15.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1158

tat-8 ta' Lulju 2015

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt ta' Implimentazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ fi prodotti tal-injam għall-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emendi għall-Annessi I, II u V tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/284/UE tal-14 ta' April 2014 dwar il konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja [Ftehim ta' Sħubija Volontarju] bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ fi prodotti tal-injam għall-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ fi prodotti tal-injam għall-Unjoni Ewropea (2) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2014.

(2)

L-Artikolu 22(3) tal-Ftehim jipprevedi li l-emendi rigward l-Annessi għandhom jiġu adottati mill-Kumitat Konġunt ta' Implimentazzjoni.

(3)

Jeħtieġ li jiġu aġġornati l-Annessi I, II u V tal-Ftehim sabiex jirriflettu l-bidliet li saru wara l-konklużjoni tal-Ftehim fil-leġiżlazzjoni u l-linji gwida Indoneżjani rilevanti li jikkonċernaw l-applikazzjoni tas-Sistema Indoneżjana ta' Assigurazzjoni tal-Legalità tal-Injam (TLAS).

(4)

Il-bidliet proposti huma mmirati biex ikomplu jsaħħu t-TLAS u biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni fis-sistema mill-operaturi ekonomiċi kollha.

(5)

Għalhekk, l-Annessi I, II u V tal-Ftehim għandhom jiġu emendati skont dan.

(6)

Dawn il-modifiki għandhom jiġu approvati f'isem l-Unjoni Ewropea.

(7)

Din id-Deċiżjoni hija adottata f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti, il-Governanza u l-Kummerċ (il-Kumitat FLEGT),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-emendi għall-Annessi I, II u V tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar l-infurzar tal-liġi tal-foresti, il-governanza u l-kummerċ fi prodotti tal-injam għall-Unjoni Ewropea b'dan huma approvati f'isem l-Unjoni Ewropea.

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt ta' Implimentazzjoni (JIC) imwaqqaf permezz tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja dwar l-Infurzar tal-Liġi tal-Foresta, il-Governanza u l-Kummerċ fi prodotti tal-injam għall-Unjoni Ewropea għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-JIC mehmuż.

Artikolu 2

Wara l-adozzjoni tal-emendi għall-Annessi I, II u V tal-Ftehim mill-JIC, id-Deċiżjoni tal-JIC kif ukoll id-data tad-dħul fis-seħħ tagħha għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 250.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.


ANNESS

 

Abbozz

Deċiżjoni Nru 3/2015 tal-Kumitat Konġunt ta' Implimentazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra, li tadotta emendi għall-Annessi I, II u V tal-Ftehim

IL-KUMITAT KONĠUNT TA' IMPLIMENTAZZJONI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), li, wara r-ratifika min-naħa tal-Partijiet, daħal fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2014,

Billi:

(a)

Fl-Artikolu 22(3) tiegħu, il-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat Konġunt ta' Implimentazzjoni jista' jadotta emendi għall-Annessi ta' dan il-Ftehim.

(b)

Il-Partijiet qablu li jeħtieġ li jiġu aġġornati l-Annessi I, II u V tal-Ftehim sabiex jirriflettu l-bidliet li saru wara l-konklużjoni tal-Ftehim fil-leġiżlazzjoni u l-linji gwida Indoneżjani rilevanti li jikkonċernaw l-applikazzjoni tas-Sistema Indoneżjana ta' Assigurazzjoni tal-Legalità tal-Injam (TLAS).

(c)

Il-bidliet proposti huma mmirati biex ikomplu jsaħħu t-TLAS u biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni fis-sistema mill-operaturi ekonomiċi kollha,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Annessi I, II u V tal-Ftehim huma sostitwiti b'verżjoni emendata mogħtija fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija mfassla f'żewġ kopji bil-Bulgaru, bil-Kroat, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż u bl-Indoneżjan (l-Indoneżja Bahasa), u kull wieħed minn dawn it-testi huwa awtentiku. F'każ ta' diverġenza fl-interpretazzjoni, għandu jipprevali t-test bl-Ingliż.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi ….

Magħmul fi …, … nhar il-…/…/…

Għar-Repubblika tal-Indoneżja

Għall-Unjoni Ewropea

ANNESS

ANNESS I

KOPERTURA TAL-PRODOTTI

Il-lista f'dan l-Anness tirreferi għas-Sistema Armonizzata ta' Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni tal-Merkanzija stabbilita mill-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata ta' Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni tal-Merkanzija tal-Unjoni Doganali Dinjija.

ANNESS IA

KODIĊIJIET ARMONIZZATI TAL-MERKANZIJA GĦALL-INJAM U L-PRODOTTI TAL-INJAM KOPERTI MILL-ISKEMA TA' LIĊENZJAR TAL-FLEGT

Kapitolu 44:

Kodiċijiet tas-SA

Deskrizzjoni

 

Ħatab, f'forma ta' zkuk, zkuk ħoxnin, friegħi, qatet ta' għesieleġ jew forom simili; injam f'laqx jew frak; serratura u skart u fdal ta' injam, kemm jekk magħqudin fi zkuk, briquettes, gerbub jew forom simili jew le.

4401.21

Injam f'laqx jew frak -- koniferu

Ex. 4401.22

Injam f'laqx jew frak -- mhux koniferu (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

4403

Injam għadu aħrax, kemm jekk bil-qoxra jew bl-ilbieba mneħħija jew le, jew magħmul kwadru raff. (L-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita skont il-Liġijiet Indoneżjani. F'konformità mal-Artikolu 3(3) tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja, il-prodotti li jaqgħu taħt dan il-kodiċi tas-SA ma jistax ikollhom liċenzja tal-FLEGT u għalhekk ma jistgħux jiġu importati lejn l-Unjoni).

Ex. 4404.10

Injam magħmul minn laqx tal-injam (chipwood) u bħalu — koniferu

Ex. 4404.20

Injam magħmul minn laqx tal-injam (chipwood) u bħalu — mhux koniferu -- injam magħmul minn laqx tal-injam (chipwood)

Ex. 4404

Injam għaċ-ċrieki; arbli maqsumin; puntali, pali u bsaten tal-injam, bil-ponta iżda mhux isserrati mit-tul; bsaten tal-injam, mirqumin raff iżda mhux inturnati, milwijin jew maħdumin mod ieħor, tajbin għall-manifattura tal-bsaten tal-mixi, umbrelel, mankijiet tal-għodod jew bħalhom. (L-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita skont il-Liġijiet Indoneżjani. F'konformità mal-Artikolu 3(3) tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja, il-prodotti li jaqgħu taħt dan il-kodiċi tas-SA ma jistax ikollhom liċenzja tal-FLEGT u għalhekk ma jistgħux jiġu importati lejn l-Unjoni).

4406

Travi tal-injam mimdudin (sleepers, cross-ties) għal-linji tal-ferrovija jew tat-tramm. (L-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita skont il-Liġijiet Indoneżjani. F'konformità mal-Artikolu 3(3) tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja, il-prodotti li jaqgħu taħt dan il-kodiċi tas-SA ma jistax ikollhom liċenzja tal-FLEGT u għalhekk ma jistgħux jiġu importati lejn l-Unjoni).

Ex. 4407

Injam isserrat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat, xkatlat jew imminċottat fit-truf, ta' ħxuna ta' iktar minn 6 mm.

Ex. 4407

Injam isserrat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, mhux inċanat, mhux xkatlat jew mhux imminċottat fit-truf, ta' ħxuna ta' iktar minn 6 mm. (L-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita skont il-Liġijiet Indoneżjani. F'konformità mal-Artikolu 3(3) tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja, il-prodotti li jaqgħu taħt dan il-kodiċi tas-SA ma jistax ikollhom liċenzja tal-FLEGT u għalhekk ma jistgħux jiġu importati lejn l-Unjoni).

 

Folji għall-fuljetta (inklużi dawk magħmulin bit-tiflil ta' injam laminat), għat-triplaj jew għal injam simili laminat u injam ieħor, isserrat mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat, xkatlat, impalellat jew imminċottat fit-truf jew le, mhux eħxen minn 6 mm

4408.10

Koniferu

4408.31

Meranti aħmar skur, meranti aħmar ċar u meranti bakau

4408.39

Oħrajn, minbarra dawk koniferi, l-meranti aħmar skur, il-meranti aħmar ċar u l-meranti bakau

Ex. 4408.90

Oħrajn, minbarra l-injam koniferu u tropikali speċifikat fin-Nota 2 għas-subtitlu ta' dan il-kapitolu (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

 

Injam (inklużi strixxi u freġji għal kisi ta' art bil-parkè, mhux immuntat) b'forma kontinwa (mudullun, gruvjat, irbattut, iċċanfrinat, ingastat-V, imżebbeġ, iffurmat, ittundjat jew hekk) tul xi xifer, tarf jew wiċċ tiegħu, inċanat, xkatlat jew imminċottat fit-truf jew le.

4409.10

Koniferu

Ex. 4409.29

Mhux koniferu — ieħor (mhux tal-kannadindja)

 

Bord tal-injam mill-frak, bord tat-tip oriented strand board (OSB) u bord simili (pereżempju, waferboard) tal-injam jew ta' materjali oħrajn għudin, magħqudin bir-rażi jew sustanzi organiċi oħrajn li jgħaqqdu jew le

Ex. 4410.11

Tal-injam -- Bord tal-injam mill-frak (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

Ex. 4410.12

Tal-injam -- Bord tat-tip oriented strand board (OSB) (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

Ex. 4410.19

Tal-injam -- Oħrajn (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

Ex. 4411

Bord tal-fibri ta' injam jew materjali oħrajn għudin, magħqudin bir-rażi jew b'sustanzi organiċi oħrajn jew le (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

 

Triplaj, pannelli miksijin bil-fuljetta u injam laminat bħalhom

4412.31

Plajwud ieħor, magħmul biss minn folji tal-injam (minbarra l-bambù), b'kull folja ma tabqiżx il-ħxuna ta' 6 mm: -- Għall-inqas b'saff wieħed ta' barra ta' injam tropikali speċifikat f'Nota 2 għas-subtitlu ta' dan il-Kapitolu

4412.32

Plajwud ieħor, magħmul biss minn folji tal-injam (minbarra l-bambù), b'kull folja ma tabqiżx il-ħxuna ta' 6 mm: -- Oħrajn għall-inqas b'saff wieħed ta' barra ta' injam mhux koniferu

4412.39

Plajwud ieħor, magħmul biss minn folji tal-injam (minbarra l-bambù), b'kull folja ma tabqiżx il-ħxuna ta' 6 mm: -- Oħrajn

Ex. 4412.94

Oħrajn: -- Blokkbord, laminbord u battenboard (mhux tal-kannadindja)

Ex. 4412.99

Oħrajn: -- Oħrajn: --- Barecore (skart tal-injam inkullat ma' xulxin) (mhux tal-kannadindja) u --- Oħrajn (mhux tal-kannadindja)

Ex. 4413

Injam densifikat, fi blokki, folji, strixxi jew forom profil (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

Ex. 4414

Gwarniċi tal-injam għal pitturi, ritratti, mirja jew oġġetti simili (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

Ex. 4415

Kontenituri għal ippakkjar, kaxxi, ċestuni, tnabar u kontenituri simili; tnabar tal-injam tal-kejbil; palits, palits tal-kaxxi u twavel oħrajn tat-tagħbija, ta' injam; għenuq tal-palits ta' injam (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

Ex. 4416

Btieti (casks, barrels, vats), tnelli u prodotti oħrajn ta' buttar u partijiet tagħhom, ta' injam, inklużi l-injam imqawwes (staves) (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

Ex. 4417

Għodod, il-partijiet prinċipali ta' għodod, mankijiet ta' għodod, xkupi jew xkupilji proprja u l-mankijiet tagħhom, ta' injam; forom ta' bwiez jew żraben, ta' injam (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

Ex. 4418

Xogħol ta' injam għal bennejja, inklużi pannelli ta' injam ċellulari, pannelli mmuntati għall-paviment, shingles u shakes (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

Ex. 4419

Oġġetti tal-mejda u tal-kċina, ta' injam (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

 

Intarsjar fl-injam u injam ingastat; kaxxetti u kaxxi għall-ġojjelli u l-pożati, u oġġetti simili, tal-injam.

Ex. 4420.90

Oħrajn -- Injam fil-forma ta' zkuk tas-siġar jew ta' zkuk tas-siġar fil-forma ta' kaxxi li jkun sarilhom ipproċessar sempliċi biss fis-superfiċje, bħat-tinqix jew it-tinqix fin jew l-għoti taż-żebgħa, li ma jkollu l-ebda valur miżjud sinifikanti u ma jwassal għall-ebda bidla sinifikanti fil-forma (il-kodiċi tas-SA ex. 4420.90.90.00 fl-Indoneżja) (L-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita skont il-Liġijiet Indoneżjani. F'konformità mal-Artikolu 3(3) tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja, il-prodotti li jaqgħu taħt dan il-kodiċi tas-SA ma jistax ikollhom liċenzja tal-FLEGT u għalhekk ma jistgħux jiġu importati lejn l-Unjoni).

 

Oġġetti oħrajn ta' injam

Ex.4421.90

Oħrajn -- Laqx għas-sulfarini (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja) u -- Oħrajn -- Blokok tal-injam għall-iċċangar (mhux tal-bambù jew tal-kannadindja)

Ex. 4421.90

Oħrajn -- Oħrajn --- Injam fil-forma ta' zkuk tas-siġar jew ta' zkuk tas-siġar fil-forma ta' kaxxi li jkun sarilhom ipproċessar sempliċi biss fis-superfiċje, bħat-tinqix jew it-tinqix fin jew l-għoti taż-żebgħa, li ma jkollu l-ebda valur miżjud sinifikanti u ma jwassal għall-ebda bidla sinifikanti fil-forma (il-kodiċi tas-SA ex. 4421.90.99.00 fl-Indoneżja) (L-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita skont il-Liġijiet Indoneżjani. F'konformità mal-Artikolu 3(3) tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja, il-prodotti li jaqgħu taħt dan il-kodiċi tas-SA ma jistax ikollhom liċenzja tal-FLEGT u għalhekk ma jistgħux jiġu importati lejn l-Unjoni).

Kapitolu 47:

Kodiċijiet tas-SA

Deskrizzjoni

 

Polpa tal-injam jew ta' materjal ieħor ċellulożiku fibruż; (skart u fdal ta') karta jew kartun irkuprat:

4701

Polpa ta' injam mekkanika

4702

Polpa ta' injam kimika, gradi li jdubu

4703

Polpa ta' injam kimika, soda jew sulfat, ħlief gradi li jdubu.

4704

Polpa ta' injam kimika, sulfit, ħlief gradi li jdubu

4705

Polpa ta' injam miksuba b'taħlita ta' proċessi mekkaniċi u kimiċi li jagħmlu polpa

Kapitolu 48:

Kodiċijiet tas-SA

Deskrizzjoni

Ex. 4802

Karta u kartun mhux miksijin, ta' tip użat għal kitba, stampar jew għanijiet grafiċi oħrajn, u kartun tal-ippanċjar u karta għat-tejp tal-ippanċjar mhux imtaqqbin, f'rombli jew folji rettangulari (inklużi kwadri), ta' kull qies, ħlief karta ta' titlu 4801 jew 4803 ; karta jew kartun magħmulin bl-idejn (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

Ex. 4803

Materjal lest biex minnu jsir tixju tat-tojlit jew tal-wiċċ, materjal lest għax-xugamani jew srievet u karta simili ta' tip użata għal għanijiet tad-dar jew sanitarji, materjal artab ta' ċelluloża u nsiġ ta' fibri ċellulożi, imġegħdin (creped) jew le, imkemmxin, imqabbżin, imtaqqbin, bil-wiċċ miżbugħ, bil-wiċċ imżejjen jew stampat, f'rombli jew folji (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

Ex. 4804

Karta jew kartun kraft mhux miksi, f'rombli jew folji, ħlief dawk ta' titlu 4802 jew 4803 (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

Ex. 4805

Karta jew kartun oħrajn mhux miksijin, f'rombli jew folji, mhux maħdumin jew ipproċessati aktar minn kif speċifikat fin-Nota 3 għal dan il-Kapitolu (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

Ex. 4806

Parċmina veġetali, karti oljati, karti għat-traċċar u karti jleqqu (glassine) u karti oħrajn igglejżjati trasparenti jew trasluċidi, f'rombli jew folji (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

Ex. 4807

Karta u kartun komposti (magħmulin billi jitwaħħlu saffi ċatti ta' karta jew kartun flimkien b'kolla), mhux bil-wiċċ miksi jew mimli kimika (impregnated), kemm jekk mirfudin minn ġewwa jew le, f'rombli jew folji (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

Ex. 4808

Karta u kartun, immewġin (b'folji ċatti nkullati fil-wiċċ jew mingħajrhom), imġegħdin, imkemmxin, imqabbżin jew imtaqqbin, f'rombli jew folji, ħlief karta tat-tip deskritt fit-titlu 4803 (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

Ex. 4809

Karta saħħara, karta li tikkopja minnha nfisha u karti oħrajn għal ikkupjar jew trasferiment (inkluża karta miksija jew mimlija kimika (impregnated) għal stensils tad-duplikatur jew pjanċi tal-offset), stampati jew le, f'rombli jew folji (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

Ex. 4810

Karta u kartun, miksijin min-naħa waħda jew miż-żewġ naħat b'kawlina (tafal taċ-Ċina) jew sustanzi oħrajn inorganiċi, b'materjal li jgħaqqad jew le, u mingħajr ebda kisja oħra, bil-wiċċ miżbugħ, bil-wiċċ imżejjen jew stampat jew le, f'rombli jew folji rettangulari (inklużi kwadri), ta' kull qies (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

Ex. 4811

Karta, kartun, materjal artab ta' ċelluloża u nsiġ ta' fibri ċellulożi, miksijin, mimlijin kimika (impregnated), mgħottijin, bil-wiċċ miżbugħ, bil-wiċċ imżejjen jew stampat, f'rombli jew folji rettangulari (inklużi kwadri), ta' kull qies, ħlief oġġetti tat-tip deskritt f'titlu 4803 , 4809 jew 4810 (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

Ex. 4812

Blokki, ċangaturi u pjanċi ta' filtru, ta' polpa tal-karta (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

Ex. 4813

Karta tas-sigaretti, maqtugħa għal qies jew le jew f'forma ta' libretti jew tubi (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

Ex. 4814

Karta tal-ħajt u kisi simili tal-ħajt; trasparenzi tal-karta għal twieqi (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

Ex. 4816

Karta saħħara, karta li tikkopja minnha nfisha u karti oħrajn għal ikkupjar jew trasferiment (ħlief dawk ta' titlu 4809 ), stensils tad-duplikatur u pjanċi tal-offset, ta' karta, ippreżentati fil-kaxxi jew le (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

Ex. 4817

Envelops, kartolini tal-ittri, kartolini sempliċi u kartolini għal korrispondenza, tal-karta jew kartun; kaxxi, boroż, kartieri u pakketti għall-kitba (compendiums), tal-karta jew tal-kartun, li fihom taħlita ta' kartolerija tal-karti (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

Ex. 4818

Karta tat-tojlit u karta simili, materjal artab taċ-ċelluloża jew insiġ ta' fibri ċellulożi, ta' tip użati għal għanijiet tad-dar jew sanitarji, f'rombli mhux usa' minn 36 cm, jew maqtugħin għal qies jew għamla; imkatar, tixjus għat-tindif, xugamani, tvalji, srievet, srievet għat-trabi, tampuni, lożor u oġġetti simili tad-dar, sanitarji jew tal-isptar, oġġetti ta' lbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, ta' polpa tal-karta, ta' karta, ta' materjal artab ta' ċelluloża jew ta' nsiġ ta' fibri ċellulożi (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

Ex. 4821

Tikketti tal-karta jew tal-kartun ta' kull tip, stampati jew le (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

Ex. 4822

Ċombini, irkiekel, kobob u rfid simili, ta' polpa tal-karta, karta jew kartun (kemm jekk imtaqqbin jew imwebbsin) (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

Ex. 4823

Karta oħra, kartun, materjal artab taċ-ċelluloża u nsiġ ta' fibri ċellulożi, maqtugħin għal qies jew għamla; oġġetti oħrajn ta' polpa tal-karta, karta, kartun, materjal artab ta' ċelluloża jew insiġ ta' fibri cellulożi (mhux minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat)

Nota: Il-prodotti tal-karta li joriġinaw minn materjal li mhux tal-injam jew li huwa rriċiklat ikollhom magħom ittra formali mill-Ministeru Indoneżjan tal-Industrija li tivvalida l-użu tal-materjali li mhumiex tal-injam jew li huma rriċiklati. Prodotti bħal dawn ma jkollhomx liċenzja tal-FLEGT.

