7.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 260/30


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1793

tas-6 ta' Ottubru 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-16 ta' Lulju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/389/PESK (1).

(2)

Fit-22 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/485/PESK (2) li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK u testendi l-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) sat-12 ta' Diċembru 2016.

(3)

Id-Deċiżjoni 2012/389/PESK għandha tiġi emendata biex jiġi estiż il-perijodu kopert mill-ammont ta' referenza finanzjarja sal-15 ta' Diċembru 2015,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-paragrafi (1) u (2) tal-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni 2012/389/PESK huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP NESTOR mis-16 ta' Lulju 2012 sal-15 ta' Novembru 2013 għandu jkun ta' EUR 22 880 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP NESTOR għall-perijodu mis-16 ta' Novembru 2013 sal-15 ta' Ottubru 2014 għandu jkun ta' EUR 11 950 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP NESTOR għall-perijodu mis-16 ta' Ottubru 2014 sal-15 ta' Diċembru 2015 għandu jkun ta' EUR 17 900 000.

2.   In-nefqa kollha għandha tiġi amministrata f'konformità mar-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-parteċipazzjoni ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi fl-għoti ta' kuntratti ta' akkwist mill-EUCAP NESTOR għandha tkun miftuħa mingħajr limitazzjonijiet. Barra minn hekk, m'għandha tapplika l-ebda regola ta' oriġini għall-prodotti mixtrija mill-EUCAP NESTOR.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-6 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

P. GRAMEGNA


(1)  Deċiżjoni 2012/389/PESK tas-16 ta' Lulju 2012 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) (ĠU L 187, 17.7.2012, p. 40).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/485/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) (ĠU L 217, 23.7.2014, p. 39).