6.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 259/27


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1783

tal-1 ta' Ottubru 2015

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri, fir-rigward tal-entrati għall-Estonja

(notifikata bid-dokument C(2015) 6643)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (4) tistabbilixxi miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri. L-Anness ta' dik id-Deċiżjoni jiddemarka u jelenka ċerti żoni ta' dawk l-Istati Membri differenzjati skont il-livell tar-riskju abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika. Dik il-lista tinkludi ċerti żoni tal-Estonja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja.

(2)

F'Settembru 2015, l-Estonja nnotifikat każ wieħed ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali selvaġġi u każ wieħed fil-ħnieżer domestiċi, fiż-żoni elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Il-każ f'ċingjali selvaġġi seħħ fiż-żona indikata fil-Parti I ta' dak l-Anness u dak fil-ħnieżer seħħ fiż-żona indikata fil-Parti III fil-viċinanza taż-żona indikata fil-Parti II ta' dak l-Anness.

(3)

L-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali f'dak li għandu x'jaqsam mad-deni Afrikan tal-ħnieżer għandha titqies fil-valutazzjoni tar-riskju maħluq mis-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fir-rigward ta' dik il-marda fl-Estonja. Sabiex jiġu ffukati l-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali, u biex ikun evitat aktar tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, kif ukoll biex jiġi evitat kull xkiel mhux meħtieġ għall-kummerċ fl-Unjoni u biex jiġu evitati ostakli mhux iġġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, għandha tiġi emendata l-lista tal-Unjoni taż-żoni soġġetti għall-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali stipulati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE, sabiex titqies is-sitwazzjoni attwali tas-saħħa tal-annimali fir-rigward ta' dik il-marda f'dawk l-Istati Membri.

(4)

Għalhekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE għandha tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).


ANNESS

“ANNESS

PARTI I

1.   L-Estonja

Dawn iż-żoni fl-Estonja:

il-linn (il-belt) ta' Kunda,

il-linn ta' Mustvee,

il-linn ta' Pärnu,

il-maakond (il-kontea) ta' Harjumaa,

il-maakond ta' Läänemaa,

il-vald (il-parroċċa) ta' Are,

il-vald ta' Audru,

il-vald ta' Halinga,

il-vald ta' Haljala,

il-vald ta' Koonga,

il-vald ta' Laekvere,

il-vald ta' Lavassaare,

il-vald ta' Paikuse,

il-vald ta' Rägavere,

il-vald ta' Sauga,

il-vald ta' Sindi,

il-vald ta' Sõmeru,

il-vald ta' Surju,

il-vald ta' Tahkuranna,

il-vald ta' Tootsi,

il-vald ta' Tori,

il-vald ta' Tõstamaa,

il-vald ta' Varbla,

il-vald ta' Vihula,

il-vald ta' Vinni,

il-vald ta' Viru-Nigula.

2.   Il-Latvja

Dawn iż-żoni fil-Latvja:

fin-novads (id-distrett) ta' Krimuldas, il-pagasts (il-parroċċa) ta' Krimuldas,

fin-novads ta' Ogres, il-pagasti ta' Lauberes, Suntažu, Ķeipenes, Taurupes, Ogresgala u Mazozolu,

fin-novads ta' Priekuļu, il-pagasti ta' Priekuļu u Veselavas,

in-novads ta' Amatas,

in-novads ta' Cēsu,

in-novads ta' Ikšķiles,

in-novads ta' Inčukalna,

in-novads ta' Jaunjelgavas,

in-novads ta' Ķeguma,

in-novads ta' Lielvārdes,

in-novads ta' Līgatnes,

in-novads ta' Mālpils,

in-novads ta' Neretas,

in-novads ta' Ropažu,

in-novads ta' Salas,

in-novads ta' Sējas,

in-novads ta' Siguldas,

in-novads ta' Vecumnieku,

in-novads ta' Viesītes.