Kapitolu 94:

Kodiċijiet tas-SA

Deskrizzjoni

 

Sits (seats) (ħlief dawk tat-titlu 94.02 ), kemm jekk jinbidlu f'sodod jew le, u partijiet tagħhom

9401.61

Sits (seats) oħrajn, bil-qofsa tal-injam: -- Miksijin bit-tapizzerija

9401.69

Sits (seats) oħrajn, bil-qofsa tal-injam: -- Oħrajn

 

Għamara oħra u partijiet tagħha

9403.30

Għamara tal-għuda ta' tip użat f'uffiċċji

9403.40

Għamara tal-għuda ta' tip użat fil-kċina

9403.50

Għamara tal-għuda ta' tip użat fil-kamra tas-sodda

9403.60

Għamara oħra tal-injam

Ex. 9403.90

Partijiet: -- Oħrajn (il-kodiċi tas-SA 9403.90.90 fl-Indoneżja)

 

Bini prefabbrikat

Ex. 9406.00

Bini ieħor prefabbrikat: -- Tal-injam (il-kodiċi tas-SA 9406.00.92 fl-Indoneżja)

Kapitolu 97:

Kodiċijiet tas-SA

Deskrizzjoni

 

Inċiżjonijiet, stampi u litografi oriġinali.

Ex. 9702.00

Injam fil-forma ta' zkuk tas-siġar jew ta' zkuk tas-siġar fil-forma ta' kaxxi li jkun sarilhom ipproċessar sempliċi biss fis-superfiċje, bħat-tinqix jew it-tinqix fin jew l-għoti taż-żebgħa, li ma jkollu l-ebda valur miżjud sinifikanti u ma jwassal għall-ebda bidla sinifikanti fil-forma (SA Ex. 9702.00.00.00 fl-Indoneżja) (L-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita skont il-Liġijiet Indoneżjani. F'konformità mal-Artikolu 3(3) tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja, il-prodotti li jaqgħu taħt dan il-kodiċi tas-SA ma jistax ikollhom liċenzja tal-FLEGT u għalhekk ma jistgħux jiġu importati lejn l-Unjoni).

ANNESS IB

IL-KODIĊIJIET ARMONIZZATI TAL-MERKANZIJA GĦALL-INJAM IPPROJBIT GĦALL-ESPORTAZZJONI SKONT IL-LIĠIJIET INDONEŻJANI

Kapitolu 44:

Kodiċijiet tas-SA

Deskrizzjoni

4403

Injam għadu aħrax, kemm jekk bil-qoxra jew bl-ilbieba mneħħija jew le, jew magħmul kwadru raff.

Ex. 4404

Injam għaċ-ċrieki; arbli maqsumin; puntali, pali u bsaten tal-injam, bil-ponta iżda mhux isserrati mit-tul; bsaten tal-injam, mirqumin raff iżda mhux inturnati, milwijin jew maħdumin mod ieħor, tajbin għall-manifattura tal-bsaten tal-mixi, umbrelel, mankijiet tal-għodod jew bħalhom.

4406

Travi tal-injam mimdudin (sleepers, cross-ties) għal-linji tal-ferrovija jew tat-tramm.

Ex. 4407

Injam isserrat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, mhux inċanat, mhux xkatlat jew mhux imminċottat fit-truf, ta' ħxuna ta' iktar minn 6 mm.

 

Intarsjar fl-injam u injam ingastat; kaxxetti u kaxxi għal ġojjelli u pożati, u oġġetti bħalhom, ta' injam.

Ex. 4420.90

Oħrajn -- Injam fil-forma ta' zkuk tas-siġar jew ta' zkuk tas-siġar fil-forma ta' kaxxi li jkun sarilhom ipproċessar sempliċi biss fis-superfiċje, bħat-tinqix jew it-tinqix fin jew l-għoti taż-żebgħa, li ma jkollu l-ebda valur miżjud sinifikanti u ma jwassal għall-ebda bidla sinifikanti fil-forma (il-kodiċi tas-SA ex. 4420.90.90.00 fl-Indoneżja).

 

Oġġetti oħra tal-injam.

Ex. 4421.90

Oħrajn -- Oħrajn --- Injam fil-forma ta' zkuk tas-siġar jew ta' zkuk tas-siġar fil-forma ta' kaxxi li jkun sarilhom ipproċessar sempliċi biss fis-superfiċje, bħat-tinqix jew it-tinqix fin jew l-għoti taż-żebgħa, li ma jkollu l-ebda valur miżjud sinifikanti u ma jwassal għall-ebda bidla sinifikanti fil-forma (il-kodiċi tas-SA ex. 4421.90.99.00 fl-Indoneżja).

 

Inċiżjonijiet, stampi u litografi oriġinali.

Ex. 9702.00

Injam fil-forma ta' zkuk tas-siġar jew ta' zkuk tas-siġar fil-forma ta' kaxxi li jkun sarilhom ipproċessar sempliċi biss fis-superfiċje, bħat-tinqix jew it-tinqix fin jew l-għoti taż-żebgħa, li ma jkollu l-ebda valur miżjud sinifikanti u ma jwassal għall-ebda bidla sinifikanti fil-forma (il-kodiċi tas-SA ex. 9702.00.00.00 fl-Indoneżja).

ANNESS II

DEFINIZZJONI TAL-LEGALITÀ

INTRODUZZJONI

L-injam Indoneżjan huwa meqjus legali meta l-oriġini u l-proċess ta' produzzjoni tiegħu, kif ukoll l-attivitajiet sussegwenti ta' pproċessar, trasport u kummerċ tiegħu jiġu vverifikati bħala li jissodisfaw il-liġijiet u r-regolamenti Indoneżjani applikabbli kollha.

L-Indoneżja għandha ħames standards tal-legalità bbażati fuq sensiela ta' prinċipji, kriterji, indikaturi u verifikaturi, ilkoll ibbażati fuq il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri sottostanti. Dawn l-istandards jistgħu jiġu suddiviżi ulterjorment f'substandards kif deskritt fil-Linji gwida tat-TLAS.

Il-qafas legali Indoneżjan jinkludi wkoll l-istandards tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti ddefiniti għad-detenturi ta' permess li joperaw f'żoni forestali tal-produzzjoni fuq artijiet li huma proprjetà tal-istat. Id-detenturi ta' permess kollha għandhom ikunu konformi mal-kriterji ta' legalità kif stipulat fl-istandards ta' legalità. Mhux aktar tard mid-data meta tiskadi l-ewwel ċertifikazzjoni ta' legalità tagħhom, id-detenturi ta' permess li joperaw f'żoni forestali tal-produzzjoni fuq artijiet li huma proprjetà tal-istat għandhom jikkonformaw kemm mal-istandard ta' legalità kif ukoll mal-istandard ta' ġestjoni sostenibbli tal-foresti, kif stipulat fil-Linji gwida tat-TLAS.

L-Indoneżja ntrabtet li tirrevedi regolarment u ttejjeb l-istandards tal-legalità permezz ta' proċess li jinvolvi diversi partijiet interessati.

Il-ħames standards ta' legalità huma:

—   L-Istandard tal-Legalità 1: l-istandard għall-konċessjonijiet f'żoni forestali tal-produzzjoni li jinsabu fuq artijiet li huma proprjetà tal-istat; il-Foresti Naturali, il-Pjantaġġuni tal-Foresti, ir-Restawr tal-Ekosistemi, id-Dritt ta' Ġestjoni tal-Foresti (Hak Pengelolaan),

—   L-Istandard tal-Legalità 2: l-istandard għall-foresti ta' pjantaġġuni komunitarji u għall-foresti komunitarji f'żoni tal-foresti tal-produzzjoni li jinsabu fuq artijiet li huma proprjetà tal-istat,

—   L-Istandard tal-Legalità 3: l-istandard għall-foresti ta' proprjetà tal-privat,

—   L-Istandard tal-Legalità 4: l-istandard għad-drittijiet tal-użu tal-injam f'żoni mhux forestali jew li ġej minn foresti ta' produzzjoni konvertibbli f'artijiet li huma proprjetà tal-istat,

—   L-Istandard tal-Legalità 5: l-istandard għall-industriji u n-negozjanti forestali primarji u downstream.

Dawn il-ħames standards tal-legalità japplikaw għal tipi differenti ta' permessi għall-injam kif stabbilit fit-tabella li ġejja:

Tip ta' permess jew dritt

Deskrizzjoni

Sjieda tal-art/ġestjoni jew użu tar-riżorsi

Standard tal-legalità applikabbli

IUPHHK-HA/HPH

Permess sabiex jintuża l-injam minn foresti naturali tal-produzzjoni

Proprjetà tal-istat/ġestita minn kumpanija

1

IUPHHK-HTI/HPHTI

Permess biex tiġi stabbilita u ġestita foresta ta' pjantaġġuni industrijali

Proprjetà tal-istat/ġestita minn kumpanija

1

IUPHHK-RE

Permess għar-restawr tal-ekosistema forestali

Proprjetà tal-istat/ġestita minn kumpanija

1

Id-dritt ta' ġestjoni tal-foresti (Perum Perhutani)

Dritt għall-ġestjoni ta' foresta ta' pjantaġġuni

Proprjetà tal-istat/ġestita minn kumpanija (kumpanija tal-istat)

1

IUPHHK- HTR

Permess għal pjantaġġuni forestali komunitarji jew privati

Proprjetà tal-istat/ġestita mill-komunità jew privatament

2

IUPHHK-HKM

Permess għall-ġestjoni ta' foresta komunitarja

Proprjetà tal-istat/ġestita mill-komunità

2

IUPHHK-HD

Permess għall-ġestjoni ta' foresta tal-villaġġ

Proprjetà tal-istat/ġestita minn raħal wieħed

2

IUPHHK-HTHR

Permess sabiex jintuża l-injam minn żoni ta' riforestazzjoni

Proprjetà tal-istat/ġestita mill-komunità jew privatament

2

Art Privata

L-ebda permess meħtieġ

Proprjetà tal-privat/użu privat

3

IPK/ILS

Permess sabiex jintuża l-injam minn żoni mhux forestali jew minn foresti ta' produzzjoni konvertibbli

Proprjetà tal-istat/użu privat

4

IUIPHHK

Permess għall-istabbiliment u l-ġestjoni ta' kumpanija ta' pproċessar primarju

Mhux applikabbli

5

IUI Lanjutan jew IPKL

Permess għall-istabbiliment u l-ġestjoni ta' kumpanija ta' pproċessar sekondarju

Mhux applikabbli

5

TPTs (TPT, TPT-KB, TPT-KO)

Ċentri tal-injam/tal-injam ipproċessat irreġistrati

Mhux applikabbli

5

IRT

Azjendi ġestiti minn familji

Mhux applikabbli

5

ETPIK Nonproduttur

Esportaturi nonprodutturi rreġistrati

Mhux applikabbli

5

STANDARD TA' LEGALITÀ 1: L-ISTANDARDS GĦALL-KONĊESSJONIJIET F'ŻONI TAL-FORESTI TA' PRODUZZJONI

Nru

Prinċipji

Kriterji

Indikaturi

Verifikaturi

Regolamenti relatati (1)

1

P1.

Status legali taż-żona u dritt għall-użu

K1.1.

L-unità ta' ġestjoni tal-foresti (konċessjonarji) tinsab fiż-żona tal-foresta ta' produzzjoni.

1.1.1.

Id-detentur ta' permess jista' juri li l-permess għall-użu tal-injam (IUPHHK) huwa validu.

Ċertifikat ta' dritt għall-konċessjoni ta' foresta.

Ir-Regolament tal-Gvern PP72/2010

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 12/2010

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 30/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 31/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 33/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 76/2014

Prova ta' ħlas għall-permess għall-użu tal-prodotti tal-injam tal-foresti.

Prova ta' permess għal użu legali ieħor taż-żona (jekk ikun hemm)

2.

P2.

Konformità mas-sistema u l-proċeduri għall-ħsad.

K2.1.

Id-detentur ta' permess għandu pjan ta' ħsad għaż-żona tal-qtugħ li jkun ġie approvat mill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti.

2.1.1.

L-awtorità amministrattiva kompetenti approvat id-dokumenti tal-pjan ta' ħidma: il-pjan prinċipali u l-pjan annwali ta' ħidma, inklużi l-annessi tagħhom.

Il-pjan prinċipali approvat u l-annessi (imfasslin abbażi ta' inventarju komprensiv tal-foresti magħmul minn persunal teknikament kompetenti)

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 62/2008

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 56/2009

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 60/2011

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 33/2014

Il-pjan annwali approvat ta' ħidma (imfassal abbażi tal-pjan prinċipali)

Mapep (imfasslin minn persunal teknikament kompetenti, li jiddeskrivu t-tqassim u l-konfini taż-żoni koperti mill-pjan ta' ħidma)

Mappa li tindika ż-żoni ta' esklużjoni ta' qtugħ tas-siġar fil-Pjan Annwali ta' Ħidma u evidenza ta' implimentazzjoni fuq il-post.

Il-postijiet tal-ħsad (il-blokok jew il-kompartimenti) fuq il-mappa huma mmarkati b'mod ċar u vverifikati fuq il-post.

K2.2.

Il-pjan ta' ħidma huwa validu

2.2.1.

Id-detentur ta' permess għall-foresta għandu pjan validu ta' ħidma f'konformità mar-regolamenti applikabbli

Id-dokument tal-pjan prinċipali għall-użu tal-prodotti tal-injam tal-foresti u l-annessi tiegħu (l-applikazzjonijiet li għaddejjin bħalissahuma aċċettabbli).

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 62/2008

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 56/2009

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 60/2011

Il-post u l-volumi estrattabbli ta' zkuk mill-foresti naturali f'żoni li għandhom jinħasdu jikkorrispondu mal-pjan ta' ħidma.

3.

P3.

Il-legalità tat-trasport jew il-bidla fis-sjieda ta' zkuk tondi.

K3.1.

Id-detenturi ta' permess għandhom jiżguraw li z-zkuk kollha ttrasportati minn depost ta' zkuk fil-foresta għal industrija primarja tal-prodotti tal-foresti jew għal għand negozjant irreġistrat taz-zkuk, inkluż permezz ta' depost intermedju taz-zkuk, ikunu identifikati fiżikament u akkumpanjati minn dokumenti validi.

3.1.1.

Iz-zkuk kollha ta' dijametru kbir maħsudin jew estratti kummerċjalment kienu rrapportati f'Rapport dwar il-Produzzjoni tal-Injam

Dokumenti Approvati tar-Rapport dwar il-Produzzjoni tal-Injam

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 41/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 42/2014

3.1.2.

L-injam kollu ttrasportat miż-żoni tal-permess ikun akkumpanjat minn dokument validu tat-trasport.

Id-dokumenti validi tat-trasport u l-annessi jakkumpanjaw iz-zkuk mid-depost taz-zkuk għall-industrija primarja tal-prodotti tal-foresti jew għal għand negozjant irreġistrat taz-zkuk, inkluż permezz ta' deposti intermedji taz-zkuk

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 41/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 42/2014

3.1.3.

Iz-zkuk tondi jkunu nħasdu fiż-żoni stabbiliti fil-permess għall-użu tal-foresta

Il-marki/il-barcode tal-amministrazzjoni tal-injam (PUHH) fuq iz-zkuk

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 41/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 42/2014

L-applikazzjoni ta' marki/barcodes tal-amministrazzjoni tal-injam.

3.1.4.

Iz-zkuk kollha ttrasportati mid-Depost taz-Zkuk huma akkumpanjati minn dokument validu tat-trasport

Dokument validu tat-trasport

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 41/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 42/2014

K3.2.

Id-detentur ta' permess ħallas it-tariffi u l-imposti applikabbli għall-estrazzjoni kummerċjali tal-injam

3.2.1.

Id-detentur ta' permess juri prova ta' ħlas tat-tariffa għall-Fond ta' Riforestazzjoni u/jew ta għar-Riżorsi tal-Foresti, li tikkorrispondi mal-produzzjoni taz-zkuk u mat-tariffa applikabbli.

L-Ordnijiet ta' Ħlas għat-tariffa għall-Fondi ta' Rifforestazzjoni u/jew għar-Riżorsi tal-Foresti.

Ir-Regolament tal-Gvern PP22/1997

Ir-Regolament tal-Gvern PP51/1998

Ir-Regolament tal-Gvern PP59/1998

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 18/2007

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ 22/2012

Prova ta' Depożitu magħmul għall-Ħlas tat-tariffa għall-Fondi ta' Riafforestazzjoni u/jew għar-Riżorsi tal-Foresti u l-Formoli ta' Ħlas.

Il-ħlas tat-tariffa għall-Fondi ta' Riafforestazzjoni u/jew għar-Riżorsi tal-Foresti huwa konsistenti mal-produzzjoni taz-zkuk u mat-tariffa applikabbli.

K3.3.

Trasport u kummerċ bejn il-gżejjer

3.3.1.

Id-detenturi ta' permess li jittrasportaw iz-zkuk bil-baħar huma Negozjanti Rreġistrati tal-Injam Bejn il-Gżejjer (PKAPT).

Id-dokumenti PKAPT

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Industrija u l-Kummerċ 68/2003

Ir-Regolament Konġunt tal-Ministeru għall-Forestrija, il-Ministeru għat-Trasport u l-Ministeru għall-Industrija u l-Kummerċ 22/2003

3.3.2.

Il-bastiment użat għat-trasport taz-zkuk tondi jtajjar il-bandiera Indoneżjana u għandu permess validu biex jopera.

Dokumenti ta' reġistrazzjoni li juru l-identità tal-bastiment u permess validu.

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Industrija u l-Kummerċ 68/2003

Ir-Regolament Konġunt tal-Ministeru għall-Forestrija, il-Ministeru għat-Trasport u l-Ministeru għall-Industrija u l-Kummerċ 22/2003

K.3.4.

Il-konformità tal-immarkar V-Legali

3.4.1.

Implimentazzjoni tal-immarkar V-Legali

L-immarkar V-Legali huwa applikat kif xieraq

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 43/2014

4.

P4.

Il-konformità mal-aspetti ambjentali u soċjali relatati mal-ħsad tal-injam

K4.1.

Id-detentur ta' permess għandu dokument approvat ta' valutazzjoni tal-impatt ambjentali (VIA) applikabbli u jkun implimenta l-miżuri identifikati fih.

4.1.1.

Id-detentur ta' permess għandu dokumenti ta' VIA applikabbli approvati mill-awtoritajiet kompetenti li jkopru l-qasam kollu tax-xogħol.

Dokumenti tal-VIA applikabbli

Ir-Regolament tal-Gvern PP27/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Ambjent 05/2012

4.1.2.

Id-detentur ta' permess għandu rapporti ta' implimentazzjoni tal-pjan ta' ġestjoni ambjentali u tal-pjan ta' monitoraġġ ambjentali li jindikaw l-azzjonijiet meħudin biex jittaffew l-impatti ambjentali u biex ikunu pprovduti benefiċċji soċjali.

Id-dokumenti tal-pjan ta' ġestjoni ambjentali u tal-pjan ta' monitoraġġ ambjentali

Ir-Regolament tal-Gvern PP27/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Ambjent 05/2012

Prova ta' implimentazzjoni tal-pjan ta' ġestjoni ambjentali u tal-monitoraġġ ta' impatti ambjentali u soċjali sinifikanti

5.

P5.

Konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tax-xogħol

K5.1.

It-twettiq ta' miżuri tas-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali (SSO)

5.1.1.

Disponibbiltà tal-proċeduri ta' SSO u l-implimentazzjoni tagħhom

Implimentazzjoni tal-proċeduri ta' SSO

Ir-Regolament tal-Gvern PP50/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 8/2010

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 609/2012

Tagħmir ta' SSO

Rekords tal-aċċidenti

K5.2.

Twettiq tad-drittijiet tal-ħaddiema

5.2.1.

Libertà ta' assoċjazzjoni għall-ħaddiema

Il-ħaddiema huma membri fil-junjins tal-ħaddiema jew hemm politiki tal-kumpanija li jippermettu lill-ħaddiema jistabbilixxu junjin jew ikunu involuti fl-attivitajiet ta' junjin

L-Att 13/2003

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 16/2011

5.2.2.

L-eżistenza ta' ftehimiet kollettivi tax-xogħol

Dokumenti ta' ftehim kollettiv tax-xogħol jew dokumenti tal-politika tal-kumpanija dwar id-drittijiet tax-xogħol

L-Att 13/2003

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 16/2011

5.2.3.

Il-kumpanija ma timpjegax minuri/ħaddiema taħt l-età

M'hemmx ħaddiema taħt l-età

L-Att 23/2002

L-Att 13/2003

STANDARD TA' LEGALITÀ 2: L-ISTANDARD GĦALL-FORESTI TA' PJANTAĠĠUNI KOMUNITARJI U GĦALL-FORESTI KOMUNITARJI F'ŻONI TAL-FORESTI TA' PRODUZZJONI

Nru

Prinċipji

Kriterji

Indikaturi

Verifikaturi

Regolamenti relatati

1.

P1.

Status legali taż-żona u dritt għall-użu

K1.1.

L-unità ta' ġestjoni tal- foresti tinsab fiż-żona tal-foresta ta' produzzjoni.

1.1.1.

Id-detentur ta' permess jista' juri li l-permess għall-użu tal-injam (IUPHHK) huwa validu.

Ċertifikat ta' dritt għall-konċessjoni ta' foresta

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 37/2007

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 49/2008

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 12/2010

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 55/2011

Prova ta' ħlas għall-permess għall-użu tal-prodotti tal-injam tal-foresti.

