża, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika għall-Applikazzjoni tas-Salvagwardji b'Rabta mat-Trattat għall-Projbizzjoni ta' Armi Nukleari fl-Amerika Latina u l-Karibew, hija b'dan approvata.
It-test tal-emendi għall-Protokolli 1 u 2 jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brusell, l-10 ta' Novembru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
P. GRAMEGNA
ANNESS
I.
Il-paragrafu I tal-Protokoll 1 tal-Ftehim bejn ir-Repubblika Franċiża, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika għall-Applikazzjoni tas-Salvagwardji b'Rabta mat-Trattat għall-Projbizzjoni ta' Armi Nukleari fl-Amerika Latina u l-Karibew (“il-Ftehim dwar is-Salvagwardji”) huwa sostitwit b'dan li ġej:|
“I. |
|
II.
Il-paragrafu I tal-Protokoll 2 tal-Ftehim tas-Salvagwardji huwa sostitwit b'dan li ġej:|
“I. |
F'dak il-mument li l-Komunità tinnotifika lill-Aġenzija skont it-Taqsima I(C) tal-Protokoll 1 ta' dan il-Ftehim li hemm materjal nukleari f'attivitajiet nukleari paċifiċi fit-territorji Franċiżi tal-Protokoll I fi kwantitajiet li jaqbżu l-limiti msemmija fit-Taqsima I(A)(1) tal-Protokoll 1 ta' dan il-Ftehim jew li ttieħdet id-deċiżjoni biex tinbena jew jiġi awtorizzat il-bini ta' faċilità, kif definit fid-Definizzjonijiet, fit-territorji Franċiżi tal-Protokoll I, kif imsemmi fit-Taqsima I(A)(2) tal-Protokoll 1 ta' dan il-Ftehim, skont liema jokkorri l-ewwel, għandu jintlaħaq ftehim dwar Protokoll għal proċeduri għall-kooperazzjoni fl-applikazzjoni tas-salvagwardji previsti fil-Ftehim bejn Franza, il-Komunità u l-Aġenzija. Dawn il-proċeduri ser jamplifikaw ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim u, b'mod partikolari, jispeċifikaw il-kundizzjonijiet u l-mezzi skont liema l-kooperazzjoni msemmija hawn fuq għandha tiġi implimentata b'tali mod sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-attivitajiet ta' salvagwardja. Il-proċeduri għandhom ikunu, sa fejn huwa possibbli, ibbażati fuq dawk li dak iż-żmien ikunu fis-seħħ skont Protokolli ta' ftehimiet ta' salvagwardja oħrajn, u l-arranġamenti sussidjarji tagħhom, bejn l-Istati Membri tal-Komunità, il-Komunità u l-Aġenzija, inkluż il-fehim speċjali relatat li dwaru hemm qbil mill-Komunità u l-Aġenzija.”. |