6.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/5


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1356

tal-4 ta' Awwissu 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2007/453/KE fir-rigward tal-istatus tal-BSE tar-Repubblika Ċeka, ta' Franza, ta' Ċipru, tal-Liechtenstein u tal-Iżvizzera

(notifikata bid-dokument C(2015) 5379)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula li l-Istati Membri, pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom (“il-pajjiżi jew ir-reġjuni”) għandhom ikunu kklassifikati skont l-istatus tagħhom tal-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) f'waħda minn tliet kategoriji: riskju ta' BSE negliġibbli, riskju ta' BSE kkontrollat, u riskju ta' BSE mhux stabbilit.

(2)

L-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE (2) jelenka l-pajjiżi jew ir-reġjuni skont l-istatus tagħhom tal-BSE.

(3)

L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) għandha rwol ewlieni fil-kategorizzazzjoni tal-pajjiżi jew ir-reġjuni skont ir-riskju tagħhom tal-BSE. Il-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE tqis ir-Riżoluzzjoni Nru 18 — Recognition of the Bovine Spongiform Encephalopathy Risk Status of Member Countries (Ir-Rikonoxximent tal-Istatus tar-Riskju tal-Enċefalopatija Sponġiformi Bovina tal-Pajjiżi Membri) — adottata mill-OIE f'Mejju 2014 (3).

(4)

F'Mejju 2015, l-OIE adottat ir-Riżoluzzjoni Nru 21 Recognition of the Bovine Spongiform Encephalopathy Risk Status of Member Countries (4) (Ir-Rikonoxximent tal-Istatus tar-Riskju tal-Enċefalopatija Sponġiformi Bovina tal-Pajjiżi Membri). Minbarra l-Istati Membri u l-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles li diġà huma elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE, dik ir-Riżoluzzjoni rrikonoxxiet ir-Repubblika Ċeka, Franza, Ċipru, il-Liechtenstein u l-Iżvizzera bħala pajjiżi li għandhom riskju negliġibbli ta' BSE.

(5)

Għalhekk, il-lista tal-pajjiżi fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE għandha tiġi emendata biex issir konformi mar-Riżoluzzjoni Nru 21 adottata mill-OIE f'Mejju 2015.

(6)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2007/453/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2007/453/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Awwissu 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84).

(3)  http://www.oie.int/fileadmin/Home/eng/Animal_Health_in_the_World/docs/pdf/2014_A_RESO-18_BSE.pdf

(4)  http://www.oie.int/fileadmin/Home/eng/Animal_Health_in_the_World/docs/pdf/2015_A_RESO_R21_BSE.pdf


ANNESS

“ANNESS

LISTA TA' PAJJIŻI JEW REĠJUNI

A.   Pajjiżi jew reġjuni b'riskju negliġibbli ta' BSE

Stati Membri

Il-Belġju

Il-Bulgarija

Ir-Repubblika Ċeka

Id-Danimarka

L-Estonja

Franza

Il-Kroazja

L-Italja

Ċipru

Il-Latvja

Il-Lussemburgu

L-Ungerija

Malta

In-Netherlands

L-Awstrija

Il-Portugall

Is-Slovenja

Is-Slovakkja

Il-Finlandja

L-Iżvezja

Pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles

L-Iżlanda

Il-Liechtenstein

In-Norveġja

L-Iżvizzera

Pajjiżi terzi

L-Arġentina

L-Awstralja

Il-Brażil

Iċ-Ċilì

Il-Kolombja

L-Indja

Iżrael

Il-Ġappun

In-New Zealand

Il-Panama

Il-Paragwaj

Il-Perù

Singapor

L-Istati Uniti

L-Urugwaj

B.   Pajjiżi jew reġjuni b'riskju kkontrollat ta' BSE

Stati Membri

Il-Ġermanja

L-Irlanda

Il-Greċja

Spanja

Il-Litwanja

Il-Polonja

Ir-Rumanija

Ir-Renju Unit

Pajjiżi terzi

Il-Kanada

Il-Costa Rica

Il-Messiku

In-Nikaragwa

Il-Korea t'Isfel

It-Tajwan

C.   Pajjiżi jew reġjuni b'riskju mhux determinat ta' BSE

Il-pajjiżi jew ir-reġjuni li mhumiex elenkati fil-punti A jew B.”