K1.2.

Unità tan-negozju fil-forma ta' grupp.

1.2.1.

Il-grupp tan-negozju huwa stabbilit legalment.

Att jew prova ta' stabbiliment.

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 43/2014

2.

P2.

Konformità mas-sistema u l-proċeduri għall-ħsad

K2.1.

Id-detentur ta' permess għandu pjan għall-ħsad għaż-żona tal-qtugħ li jkun ġie approvat mill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti

2.1.1.

L-awtorità amministrattiva kompetenti tkun approvat id-dokument tal-pjan annwali ta' ħidma.

Dokument approvat tal-pjan annwali ta' ħidma.

Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 62/2008

Mappa li tindika z-żoni ta' esklużjoni ta' qtugħ tas-siġar fil-Pjan Annwali ta' Ħidma u evidenza ta' implimentazzjoni fuq il-post.

Il-post tal-blokka ta' ħsad huwa mmarkat b'mod ċar u jista' jiġi vverifikat fuq il-post.

K2.2.

Il-pjan ta' ħidma huwa validu

2.2.1.

Id-detentur ta' permess għall-foresta għandu pjan validu ta' ħidma f'konformità mar-regolamenti applikabbli.

Id-dokument tal-pjan prinċipali għall-użu tal-prodotti tal-injam tal-foresti u l-annessi tiegħu (l-applikazzjonijiet għaddejjin bħalissa huma aċċettabbli)

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 62/2008

Il-post u l-volumi estrattabbli ta' zkuk fiż-żona li għandha tkun stabbilita bħala proprjetà immobiljari tal-injam għandhom ikunu jaqblu mal-pjan ta' ħidma.

K2.3.

Id-detenturi ta' permess għandhom jiżguraw li z-zkuk kollha ttrasportati minn depost ta' zkuk fil-foresta għal industrija primarja tal-prodotti tal-foresti jew għal għand negozjant irreġistrat taz-zkuk, inkluż permezz ta' depost intermedju taz-zkuk, ikunu identifikati fiżikament u akkumpanjati minn dokumenti validi.

2.3.1.

Iz-zkuk kollha li jkunu nħasdu jew ġew estratti kummerċjalment huma rrapportati fir-Rapport dwar il-Produzzjoni tal-Injam.

Dokumenti Approvati tar-Rapport dwar il-Produzzjoni tal-Injam

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 41/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 42/2014

2.3.2.

Iz-zkuk kollha ttrasportati miż-żona tal-permess ikunu akkumpanjati minn dokument legali tat-trasport.

Id-dokumenti legali tat-trasport u l-annessi rilevanti mid-Depost taz-Zkuk għad-Depost Intermedju taz-Zkuk u mid-Depost Intermedju taz-Zkuk għall-industrija primarja u/jew għal għand negozjant irreġistrat taz-zkuk.

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 41/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 42/2014

2.3.3.

Iz-zkuk tondi jkunu nħasdu fiż-żoni stabbiliti fil-permess għall-użu tal-foresta

Il-marki/il-barcode tal-amministrazzjoni tal-injam (PUHH) fuq iz-zkuk.

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 41/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 42/2014

Id-detentur ta' permess japplika l-immarkar tal-injam b'mod konsistenti.

 

2.3.4.

Id-detentur ta' permess jista' juri l-eżistenza ta' dokumenti tat-trasport taz-zkuk li jakkumpanjaw iz-zkuk ittrasportati minn depost taz-zkuk.

Id-dokument tat-Trasport taz-Zkuk li miegħu jkun mehmuż dokument ta' lista taz-zkuk.

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 41/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 42/2014

K2.4.

Id-detentur ta' permess ħallas it-tariffi u l-imposti applikabbli mitluba għall-estrazzjoni kummerċjali tal-injam

2.4.1.

Id-detenturi ta' permess juru prova tal-ħlas tat-tariffa għar-Riżorsi tal-Foresti li tikkorrispondi mal-produzzjoni taz-zkuk u mat-tariffa applikabbli.

L-Ordni ta' Ħlas għat-tariffa għar-Riżorsi tal-Foresti

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 18/2007

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ 22/2012

Prova ta' Ħlas tat-tariffa għar-Riżorsi tal-Foresti

Il-ħlas tat-tariffa għar-Riżorsi tal-Foresti huwa konsistenti mal-produzzjoni taz-zkuk u mat-tariffa applikabbli.

K2.5.

Il-konformità tal-immarkar V-Legali

2.5.1.

Implimentazzjoni tal-immarkar V-Legali

L-immarkar V-Legali huwa applikat kif xieraq

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 43/2014

3.

P3.

Il-konformità mal-aspetti ambjentali u soċjali lrelatati mal-ħsad tal-injam

K3.1.

Id-detentur ta' permess għandu dokument approvat ta' valutazzjoni tal-impatt ambjentali (VIA) applikabbli u jkun implimenta l-miżuri identifikati fih.

3.1.1.

Id-detentur ta' permess għandu dokumenti ta' valutazzjoni tal-impatt ambjentali applikabbli approvati mill-awtoritajiet kompetenti li jkopru l-qasam kollu tax-xogħol.

Dokumenti tal-VIA applikabbli

Ir-Regolament tal-Gvern PP27/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Ambjent 05/2012

3.1.2.

Id-detentur ta' permess għandu rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-ġestjoni u tal-monitoraġġ ambjentali li tkun qed issir biex jittaffew l-impatti ambjentali u biex ikunu pprovduti benefiċċji soċjali.

Id-dokumenti rilevanti dwar il-ġestjoni u l-monitoraġġ ambjentali

Ir-Regolament tal-Gvern PP27/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Ambjent 05/2012

Prova ta' implimentazzjoni tal-ġestjoni ambjentali u tal-monitoraġġ ta' impatti ambjentali u soċjali sinifikanti

4

P4.

Konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tax-xogħol

K4.1.

It-twettiq ta' miżuri tas-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali (SSO)

4.1.1.

Disponibbiltà tal-proċeduri ta' SSO u l-implimentazzjoni tagħhom

Implimentazzjoni tal-proċeduri ta' SSO

Ir-Regolament tal-Gvern PP50/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 8/2010

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 609/2012

Tagħmir ta' SSO

K4.2.

Twettiq tad-drittijiet tal-ħaddiema

4.2.1.

Il-kumpanija ma timpjegax minuri/ħaddiema taħt l-età

M'hemmx ħaddiema taħt l-età

L-Att 23/2002

L-Att 13/2003

STANDARD TA' LEGALITÀ 3: L-ISTANDARD GĦALL-FORESTI TA' PROPRJETÀ PRIVATA

Nru

Prinċipji

Kriterji

Indikaturi

Verifikaturi

Regolamenti relatati

1.

P1.

Is-sjieda tal-injam tista' tiġi vverifikata

K1.1.

Il-legalità tas-sjieda jew tad-dritt għall-art b'rabta maż-żona ta' ħsad tal-injam.

1.1.1.

Is-sid ta' art jew ta' foresta privata jista' jagħti prova tas-sjieda jew tad-drittijiet għall-użu tal-art.

Dokumenti validi ta' sjieda jew ta' okkupazzjoni tal-art (dokumenti tad-dritt għall-art rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti)

L-Att 5/1960

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 33/2010

Ir-Regolament tal-Gvern PP12/1998

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ 36/2007

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ 37/2007

L-Att 6/1983

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 43/2014

Id-dritt għall-kultivazzjoni tal-art.

L-Att ta' Twaqqif tal-Kumpanija

Il-Liċenzja tan-negozju għall-kumpaniji li jagħmlu negozju fil-kummerċ (SIUP)

Ir-reġistrazzjoni tal-kumpanija (TDP)

Ir-reġistrazzjoni tal-kontribwent (NPWP)

Id-dokument ta' SSO

Dokumenti ta' ftehim kollettiv tax-xogħol jew dokumenti tal-politika tal-kumpanija dwar id-drittijiet tax-xogħol

Mappa taż-żona tal-foresta privata u l-konfini mmarkata mal-art.

1.1.2.

L-unitajiet ta' ġestjoni (ta' sjieda individwali jew ta' grupp) juru dokumenti validi tat-trasport tal-injam.

Dokumenti ta' Trasport taz-Zkuk

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 30/2012

1.1.3.

L-unitajiet ta' ġestjoni juru prova tal-ħlas tal-imposti applikabbli relatati mas-siġar li jkun hemm qabel it-trasferiment tad-drittijiet jew l-okkupazzjoni taż-żona.

Prova ta' ħlas tat-tariffa għall-Fond ta' Riforestazzjoni u/jew għar-Riżorsi tal-Foresti u tal-kumpens lill-istat għall-valur tal-injam wieqaf maqtugħ.

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 18/2007

K.1.2.

L-unità tan-negozju fil-forma ta' gruppi hija rreġistrata legalment

1.2.1.

Il-gruppi ta' negozju huma stabbiliti legalment.

Att jew prova ta' stabbiliment

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 43/2014

K.1.3.

Il-konformità tal-immarkar V-Legali

1.3.1.

Implimentazzjoni tal-immarkar V-Legali

L-immarkar V-Legali huwa applikat kif xieraq

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 43/2014

2.

P2.

Konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tax-xogħol fil-każ ta' żoni soġġetti għal Drittijiet ta' Kultivazzjoni tal-Art

K2.1.

It-twettiq ta' miżuri tas-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali (SSO)

2.1.1.

Disponibbiltà tal-proċeduri ta' SSO u l-implimentazzjoni tagħhom

Implimentazzjoni tal-proċeduri ta' SSO

Ir-Regolament tal-Gvern PP50/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 8/2010

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 609/2012

Tagħmir ta' SSO

Rekords tal-aċċidenti

K2.2.

Twettiq tad-drittijiet tal-ħaddiema

2.2.1.

Libertà ta' assoċjazzjoni għall-ħaddiema

Il-ħaddiema huma membri fil-junjins tal-ħaddiema jew hemm politiki tal-kumpanija li jippermettu lill-ħaddiema jistabbilixxu junjin jew ikunu involuti fl-attivitajiet ta' junjin

L-Att 13/2003

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 16/2001

2.2.2.

L-eżistenza ta' ftehimiet kollettivi tax-xogħol

Dokumenti ta' ftehim kollettiv tax-xogħol jew dokumenti tal-politika tal-kumpanija dwar id-drittijiet tax-xogħol

L-Att 13/2003

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 16/2011

2.2.3.

Il-kumpanija ma timpjegax minuri/ħaddiema taħt l-età

M'hemmx ħaddiema taħt l-età

L-Att 23/2002

L-Att 13/2003

3

P3.

Il-konformità mal-aspetti ambjentali u soċjali relatati mal-ħsad tal-injam

K3.1.

Id-detentur ta' Drittijiet ta' Kultivazzjoni tal-Art jew is-sidien ta' foresti privati għandhom dokument approvat ta' Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) applikabbli u jkunu implimentaw il-miżuri identifikati fih. (jekk meħtieġ skont ir-Regolament)

3.1.1.

Id-detentur ta' Drittijiet ta' Kultivazzjoni tal-Art jew is-sidien ta' foresti privati għandhom dokumenti tal-VIA applikabbli approvati mill-awtoritajiet kompetenti li jkopru l-qasam kollu tax-xogħol.

Dokumenti tal-VIA applikabbli

Ir-Regolament tal-Gvern PP27/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Ambjent 05/2012

3.1.2.

Id-detentur ta' Drittijiet ta' Kultivazzjoni tal-Art għandu rapporti ta' implimentazzjoni tal-pjan ta' ġestjoni ambjentali u tal-pjan ta' monitoraġġ ambjentali

Id-dokumenti tal-pjan ta' ġestjoni ambjentali u tal-pjan ta' monitoraġġ ambjentali

Ir-Regolament tal-Gvern PP27/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Ambjent 05/2012

Prova ta' implimentazzjoni tal-pjan ta' ġestjoni ambjentali u tal-monitoraġġ

STANDARD TA' LEGALITÀ 4: L-ISTANDARD GĦAD-DRITTIJIET TAL-UŻU TAL-INJAM F'ŻONI MHUX FORESTALI JEW LI ĠEJ MINN FORESTI TA' PRODUZZJONI KONVERTIBBLI

Nru

Prinċipji

Kriterji

Indikaturi

Verifikaturi

Regolamenti relatati

1.

P1.

Status legali taż-żona u dritt għall-użu

K1.1.

Permess għall-ħsad tal-injam f'żona mhux forestali mingħajr ma jinbidel l-istatus legali tal-foresta.

1.1.1.

Operazzjoni ta' ħsad awtorizzata skont Permess Legali Ieħor (ILS)/permessi ta' konverżjoni (IPK) f'żona mikrija.

Nota: Dan japplika wkoll għal żona li qabel kienet ikklassifikati bħala Foresta ta' Pjantaġġuni abbażi ta' Riforestazzjoni (HTHR)

Il-permessi ILS/IPK għal operazzjonijiet ta' ħsad fiż-żona mikrija (inkluż id-dokument ta' valutazzjoni tal-impatt ambjentali/VIA applikabbli ta' negozju mhux tal-forestrija)

Ir-Regolament tal-Gvern PP27/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 18/2011

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 59/2011

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Ambjent 05/2012

Mapep mehmużin mal-permessi ILS/IPK taż-żona mikrija u evidenza ta' konformità fuq il-post.

K1.2.

Permess għall-ħsad tal-injam f'żona mhux forestali li jwassal għal bidla fl-istatus legali tal-foresta

1. 2.1.

Ħsad ta' injam awtorizzat skont permess ta' konverżjoni ta' art (IPK).

Noti: Dan japplika wkoll għal żona li qabel kienet ikklassifikata bħala Foresta ta' Pjantaġġuni abbażi ta' Riforestazzjoni (HTHR).

Permess ta' negozju u mapep mehmużin mal-permess (inkluż id-dokument ta' valutazzjoni tal-impatt ambjentali/VIA applikabbli ta' negozju mhux tal-forestrija).

Ir-Regolament tal-Gvern PP27/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 33/2010

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 14/2011

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 59/2011

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Ambjent 05/2012

IPK f'żoni ta' konverżjoni

Mapep mehmużin ma' IPK

Dokumenti li jawtorizzaw bidliet fl-istatus legali tal-foresta (dan ir-rekwiżit japplika kemm għad-detenturi ta' permess IPK kif ukoll għad-detenturi ta' permess tan-negozju)

1.2.2.

Permess ta' konverżjoni (IPK) għar-riżoluzzjoni tat-trasmigrazzjoni

IPK f'żoni ta' konverżjoni

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 14/2011

Mapep mehmużin ma' IPK

K 1.3.

Permess għall-ħsad tal-injam f'żona mhux forestali.

1.3.1.

Ħsad tal-injam awtorizzat skont permess ta' konverżjoni ta' art (IPK) f'żona mhux forestali.

Id-dokument ta' ppjanar ta' IPK

Ir-Regolament tal-Gvern PP27/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 14/2011

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Ambjent 05/2012

Permess ta' negozju u mapep mehmużin mal-permess (inkluż id-dokument ta' valutazzjoni tal-impatt ambjentali/VIA applikabbli ta' negozju mhux tal-forestrija).

IPK f'żoni ta' konverżjoni

Mapep mehmużin ma' IPK

1.3.2.

Permess ta' konverżjoni (IPK) għar-riżoluzzjoni tat-trasmigrazzjoni

IPK f'żoni ta' konverżjoni

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 14/2011

Mapep mehmużin ma' IPK

2.

P2.

Konformità mas-sistemi u l-proċeduri legali għall-ħsad tas-siġar u għat-trasport taz-zkuk

K2.1.

Il-Pjan IPK/ILS u l-implimentazzjoni huma konformi mal-ippjanar tal-użu tal-art.

2.1.1.

Pjan approvat tta' ħidma għaż-żoni koperti minn IPK/ILS

Dokumenti tal-pjan ta' ħidma IPK/ILS

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 62/2008

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 53/2009

2.1.2.

Id-detentur ta' permess jista' juri li z-zkuk ittrasportati huma minn żoni b'permess validu ta' konverżjoni ta' art/għal użu ieħor (IPK/ILS)

Dokumenti tal-inventarju tal-foresti

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 62/2008

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 41/2014

Dokumenti tar-Rapport dwar il-Produzzjoni tal-Injam (LHP)

K2.2.

Ħlas tat-tariffi u l-imposti tal-gvern u konformità mar-rekwiżiti dwar it-trasport tal-injam

2.2.1.

Evidenza ta' ħlas tal-imposti.

L-Ordni ta' Ħlas għat-tariffa għar-Riżorsi tal-Foresti

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 18/2007

Prova ta' Ħlas tat-tariffa għar-Riżorsi tal-Foresti

Il-ħlas tat-tariffa għar-Riżorsi tal-Foresti huwa konsistenti mal-produzzjoni taz-zkuk u mat-tariffa applikabbli.

2.2.2.

Id-detentur ta' permess għandu dokumenti validi tat-trasport tal-injam

Fattura ta' Trasport taz-Zkuk (FAKB) u lista ta' zkuk għaz-zkuk b'dijametru żgħir

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 41/2014

Dokument ta' Legalità taz-Zkuk (SKSKB) u lista ta' zkuk għaz-zkuk b'dijametru kbir

K2.3.

Il-konformità tal-immarkar V-Legali

2.3.1.

Implimentazzjoni tal-immarkar V-Legali

L-immarkar V-Legali huwa applikat kif xieraq

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 43/2014

3.

P3.

Konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tax-xogħol

K3.1.

It-twettiq ta' miżuri tas-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali (SSO)

3.1.1.

Disponibbiltà tal-proċeduri ta' SSO u l-implimentazzjoni tagħhom

Proċeduri ta' SSO

Ir-Regolament tal-Gvern PP50/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 8/2010

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 609/2012

Tagħmir ta' SSO

Rekords tal-aċċidenti

K3.2.

Twettiq tad-drittijiet tal-ħaddiema

3.2.1.

Il-kumpanija ma timpjegax minuri/ħaddiema taħt l-età

M'hemmx ħaddiema taħt l-età

L-Att 23/2002

L-Att 13/2003

STANDARD TA' LEGALITÀ 5: L-ISTANDARD GĦALL-INDUSTRIJI U N-NEGOZJANTI FORESTALI PRIMARJI U DOWNSTREAM

Nru

Prinċipji

Kriterji

Indikaturi

Verifikaturi

Regolamenti relatati

1.

P1.

L-unitajiet tan-negozju jappoġġjaw it-twettiq tal-kummerċ legali fl-injam.

K1.1.

L-industrija tal-ipproċessar tal-prodotti tal-injam tal-foresti hija fil-pussess ta' permessi validi, fil-forma ta':

(a)

industrija tal-ipproċessar, u/jew

(b)

esportaturi ta' prodotti pproċessati

1.1.1.

L-unitajiet tal-industriji tal-ipproċessar għandhom fil-pussess tagħhom permessi validi

L-Att ta' Twaqqif tal-Kumpanija u l-aktar emendi reċenti għall-att (l-Att ta' Twaqqif tal-Kumpanija)

L-Att 6/1983

L-Att 3/2014

Ir-Regolament tal-Gvern PP72/2011

Ir-Regolament tal-Gvern PP27/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għal-Liġijiet u d-Drittijiet tal-Bniedem M.01-HT.10/2006

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ 36/2007

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ 37/2007

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Industrija 41/2008

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni 27/2009

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ 39/2011

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Ambjent 05/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ 77/2013

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 9/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 55/2014

Permess biex jibda jsir negozju fil-kummerċ (Liċenzja ta' Negozju/SIUP) jew permess tan-negozju, li jista' jkun Permess tan-Negozju Industrijali (IUI) jew Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni Industrijali (TDI)

Permess ta' fastidju/disturb (permess maħruġ lill-kumpanija talli tkun affettwat l-ambjent li madwaru tkun qed tagħmel in-negozju tagħha)

Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni tal-Kumpanija (TDP)

Numru ta' Identifikazzjoni tal-Kontribwent (NPWP)

Disponibbiltà tad-dokumenti ta' valutazzjoni tal-impatt ambjentali applikabbli

Disponibbiltà ta' Permess tan-Negozju Industrijali (IUI) jew ta' Permess tan-Negozju Permanenti (IUT) jew Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni Industrijali (TDI)

Disponibbiltà ta' Ppjanar tal-Istokkijiet ta' Materja Prima (RPBBI) għall-industrija primarja.

1.1.2.

L-esportaturi tal-prodotti tal-injam ipproċessat għandhom permessi validi kemm bħala produtturi kif ukoll bħala esportaturi tal-prodotti tal-injam.

L-esportaturi għandhom l-istatus ta' Esportaturi Rreġistrati ta' Prodotti tal-Industrija tal-Forestrija (ETPIK).

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ 97/2014

K1.2.

L-azjendi ġestiti minn familji huma entità legali Indoneżjana

1.2.1.

Sid ta' azjenda ġestita minn familja juri l-identità formali tiegħu

Il-karta tal-identità

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 43/2014

K1.3.

L-importaturi ta' prodotti forestali abbażi tal-injam huma fil-pussess ta' permessi validi u jimplimentaw id-diliġenza dovuta

1.3.1.