3.   Il-Litwanja

Dawn iż-żoni fil-Litwanja:

fir-rajono savivaldybė (il-muniċipalità) ta' Jurbarkas, is-seniūnija (il-parroċċa) ta' Raudonės, Veliuonos, Seredžiaus u Juodaičių,

fir-rajono savivaldybė ta' Pakruojis, is-seniūnija ta' Klovainių, Rozalimo u Pakruojo,

fir-rajono savivaldybė ta' Panevežys, is-seniūnija ta' Krekenavos, Upytės, Naujamiesčio u Smilgių,

fir-rajono savivaldybė ta' Raseiniai, is-seniūnija ta' Ariogalos, Ariogalos miestas, Betygalos, Pagojukų u Šiluvos,

fir-rajono savivaldybė ta' Šakiai, is-seniūnija ta' Plokščių, Kriūkų, Lekėčių, Lukšių, Griškabūdžio, Barzdų, Žvirgždaičių, Sintautų, Kudirkos Naumiesčio, Slavikų, Šakių,

ir-rajono savivaldybė ta' Pasvalys,

ir-rajono savivaldybė ta' Vilkaviškis,

ir-rajono savivaldybė ta' Radviliškis,

is-savivaldybė ta' Kalvarija,

is-savivaldybė ta' Kazlu Ruda,

is-savivaldybė ta' Marijampolė.

4.   Il-Polonja

Dawn iż-żoni fil-Polonja:

Fil-województwo podlaskie (il-provinċja ta' Podlasie):

il-gminy (il-muniċipalità) ta' Augustów bil-bliet ta' Augustów, Nowinka, Sztabin u Bargłów Kościelny fil-powiat (il-kontea) ta' Augustów,

il-gminy ta' Choroszcz, Juchnowiec Kościelny, Suraż, Turośń Kościelna, Tykocin, Łapy, Poświętne, Zawady, Dobrzyniewo Duże u parti minn Zabłudów (il-parti fil-Lbiċ tal-gmina ddelimitata bil-linja maħluqa mit-triq numru 19 u estiża bit-triq numru 685) fil-powiat ta' Białystok,

il-gminy ta' Czyże, Hajnówka bil-bliet ta' Hajnówka, Dubicze Cerkiewne, Kleszczele u Czeremcha fil-powiat ta' Hajnówka,

il-gminy ta' Grodzisk, Dziadkowice u Milejczyce fil-powiat ta' Siemiatycze,

il-gminy ta' Kobylin-Borzymy, Kulesze Kościelne, Sokoły, Wysokie Mazowieckie bil-bliet ta' Wysokie Mazowieckie, Nowe Piekuty, Szepietowo, Klukowo u Ciechanowiec fil-powiat ta' Wysokie Mazowieckie,

il-gminy ta' Krasnopol u Puńsk fil-powiat ta' Sejny,

il-gminy ta' Rutka-Tartak, Szypliszki, Suwałki, Raczki fil-powiat ta' Suwałki,

il-gminy ta' Rutki fil-powiat ta' Zambrow,

il-gminy ta' Suchowola u Korycin fil-powiat ta' Sokółka,

il-powiat ta' Bielsk,

il-powiat ta' M. Białystok,

il-powiat ta' M. Suwałki,

il-powiat ta' Mońki.

PARTI II

1.   L-Estonja

Dawn iż-żoni fl-Estonja:

il-linn (il-belt) ta' Kallaste,

il-linn ta' Rakvere,

il-linn ta' Tartu,

il-linn ta' Vändra,

il-linn ta' Viljandi,

il-maakond ta' Ida-Virumaa,

il-maakond ta' Põlvamaa,

il-maakond ta' Raplamaa,

il-parti tal-vald ta' Palamuse li tinsab fil-Lvant tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Pärsti li tinsab fil-Punent tat-triq numru 24126,

il-parti tal-vald ta' Suure-Jaani li tinsab fil-Punent tat-triq numru 49,

il-parti tal-vald ta' Tabivere li tinsab fil-Lvant tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Grigal tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Tartu li tinsab fil-Lvant tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Viiratsi li tinsab fil-Punent tal-linja ddefinita mill-parti tal-Punent tat-triq numru 92 sa salib it-toroq li jagħti għat-triq numru 155, u mbagħad it-triq numru 155 sa salib it-toroq li jagħti għat-triq numru 24156, u t-triq numru 24156 sakemm taqsam ix-xmara Verilaske, u mbagħad ix-xmara Verilaske sakemm tilħaq il-fruntiera tan-Nofsinhar tal-vald,

