31.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 203/25


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1319

tad-29 ta' Lulju 2015

li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H7N7 fil-Ġermanja

(notifikata bid-dokument C(2015) 5501)

(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u ta' prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

L-influwenza avjarja hija marda virali infettiva tal-għasafar, inkluż il-pollam. L-infezzjonijiet bil-vajrusis tal-influwenza avjarja fil-pollam domestiku jagħtu lok għal żewġ forom ewlenin ta' din il-marda li huma distinti mill-virulenza tagħhom. Il-forma b'patoġeniċità baxxa ġeneralment tikkawża biss sintomi ħfief, filwaqt li l-forma b'patoġeniċità għolja twassal għal rati ferm għoljin ta' mwiet fil-parti l-kbira tal-ispeċijiet tal-pollam. Din il-marda tista' tħalli impatt qawwi fuq il-profitabbiltà tat-trobbija tal-pollam tal-irziezet.

(2)

L-influwenza avjarja tinstab l-aktar fl-għasafar, iżda f'ċerti ċirkustanzi jaf ikun hemm infezzjonijiet ukoll fil-bnedmin, minkejja li r-riskju ta' dan huwa ġeneralment baxx ħafna.

(3)

Fil-każ ta' tifqigħa tal-influwenza avjarja, hemm riskju li l-aġent tal-marda jinfirex f'azjendi oħrajn fejn jittrabba l-pollam jew għasafar oħra. Minħabba f'hekk, din tista' tinfirex minn Stat Membru għal Stati Membri oħra, jew għal pajjiżi terzi, permezz tal-kummerċ ta' tjur ħajjin jew tal-prodotti tagħhom.

(4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (3) tistabbilixxi ċerti miżuri preventivi relatati mas-sorveljanza u d-detezzjoni bikrija tal-influwenza avjarja u l-miżuri minimi tal-kontroll li jridu jiġu applikati f'każ ta' tifqigħa ta' dik il-marda fil-pollam jew f'għasafar oħra mrobbijin. Dik id-Direttiva tistipula li jitwaqqfu żoni ta' protezzjoni u sorveljanza f'każ li tfaqqa' l-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja.

(5)

Il-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-influwenza avjarja b'patoġenità għolja tas-sottotip H7N7 fi stabbiliment fit-territorju tagħha fejn kien qed jitrabba l-pollam jew għasafar oħrajn, u ħadet minnufih il-miżuri meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE, inkluż it-twaqqif ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza.

(6)

Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri b'kollaborazzjoni mal-Ġermanja, u ħarġet sodisfatta li l-fruntieri ta' dawk iż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza stabbiliti mill-awtorità kompetenti f'dak l-Istat Membru, jinsabu 'l bogħod biżżejjed mill-azjenda proprja fejn ġiet ikkonfermata t-tifqigħa.

(7)

Sabiex jiġi evitat kull tfixkil bla bżonn tal-kummerċ fl-Unjoni u sabiex jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ li jiġu imposti minn pajjiżi terzi, jeħtieġ jiġu ddefiniti malajr iż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza stabbiliti fil-Ġermanja fil-livell tal-Unjoni b'kollaborazzjoni ma' dan l-Istat Membru.

(8)

Għaldaqstant, iż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fil-Ġermanja, fejn qed jiġu applikati l-miżuri ta' kontroll għas-saħħa tal-annimali stipulati fid-Deċiżjoni 2005/94/KE, għandhom jiġu ddefiniti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni u għandu jiġi stabbilit it-tul ta' żmien ta' dik ir-reġjonalizzazzjoni.

(9)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ġermanja għandha tiżgura li ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza stabbiliti skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2005/94/KE jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta' protezzjoni u sorveljanza fil-Parti A u fil-Parti B tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tapplika sal-31 ta' Diċembru 2015.

Artikolu 3

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).


ANNESS

Parti A

Iż-żona ta' protezzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 1:

ISO Kodiċi tal-Pajjiż

Stat Membru

Kodiċi

(jekk huwa disponibbli)

Isem

Id-data sa meta dan jibqa' japplika skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2005/94/KE

DE

Il-Ġermanja

Kodiċi Postali/tal-ADNS

Żona li tinkludi:

 

 

 

EMSLAND 03454

Fis-Sassonja t'Isfel f'Landkreis Emsland, il-partijiet li ġejjin:

Herzlake; li tibda minn Wettruper Damm, Birkenweg, Pappelweg, Moorstraße, Am Esch, K 241, Hauptstraße, L 55, Schullenpool, Burgstraße, K 208, Unterm Bookhof, Kampweg, Andruper Weg, An der Drake, Beel, Südradde (Hase) sal-livell ta' Essenbeel, imbagħad issegwi linja forma ta' L sat-triq B213, Zum Klingenberg, K 256, Alter Kirchweg, Im Dorfe (K 256), Oling sax-xmara Große Hase, fruntiera tad-distrett tul il-Große Hase sa Hahnenmoorkanal, minn Hahenmoorkanal sa L 128, Siedlerstraße, Friesenstraße sal-fruntiera tad-distrett, il-fruntiera tad-distrett sa Wettruper Damm.