L-importaturi ta' prodotti forestali abbażi tal-injam huma fil-pussess ta' permessi validi

L-importaturi għandhom l-istatus ta' Importaturi Rreġistrati.

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ 78/2014

1.3.2.

L-importaturi għandhom sistema ta' diliġenza dovuta

L-importaturi għandhom linji gwida/proċeduri ta' diliġenza dovuta u prova tal-implimentazzjoni tagħhom.

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 43/2014

K1.4.

Iċ-ċentri tal-injam irreġistrati jew l-esportaturi nonprodutturi rreġistrati għandhom permessi validi fil-pussess tagħhom

1.4.1.

Iċ-ċentri tal-injam irreġistrati għandhom permess validu

Dokument tal-Permess maħruġ mill-Kap tal-Uffiċċju Forestali Provinċjali/Distrettwali.

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 30/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 41/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 42/2014

1.4.2.

L-esportaturi nonprodutturi rreġistrati għandhom permessi validi.

L-Att ta' Twaqqif tal-Kumpanija u l-aktar emendi reċenti għall-att (l-Att ta' Twaqqif tal-Kumpanija)

L-Att 6/1983

Ir-Regolament tal-Gvern PP72/2011

Ir-Regolament tal-Ministeru għal-Liġijiet u d-Drittijiet tal-Bniedem M.01-HT.10/2006

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ 36/2007

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ 37/2007

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ 39/2011

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ 77/2013

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 43/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ 97/2014

Permess biex jibda jsir negozju fil-kummerċ (Liċenzja ta' Negozju/SIUP) jew permess tan-negozju.

Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni tal-Kumpanija (TDP)

Numru ta' Identifikazzjoni tal-Kontribwent (NPWP)

Reġistrazzjoni tan-negozjanti bħala Esportaturi Nonprodutturi ta' Prodotti tal-Industrija tal-Forestrija (ETPIK Non Produsen).

Ftehim ta' forniment jew kuntratt ma' industrija fuq skala żgħira non-EPTIK li jkollha ċertifikat ta' legalità għall-injam (S-LK) jew Dikjarazzjoni ta' Konformità tal-Fornitur/SDoC (DKP)

1.4.3.

L-unitajiet tan-negozju għandhom dokumenti ta' valutazzjoni tal-impatt ambjentali (VIA) applikabbli

Dokumenti tal-VIA applikabbli

Ir-Regolament tal-Gvern PP27/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Ambjent 13/2010

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Ambjent 05/2012

K1.5.

L-unitajiet tan-negozju fil-forma ta':

 

gruppi (ta' SMEs jew artiġjani/azjendi ġestiti minn familji jew ċentri tal-injam)

jew

 

kooperattivi (artiġjani/azjendi ġestiti minn familji)

huma rreġistrati legalment jew għandhom prova ta' stabbiliment

Nota: Mhux applikabbli għall-esportaturi nonprodutturi rreġistrati.

1.5.1.

L-unitajiet tan-negozju fil-forma ta' gruppi jew kooperattivi huma stabbiliti legalment.

Att jew prova ta' stabbiliment

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 43/2014

Reġistrazzjoni tal-Kontribwent (NPWP) fil-każ ta' kooperattivi

1.5.2.

L-istruttura organizzattiva tal-kooperattivi

Deċiżjoni tal-kooperattiva dwar l-istruttura organizzattiva

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 43/2014

1.5.3.

Tip ta' kumpaniji kooperattivi

Dokumenti tal-pjan tan-negozju tal-kooperattiva jew dokument li juri t-tip ta' kooperativa

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 43/2014

1.5.4.

L-identità formali ta' kull membru tal-kooperattiva

Il-karti tal-identità

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 43/2014

2.

P2.

L-unitajiet tan-negozju japplikaw sistema ta' rintraċċar tal-injam li tiżgura li l-oriġini tal-injam tkun tista' tiġi rintraċċata

K2.1.

Eżistenza u applikazzjoni ta' sistema li tintraċċa l-injam.

2.1.1.

L-unitajiet tan-negozju jistgħu juru li l-injam li jirċievu jiġi minn sorsi legali.

Dokumenti tal-bejgħ u x-xiri u/jew kuntratt tal-provvista tal-materjali u/jew prova tax-xiri.

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 30/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 9/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 41/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 42/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ p. 78/2014

Rapport approvat dwar it-trasferiment tal-injam u/jew prova tat-trasferiment u/jew rapport uffiċjali dwar l-eżami tal-injam; ittra ta' attestazzjoni tal-legalità tal-prodotti tal-foresti

L-injam importat jiġi akkumpanjat minn Dikjarazzjoni ta' Konformità tal-Fornitur jew minn ċertifikat ta' legalità (IS-LK).

Nota: Applikabbli biss fil-każ tal-artiġjani/azjendi ġestiti minn familji.

Dokumenti tat-trasport tal-injam

Dokumenti tat-trasport (Nota) bir-rapporti uffiċjali korrispondenti mingħand l-uffiċjal tal-awtorità lokali fir-rigward tal-injam użat minn bini/strutturi mwaqqa', tal-injam maqlugħ mill-art u tal-injam midfun.

Dokumenti tat-trasport fl-għamla ta' Nota għall-injam industrijali mormi.

Dokumenti/rapporti dwar il-bidliet fl-istokk taz-zkuk/tal-injam/tal-prodotti.

Ċertifikat ta' legalità (S-PHPL/S-LK) jew dikjarazzjoni ta' konformità tal-fornituri (DKP)

Id-dokumenti ta' sostenn għall-Ippjanar tal-Istokkijiet ta' Materja Prima (RPBBI) għall-industrija primarja

2.1.2.

L-importaturi għandhom dokumenti validi fil-pussess tagħhom li jipprovaw li l-injam impurtat jiġi minn sorsi legali.

Nota: Mhux applikabbli għal artiġjani/azjendi ġestiti minn familji.

Notifika ta' Importazzjoni (PIB)

Id-Digriet Presidenzjali 43/1978

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ 78/2014

Lista ta' imballaġġ

Fattura

P/K (polza ta' kargu)

Dikjarazzjoni ta' Importazzjoni u Rakkomandazzjoni ta' Importazzjoni

Prova ta' ħlas tad-dazju tal-importazzjoni.

Dokumenti oħra rilevanti (inklużi l-permessi CITES) għal tipi ta' injam li l-kummerċ fihom huwa ristrett

Prova ta' użu tal-injam importat

2.1.3.

L-unitajiet tan-negozju japplikaw sistema ta' rintraċċar tal-injam u joperaw f'livelli permessi tal-produzzjoni

Nota: Mhux applikabbli għaċ-ċentri tal-injam u għan-nonprodutturi tal-injam irreġistrati.

Karti tat-talja dwar l-użu tal-materja prima u dwar l-outputs tal-produzzjoni.

Nota: Mhux applikabbli għal artiġjani/azjendi ġestiti minn familji.

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Industrija 41/2008

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 30/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 41/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 42/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 55/2014

Rapporti dwar l-outputs dwar il-produzzjoni tal-prodotti pproċessati.

Il-produzzjoni tal-unità ma taqbiżx il-kapaċità permessa tal-produzzjoni.

Nota: Mhux applikabbli għal artiġjani/azjendi ġestiti minn familji.

Segregazzjoni/separazzjoni tal-prodotti maħdumin mill-injam issekwestrat.

2.1.4.

Il-proċess tal-produzzjoni b'kollaborazzjoni ma' parti oħra (ma' industrija oħra jew ma' artiġjani/azjendi ġestiti minn familji) jipprovdi għar-rintraċċar tal-injam.

Nota: Mhux applikabbli għal artiġjani/azjendi ġestiti minn familji, għaċ-ċentri, u għan-nonprodutturi tal-injam irreġistrati.

Ċertifikat ta' legalità (S-LK) jew dikjarazzjoni ta' konformità tal-fornituri (DKP)

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 48/2006

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ 36/2007

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Industrija 41/2008

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 43/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 55/2014

Kuntratt ta' servizz għall-ipproċessar ta' prodotti ma' parti oħra

Ittra ta' attestazzjoni tal-materja prima

Segregazzjoni/separazzjoni tal-prodotti maħdumin.

Dokumentazzjoni tal-materja prima, tal-proċessi ta' produzzjoni u, fejn applikabbli, jekk l-esportazzjoni ssir permezz ta' kuntratt ta' servizzi ma' kumpanija oħra.

K2.2.

Trasferiment ta' prodotti pproċessati tal-injam minn fornitur għal esportaturi nonprodutturi rreġistrati

2.2.1.

L-unitajiet tan-negozju jistgħu juru li l-prodotti miksuba huma minn sorsi legali.

Il-prodotti huma mixtrija minn imsieħba elenkati bħala industriji non-ETPIK li għandhom ċertifikat ta' legalità (S-LK) jew SDoC (DKP).

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 43/2014

Dokument tat-trasport.

Dokumenti/rapporti dwar il-bidliet fl-istokk tal-prodotti.

3.

P3.

Il-legalità tal-kummerċ jew il-bidla fis-sjieda tal-injam.

K3.1.

Il-kummerċ jew it-trasferiment tal-prodotti tal-injam għas-suq domestiku jikkonforma mal-leġiżlazzjoni applikabbli

Nota: Mhux applikabbli għall-esportaturi nonprodutturi rreġistrati

3.1.1.

Il-kummerċ jew it-trasferiment tal-injam għas-suq domestiku huwa akkumpanjat minn dokument tat-trasport.

Dokument tat-trasport

Ir-Regolament Konġunt tal-Ministeru għall-Forestrija 22/2003, tal-Ministeru għat-Trasport KM3/2003 u tal-Ministeru għall-Industrija u l-Kummerċ 33/2003

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 30/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 41/2014

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 42/2014

K3.2.

It-trasport bil-baħar tal-injam ipproċessat għall-esportazzjoni huwa konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli.

Nota: Mhux applikabbli għal artiġjani/azjendi ġestiti minn familji u għaċ-ċentri tal-injam.

3.2.1.

It-trasport bil-baħar tal- injam ipproċessat għall-esportazzjoni b'dokumenti ta' Avviż tal-Esportazzjoni (PEB)

Prodotti għall-esportazzjoni

L-Att 17/2006 (L-Att Doganali)

Id-Digriet Presidenzjali 43/1978

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija 447/2003

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Finanzi 223/2008

Ir-Regolament tad-Direttorat Ġenerali għall-Unjoni Doganali P-40/2008

Ir-Regolament tad-Direttorat Ġenerali għall-Unjoni Doganali P-06/2009

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ p. 50/2013

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Kummerċ p. 97/2014

PEB

Lista ta' imballaġġ

Fattura

P/K (polza ta' kargu)

Dokumenti tal-liċenzja tal-esportazzjoni (V-Legali)

Riżultati tal-verifika teknika (Rapport ta' servejer) għal prodotti li għalihom il-verifika teknika hija obbligatorja

Prova ta' ħlas tad-dazju tal-esportazzjoni, fejn applikabbli.

Dokumenti oħra rilevanti (inklużi l-permessi CITES) għal tipi ta' injam li l-kummerċ fihom huwa ristrett

K. 3.3.

Il-konformità tal-immarkar V-Legali

3.3.1.

Implimentazzjoni tal-immarkar V-Legali

L-immarkar V-Legali huwa applikat kif xieraq

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Forestrija p. 43/2014

4.

P4.

Twettiq tar-regolamenti tax-xogħol f'dak li għandu x'jaqsam mal-industrija tal-ipproċessar

K.4.1.

It-twettiq ta' miżuri tas-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali (SSO)

4.1.1.

Disponibbiltà tal-proċeduri ta' SSO u l-implimentazzjoni tagħhom

Proċeduri ta' SSO

jew

fil-każ tal-industrija tal-artiġjani/azjendi ġestiti minn familji, tagħmir tal-ewwel għajnuna u tas-sikurezza

Ir-Regolament tal-Gvern PP50/2012

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 8/2010

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 609/2012

Implimentazzjoni tal-proċeduri ta' SSO.

Rekords tal-aċċidenti

Nota: Mhux applikabbli għal artiġjani/azjendi ġestiti minn familji.

K.4.2.

Twettiq tad-drittijiet tal-ħaddiema

Nota: Mhux applikabbli għal artiġjani/azjendi ġestiti minn familji.

4.2.1.

Libertà ta' assoċjazzjoni għall-ħaddiema

Trejdjunjin jew politika tal-kumpanija li tippermetti lill-impjegati/lill-ħaddiema jwaqqfu trejdjunjin jew ikunu involuti fl-attivitajiet ta' trejdjunjin

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 16/2001

4.2.2.

L-eżistenza ta' ftehim kollettiv tax-xogħol jew ta' politika tal-kumpanija dwar id-drittijiet tax-xogħol

Disponibbiltà ta' ftehim kollettiv tax-xogħol jew ta' dokumenti tal-politika tal-kumpanija dwar id-drittijiet tax-xogħol

L-Att 13/2003

Ir-Regolament tal-Ministeru għall-Manodopera u t-Trasmigrazzjoni 16/2011

4.2.3.

Il-kumpanija ma timpjegax minuri/ħaddiema taħt l-età

M'hemmx ħaddiema taħt l-età

L-Att 23/2002

L-Att 13/2003

ANNESS V

SISTEMA TA' ASSIGURAZZJONI TAL-LEGALITÀ TA' INJAM INDONEŻJAN

1.   Daħla

Objettiv: Biex tingħata assigurazzjoni li l-ħsad, it-trasport, l-ipproċessar u l-bejgħ ta' zkuk tondi u ta' prodotti pproċessati tal-injam ikunu konformi mal-liġijiet u l-leġiżlazzjoni kollha rilevanti Indoneżjani.

Magħrufa għall-irwol tagħha ta' pijuniera fil-ġlieda kontra l-qtugħ illegali tas-siġar u l-kummerċ f'injam u prodotti tal-injam maqtugħin illegalment, l-Indoneżja laqgħet il-Konferenza Ministerjali tal-Asja tal-Lvant dwar l-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti u l-Governanza (FLEG) f'Bali, f'Settembru 2001, li rriżultat fid-Dikjarazzjoni dwar l-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti u l-Governanza (Id-Dikjarazzjoni ta' Bali). Minn dak iż-żmien 'l hawn, l-Indoneżja kompliet tkun minn ta' quddiem nett fil-kooperazzjoni internazzjonali fil-ġlieda kontra l-qtugħ illegali tas-siġar u l-kummerċ assoċjat.

Bħala parti mill-isforzi internazzjonali biex ikunu indirizzati dawn il-kwistjonijiet, għadd dejjem jikber ta' pajjiżi konsumaturi intrabtu li jieħdu miżuri biex ma jħallux ikun hemm il-kummerċ f'injam maqtugħ illegalment fis-swieq tagħhom, filwaqt li l-pajjiżi produtturi intrabtu li jipprovdu mekkaniżmu li jassigura l-legalità tal-prodotti tagħhom tal-injam. Huwa importanti li titwaqqaf sistema kredibbli biex tiggarantixxi l-legalità tal-ħsad, it-trasport, l-ipproċessar u l-kummerċ ta' prodotti tal-injam u tal-injam ipproċessat.

Is-Sistema Indoneżjana ta' Assigurazzjoni tal-Legalità tal-Injam (TLAS) tipprovdi assigurazzjoni li l-injam u l-prodotti tal-injam maħdumin u pproċessati fl-Indoneżja jiġu minn sorsi legali u jkunu f'konformità sħiħa mal-liġijiet u r-regolamenti Indoneżjani rilevanti, kif ivverifikat minn awditjar indipendenti u mmonitorjat mis-soċjetà ċivili.

1.1.   Liġijiet u regolamenti Indoneżjani bħala l-bażi tat-TLAS

Ir-Regolament Indoneżjan dwar ‘L-Istandards u l-Linji Gwida dwar il-Valutazzjoni tal-Prestazzjoni tal-Ġestjoni Sostenibbli tal-Foresti u l-Verifika tal-Legalità tal-Injam fil-Foresti Proprjetà tal-Istat u tal-Privat’ (Regolament tal-Ministru għall-Forestrija p. 38/Menhut-II/2009) jistabbilixxi t-TLAS. It-TLAS tinkludi wkoll l-iskema ta' sostenibbiltà u l-miri Indoneżjani biex tittejjeb il-governanza tal-foresti; jitrażżan il-qtugħ illegali tas-siġar u l-kummerċ fl-injam assoċjat biex tiġi żgurata l-kredibbiltà u tittejjeb id-dehra tal-prodotti tal-injam tal-Indoneżja.

It-TLAS hija magħmula mill-elementi li ġejjin:

1.

Standards ta' Legalità,

2.

Kontroll tal-Katina ta' Provvista,

3.

Proċeduri ta' Verifika,

4.

Skema ta' Liċenzjar

5.

Monitoraġġ.

It-TLAS hija s-sistema bażika użata biex tkun żgurata l-legalità tal-injam u tal-prodotti tal-injam maħdumin fl-Indoneżja għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni u lejn swieq oħra.

1.2.   L-Iżvilupp tat-TLAS: proċess minn ħafna partijiet interessati

Sa mill-2003, firxa wiesgħa ta' partijiet interessati Indoneżjani fil-forestrija kienu okkupati b'mod attiv biex jiżviluppaw, jimplimentaw u jevalwaw it-TLAS, biex b'hekk tiġi pprovduta superviżjoni, trasparenza u kredibbiltà aħjar fil-proċess. Fl-2009, il-proċess minn ħafna partijiet interessati rriżulta fil-ħruġ tar-Regolament tal-Ministru għall-Forestrija p. 38/Menhut-II/2009, segwit mil-Linji Gwida Tekniċi għal Użu tad-DĠ għall-Foresti Nru 6/VI-SET/2009 u Nru 02/VI-BPPHH/2010, li ġew riveduti mir-Regolament tal-Ministru għall-Forestrija p. 68/Menhut-II/2011, p. 45/Menhut-II/2012, p. 42/Menhut-II/2013, il-Linji Gwida Tekniċi għal Użu tad-DĠ għall-Foresti Nru p. 8/VI-SET/2011 u Nru p. 8/VI-BPPHH/2012.

Fuq il-bażi tal-lezzjonijiet mitgħallma mill-implimentazzjoni tat-TLAS inizjali, ir-riżultati tal-valutazzjoni konġunta skont l-Anness VIII ta' dan il-Ftehim, u r-rakkomandazzjonijiet minn diversi partijiet interessati, ir-Regolamenti reġgħu ġew riveduti permezz ta' proċess li jinvolvi diversi partijiet interessati biex saru r-Regolament tal-Ministru għall-Forestrija p. 43/Menhut-II/2014 f'Ġunju 2014 u p. 95/Menhut-II/2014 f'Diċembru 2014, li ġew segwiti mil-Linji Gwida Tekniċi għal Użu tad-DĠ għall-Foresti Nru p. 14/VI-BPPHH/2014 f'Diċembru 2014 u Nru p. 1/VI-BPPHH/2015 f'Jannar 2015 (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-Linji gwida tat-TLAS).

Il-proċess ta' parteċipazzjoni mal-partijiet interessati kollha ser jitkompla matul l-implimentazzjoni tat-TLAS.

2.   Il-kamp ta' applikazzjoni tat-TLAS

Ir-riżorsi tal-produzzjoni forestali Indoneżjani b'mod ġenerali jistgħu jinqasmu f'żewġ tipi ta' sjieda: foresti tal-Istat u foresti/artijiet ta' proprjetà privata. Il-foresti tal-Istat huma magħmulin minn foresti ta' produzzjoni għall-produzzjoni tal-injam fit-tul b'mod sostenibbli skont varjetà ta' tipi ta' permessi u żoni tal-foresti li jistgħu jinbidlu għall-finijiet mhux tal-forestrija bħal pereżempju għall-kolonizzazzjoni jew għall-pjantaġġuni agrikoli. L-applikazzjoni tat-TLAS għall-foresti tal-Istat u l-foresti/l-artijiet ta' proprjetà privata hija stabbilita fl-Anness II.

It-TLAS tkopri injam u prodotti tal-injam mit-tipi kollha ta' permessi, kif ukoll l-operazzjonijiet tan-negozjanti kollha tal-injam, ta' proċessuri, esportaturi u importaturi fl-istadju aħħari tal-produzzjoni.

It-TLAS tkopri prodotti tal-injam destinati għal swieq domestiċi u internazzjonali. Il-produtturi, il-proċessuri u n-negozjanti Indoneżjani kollha jkunu vverifikati għal-legalità, inklużi dawk li jipprovdu għas-suq domestiku.

It-TLAS tesiġi li l-injam u l-prodotti tal-injam importati jkunu approvati mid-dwana u li jkunu konformi mar-regolamenti tal-importazzjoni tal-Indoneżja. Dawn ir-regolamenti jirrikjedu li l-injam u l-prodotti tal-injam importati għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumenti u provi oħra li jipprovdu assigurazzjoni tal-legalità tal-injam fil-pajjiż tal-ħsad tiegħu. L-injam kollu u l-prodotti tal-injam kollha importati fl-Indoneżja għandhom jiġu inklużi f'katina tal-provvista li l-kontrolli tagħha jikkonformaw bis-sħiħ mar-regolamenti Indoneżjani rilevanti kollha.