il-vald ta' Abja,

il-vald (il-muniċipalità) ta' Alatskivi,

il-vald ta' Häädemeeste,

il-vald ta' Haaslava,

il-vald ta' Halliste,

il-vald ta' Kadrina,

il-vald ta' Kambja,

il-vald ta' Karksi,

il-vald ta' Kasepää,

il-vald ta' Kõpu,

il-vald ta' Luunja,

il-vald ta' Mäksa,

il-vald ta' Meeksi,

il-vald ta' Pala,

il-vald ta' Peipsiääre,

il-vald ta' Piirissaare,

il-vald ta' Rakvere,

il-vald ta' Saarde,

il-vald ta' Saare,

il-vald ta' Tapa,

il-vald ta' Vändra,

il-vald ta' Vara,

il-vald ta' Võnnu.

2.   Il-Latvja

Dawn iż-żoni fil-Latvja:

fin-novads ta' Krimuldas, il-pagasts ta' Lēdurgas,

fin-novads ta' Limbažu, il-pagasti ta' Skultes, Vidridžu, Limbažu u Umurgas,

fin-novads ta' Ogres, il-pagasti ta' Krapes, Madlienas u Menģeles,

fin-novads ta' Priekuļu, il-pagasti ta' Liepas u Mārsnēnu,

fin-novads ta' Salacgrīvas, il-pagasts ta' Liepupes,

in-novads ta' Aizkraukles,

in-novads ta' Aknīstes,

in-novads ta' Alūksnes,

in-novads ta' Apes,

in-novads ta' Baltinavas,

in-novads ta' Balvi,

in-novads ta' Cesvaines,

in-novads ta' Ērgļu,

in-novads ta' Gulbenes,

in-novads ta' Ilūkstes,

in-novads ta' Jaunpiepalgas,

in-novads ta' Jēkabpils,

in-novads ta' Kocēnu,

in-novads ta' Kokneses,

in-novads ta' Krustpils,

in-novads ta' Līvānu,

in-novads ta' Lubānas,

in-novads ta' Madonas,

in-novads ta' Pārgaujas,

in-novads ta' Pļaviņu,

in-novads ta' Raunas,

in-novads ta' Rugāju,

in-novads ta' Skrīveru,

in-novads ta' Smiltenes,

in-novads ta' Varakļānu,

in-novads ta' Vecpiebalgas,

in-novads ta' Viļakas,

ir-republikas pilsēta (il-belt) ta' Jēkabpils,

ir-republikas pilsēta ta' Valmiera.

3.   Il-Litwanja

Dawn iż-żoni fil-Litwanja:

fir-rajono savivaldybė (ir-raħal distrettwali) ta' Anykščiai, is-seniūnija ta' Andrioniškis, Anykščiai, Debeikiai, Kavarskas, Kurkliai, Skiemonys, Traupis, Troškūnai, u l-parti ta' Svėdasai li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq Nru 118,

fir-rajono savivaldybė ta' Jonava, is-seniūnija ta' Šilų, Bukonių u fis-seniūnija ta' Žeimių, il-kaimas (ir-raħal) ta' Biliuškiai, Drobiškiai, Normainiai II, Normainėliai, Juškonys, Pauliukai, Mitėniškiai, Zofijauka, Naujokai,

fir-rajono savivaldybė ta' Kaišiadorys, is-seniūnija ta' Kaišiadorių apylinkės, Kruonio, Nemaitonių, Paparčių, Žąslių, Žiežmarių, Žiežmarių apylinkės u l-parti tas-seniūnija ta' Rumšiškių li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq N. A1,

fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnija ta' Akademijos, Alšėnų, Babtų, Batniavos, Čekiškės, Domeikavos, Ežerėlio, Garliavos, Garliavos apylinkių, Kačerginės, Kulautuvos, Linksmakalnio, Raudondvario, Ringaudų, Rokų, Samylų, Taurakiemio, Užliedžių, Vilkijos, Vilkijos apylinkių u Zapyškio,

fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnija ta' Josvainių, Pernaravos, Krakių, Dotnuvos, Gudžiūnų, Surviliškio, Vilainių, Truskavos, Šėtos, Kėdainių miesto,

fir-rajono savivaldybė ta' Panevėžys, is-seniūnija ta' Karsakiškio, Miežiškių, Paįstrio, Panevėžio, Ramygalos, Raguvos, Vadoklių u Velžio,

fir-rajono savivaldybė ta' Šalčininkai, is-seniūnija ta' Jašiūnų, Turgelių, Akmenynės, Šalčininkų, Gerviškių, Butrimonių, Eišiškių, Poškonių, Dieveniškių

fir-rajono savivaldybė ta' Varėna, is-seniūnija ta' Kaniavos, Marcinkonių, Merkinės,

il-miesto savivaldybė (il-belt tal-muniċipalità) ta' Alytus,

il-miesto savivaldybė ta' Kaišiadorys,

il-miesto savivaldybė ta' Kaunas,

il-miesto savivaldybė ta' Panevežys,

il-miesto savivaldybė ta' Vilnius,

ir-rajono savivaldybė ta' Alytus,

ir-rajono savivaldybė ta' Biržai,

ir-rajono savivaldybė ta' Druskininkai,

ir-rajono savivaldybė ta' Lazdijai,

ir-rajono savivaldybė ta' Prienai,

ir-rajono savivaldybė ta' Širvintos,

ir-rajono savivaldybė ta' Ukmergė,

ir-rajono savivaldybė ta' Vilnius,

is-savivaldybė (il-muniċipalità) ta' Birštonas,

is-savivaldybė ta' Elektrenai.

4.   Il-Polonja

Dawn iż-żoni fil-Polonja:

Fil-podlaskie województwo (il-provinċja ta' Podlasie):

il-gminy ta' Czarna Białostocka, Supraśl, Wasilków u parti minn Zabłudów (il-parti fil-Grigal tal-gmina iddelimitata bil-linja maħluqa mit-triq numru 19 u estiża bit-triq numru 685) fil-powiat ta' Białostok,

il-gminy ta' Dąbrowa Białostocka, Janów, Nowy Dwór u Sidra fil-powiat ta' Sokółka,

il-gminy ta' Giby u Sejny bil-belt ta' Sejny fil-powiat ta' Sejny,

il-gminy ta' Lipsk u Płaska fil-powiat ta' Augustów,

il-gminy ta' Narew, Narewka u Białowieża fil-powiat ta' Hajnowka.

PARTI III

1.   L-Estonja

Dawn iż-żoni fl-Estonja:

il-linn ta' Elva,

il-linn ta' Jõgeva,

il-linn ta' Põltsamaa,

il-linn ta' Võhma,

il-maakond ta' Järvamaa,

il-maakond ta' Valgamaa,

il-maakond ta' Võrumaa,

il-parti tal-vald ta' Palamuse li tinsab fil-Punent tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Pärsti li tinsab fil-Lvant tat-triq numru 24126,

il-parti tal-vald ta' Suure-Jaani li tinsab fil-Lvant tat-triq numru 49,

il-parti tal-vald ta' Tabivere li tinsab fil-Punent tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Tamsalu li tinsab fil-Lbiċ tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Tartu li tinsab fil-Punent tal-linja ferrovjarja ta' Tallinn-Tartu,

il-parti tal-vald ta' Viiratsi li tinsab fil-Lvant tal-linja ddefinita mill-parti tal-Punent tat-triq numru 92 sa salib it-toroq li jagħti għat-triq numru 155, u mbagħad it-triq numru 155 sa salib it-toroq li jagħti għat-triq numru 24156, u t-triq numru 24156 sakemm taqsam ix-xmara Verilaske, u mbagħad ix-xmara Verilaske sakemm tilħaq il-fruntiera tan-Nofsinhar tal-vald,

il-vald ta' Jõgeva,

il-vald ta' Kolga-Jaani,

il-vald ta' Konguta,

il-vald ta' Kõo,

il-vald ta' Laeva,

il-vald ta' Nõo,

il-vald ta' Paistu,

il-vald ta' Pajusi,

il-vald ta' Põltsamaa,

il-vald ta' Puhja,

il-vald ta' Puurmani,

il-vald ta' Rakke,

il-vald ta' Rannu,

il-vald ta' Rõngu,

il-vald ta' Saarepeedi,

il-vald ta' Tähtvere,

il-vald ta' Tarvastu,

il-vald ta' Torma,

il-vald ta' Ülenurme,

il-vald ta' Väike-Maarja.