19.8.2015

Parti B

Iż-żona ta' sorveljanza kif imsemmija fl-Artikolu 1:

ISO Kodiċi tal-Pajjiż

Stat Membru

Kodiċi

(jekk huwa disponibbli)

Isem

Id-data sa meta dan jibqa' japplika skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE

DE

Il-Ġermanja

Kodiċi Postali/tal-ADNS

Żona li tinkludi:

 

 

 

EMSLAND 03454

Fis-Sassonja t'Isfel:

 

Landkreis Cloppenburg:

Fuq in-naħa tat-Tramuntana tal-fruntiera tad-distrett Vinner Weg und Birkenweg sa Löningen, imbagħad tkompli tul Dr Lübbers-Weg, Langenstraße, Hasestraße, Röpker Weg, Röpker Straße u Zur Moorburg sal-fruntiera tad-distrett, imbagħad tul dik il-fruntiera sal-punt tat-tluq f'Vinner Weg.

 

Landkreis Emsland:

Wettrup, li tibda minn Bahnhofstraße (f'direzzjoni fix-Xlokk), Im Felde, Bergerstraße, Haselünner Straße, K 317, Alte Haselünner Straße, Moorhook, Steppenberger Straße, Penninghuser Straße, Walldamm, K 233, Hestruper Mühlenbach, Lotter Beeke, “Feldweg” sa Droper Straße, Lotter Beeke sax-xmara Hase, Hammer-Tannen-Straße, Industriestraße, Hammerstraße, Schwarzenbergweg, Meppener Straße, Im Fehn, Diekstraße, Sandstraße, Am Schullenriedengraben, Meppener Straße, B 402, Stadtmark, K 207, Am Sportplatz, Alter Kirchweg, K 207, Alte Schulstraße, Am Jugendheim, Zum Herthum, “Feldweg” sa Middelradde, “Feldweg” sa Buchenweg, Buchenweg, Berßener Straße, Mittelradde, Hüvener Straße, “Feldweg” sa Oststraße, Oststraße, Ahmsener Straße, Lahner Straße, Alte Dorfstraße, Am Neuland, Zur Waldbühne, “Feldweg” sa Vinner Straße, Vinner Straße, Up'n Sande, Riehen, Im Dorf, Am Sportplatz, Im England, Löninger Straße, il-fruntiera tad-distrett sa Bahnhofstraße.

 

Landkreis Osnabrück:

 

Fil-muniċipalità ta' Bippen:

Mil-Lbiċ tal-fruntiera tad-distrett tul L 60 Lingener Straße fid-direzzjoni ta' Ohrtermersch, fuq il-lemin f'Zum Scherpenberg, fuq ix-xellug f'Alte Schulstraße, fuq ix-xellug fi Fangstraße, fuq ix-xellug f'Bramhof, taqsam Bippener Straße L 73, Bergstraße, fuq il-lemin f'Kreuzweg, fuq ix-xellug f'Lindlage, sal-muniċipalità ta' Berge.

 

Fil-muniċipalità ta' Berge:

Minn Lindlage sa Upberg, Tiefer Weg, Rübbelhauk, fuq il-lemin f'Kampstraße, fuq ix-xellug f'Kirchweg, fuq il-lemin f'Asterfeldstraße, fuq ix-xellug f'Am Eiskenberg, fuq il-lemin fi Fienenmoorweg, Zum weißen Pfahl, Antener Straße, sal-muniċipalità ta' Menslage,

 

Fil-muniċipalità ta' Menslage:

Minn Antener Straße, fuq ix-xellug f'Reuterweg, Hahler Beeke, 'il fuq max-xmara tul Kleine Hase, fuq ix-xellug f'Thündamm sal-fruntiera tad-distrett, imbagħad tul dik il-fruntiera u lura sal-punt tat-tluq.

28.8.2015

 

 

EMSLAND 03454

Fis-Sassonja t'Isfel f'Landkreis Emsland, il-partijiet li ġejjin:

Herzlake; li tibda minn Wettruper Damm, Birkenweg, Pappelweg, Moorstraße, Am Esch, K 241, Hauptstraße, L 55, Schullenpool, Burgstraße, K 208, Unterm Bookhof, Kampweg, Andruper Weg, An der Drake, Beel, Südradde (Hase) sal-livell ta' Essenbeel, imbagħad issegwi linja forma ta' L sat-triq B213, Zum Klingenberg, K 256, Alter Kirchweg, Im Dorfe (K 256), Oling sax-xmara Große Hase, il-fruntiera tad-distrett tul il-Große Hase sa Hahnenmoorkanal, minn Hahenmoorkanal sa L 128, Siedlerstraße, Friesenstraße sal-fruntiera tad-distrett, il-fruntiera tad-distrett sa Wettruper Damm.

20.8–28.8.2015