Ċerti prodotti tal-injam jista' jkun fihom materjali rriċiklati. Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-legalità għall-injam irriċiklat huma deskritti fl-istandards ta' legalità u fil-Linji gwida tat-TLAS.

L-injam issekwestrat jista' jinbiegħ għal użu esklussivament fis-suq domestiku, bl-eċċezzjoni ta' injam issekwestrat li ġie maħsud fil-foresti għall-konservazzjoni, li għandu jinqered. Kwalunkwe industrija li tirċievi injam issekwestrat għandha timplimenta l-miżuri biex tissepara dak l-injam minn fornituri oħra u debitament tinforma l-korp ta' valutazzjoni tal-konformità (KVK), li għandu mill-ewwel iwettaq awditjar speċjali biex jiżgura li dan l-injam ma jidħolx fil-katina tal-provvista tal-esportazzjoni. L-ebda injam issekwestrat ma għandu jkun kopert minn liċenzja tal-esportazzjoni.

Wara l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni implimentattiva relatata se jiġu introdotti bidliet fil-proċeduri għall-użu u/jew l-amministrazzjoni tal-injam mill-Foresti Konswetudinarji, biex tiġi trattata l-implimentazzjoni ta' Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali (MK) Nru 35/PUU-X/2012.

L-injam u l-prodotti tal-injam fi tranżitu huma miżmuma strettament barra ż-Żoni Doganali Prinċipali ppubblikati (ŻDP). B'hekk, l-injam bħal dan fi tranżitu ma jidħolx fiż-ŻDP u barra minn hekk mhux se jkun inkluż fil-katini tal-provvista tal-injam tal-Indoneżja. L-ebda injam fi tranżitu mhu se tinħariġlu liċenzja tal-esportazzjoni.

2.1.   Standards ta' legalità tat-TLAS

It-TLAS hija bbażata fuq standards speċifiċi ta' legalità dwar l-injam li jkopru t-tipi kollha ta' sorsi tal-injam (permessi u operaturi) u l-attivitajiet tal-operaturi kollha. Dawn l-istandards u l-linji gwida ta' verifika tagħhom huma stabbiliti fl-Anness II.

It-TLAS tinkorpora wkoll ‘L-Istandard u l-Linji Gwida dwar il-Valutazzjoni tal-Prestazzjoni tal-Ġestjoni Sostenibbli tal-Foresti (SFM)’. Il-valutazzjoni tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti bl-użu tal-istandard SFM tivverifika wkoll li l-oġġett tal-awditjar ikun konformi mal-kriterji ta' legalità rilevanti tat-TLAS. Id-detenturi ta' permess li joperaw f'żoni ta' foresti ta' produzzjoni fuq artijiet proprjetà tal-Istat (dominju ta' foresti permanenti) għandhom iħarsu kemm l-istandards rilevanti tal-legalità kif ukoll dwak rilevanti SFM. Għall-ewwel jistgħu jagħżlu li jkunu konformi mal-istandard ta' legalità, iżda għandhom jikkonformaw kemm mal-istandard ta' legalità kif ukoll mal-istandards ta' ġestjoni sostenibbli tal-foresti mhux aktar tard mid-data meta tiskadi ċ-ċertifikazzjoni tal-legalità inizjali tagħhom.

3.   Kontroll tal-Katina tal-Provvista tal-Injam

Id-detentur ta' permess (fil-każ ta' konċessjonijiet) jew is-sid ta' art (fil-każ ta' art privata) jew il-kumpanija (fil-każ ta' negozjanti, proċessuri u esportaturi) għandhom juru li kull nodu tal-katina tal-provvista tagħhom ikun ikkontrollat u ddokumentat kif stabbilit fir-Regolamenti tal-Ministru għall-Forestrija p. 30/Menhut-II/2012, p. 41/Menhut-II/2014 u p. 42/Menhut-II/2014 (minn hawn 'il quddiem imsejħin ir-Regolamenti). Dawn ir-Regolamenti jesiġu li uffiċjali distrettwali u provinċjali tal-forestrija jagħmlu verifika fuq il-post u jivvalidaw id-dokumenti li jintbagħtu mid-detenturi ta' permess, mis-sidien ta' artijiet jew mill-proċessuri f'kull nodu tal-katina tal-provvista.

Id-dokumenti ewlenin għall-kontrolli operazzjonali f'kull punt fil-katina tal-provvista huma miġburin fil-qosor fid-Dijagramma 1.

Il-kunsinni kollha f'katina tal-provvista għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumenti rilevanti tat-trasport li jindikaw jekk il-materjal huwiex kopert minn ċertifikat SVLK validu, jew iddikjarat bħala legali permezz ta' Dikjarazzjoni ta' Konformità tal-Fornituri (SDoC), jew jekk joriġinax minn sorsi ssekwestrati. Is-sid jew il-kustodju ta' kull kunsinna ta' injam jew prodotti tal-injam f'kull punt fil-katina tal-provvista jridu jirreġistraw jekk dik il-kunsinna għandhiex ċertifikat SVLK, hijiex iddikjarata legali permezz ta' dikjarazzjoni ta' konformità tal-fornituri, jew hijiex ġejja minn sors issekwestrat. Jekk kunsinna tinkludi kwalunkwe injam issekwestrat, is-sid jew il-kustodju ta' dik il-kunsinna għandu japplika sistema effettiva biex jissepara l-injam u l-prodotti tal-injam minn sorsi legali vverifikati mill-injam issekwestrat jew mill-prodotti tal-injam li ġejjin minnu, u jżommu reġistri li jiddistingwu bejn dawn iż-żewġ sorsi.

L-operaturi fil-katina tal-provvista jridu jżommu reġistri sħaħ dwar l-injam u l-prodotti tal-injam li jkunu rċevew, ħażnu, ipproċessaw u kkonsenjaw. Dawn ir-reġistri għandhom ikunu biżżejjed biex wara tkun tista' ssir rikonċiljazzjoni tad-dejta kwantitattiva bejn in-nodi tal-katina tal-provvista u fihom. Dejta bħal din għandha tkun disponibbli għall-uffiċjali provinċjali u distrettwali tal-forestrija biex iwettqu r-rikonċiljazzjoni. L-attivitajiet u l-proċeduri ewlenin, inkluża r-rikonċiljazzjoni, għal kull stadju fil-katina tal-provvista u r-rwol tal-KVK fil-valutazzjoni tal-integrità tal-katina tal-provvista, huma spjegati aktar fl-Appendiċi ta' dan l-Anness.

Dijagramma 1

Kontroll tal-katina tal-provvista li juri d-dokumenti ewlenin meħtieġa f'kull punt fil-katina tal-provvista fejn tkun saret ir-rikonċiljazzjoni tad-dejta.

Image

4.   L-istruttura istituzzjonali għall-Verifika tal-Legalità u l-Liċenzjar għall-Esportazzjoni

4.1.   Daħla

It-TLAS Indoneżjana hija bbażata fuq approċċ magħruf bħala ‘liċenzjar abbażi ta' operatur’ li jixbah ħafna lis-sistemi ta' ċertifikazzjoni ta' ġestjoni tal-prodotti jew tal-foresti. Il-Ministeru Indoneżjan għall-Forestrija jaħtar għadd ta' korpi ta' valutazzjoni tal-konformità (Lembaga Penilai/LP u Lembaga Verifikasi/LV) u jawtorizzahom jagħmlu awditjar tal-legalità tal-operazzjonijiet tal-produtturi, in-negozjanti, il-proċessuri u l-esportaturi tal-injam (‘l-operaturi’).

Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità (KVK) huma akkreditati mill-Korp Nazzjonali ta' Akkreditazzjoni Indoneżjan (KAN). Il-KVKs jingħataw kuntratti minn operaturi li jkunu jridu li l-operazzjonijiet tagħhom ikunu ċċertifikati bħala legali. Il-KVKs jeħtiġilhom joperaw skont il-linji gwida tal-ISO/IEC 17065. Huma jirrapportaw ir-riżultat tal-awditi tagħhom lill-persuna awditjata u lill-Ministeru għall-Forestrija. Is-sommarji tar-rapporti huma disponibbli pubblikament.

Il-KVKs jiċċekkjaw l-operatur awditjat hux qed jopera f'konformità mad-definizzjoni Indoneżjana tal-legalità li hemm fl-Anness II, inkluża l-implimentazzjoni effettiva ta' kontrolli biex ma jitħalliex jidħol materjal minn sorsi mhux magħrufa fil-katini tal-provvista tiegħu. Meta l-persuna awditjata li topera f'foresti tal-Istat jew industrija kbira (industrija primarja b'kapaċità ta' aktar minn 6 000 m3 fis-sena, industrija sekondarja b'investiment ta' 'l fuq minn IDR 500 miljun) tinstab li tkun konformi, għandu jinħareġ ċertifikat ta' legalità SVLK b'validità ta' 3 (tliet) snin. Matul dan il-perjodu, il-KVK għandu jwettaq żjarat annwali ta' sorveljanza biex jiċċekkja li l-konformità tkun qiegħda tinżamm. Għal min qiegħed jiġi vverifikat li jopera industriji żgħar (industrija primarja b'kapaċità ta' anqas minn 6 000 m3 fis-sena, industrija sekondarja b'investiment ta' inqas minn IDR 500 miljun), il-validità taċ-ċertifikat ta' legalità huwa ta' 6 (sitt) snin, u ta' 10 (għaxar) snin għall-operaturi f'foresti/artijiet ta' proprjetà privata F'dawn il-każijiet, iż-żjajjar ta' sorveljanza tal-KVK isiru kull sentejn (biennali).

L-operaturi f'foresti/artijiet ta' sidien privati, l-azjendi ġestiti mill-familji, in-nies tas-sengħa jew l-artiġjani, l-industrija primarja li tipproċessa esklussivament l-injam minn foresti/artijiet ta' proprjetà privata u ma tistax tesporta direttament, ċentri rreġistrati (li jinnegozjaw fl-injam jew fl-injam ipproċessat li ġej esklussivament minn foresti/artijiet ta' sidien privati jew minn operazzjonijiet iċċertifikati SVLK taħt Perum Perhutani), u l-importaturi jistgħu jużaw Dikjarazzjoni ta' Konformità tal-Fornituri biex juru l-legalità tal-injam u tal-prodotti tal-injam tagħhom u għalhekk mhumiex awditjati mill-KVKs (ara t-Taqsima 5.3).

L-LVs jaġixxu wkoll bħala Awtoritajiet tal-Ħruġ tal-Liċenzji (AL) tal-esportazzjoni. Huma jivverifikaw il-validità taċ-ċertifikat SVLK tal-esportaturi u r-reġistrazzjoni tal-esportazzjoni, u l-konsistenza tad-dikjarazzjonijiet tad-dejta tal-esportaturi (il-karti tal-bilanċ ta' kull xahar) qabel ma joħorġu l-liċenzji tal-esportazzjoni fl-għamla ta' Dokumenti V-Legali jew Liċenzji FLEGT. B'hekk l-esportazzjonijiet tal-prodotti tal-injam koperti mill-Anness I mingħajr liċenzja tal-esportazzjoni huma pprojbiti. L-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni Ewropea li jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet jinħarġulhom liċenzji FLEGT, filwaqt li l-esportazzjonijiet lejn destinazzjonijiet oħra jinħarġulhom Dokumenti V-Legali.

Il-Linji gwida tat-TLAS jispeċifikaw li l-gruppi tas-soċjetà ċivili, l-individwi u l-komunitajiet Indoneżjani għandhom id-dritt jimmoniterjaw l-implimentazzjoni tat-TLAS fil-prattika. Osservaturi Indipendenti bħal dawn qed jitħallew jivvalutaw il-konformità tal-operazzjonijiet mar-rekwiżiti tad-definizzjoni ta' legalità kif ukoll il-konformità tal-proċessi tal-awditjar u tal-liċenzjar mar-rekwiżiti tat-TLAS u jressqu lmenti lill-KVKs, lill-Awtoritajiet tal-Ħruġ tal-Liċenzji, lill-KAN u lill-Ministeru għall-Forestrija.

Dijagramma 2

Ir-relazzjoni bejn l-entitajiet differenti li għandhom x'jaqsmu mal-implimentazzjoni tat-TLAS

Image

4.2.   Korpi ta' Valutazzjoni tal-Konformità (KVKs) u Awtoritajiet tal-Ħruġ tal-Liċenzji (AL).

Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità (il-KVKs) jaqdu rwol ewlieni fis-sistema Indoneżjana. Huma awtorizzati mill-Ministeru tal-Forestrija u jingħataw kuntratt minn operaturi individwali biex jivverifikaw il-legalità tal-attivitajiet ta' produzzjoni, ipproċessar u kummerċ ta' operaturi individwali fil-katina tal-provvista, inkluża l-integrità tal-katina tal-provvista.

Hemm żewġ tipi ta' KVKs: (i) il-korpi ta' valutazzjoni (Lembaga Penilai/LP) li jawditjaw il-prestazzjoni tal-Unitajiet ta' Ġestjoni tal-Foresti (FMUs) fil-foresti tal-Istat mal-istandards ta' sostenibbiltà kif ukoll mar-rekwiżiti tal-istandard ta' legalità; u (ii) il-korpi ta' verifika (Lembaga Verifikasi/LV), li jawditjaw lill-FMUs, lill-industriji bbażati fuq il-foresti, lin-negozjanti u lill-esportaturi mal-istandards ta' legalità.

Biex ikun żgurat li dak l-awditjar li jivverifika l-istandards ta' legalità kif stabbiliti fl-Anness II ikun tal-ogħla kwalità, l-LPs u l-LVs jeħtiġilhom jiżviluppaw is-sistemi ta' ġestjoni meħtieġa li jindirizzaw il-kompetenza, il-konsistenza, l-imparzjalità, it-trasparenza, u r-rekwiżiti tal-proċess ta' valutazzjoni kif deskritt fil-qosor fl-istandard tal-ISO/IEC 17065. Dawn ir-rekwiżiti huma speċifikati fil-Linji gwida tat-TLAS. Il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità (KVK) huma akkreditati mill-Korp Nazzjonali ta' Akkreditazzjoni Indoneżjan (KAN).

L-LVs jistgħu jaġixxu wkoll bħala Awtoritajiet tal-Ħruġ tal-Liċenzji. F'dan il-każ, l-LVs joħorġu liċenzji tal-esportazzjoni biex ikopru l-prodotti tal-injam destinati għas-swieq internazzjonali. Għal swieq mhux tal-Unjoni, l-Awtoritajiet tal-Ħruġ tal-Liċenzji joħorġu Dokumenti V-Legali, u għas-suq tal-Unjoni, għandhom jinħarġu liċenzji FLEGT skont ir-rekwiżiti spjegati fl-Anness IV. Fil-Linji gwida tat-TLAS hemm deskritti l-proċeduri ddettaljati għad-Dokument V-Legali u għal-liċenzjar FLEGT tal-konsenji għall-esportazzjoni. L-LPs ma jistgħux jaġixxu bħala Awtoritajiet tal-Ħruġ tal-Liċenzji u ma joħorġux liċenzji tal-esportazzjoni.

L-awdituri kollha li jaħdmu għall-KVKs jew l-Awtoritajiet tal-Liċenzji għandhom ikunu rreġistrati u jkollhom ċertifikat ta' kompetenza validu mill-Korp ta' Ċertifikazzjoni tal-Professjoni (Lembaga Sertifikasi Profesi — LSP). L-LSP se jivvaluta kull imġiba ħażina allegata minn awditur miġjuba għall-attenzjoni tiegħu, u jista' jirrevoka ċ-ċertifikat ta' kompetenza ta' dak l-awditur.

4.3.   Korp ta' akkreditazzjoni

Il-Korp Nazzjonali ta' Akkreditazzjoni Indoneżjan (Komite Akreditasi Nasional — KAN) huwa korp ta' akkreditazzjoni indipendenti mwaqqaf bir-Regolament tal-Gvern (Peraturan Pemerintah/PP) 102/2000 dwar l-Istandardizzazzjoni Nazzjonali u bid-Digriet Presidenzjali (Keputusan Presiden/Keppres) 78/2001 dwar il-Kumitat Nazzjonali ta' Akkreditazzjoni. Dan jopera skont il-gwida tal-istandard ISO/IEC 17011 (Rekwiżiti Ġenerali għall-Korpi ta' Akkreditazzjoni li Jakkreditaw Korpi ta' Valutazzjoni tal-Konformità). Dan żviluppa dokumenti ta' sostenn interni speċifiċi għat-TLAS għall-akkreditazzjoni tal-LPs u tal-LVs.

Il-KAN huwa rikonoxxut internazzjonalment mill-Kooperazzjoni ta' Akkreditazzjoni tal-Paċifiku (PAC) u mill-Forum Internazzjonali ta' Akkreditazzjoni (IAF) biex jakkredita korpi ta' ċertifikazzjoni għal Sistemi ta' Ġestjoni tal-Kwalita, Sistemi ta' Ġestjoni Ambjentali u Ċertifikazzjoni tal-Prodotti. Il-KAN huwa rikonoxxut ukoll mill-Kooperazzjoni ta' Akkreditazzjoni tal-Laboratorji tal-Asja/tal-Paċifiku (APLAC) u mill-Kooperazzjoni Internazzjonali ta' Akkreditazzjoni tal-Laboratorji (ILAC).

Fl-14 ta' Lulju 2009, il-KAN iffirma Memorandum ta' Qbil mal-Ministeru għall-Forestrija biex jipprovdi servizzi ta' akkreditazzjoni għat-TLAS. Dan ifisser li huwa responsabbli għall-akkreditazzjoni tal-KVKs biex tkun żgurata l-konformità kontinwa tagħhom mal-istandard tal-ISO/IEC 17065.

L-ilmenti li jikkonċernaw il-prestazzjoni ta' LP jew LV jistgħu jiġu sottomessi minn kwalunkwe parti interessata, inklużi operaturi u moniters indipendenti, lill-KAN.

4.4.   Persuni awditjati

Il-persuni awditjati huma operaturi li huma soġġetti għal verifika tal-legalità. Dawn jinkludu unitajiet ta' ġestjoni tal-foresti (il-konċessjonarji jew id-detenturi ta' permess għall-użu tal-injam, id-detenturi ta' permess għall-foresti b'bażi komunitarja jew f'villaġġ, is-sidien privati tal-foresti/tal-artijiet), ċentri tal-injam irreġistrati, l-industriji bbażati fuq il-foresti u l-esportaturi nonprodutturi rreġistrati. L-unitajiet ta' ġestjoni tal-foresti u l-industriji bbażati fuq il-foresti għandhom ikunu konformi mal-istandard applikabbli tal-legalità. Għall-finijiet tal-esportazzjoni, l-industriji bbażati fuq il-foresti u l-esportaturi nonprodutturi reġistrati għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-liċenzjar għall-esportazzjoni. It-TLAS tippermetti lill-persuni awditjati jissottomettu appelli lil-LP jew lil-LV dwar it-tmexxija jew ir-riżultati tal-awditjar.

4.5.   Moniter indipendenti

Is-soċjetà ċivili taqdi rwol ewlieni fil-Monitoraġġ Indipendenti (MI) tat-TLAS. Il-gruppi tas-soċjetà ċivili, l-individwi u l-komunitajiet li jaġixxu bħala moniters indipendenti għandhom id-dritt jivvalutaw u jirrapportaw dwar il-konformità tal-operazzjonijiet mar-rekwiżiti ta' legalità, kif ukoll dwar l-attivitajiet ta' akkreditazzjoni, verifika u liċenzjar. Is-sejbiet minn Moniter Indipendenti jistgħu jintużaw ukoll bħala parti mill-Evalwazzjoni Perjodika (EP) li hija meħtieġa skont dan il-Ftehim (l-Anness VI).

Jekk ikun hemm irregolarità relatata mal-legalità ta' operatur, l-ilmenti mis-soċjetà ċivili għandhom ikunu sottomessi direttament lil-LP jew lil-LV kkonċernat. Jekk huma jqisu li r-risposta għal ilment min-naħa ta' LP jew LV mhix sodisfaċenti, l-Osservaturi Indipendenti jistgħu jippreżentaw rapport lill-KAN u lill-gvern. F'każ ta' lmenti dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-esportazzjoni, l-Osservatur Indipendenti jista' jressaq l-ilmenti direttament lill-Awtorità tal-Ħruġ tal-Liċenzji jew lill-Ministeru għall-Forestrija.

4.6.   Il-Gvern

Il-Ministeru għall-Forestrija (minn Ottubru 2014, il-Ministeru għall-Forestrija ngħaqad mal-Ministeru tal-Ambjent u sar il-Ministeru tal-Ambjent u l-Forestrija) jirregola t-TLAS u jawtorizza lil-LPs akkreditati biex jagħmlu valutazzjoni SFM u lil-LVs biex jagħmlu verifika tal-legalità.

Il-Ministeru għall-Forestrija jawtorizza wkoll lil-LVs joħorġu liċenzji tal-esportazzjoni (Dokumenti V-Legali jew Liċenzji FLEGT).