2.   Il-Latvja

Dawn iż-żoni fil-Latvja:

fin-novads ta' Limbažu, il-pagasti ta' Viļķenes, Pāles u Katvaru,

fin-novads ta' Salacgrīvas, il-pagasti ta' Ainažu u Salacgrīvas,

in-novads ta' Aglonas,

in-novads ta' Alojas,

in-novads ta' Beverīinas,

in-novads ta' Burtnieku,

in-novads ta' Ciblas,

in-novads ta' Dagdas,

in-novads ta' Daugavpils,

in-novads ta' Kārsavas,

in-novads ta' Krāslavas,

in-novads ta' Ludzas,

in-novads ta' Mazsalacas,

in-novads ta' Naukšēnu,

in-novads ta' Preiļu,

in-novads ta' Rēzeknes,

in-novads ta' Riebiņu,

in-novads ta' Rūjienas,

in-novads ta' Strenču,

in-novads ta' Valkas,

in-novads ta' Vārkavas,

in-novads ta' Viļānu,

in-novads ta' Zilupes,

ir-republikas pilsēta ta' Daugavpils,

ir-republikas pilsēta ta' Rēzekne.

3.   Il-Litwanja

Dawn iż-żoni fil-Litwanja:

fir-rajono savivaldybė ta' Anykščiai, is-seniūnija ta' Viešintos u l-parti tas-seniūnija ta' Svėdasai li tinsab fit-Tramuntana tat-triq numru 118,

fir-rajono savivaldybė ta' Jonava, is-seniūnija ta' Upninkų, Ruklos, Dumsių, Užusalių, Kulvos u, fis-seniūnija ta' Žeimiai, il-kaimas Akliai, Akmeniai, Barsukinė, Blauzdžiai, Gireliai, Jagėlava, Juljanava, Kuigaliai, Liepkalniai, Martyniškiai, Milašiškiai, Mimaliai, Naujasodis, Normainiai I, Paduobiai, Palankesiai, Pamelnytėlė, Pėdžiai, Skrynės, Svalkeniai, Terespolis, Varpėnai, Žeimių gst., Žieveliškiai u Žeimių miestelis,

fir-rajono savivaldybė ta' Kaišiadorys, is-seniūnija ta' Palomenės, Pravieniškių u l-parti tas-seniūnija ta' Rumšiškių li tinsab fit-Tramuntana tat-triq N. A1,

fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnija ta' Vandžiogalos, Lapių, Karmėlavos u Neveronių,

fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnija ta' Pelėdnagių,

fir-rajono savivaldybė ta' Šalčininkai, is-seniūnija ta' Baltosios Vokės, Pabarės, Dainavos, Kalesninkų,

fir-rajono savivaldybė ta' Varėna, is-seniūnija ta' Valkininkų, Jakėnų, Matuizų, Varėnos, Vydenių,

il-miesto savivaldybė ta' Jonava,

ir-rajono savivaldybė ta' Ignalina,

ir-rajono savivaldybe ta' Kupiškis,

ir-rajono savivaldybė ta' Moletai,

ir-rajono savivaldybė ta' Rokiškis,

ir-rajono savivaldybė ta' Švencionys,

ir-rajono savivaldybė ta' Trakai,

ir-rajono savivaldybė ta' Utena,

ir-rajono savivaldybė ta' Zarasai,

is-savivaldybe ta' Visaginas.

4.   Il-Polonja

Dawn iż-żoni fil-Polonja:

Fil-podlaskie województwo (il-provinċja ta' Podlasie):

il-gminy ta' Gródek u Michałowo fil-powiat ta' Białostok,

il-gminy ta' Krynki, Kuźnica, Sokółka u Szudziałowo fil-powiat ta' Sokółka.

PARTI IV

L-Italja

Dawn iż-żoni tal-Italja:

iż-żoni kollha ta' Sardinja.”