Il-Ministeru għall-Forestrija ħareġ sett ta' Linji gwida li jipprovdu r-rekwiżiti relatati mal-verifika u l-attivitajiet ta' liċenzjar. Dawn il-Linji gwida jinkludu wkoll dispożizzjonijiet għall-kontroll tal-Ministeru tal-Forestrija fuq il-verifika tal-LVs u jispeċifikaw il-proċeduri tal-Ministeru li jawtorizzaw u jissorveljaw l-attivitajiet ta' ħruġ tal-liċenzji tagħhom.

Barra minn hekk, il-Ministeru għall-Forestrija għandu jwaqqaf tim ta' segwitu ad hoc inkarigat mill-investigazzjoni, każ b'każ, ta' kwalunkwe ksur irrapportat b'rabta mal-ħruġ ta' ċertifikat ta' legalità u/jew ta' Dokument V-Legali/Liċenzja FLEGT. Il-kompożizzjoni tat-tim ta' segwitu tiddependi fuq in-natura tal-ksur irrapportat. Dan it-tim jista' jinkludi aġenziji differenti tal-gvern u atturi tas-soċjetà ċivili. Abbażi tas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tat-tim ta' segwitu, il-Ministeru għall-Forestrija jista' jirrevoka l-awtorizzazzjoni tal-KVK li tirriżulta f'waqfien immedjat tal-attivitajiet ta' verifika u ta' liċenzjar tiegħu.

Il-Ministru tal-Forestrija għandu jirrevoka wkoll minnufih l-awtorizzazzjoni tiegħu ta' KNK abbażi ta' deċiżjoni tal-KAN dwar l-irtirar tal-akkreditazzjoni tiegħu (li tirriżulta, pereżempju, mill-attivitajiet ta' sorveljanza annwali fuq il-KVKs min-naħa tal-KAN). Il-KVKs jistgħu jappellaw lill-KAN iżda mhux lill-Ministeru.

Il-Ministeru għall-Forestrija jirregola wkoll l-Unità ta' Informazzjoni dwar il-Liċenzji (UIL) bħala unità ta' ġestjoni tal-informazzjoni li tivvalida l-informazzjoni dwar il-ħruġ ta' Dokument V-Legali/Liċenzja FLEGT. L-UIL hija responsabbli wkoll għall-iskambju ġenerali tal-informazzjoni dwar it-TLAS, u tirċievi u taħżen id-dejta u l-informazzjoni rilevanti dwar il-ħruġ ta' ċertifikati ta' legalità u ta' Dokumenti V-Legali/liċenzji FLEGT. Barra minn hekk, hija twieġeb il-mistoqsijiet mibgħuta mill-awtoritajiet kompetenti ta' sħab kummerċjali u mill-partijiet interessati. L-UIL timmaniġġja wkoll il-proċess ta' rakkomandazzjoni tal-importazzjoni bbażat fuq id-diliġenza dovuta permezz tas-sistema onlajn SILK tagħha.

Barra minn hekk, il-Ministeru għall-Forestrija jikkontrolla r-reġistrazzjoni tas-superviżuri tekniċi governattivi fuq il-post (Wasganis) u tal-persunal ta' kumpaniji tekniċi fuq il-post (Ganis). Il-Wasganis għandhom il-kompitu li jwettqu s-superviżjoni u l-kontroll tal-kejl taz-zkuk. Huma jtemmu wkoll id-dokumenti tat-trasport obbligatorji u jwettqu rikonċiljazzjoni tad-dejta (għal aktar dettalji ara l-Appendiċi ta' dan l-Anness). Il-Ganis jipprepara d-dokumenti tal-produzzjoni u t-trasport minn kull produzzjoni fil-foresti statali. Il-Ganis jista' wkoll itemm id-dokumenti tat-trasport obbligatorji fil-każ li l-Wasganis ikunu assenti għal aktar minn 48 siegħa. Kemm il-Wasganis kif ukoll il-Ganis huma rreġistrati mal-Ministeru għall-Forestrija. Fuq bażi annwali, dawn jiġu evalwati mill-Ministeru għall-Forestrija permezz ta' eżami uffiċjali.

5.   Verifika tal-Legalità

5.1.   Daħla

L-injam Indoneżjan jitqies li huwa legali meta jkun ivverifikat li l-oriġini u l-proċess tal-produzzjoni tiegħu, kif ukoll l-ipproċessar sussegwenti tiegħu, it-trasport tiegħu u l-attivitajiet ta' kummerċ fih iħarsu l-liġijiet u r-regolamenti Indoneżjani kollha applikabbli, kif stabbilit fl-Anness II. Il-KVKs jagħmlu valutazzjonijiet tal-konformità biex jivverifikaw il-konformità. Biex jitnaqqas il-piż fuq is-sidien privati tal-foresti, kif ukoll fuq in-negozjanti u n-nies tas-sengħa jew l-artiġjani jew l-azjendi ġestiti minn familji li jiddependu għalkollox fuq injam li ġej minn foresti ta' proprejtà privata/minn foresti b'użu privat (permess ta' art privata), operaturi bħal dawn jitħallew, f'każijiet deskritti b'mod ċar, joħorġu Dikjarazzjoni ta' Konformità tal-Fornitur bħala alternattiva għall-kisba ta' ċertifikazzjoni SVLK (ara l-paragrafu 5.2 hawn taħt għal aktar dettalji).

5.2.   Proċess ta' verifika tal-legalità mill-KVKs.

Skont l-istandard tal-ISO/IEC 17065 u l-Linji gwida tat-TLAS, il-proċess ta' verifika tal-legalità huwa magħmul minn dan li ġej:

Applikazzjoni u kuntrattar: L-operatur jissottometti lill-KVK applikazzjoni li tiddefinixxi l-kamp ta' applikazzjoni tal-verifika, il-profil tal-operatur u l-informazzjoni l-oħra meħtieġa. Jeħtieġ li jsir kuntratt bejn l-operatur u l-KVK li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-verifika, qabel ma jinbdew l-attivitajiet ta' verifika.

Pjan ta' verifika: Wara l-iffirmar tal-kuntratt ta' verifika, il-KVK iħejji pjan ta' verifika, li jkun jinkludi l-ħatra tat-tim tal-awditjar, il-programm ta' verifika u l-iskeda tal-attivitajiet. Il-pjan jiġi kkomunikat lill-persuna li jkun ser isirilha l-awditjar, lill-Awtorità Forestali Provinċjali rilevanti u lill-awtoritajiet rilevanti l-oħra fil-livell provinċjali u f'dak reġjonali, u jsir ftehim fuq id-dati tal-attivitajiet ta' verifika. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli minn qabel għall-moniters indipendenti u għall-pubbliku permezz tal-websajts tal-KVKs u tal-Ministeru għall-Forestrija u/jew permezz tal-mezzi tal-komunikazzjoni tal-massa jew tal-ittri.

Attivitajiet ta' verifika: L-awditjar tal-verifika huwa magħmul minn tliet stadji: (i) il-laqgħa tal-ftuħ tal-awditjar u l-koordinazzjoni, (ii) il-verifika tad-dokumenti u l-osservazzjoni fuq il-post, u (iii) il-laqgħa tal-għeluq tal-awditjar.

Il-laqgħa tal-ftuħ tal-awditjar u l-koordinazzjoni: il-koordinazzjoni mal-uffiċċji rilevanti reġjonali, provinċjali u distrettwali biex dawn jiġu mgħarrfa dwar il-pjanijiet tal-verifika u biex tinġabar informazzjoni inizjali minn dawk l-uffiċċji. Il-KVK jista' jxerred ukoll it-tagħrif u joħloq komunikazzjoni mas-CSOs rilevanti biex iżid mal-informazzjoni inizjali. Il-KVK jiddiskuti l-objettiv, il-kamp ta' applikazzjoni, l-iskeda u l-metodoloġija tal-awditjar fil-laqgħa tal-bidu tal-awditjar mal-persuna awditjata, biex il-persuna awditjata tkun tista' tagħmel il-mistoqsijiet tagħha dwar il-metodi u t-tmexxija tal-attivitajiet ta' verifika;

Stadju ta' verifika tad-dokumenti u ta' osservazzjonijiet fuq il-post: biex tinġabar evidenza dwar il-konformità tal-persuna awditjata mar-rekwiżiti tat-TLAS Indoneżjana, biex il-KVK jeżamina s-sistemi u l-proċeduri tal-persuna awditjata, u d-dokumenti u r-reġistri rilevanti. Il-KVK imbagħad jagħmel verifiki fuq il-post biex jivverifika l-konformità, inkluża l-kontroverifika tas-sejbiet tiegħu mar-rapporti tal-ispezzjonijiet uffiċjali. Il-KVK jeżamina wkoll is-sistema tat-traċċabbiltà tal-injam tal-persuna awditjata biex jiżgura li hemm evidenza adegwata li l-injam kollu li jkun dieħel fil-katina tal-provvista jkun jissodisfa r-rekwiżiti tal-legalità.

Il-laqgħa tal-għeluq tal-awditjar: ir-riżultati tal-verifika, b'mod partikolari kull nuqqas ta' konformità li seta' nstab, ikunu ppreżentati lill-persuna awditjata. Il-persuna awditjata tista' tagħmel mistoqsijiet dwar ir-riżultati tal-verifika u tipprovdi kjarifika dwar l-evidenza ppreżentata mill-KVK.

Rapportar u teħid ta' deċiżjonijiet: It-tim tal-awditjar jagħmel rapport ta' verifika, billi jsegwi struttura mogħtija mill-Ministeru għall-Forestrija. Ir-rapport, li jkun jinkludi deskrizzjoni ta' kull nuqqas ta' konformità li jkun instab u d-deċiżjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni meħuda, jinqasam mal-persuna awditjata fi żmien 14-il jum kalendarju wara l-laqgħa tal-għeluq tal-awditjar u jiġi ppreżentat mill-KVK lill-Ministeru għall-Forestrija.

Is-sejbiet tat-tim tal-awditjar jintużaw primarjament biex tittieħed deċiżjoni dwar ir-riżultat tal-verifika tal-awditjar mill-KVK. Il-KVK jieħu d-deċiżjoni dwar jekk joħroġx ċertifikat ta' legalità abbażi tar-rapport tal-verifika mħejji mit-tim tal-awditjar.

F'każijiet ta' kwalunkwe nuqqas ta' konformità, il-KVK ma joħroġx ċertifikat ta' legalità, ħaġa li ma tħallix lill-injam jidħol fil-katina tal-provvista tal-injam ivverifikat bħala njam li nqata' legalment. Meta n-nuqqas ta' konformità jkun ġie indirizzat, l-operatur ikun jista' jerġa' jissottometti talba għal verifika tal-legalità.

Il-ksur li jkun instab mill-KVK matul il-verifika jiġi rrapportat lill-Ministeru għall-Forestrija u ttrattat mill-awtoritajiet responsabbli skont il-proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji. Jekk operatur ikun issuspettat li kiser ir-regolamenti, l-awtoritajiet nazzjonali, provinċjali u distrettwali jistgħu jiddeċiedu li jwaqqfu l-attivitajiet tiegħu.

Ħruġ taċ-ċertifikat ta' legalità u ċertifikazzjoni mill-ġdid: il-KVK joħroġ ċertifikat ta' legalità jekk il-persuna awditjata tinstab li tkun konformi bis-sħiħ mal-indikaturi u l-verifikaturi kollha fl-istandard ta' legalità, inklużi r-regoli dwar il-kontroll tal-katina tal-provvista tal-injam.

Il-KVK jista' jirrapporta f'kull żmien lill-Ministeru għall-Forestrija dwar iċ-ċertifikati maħruġin, mibdulin, sospiżi u rtirati, u kull tliet xhur għandu joħroġ rapport. Il-Ministeru għall-Forestrija mbagħad jippubblika dawn ir-rapporti fil-websajt tiegħu.

Skont it-tip ta' permess li jkollha l-persuna awditjata, ċertifikat ta' legalità jkun validu għal perjodu ta' tliet sa għaxar snin, u warajhom l-operatur jerġa' jsirlu awditjar għal ċertifikazzjoni mill-ġdid. Iċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid għandha ssir qabel id-data ta' skadenza taċ-ċertifikat.

Sorveljanza: Skont it-tip ta' permess li jkollha l-persuna awditjata, l-operaturi b'ċertifikat ta' legalità ssirilhom sorveljanza annwali jew biennali li ssegwi l-prinċipji tal-attivitajiet ta' verifika miġburin fil-qosor hawn fuq. Il-KVK jista' jwettaq ukoll sorveljanza aktar kmieni milli jkun skedat jekk il-kamp ta' applikazzjoni tal-verifika jkun ġie estiż.

It-tim ta' sorveljanza jagħmel rapport ta' sorveljanza. Kopja tar-rapport, inkluża deskrizzjoni ta' kull nuqqas ta' konformità misjub, tintbagħat lill-Ministeru għall-Forestrija. In-nuqqasijiet ta' konformità li jkunu nkixfu mis-sorveljanza jġibu magħhom is-sospensjoni jew l-irtirar taċ-ċertifikat ta' legalità.

Awditjar speċjali: L-operaturi b'ċertifikat ta' legalità huma obbligati jirrapportaw lill-KVK kull bidla sinifikanti fis-sjieda, fl-istrutturi, fil-ġestjoni u fl-operazzjonijiet li tista' tolqot il-kwalità tal-kontrolli tal-legalità tiegħu matul il-perjodu ta' validità taċ-ċertifikat. Il-KVK jista' jagħmel awditjar speċjali biex jinvestiga kull ilment jew tilwim ippreżentat mill-moniters indipendenti, minn istituzzjonijiet tal-gvern jew minn partijiet interessati oħra jew meta jirċievi r-rapport tal-operatur dwar bidliet li jolqtu l-kwalità tal-kontrolli tal-legalità tiegħu. Il-KVKs iwettqu wkoll awditi speċjali jekk l-operatur jirrapporta li huwa beħsiebu jipproċessal-injam issekwestrat.

5.3.   Il-verifika tal-legalità bl-użu ta' Dikjarazzjoni ta' Konformità tal-Fornitur (SdoC) u l-kontrolli interni

Id-Dikjarazzjoni ta' Konformità tal-Fornitur ibbażata fuq l-istandard SNI/ISO 17050 hija ‘awtodikjarazzjoni’ kif iddefinit fl-istandard tal-ISO/IEC 17000, jiġifieri ċertifikazzjoni mill-ewwel parti li ssegwi analiżi li turi li twettqu r-rekwiżiti speċifiċi.

L-SDoCs jistgħu jintużaw minn (i) sidien ta' foresti privati, (ii) ċentri rreġistrati tal-injam (dawk iċ-ċentri tal-injam biss li jirċievu l-injam esklussivament minn foresti/artijiet ta' proprjetà privata jew li jirċievu injam b'ċertifikat SVLK minn Perum Perhutani), (iii) l-azjendi ġestiti minn familji jew nies tas-sengħa jew artiġjani, (iv) l-industriji primarji u sekondarji li jipproċessaw esklussivament l-injam minn foresti/artijiet ta' proprjetà privata u li ma għandhom l-ebda permess tal-esportazzjoni. L-SDoC tapplika għal (a) l-injam minn foresti/artijiet ta' proprjetà privata, (b) l-injam minn riġenerazzjonijiet tal-ġnub tat-toroq u taċ-ċimiterji, (c) l-injam irriċiklat jew distrutt, u (d) l-injam jew il-prodotti tal-injam importati.

L-SDoC fiha informazzjoni dwar il-fornitur, il-prodotti u s-sorsi tagħhom, id-dokument tat-trasport, ir-riċevitur tal-prodotti u d-data tal-ħruġ. L-SDoC mimlija mis-sidien tal-foresti privati għandha tinkludi wkoll prova tas-sjieda tal-art minn fejn ikun ġej l-injam. L-SDoC hija mehmuża mad-dokument tat-trasport abbażi tar-regolamenti tal-amministrazzjoni tal-injam. Il-Linji gwida tat-TLAS jipprovdu proċeduri ddettaljati għall-ħruġ tal-SDoCs u l-kontrolli relatati.

Ir-riċevitur tal-SDoC minn foresti ta' proprjetà privata għandu jwettaq u jiddokumenta l-kontrolli interni dwar il-validità tal-informazzjoni li għandha tiġi ddikjarata fl-SDoC qabel l-iffirmar tal-kuntratt tax-xiri u mill-inqas darba fis-sena wara li l-kuntratt ikun ġie ffirmat. L-informazzjoni li tinsab fl-SDoCs maħruġa miċ-ċentri tal-injam hija kkontrollata minn min jirċievi l-SDoC (jiġifieri l-industriji primarji jew sekondarji) f'intervalli ta' tliet xhur, għat-traċċabbiltà tas-sorsi taz-zkuk. Din hija vverifikata mill-KVKs meta dawn iwettqu l-awditu SVLK tar-riċevitur permezz ta' analiżi tad-dokumenti f'każ li r-riċevitur ikun iċċertifikat. Barra minn hekk, il-Ministeru għall-Forestrija jista' jwettaq spezzjonijiet għal għarrieda, li jistgħu jiġu kkuntrattati lil partijiet terzi kompetenti. Meta jkun hemm indikazzjonijiet ta' frodi u irregolaritajiet, il-Ministeru għall-Forestrija jista' jwettaq spezzjonijiet speċjali tal-operatur li juża l-SDoC.

Il-prodotti kollha tal-injam li jkunu koperti minn dokument V-Legali jew minn liċenzja FLEGT iridu jkunu ġejjin minn katina tal-provvista li jkollha ċertifikat SVLK u/jew minn katina tal-provvista li għaliha jkun hemm SDoC. L-injam u l-prodotti tal-injam koperti minn SDoC ma għandhomx aċċess dirett għas-swieq internazzjonali. It-tali aċċess huwa possibbli biss permezz ta' operatur li għandu ċertifikat SVLK.

5.4.   Il-verifika tal-legalità tal- injam u tal-prodotti tal-injam importati

Ir-Regolament tal-Ministeru tal-Kummerċ 78/M-DAG/PER/10/2014 jiddikjara li l-injam u l-prodotti tal-injam importati jeħtieġ li jkollhom prova ta' legalità fil-pajjiż tal-ħsad tagħhom. F'dan il-kuntest, il-mudell tal-SDoC jintuża wkoll għall-importazzjonijiet. L-importaturi rreġistrati (in-negozjanti) u l-operaturi tal-ipproċessar biss jistgħu jimportaw l-injam u/jew il-prodotti tal-injam fl-Indoneżja. Dawn l-operaturi għandhom jeżerċitaw id-diliġenza dovuta fuq l-injam importat u/jew il-prodotti tal-injam importati biex jiġi mminimizzat ir-riskju li l-injam illegali jidħol fil-katina tal-provvista Indoneżjana. Huma jeħtieġ li jipprovdu tagħrif bħal, pereżempju, il-kodiċijiet tas-SA tal-prodotti, il-Polza ta' Kargu, il-pajjiżi tal-ħsad, il-pajjiż ta' oriġini, il-prova tal-legalità tal-injam u l-port tal-esportazzjoni fil-mudell tad-dikjarazzjoni. Il-proċeduri ta' diliġenza dovuta jinkludu l-ġbir tad-dejta u l-analiżi u l-mitigazzjoni tar-riskju. Il-proċeduri huma mwettqa bl-użu tas-sistema onlajn SILK tal-Ministeru għall-Forestrija. Il-Ministeru joħroġ rakkomandazzjoni ta' importazzjoni lill-Ministeru tal-Kummerċ wara li jivvaluta kull proċess ta' diliġenza dovuta mwettaq minn operatur.

Meta l-KVKs ikunu qegħdin iwettqu awditi fuq l-importatur, huma jwettqu wkoll reviżjoni tad-dokumenti tas-sistema ta' diliġenza dovuta applikata. Proċeduri ddettaljati għall-kontrolli tas-sistema ta' diliġenza dovuta u l-kontrolli relatati se jiġu pprovduti fil-Linji gwida tat-TLAS u fir-regolamenti tal-importazzjoni relatati.

5.5.   Responsabbiltà tal-gvern għall-infurzar

Il-Ministeru għall-Forestrija, kif ukoll l-uffiċċji forestali provinċjali u distrettwali, huma responsabbli għall-kontroll tal-katini tal-provvista tal-injam u biex jiċċekkjaw id-dokumenti relatati (pereżempju l-pjanijiet annwali tax-xogħol, ir-rapporti dwar it-tqaċċit tas-siġar, ir-rapporti dwar il-karti tal-bilanċ taz-zkuk, id-dokumenti ta' trasport, ir-rapporti dwar il-karti tal-bilanċ taz-zkuk/tal-materja prima/tal-prodotti pproċessati u l-karti tat-talja tal-produzzjoni). Jekk ikun hemm inkonsistenzi, l-uffiċjali forestali jistgħu ma japprovawx id-dokumenti ta' kontroll u dan iwassal għal sospensjoni tal-operazzjonijiet.

Il-ksur li jindunaw bih l-uffiċjali forestali jew il-moniters indipendenti jiġi kkomunikat lill-KVK, li malli jivverifikah jista' jissospendi jew jirtira ċ-ċertifikat ta' legalità mogħti. L-uffiċjali forestali jistgħu jieħdu azzjoni xierqa ta' segwitu skont il-proċeduri regolatorji.

Il-Ministeru għall-Forestrija jirċievi wkoll kopji tar-rapporti ta' verifika u tar-rapporti dwar is-sorveljanza sussegwenti u l-awditjar speċjali maħruġin mill-KVKs. Il-ksur li jindunaw bih il-KVKs, l-uffiċjali forestali jew il-moniters indipendenti jiġi kkomunikat lill-atturi involuti u jiġi ttrattat skont il-proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji. Jekk operatur ikun issuspettat li kiser ir-regolamenti, l-awtoritajiet nazzjonali, provinċjali u distrettwali jistgħu jiddeċiedu li jissospendu jew li jwaqqfu l-attivitajiet tiegħu. Il-KVKs minnufih jirrevokaw iċ-ċertifikati ta' legalità jekk ir-rekwiżiti tal-istandard ta' legalità ma jibqgħux jiġu ssodisfati.

Il-Ministeru għall-Forestrija għandu jistabbilixxi task force ad hoc inkarigat biex jistħarreġ u jinvestiga kwalunkwe ksur irrappurtat fir-rigward tal-ħruġ ta' ċertifikat ta' legalità u/jew ta' Dokument V-Legali/Liċenzja FLEGT (tim ta' segwitu) fuq il-bażi ta' każ b'każ.

6.   Liċenzjar FLEGT

Il-liċenzja tal-esportazzjoni Indoneżjana għall-prodotti tal-injam legali hija magħrufa bħala ‘id-Dokument V-Legali’. Din hija liċenzja tal-esportazzjoni li tipprovdi evidenza li l-prodotti tal-injam esportati jħarsu r-rekwiżiti tal-istandard ta' legalità Indoneżjan kif stabbilit fl-Anness II u li s-sors tagħhom ikun ġej minn katina tal-provvista b'kontrolli adegwati kontra l-fluss ta' dħul ta' injam minn sorsi mhux ivverifikati bħala legali. Id-Dokument V-Legali jinħareġ mil-LVs li jaġixxu bħala Awtoritajiet tal-Ħruġ tal-Liċenzji (AL) u jintuża bħala liċenzja FLEGT għall-konsenji lejn l-Unjoni meta l-partijiet ikunu qablu li jibdew l-iskema ta' liċenzji FLEGT.

Il-proċeduri għall-ħruġ ta' liċenzji FLEGT/ta' Dokumenti V-Legali huma pprovduti fil-Linji gwida tat-TLAS.

Il-Ministeru għall-Forestrija stabbilixxa Unità ta' Informazzjoni dwar il-Liċenzji biex iżomm bażi tad-dejta elettronika b'kopji tad-Dokumenti V-Legali/tal-liċenzji FLEGT kollha u bir-rapporti tal-AL dwar in-nuqqas ta' konformità. L-Unità ta' Informazzjoni dwar il-Liċenzji se tagħti aċċess onlajn għall-bażi tad-dejta tagħha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni. F'każ li jkun hemm inkjesta dwar l-awtentiċità, il-kompletezza u l-validità ta' liċenzja FLEGT speċifika, l-awtorità kompetenti tal-Unjoni se tkun tista' tivverifika l-informazzjoni dwar il-liċenzja permezz tal-bażi tad-dejta SILK onlajn. Għal aktar informazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni jistgħu jikkuntattjaw lill-Unità ta' Informazzjoni dwar il-Liċenzji, li min-naħa tagħha se tikkomunika mal-AL rilevanti jekk ikun meħtieġ.

Id-Dokument V-Legali/il-liċenzja FLEGT jinħarġu fil-punt li fih il-konsenja tiġi kkonsolidata qabel l-esportazzjoni. Il-proċedura hija kif ġej:

6.1.

Id-Dokument V-Legali/il-liċenzja FLEGT jinħarġu mill-Awtorità tal-Ħruġ tal-Liċenzji, li jkollha kuntratt mal-esportatur, għall-konsenja ta' prodotti tal-injam li għandha tiġi esportata.

6.2.

Is-sistema tat-traċċabbiltà interna tal-esportatur għandha tipprovdi evidenza dwar il-legalità tal-injam għal-liċenzja tal-esportazzjoni. L-istadju ta' qabel tal-katina tal-provvista għandu jiġi inkluż fis-sistema tat-traċċabbiltà interna tal-esportatur.

6.3.

Biex jinħarġu Dokument V-Legali/liċenzja FLEGT, il-fornituri kollha tal-katina tal-provvista tal-esportatur li tifforma l-konsenja jridu jkunu ġew koperti b'ċertifikat ta' legalità jew b'ċertifikat SFM validu jew b'SDoC.

6.4.

Biex jikseb Dokument V-Legali/liċenzja FLEGT, operatur irid ikun esportatur irreġistrat (detentur ta' ETPIK) li jkollu fil-pussess tiegħu ċertifikat ta' legalità validu. Id-detentur ta' ETPIK jissottometti ittra ta' applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ħruġ tal-Liċenzji u jehmeż id-dokumenti li ġejjin magħha biex juri li l-materja prima tal-injam fil-prodott toriġina biss minn sorsi legali vverifikati (li jkollhom ċertifikat SVLK jew li jkunu ġew iddikjarati fuq l-SDoC):

6.4.1.

sommarju tad-dokumenti ta' trasport għall-injam kollu/għall-materja prima kollha li jkunu waslu fil-fabbrika mill-aħħar awditu (sa massimu ta' tnax-il xahar); kif ukoll

6.4.2.

sommarji tar-Rapporti tal-Karti tal-Bilanċ tal-Injam/tal-Materja Prima u r-Rapporti tal-Karti tal-Bilanċ tal-Injam Ipproċessat mill-aħħar awditu (sa massimu ta' 12-il xahar).

6.5.

L-Awtorità tal-Ħruġ tal-Liċenzji mbagħad twettaq l-istadji ta' verifika li ġejjin:

6.5.1.

Verifika tal-validità taċ-ċertifikat ta' legalità tal-operatur u tar-reġistrazzjoni ETPIK tiegħu, bl-użu tal-bażi tad-dejta tal-Awtorità tal-Ħruġ tal-Liċenzji stess, kif ukoll tas-SILK.

6.5.2.

Rikonċiljazzjoni tad-dejta abbażi tas-sommarji tad-dokumenti ta' trasport, tar-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ tal- Injam/tal-Materja Prima, u tar-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ tal-Injam Ipproċessat.

6.5.3.

Kontroll tar-rata/i ta' rkupru għal kull tip ta' prodott (l-industrija primarja biss), abbażi ta' analiżi tar-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ tal-Injam/tal-Materja Prima u tar-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ tal-Injam Ipproċessat.

6.5.4.

Meta jkun meħtieġ, tista' ssir żjara fuq il-post min-naħa tal-Awtorità tal-Ħruġ tal-Liċenzji wara r-rikonċiljazzjoni tad-dejta biex tkun żgurata l-konsistenza mal-informazzjoni li għandha tiġi speċifikata fid-Dokument V-Legali/fil-liċenzja FLEGT. Dan jista' jsir permezz tal-iċċekkjar ta' kampjuni tal-konsenji għall-esportazzjoni u permezz ta' spezzjonijiet tal-operazzjoni tal-fabbrika jew taċ-ċentru tal-injam, kif ukoll permezz taż-żamma ta'reġistri.

6.6.

Riżultat tal-verifika:

6.6.1.

Jekk detentur ta' ETPIK ikun konformi mar-rekwiżiti ta' legalità u tal-katina tal-provvista, l-Awtorità tal-Ħruġ tal-Liċenzji għandha toħroġ Dokument V-Legali/liċenzja FLEGT fil-format ippreżentat fl-Anness IV.

6.6.2.

Detentur ta' ETPIK li jissodisfa r-rekwiżiti msemmijin hawn fuq jista' juża l-immarkar ta' konformità (it-Tikketta V-Legali) fuq il-prodotti u/jew fuq l-imballaġġ. Il-Linji gwida nazzjonali dwar l-użu tal-immarkar ta' konformità huma deskritti fil-Linji gwida tat-TLAS.

6.6.3.

Jekk detentur ta' ETPIK ma jkunx konformi mar-rekwiżiti ta' legalità u tal-katina tal-provvista, l-Awtorità tal-Ħruġ tal-Liċenzji toħroġ rapport dwar in-nuqqas ta' konformità minflok id-Dokument V-Legali/il-liċenzja FLEGT. Ir-rapport dwar in-nuqqas ta' konformità jwaqqaf il-moviment tal-injam u/jew tal-prodotti tal-injam relatati.

6.6.4.

F'każ li konsenja tibdel il-konfigurazzjoni qabel toħroġ mill-port ta' esportazzjoni (pereżempju jekk ikun hemm bidla fid-destinazzjoni, fil-volum jew fl-ispeċi kif iddefinit fil-Linji gwida tat-TLAS), l-esportatur għandu jitlob lill-Awtorità tal-Ħruġ tal-Liċenzji tikkanċella l-liċenzja tal-esportazzjoni inizjali u toħroġ liċenzja ġdida/liċenzji ġodda. L-Awtorità tal-Ħruġ tal-Liċenzji għandha tinforma lill-UIL dwar il-liċenzji tal-esportazzjoni kkanċellati kollha.

6.6.5.

F'każ ta' użu ħażin jew ta' falsifikazzjoni taċ-ċertifikati ta' legalità u/jew tal-liċenzji tal-esportazzjoni min-naħa ta' operatur, għandha tkun imposta sanzjoni mill-Ministeru għall-Forestrija hekk kif iddefinit fir-regolamenti applikabbli.

6.7.

L-Awtorità tal-Ħruġ tal-Liċenzji għandha:

6.7.1.

tibgħat kopja ta' Dokument V-Legali/liċenzja FLEGT jew ta' rapport dwar nuqqas ta' konformità lill-Ministeru għall-Forestrija fi żmien 24 siegħa mill-ħin li fih tkun ittieħdet id-deċiżjoni;

6.7.2.

tissottometti rapport komprensiv u rapport sommarju pubbliku li jindikaw l-għadd ta' Dokumenti V-Legali/liċenzji FLEGT maħruġin, kif ukoll l-għadd u t-tip ta' nuqqasijiet ta' konformità misjuba lill-Ministeru għall-Forestrija darba kull tliet xhur u jibagħtu kopja tagħhom lill-Ministeru tal-Kummerċ u lill-Ministeru tal-Industrija.

7.   Monitoraġġ

It-TLAS Indoneżjana tinkludi monitoraġġ mis-soċjetà ċivili (Monitoraġġ Indipendenti). Biex is-sistema ssir ukoll aktar robusta għal FLEGT-FSV, jiżdied komponent ta' Evalwazzjoni Perjodika (EP).

Il-MI jsir mis-soċjetà ċivili biex tkun ivvalutata l-konformità tal-operaturi, tal-LPs, tal-LVs u tal-AL mar-rekwiżiti tat-TLAS Indoneżjana, inklużi l-istandards ta' akkreditazzjoni u l-Linji gwida. Is-soċjetà ċivili hija ddefinita f'dan il-kuntest bħala l-entitajiet legali Indoneżjani, inklużi l-NGOs, il-komunitajiet u ċ-ċittadini individwali Indoneżjani.

L-objettiv tal-EP huwa li tipprovdi assigurazzjoni indipendenti li t-TLAS Indoneżjana qed tiffunzjona kif deskritt, u b'hekk tissaħħaħ il-kredibbiltà tal-liċenzji FLEGT maħruġin. L-EP tagħmel użu mis-sejbiet u mir-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mill-MI. It-Termini ta' Referenza għall-EP huma stabbiliti fl-Anness VI.

Appendiċi

Kontroll tal-Katina ta' Provvista

Kif deskritt fl-Anness V, tul id-diversi ktajjen tal-provvista, id-dikjarazzjonijiet tal-operaturi u ż-żamma tar-rekords (eż. dokumenti tat-trasport u rapporti ta' karti tal-bilanċ) għandhom jindikaw jekk l-injam jew il-prodotti tal-injam għandhomx iċ-ċertifikazzjoni SVLK, jekk ikunux iddikjarati legali permezz ta' Dikjarazzjoni ta' Konformità tal-Fornituri (SDoC), jew jekk humiex ġejjin minn sors issekwestrat.

1.   DESKRIZZJONI TAL-KONTROLL OPERAZZJONALI TAL-KATINA TA' PROVVISTA GĦAL INJAM ĠEJ MINN FORESTI LI HUMA PROPRJETÀ TAL-ISTAT.

Kontrolli operazzjonali tal-katina ta' provvista għal foresti li huma proprjetà tal-istat (foresti naturali u pjantaġġuni forestali) huma rregolati minn Regolamenti tal-Ministeru għall-Forestrija p. 41/Menhut-II/2014 u p. 42/Menhut-II/2014 dwar l-amministrazzjoni tal-injam. Dawn jinkludu r-Regolament p. 43/Menhut-II/2014 tal-Ministeru għall-Forestrija dwar l-istandards SVLK, segwit mil-Linji Gwida Tekniċi tad-DĠ għall-Użu u l-Ġestjoni tal-Foresti Nru p. 14/VI-BPPHH/2014 u ċ-ċirkolari tad-DG SE 8/VI-BPPHH/2014 f'Awwissu 2014.

Il-proċeduri u r-regoli kollha għat-teħid ta' deċiżjonijiet relatati mal-verifika, ir-rikonċiljazzjoni tad-data u n-nonkonformità ta' ġestjoni f'kull stadju tal-katina tal-provvista elenkat hawn taħt japplikaw għal kull tip ta' permessi forestali mogħtija lill-foresti li huma proprjetà tal-istat: konċessjonijiet ta' foresti naturali (IUPHHK-HA/HPH), konċessjonijiet ta' pjantaġġuni forestali industrijali (IUPHHK-HT/HPHTI), konċessjonijiet għar-restawr tal-ekosistema (IUPHHK-RE), ġestjoni tad-dritt għal pjantaġġuni forestali (Perum Perhutani), konċessjonijiet ta' pjantaġġuni forestali komunitarji (IUPHHK-HTR) u konċessjonijiet forestali komunitarji (IUPHHK-HKM), konċessjonijiet tal-foresti tal-irħula (IUPHHK-HD), konċessjonijiet għall-użu ta' injam minn żoni ta' riforestazzjoni (IUPHHK-HTHR) u l-użu ta' injam ġej minn żoni mhux forestali jew foresti ta' produzzjoni konvertibbli (IPK). Dawn il-proċeduri u r-regoli huma deskritti fil-linji gwida tekniċi previsti fir-Regolamenti tal-Ministeru għall-Forestrija p. 41/Menhut-II/2014 u p. 42/Menhut-II/2014 dwar l-amministrazzjoni tal-injam.

L-operaturi kollha li għandhom permess ta' ħsad ta' injam minn konċessjoni ta' foresti naturali għandhom jiddikjaraw id-data tal-produzzjoni kollha tagħhom fis-sistema nazzjonali ta' rintraċċar onlajn f'kull stadju tal-katina tal-provvista mill-konċessjoni forestali sad-depost intermedju taz-zkuk u l-industrija primarja.

1.1.   Sit ta' qtugħ

(a)

Attivitajiet Prinċipali:

Servej forestali (enumerazzjoni ta' siġar għal konċessjonijiet ta' foresti naturali jew Perum Perhutani) jew inventarju tal-injam (għal konċessjonijiet ta' pjantaġġuni forestali jew biex jiġi propost IPK) mid-detentur tal-permess;

Tħejjija ta' Rapport dwar Servej Forestali jew Inventarju tal-Injam mid-detentur tal-permess;

Verifika u approvazzjoni tar-Rapport dwar Servej Forestali jew Inventarju tal-Injam mill-uffiċjal forestali tad-distrett;

Sottomissjoni ta' Pjan Annwali ta' Ħidma Propost (jew Pjan ta' Ħidma/Bagan Kerja għall-proposta ta' IPK) mid-detentur tal-permess;

L-approvazzjoni ta' Pjan ta' Ħidma Annwali (jew il-Pjan ta' Ħidma/Bagan Kerja għal IPK) mill-uffiċjal forestali provinċjali;

Innota li operatur li jkollu ċertifikat SFM validu maħruġ skont is-sistema SVLK jista' japprova lilu nnifsu u joħroġ Pjan ta' Ħidma Annwali. Il-konformità mal-Pjan ta' Ħidma Annwali hija vverifikata mill-KVK meta jwettaq l-awditjar inizjali u ta' sorveljanza.

Operazzjonijiet ta' ħsad mid-detentur tal-permess, inkluż ċaqliq ta' zkuk għas-sit tal-ħatt ta' zkuk.

(b)

Proċeduri:

Is-Servejs Forestali (enumerazzjoni ta' siġar) għal konċessjonijiet tal-foresti naturali jsiru mid-detentur tal-permess bl-użu tat-tikketti. Dawn it-tikketti jkunu magħmula minn tliet sezzjonijiet li jinqalgħu, imwaħħlin maz-zkuk li jibqgħu fl-art ta' siġar maħsudin, maz-zkuk maħsuda, u mar-rapport tal-operatur. Kull sezzjoni jkun fiha t-tagħrif meħtieġ għar-rintraċċar tal-injam, inkluż in-numru tas-siġra u fejn tkun tinstab. Inventarju tal-injam għal konċessjonijiet ta' pjantaġġuni forestali jew ta' IPK jitmexxew minn detenturi ta' permess;

Id-detentur ta' permess iħejji Rapport dwar Servej Forestali jew Rapport dwar Inventarju tal-Injam, li jkun fih tagħrif dwar l-għadd, il-volum stmat, l-identifikazzjoni preliminari ta' speċijiet u l-post fejn ikunu jinsabu s-siġar (jew il-post fejn isir il-ħsad għall-konċessjonijiet tal-pjantaġġuni forestali jew IPK) li jkollhom jinħasdu, u sommarju, bl-użu ta' Formoli uffiċjali tal-Ministeru għall-Forestrija;

Id-detentur tal-permess jibgħat ir-Rapport dwar Servej Forestali jew ir-Rapport dwar l-Inventarju tal-Injam lill-uffiċjal forestali tad-distrett. L-uffiċjal jagħmel verifika kemm iddokumentata kif ukoll fuq il-post tar-Rapport dwar Servej Forestali jew tar-Rapport dwar Inventarju tal-Injam abbażi ta' kampjun. L-uffiċjal japprova r-Rapport jekk id-data kollha ddikjarata taqbel mal-osservazzjonijiet fuq il-post.

Ir-Rapport dwar Servej Forestali (jew ir-Rapport dwar Inventarju tal-Injam) jipprovdi l-bażi għall-Pjan Annwali ta' Ħidma Propost (jew il-Pjan ta' Ħidma/Bagan Kerja), li jitħejja mid-detentur tal-permess u jintbagħat lill-uffiċjal forestali tad-distrett għal eżami u lill-uffiċjal forestali provinċjali għall-approvazzjoni. L-uffiċjal forestali tad-distrett jagħmel eżami u kontroverifika tal-Pjan Annwali ta' Ħidma Propost (jew il-Pjan ta' Ħidma/Bagan Kerja), mar-Rapport dwar Servej Forestali approvat (jew ir-Rapport dwar Inventarju tal-Injam) u japprova l-pjan ta' ħidma jekk kollox ikun sewwa. Ma tkunx meħtieġa approvazzjoni uffiċjali għal detentur ta' permess li jkun għadda ċertifikazzjoni SFM b'marki tajbin skont kif deskritt fil-Linji gwida tat-TLAS. Malli l-Pjan Annwali ta' Ħidma (jew il-Pjan ta' Ħidma/Bagan Kerja) jkun approvat mill-uffiċjal, id-detentur ta' permess jitħalla jibda operazzjonijiet ta' ħsad;

Matul l-operazzjonijiet ta' ħsad, jintużaw tikketti biex ikun żgurat li z-zokk ikun minn sit ta' qtugħ approvat, kif deskritt hawn fuq. Ma jinħtiġux tikketti għas-siġar imħawla jew is-siġar maħsuda fil-konċessjonijiet ta' pjantaġġuni forestali (għall-produzzjoni tal-polpa jew tal-laqx).

1.2.   Sit ta' Ħatt ta' Zkuk

(a)

Attivitajiet Prinċipali:

Meta jkun meħtieġ, qtugħ trasversali taz-zkuk mid-detentur ta' permess, u mmarkar ta' zkuk bħal dawn biex tkun żgurata l-konsistenza mar-Rapport dwar il-Produzzjoni ta' Zkuk. L-immarkar ma jiġix applikat għal konċessjonijiet ta' pjantaġġuni forestali għall-produzzjoni tal-polpa jew tal-laqx;

Skalar (kejl) u klassifikazzjoni taz-zkuk mid-detentur ta' permess. Klassifikazzjoni ma tiġix applikata għal konċessjonijiet ta' pjantaġġuni forestali (għall-produzzjoni tal-polpa jew tal-laqx);

Tħejjija ta' lista ta' zkuk mid-detentur tal-permess;

Sottomissjoni ta' Rapport dwar Produzzjoni ta' Zkuk Propost mid-detentur tal-permess;

Approvazzjoni tar-Rapport dwar il-Produzzjoni taz-Zkuk minn naħa tas-superviżur tekniku tal-gvern fuq il-post (Wasganis).

(b)

Proċeduri:

Id-detentur ta' permess jimmarka z-zkuk kollha maqtugħin trasversalment (mhux applikabbli għal konċessjonijiet ta' pjantaġġuni forestali għall-produzzjoni tal-polpa jew tal-laqx);

L-immarkar fiżiku permanenti taz-zkuk jikkonsisti min-numru tal-identità oriġinali tas-siġra u minn marki oħra biex iz-zokk ikun jista' jkollu rabta mas-sit tal-qtugħ approvat (mhux applikabbli għal konċessjonijiet ta' pjantaġġuni forestali għall-produzzjoni tal-polpa jew tal-laqx);

Id-detentur tal-permess jiskala u jikklassifika z-zkuk kollha u jirreġistra t-tagħrif fuq iz-zkuk f'lista ta' zkuk billi juża Formola uffiċjali tal-Ministeru għall-Forestrija (il-klassifikazzjoni ma tapplikax għal konċessjonijiet ta' pjantaġġuni forestali għall-produzzjoni tal-polpa jew tal-laqx);

Id-detentur tal-permess taz-zkuk itella' d-data tal-lista taz-zkuk fis-sistema nazzjonali ta' rintraċċar onlajn. Barcodes uniċi maħruġa permezz ta' sistema ta' rintraċċar onlajn għandhom jiġu ttikkettati fuq iz-zkuk u z-zkuk maqtugħa korrispondenti, u ttikkettati fid-dokument tat-trasport irrelatat (applikati biss għal konċessjonijiet ta' foresti naturali);

Abbażi tal-lista ta' zkuk, id-detentur tal-permess iħejji perjodikament Rapporti dwar Produzzjoni ta' Zkuk u rapport sommarju rrelatat billi juża Formoli uffiċjali tal-Ministeru għall-Forestrija;

Id-detentur ta' permess jissottometti perjodikament ir-Rapport dwar Produzzjoni ta' Zkuk u s-sommarji relatati lill-Wasganis għall-approvazzjoni;

Il-Wasganis jagħmel verifika fiżika abbażi ta' kampjun tar-rapporti. Ir-riżultat tal-verifika fiżika jinġabar fil-qosor f'lista ta' verifika ta' zkuk billi tintuża Formola uffiċjali tal-Ministeru għall-Forestrija;

Jekk ikun hemm riżultat pożittiv tal-verifika fiżika abbażi ta' kampjun, il-Wasganis japprova r-Rapporti dwar il-Produzzjoni taz-Zkuk; Fil-każ li jinqabżu t-48 siegħa minn meta jkun ġie sottomess ir-rapport, il-persunal maħtur tal-kumpanija teknika (Ganis) tad-detentur tal-permess jista' japprova lilu nnifsu u joħroġ ir-Rapporti ta' Produzzjoni taz-Zkuk fuq ir-responsabbiltà tiegħu (dan ma japplikax għall-IPK);

Malli z-zkuk ikunu ġew ivverifikati mill-Wasganis huma għandhom jintrefgħu f'munzelli separati minn zkuk oħra mhux ivverifikati;

Ir-Rapport dwar il-Produzzjoni ta' Zkuk jintuża biex ikun ikkalkulat il-pagament tad-Dritt għar-Riżorsi tal-Foresti u għall-Fond tar-Riforestazzjoni (skont kif applikabbli);

Id-detentur ta' permess jissottometti ta' kull xahar ir-Rapporti dwar il-Produzzjoni ta' Zkuk approvati u s-sommarji relatati lill-uffiċċju forestali distrettwali.

(c)

Rikonċiljazzjoni tad-data:

 

Għal konċessjonijiet ta' foresti naturali jew konċessjonijiet għar-restawr tal-ekosistema jew konċessjonijiet forestali komunitarji jew konċessjonijiet forestali tal-villaġġ jew IPK;

L-uffiċjal forestali tad-distrett jivverifika l-għadd ta' zkuk, it-tikketti u l-volum totali kumulattiv ta' zkuk estratti u ddikjarati fir-Rapport dwar il-Produzzjoni taz-Zkuk mal-kwota approvata fil-Pjan Annwali ta' Ħidma. It-tikketti ma japplikawx għall-IPK.

 

Għal konċessjonijiet forestali ta' pjantaġġuni industrijali jew Perum Perhutani jew konċessjonijiet għal pjantaġġuni forestali komunitarji jew konċessjonijiet għall-użu ta' injam minn żoni ta' riforestazzjoni:

L-uffiċjal forestali tad-distrett jivverifika l-volum totali kumulattiv taz-zkuk estratti u ddikjarati fir-Rapport dwar il-Produzzjoni taz-Zkuk mal-kwota approvata fil-Pjan Annwali ta' Ħidma.

 

Matul l-awditjar inizjali u ta' sorveljanza, il-KVKs jivverifikaw ukoll ir-Rapporti dwar il-Produzzjoni taz-Zkuk. Il-KVKs jorganizzaw ukoll spezzjonijiet fuq il-post fuq bażi ad hoc meta jkun meħtieġ kif deskritt fil-Linji gwida tat-TLAS.

 

F'każ ta' kwalunkwe inkonsistenza osservata, l-uffiċjal forestali tad-distrett jinforma lill-KVK responsabbli sabiex jivverifika l-konformità tal-operatur, u viċi versa.

1.3.   Depost taz-Zkuk

Iz-zkuk jinġarru mis-sit tal-ħatt taz-zkuk għad-deposti taz-zkuk u wara jew jinġarru direttament għal mitħna tal-ipproċessar jew għal depost intermedju ta' zkuk jew għal ċentru tal-injam irreġistrat.

(a)

Attivitajiet Prinċipali:

F'każ li Rapport dwar il-Produzzjoni ta' Zkuk ikun għadu ma ġiex approvat fuq is-Sit tal-Ħatt taz-Zkuk: Tħejjija ta' lista ta' zkuk mid-detentur tal-permess Sottomissjoni ta' Rapport dwar il-Produzzjoni ta' Zkuk Propost mid-detentur tal-permess; Approvazzjoni tar-Rapport dwar il-Produzzjoni ta' Zkuk mill-Wasganis.

Fatturi mill-uffiċċju forestali distrettwali u ħlas tal-ammont rilevanti għad-Dritt għar-Riżorsi tal-Foresti u għall-Fond tar-Riforestazzjoni mid-detentur ta' permess abbażi tar-Rapporti tal-Produzzjoni taz-Zkuk approvati;

Il-ħruġ ta' Dokument tat-Trasport taz-Zkuk mill-Ganis, li miegħu tkun mehmuża lista ta' zkuk;

Tħejjija ta' Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk mid-detentur tal-permess.

(b)

Proċeduri:

Jekk tintuża s-sistema nazzjonali ta' rintraċċar taz-zkuk onlajn, id-detentur ta' permess jista' jissottometti r-Rapporti dwar il-Produzzjoni taz-Zkuk u r-rapport sommarju relatat lill-Wasganis għall-approvazzjoni; il-Wasganis iwettaq verifika fiżika abbażi ta' kampjun tar-rapporti, jekk ma jkunux diġà approvati fuq is-sit tal-ħatt taz-zkuk. Ir-riżultat tal-ispezzjoni fuq il-post jinġabar fil-qosor f'lista ta' verifika ta' zkuk billi tintuża formola uffiċjali stabbilita mill-Ministeru għall-Forestrija; suġġett għal riżultat pożittiv tal-inspezzjoni fuq il-post, l-uffiċjal japprova r-rapporti; F'każ li jinqabżu 48 siegħa wara s-sottomissjoni tar-Rapport dwar Produzzjoni ta' Zkuk u rapport sommarju relatat, il-Ganis japprova huwa stess ir-rapporti fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess (dan ma japplikax għal IPK);

Id-detentur tal-permess jissottometti talba biex iħallas it-tariffi rilevanti lill-uffiċjal forestali tad-distrett responsabbli mill-kontijiet, abbażi tal-lista taz-zkuk, li tkun mehmuża mat-talba;

Abbażi tat-talba msemmija hawn fuq, l-uffiċjal forestali tad-distrett joħroġ fattura jew fatturi għall-ħlas mid-detentur tal-permess;

F'każ li jinqabżu 48 siegħa wara s-sottomissjoni tat-talba, id-detentur tal-permess jista' joħroġ il-fattura jew fatturi relatati li jinvolvu r-responsabbiltà tiegħu stess;

Id-detentur tal-permess iħallas l-ammont stabbilit fid-Dritt għar-Riżorsi tal-Foresti u/jew fil-Fattura/i tal-Fond għal Riforestazzjoni u/jew il-valur tal-injam wieqaf u l-uffiċjal forestali tad-distrett joħroġ irċevuta jew irċevuti għal dan il-pagament. Il-valur tal-injam wieqaf applikat biss għal HTHR jew IPK;

Id-detentur tal-permess jissottometti talba għall-ħruġ ta' Dokumenti ta' Trasport ta' Zkuk, akkumpanjata bl-irċevuta tal-ħlas, il-lista ta' zkuk, u r-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk;

Il-Ganis joħroġ id-Dokumenti tat-Trasport taz-Zkuk li jakkumpanjaw il-lista taz-zkuk;

Id-detentur tal-permess iħejji/jaġġorna r-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk biex jirreġistra l-kwantità ta' zkuk dieħla, maħżuna u ħierġa fid-depost taz-zkuk.

Id-detentur tal-permess jibgħat ir-Rapport dwar Servej Forestali lill-uffiċjal forestali tad-distrett.

(c)

Rikonċiljazzjoni ta' data:

 

L-uffiċjal forestali tad-distrett jeżamina r-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk billi jqabbel id-dħul, il-ħruġ u l-ħżin taz-zkuk fid-depost taz-zkuk, abbażi tar-Rapport dwar il-Produzzjoni taz-Zkuk u Dokumenti tat-Trasport taz-Zkuk rilevanti. Meta jkun hemm bżonn, l-uffiċjal forestali tad-distrett iwettaq ukoll spezzjonijiet fuq il-post biex jivvaluta l-konsistenza bejn iz-zkuk stokkjati, ir-rapport dwar il-karti tal-bilanċ u d-dokumenti ta' trasport rilevanti. Matul l-awditjar inizjali u ta' sorveljanza, il-KVKs jivverifikaw ukoll ir-Rapporti dwar il-Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk. Il-KVKs jorganizzaw ukoll spezzjonijiet fuq il-post fuq bażi ad hoc meta jkun meħtieġ kif deskritt fil-Linji gwida tat-TLAS.

 

F'każ ta' kwalunkwe inkonsistenza osservata, l-uffiċjal forestali tad-distrett jinforma lill-KVK responsabbli sabiex jivverifika l-konformità tal-operatur, u viċi versa.

1.4.   Depost Intermedju ta' Zkuk

Id-deposti intermedji ta' zkuk jintużaw jekk iz-zkuk ma jinġarrux miż-żona ta' konċessjoni direttament għad-depost tal-mitħna. Id-deposti intermedji taz-zkuk jintużaw l-aktar għal ġarr ta' zkuk bejn gżejjer jew jekk il-modalità tal-ġarr tinbidel.

Il-permess għat-twaqqif ta' depost intermedju ta' zkuk li jinsab fil-foresti tal-istat jingħata mill-uffiċjal forestali tad-distrett abbażi ta' proposta mibgħuta mid-detentur tal-permess. Permess għal depost intermedju ta' zkuk ikun validu għal tliet snin, iżda jista' jiġi estiż wara li jkun eżaminat u approvat mill-uffiċjal tal-forestrija. L-istabbiliment ta' depost intermedju ta' zkuk li jinsab barra l-foresti statali, ma jeħtieġ l-ebda permess speċifiku u huwa ddeterminat mid-detentur tal-permess.

(a)

Attivitajiet Prinċipali:

Terminazzjoni tal-validità tad-Dokument ta' Trasport ta' Zkuk għal injam minn foresti naturali minn uffiċjal forestali tad-distrett;

Fil-każ li jinqabżu 48 siegħa wara l-preżentazzjoni ta' Dokument ta' Trasport taz-Zkuk, it-terminazzjoni ta' validità tiegħu jista' jsir minn Ganis.

Barra minn hekk, it-terminazzjoni tal-validità tad-Dokument ta' Trasport ta' Zkuk jista' jsir mill-Ganis biss fil-każ ta':

(i)

operatur li juża injam minn foresti naturali li jiddikjara l-produzzjoni tiegħu permezz tas-sistema ta' rintraċċar taz-zkuk onlajn, jew

(ii)

operatur li juża l-injam mill-pjantaġġuni (applikabbli biss għal konċessjonijiet ta' pjantaġġuni forestali għall-produzzjoni tal-polpa jew tal-laqx);

Tħejjija ta' Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta' Zkuk mid-detentur ta' permess;

Tħejjija ta' lista ta' zkuk mill-Ganis;

Il-Ganis ilesti d-Dokumenti ta' Trasport ta' Zkuk skont il-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija.

(b)

Proċeduri:

Il-Wasganis fiżikament jivverifika l-għadd, l-ispeċijiet u l-qisien taz-zkuk deħlin billi jgħoddhom (ċensiment) jew abbażi ta' kampjun jekk l-għadd ta' zkuk jaqbeż il-mija (100);

Fil-każ li jinqabżu 48 siegħa wara li jkun ġie ppreżentat id-Dokument ta' Trasport taz-Zkuk, din il-verifika tista' titwettaq mill-Ganis.

Il-Ganis jista' wkoll iwettaq din il-verifika fil-każ ta':

(i)

operatur li juża injam minn foresti naturali li jiddikjara l-produzzjoni tiegħu permezz tas-sistema ta' rintraċċar taz-zkuk onlajn, jew

(ii)

operatur li juża l-injam minn pjantaġġuni forestali (applikabbli biss għal konċessjonijiet ta' pjantaġġuni forestali għall-produzzjoni tal-polpa jew tal-laqx);

Jekk ikun hemm riżultat pożittiv tal-verifika, il-Wasganis jittermina l-validità tad-Dokument ta' Trasport ta' Zkuk għaz-zkuk deħlin u jirreġistra z-zkuk fir-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk;

Id-detentur ta' permess iħejji Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk bħala mezz ta' kontroll ta' zkuk deħlin u ħerġin fid-depost intermedju taz-zkuk;

Għaz-zkuk li jkunu qed jinħarġu, il-Ganis iħejji lista ta' zkuk, li tkun relatata mad-Dokumenti ta' Trasport taz-Zkuk preċedenti;

Id-Dokument ta' Trasport taz-Zkuk għaċ-ċaqliq taz-zkuk mid-depost intermedju taz-zkuk jitlesta mill-Ganis;

Id-detentur ta' permess jaġġorna r-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk, li jirreġistra d-dħul, il-ħruġ u l-ħżin taz-zkuk fid-depost intermedju taz-zkuk, abbażi tad-Dokumenti ta' Trasport ta' Zkuk rilevanti;

Id-detentur tal-permess jibgħat ir-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk lill-uffiċjal forestali tad-distrett.

(c)

Rikonċiljazzjoni ta' data:

 

L-uffiċjal forestali tad-distrett jeżamina r-rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk biex jivvaluta l-konsistenza bejn iz-zkuk li jkunu nġarru mid-depost taz-zkuk u z-zkuk li jidħlu fid-depost intermedju taz-zkuk. Meta jkun hemm bżonn, l-uffiċjal forestali tad-distrett iwettaq ukoll spezzjonijiet fuq il-post biex jivvaluta l-konsistenza bejn zkuk stokkjati, ir-rapport dwar il-karti tal-bilanċ u d-dokumenti tat-trasport rilevanti.

 

Matul l-awditjar inizjali u ta' sorveljanza, il-KVKs jivverifikaw ukoll ir-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk. Il-KVKs jorganizzaw ukoll spezzjonijiet fuq il-post fuq bażi ad hoc meta jkun meħtieġ kif deskritt fil-Linji gwida tat-TLAS.

2.   DESKRIZZJONI TAL-KONTROLL OPERAZZJONALI TA' KATINI TA' PROVVISTA TA' INJAM MINN FORESTI/ARTIJIET TA' PROPRJETÀ PRIVATA

Operazzjonijiet ta' ħsad ta' injam f'foresti/artijiet ta' proprjetà privata huma rregolati mir-Regolament p. 30/Menhut-II/2012 tal-Ministeru tal-Forestrija (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ir-Regolament).

M'hemmx rekwiżiti legali għas-sidien privati ta' foresti/artijiet biex iwaħħlu tikketti jew marki ta' identità fuq siġar li jkunu ddaħħlu f'inventarju għall-ħsad. Id-deposti ta' zkuk u d-deposti intermedji taz-zkuk ġeneralment ma jintużawx għal injam maħsud minn foresti/artijiet ta' proprjetà privata.

Proċeduri ta' kontroll għal injam minn foresti/artijiet ta' proprjetà privata jkunu differenti bejn dawk għal zkuk miksubin minn siġar li kienu fis-sit meta t-titolu għall-art kien inkiseb u dawk għal zkuk miksubin minn siġar li jkunu ġew stabbiliti minn meta t-titolu kien inkiseb. Jiddependu wkoll mill-ispeċijiet tas-siġar maħsuda. Il-ħlas tad-Dritt għar-Riżorsi tal-Foresti, għall-Fond tar-Riforestazzjoni u l-ħlas għal injam wieqaf japplika għal zkuk minn siġar li jkunu diġà mħawla fis-sit meta t-titolu għall-art ikun ingħata; iżda ma japplikax għal zkuk minn siġar imħawla wara l-għoti tat-titolu għall-art.

Fil-każ ta' ħlas għall-zkuk maħsuda minn siġar imħawla wara l-għoti tat-titolu għall-art, hemm żewġ xenarji:

għal speċijiet elenkati fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (bħal pereżempju is-siġar tal-gomma, is-siġar tas-sengon, u s-siġar tal-frott), is-sid iħejji fattura skont il-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija, li jservi bħala d-Dokument tat-Trasport.

għal speċijiet oħra, (bħas-siġar tat-Tik, is-siġar tal-Kewba, u s-siġar tal-Arżnu), il-kap tar-raħal jew l-uffiċjal maħtur u mħarreġ joħroġ id-Dokument tat-Trasport.

Fil-każ ta' zkuk maqtugħa minn siġar li jkun hemm f'sit qabel l-għoti tat-titolu għall-art, l-uffiċjal forestali tad-distrett joħroġ id-dokument ta' Trasport. Injam bħal dan jeħtieġ li jkollu ċ-ċertifikazzjoni SVLK.

2.1.   Sit tal-Qtugħ/tal-Ħatt taz-Zkuk

(a)

Attivitajiet Prinċipali:

Għarfien tad-dritt għall-proprjetà;

Meta jkun meħtieġ, qtugħ trasversali;

Skalar (kejl);

Tħejjija ta' lista ta' zkuk;

Fatturi mill-uffiċjal forestali tad-distrett u ħlas tal-ammont f'fattura mis-sid tad-Dritt għar-Riżorsi tal-Foresti u/jew għall-Fond tar-Riforestazzjoni

Ħruġ jew tħejjija tad-dokument ta' trasport;

Ħruġ jew tħejjija ta' Dikjarazzjoni tal-Konformità mill-Fornitur (SDoC), sakemm l-operatur ikun involut fiċ-ċertifikazzjoni SVLK.

(b)

Proċeduri:

Is-sid tal-foresta/art privata jitlob għarfien tad-dritt għall-proprjetà tiegħu;

Malli d-dritt għall-proprjetà ta' foresta/art jingħata għarfien mill-Istat (Aġenzija Nazzjonali tal-Artijiet), is-sid iħejji lista ta' zkuk wara li jitkejlu z-zkuk;

Fil-każ ta' zkuk maqtugħa minn siġar li jkun hemm f'sit qabel l-għoti tat-titolu għall-art:

Is-sid jissottometti lista ta' zkuk u talba għall-ħlas tad-Dritt tar-Riżorsi tal-Foresti, tal-Fond ta' Riforestazzjoni u l-ħlas tal-injam wieqaf lill-uffiċjal forestali tad-distrett;

L-uffiċjal jagħmel eżamijiet tad-dokumenti u verifika fiżika taz-zkuk (qisien, identifikazzjoni ta' speċijiet u għadd ta' zkuk);

Jekk ikun hemm riżultat pożittiv tal-eżamijiet tad-dokumenti u tal-verifika fiżika, l-uffiċjal forestali tad-distrett joħroġ Fattura tad-Dritt tar-Riżorsi tal-Foresti u tal-Fond ta' Riforestazzjoni biex titħallas mis-sid;

Is-sid tal-art jissottometti l-irċevuta tal-ħlas ta' Dritt tar-Riżorsi tal-Foresti u tal-Fond ta' Riforestazzjoni lill-uffiċjal forestali tad-distrett, flimkien ma' talba għall-ħruġ ta' Dokument tat-Trasport taz-Zkuk;

L-uffiċjal forestali tad-distrett jagħmel eżamijiet tad-dokumenti u verifika fiżika taz-zkuk (qisien, identifikazzjoni ta' speċijiet u għadd ta' zkuk);

Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, uffiċjal forestali tad-distrett joħroġ id-Dokumenti ta' Trasport ta' Zkuk.

Fil-każ ta' zkuk maħsuda minn siġar imħawla wara l-għoti tat-titolu għall-art:

 

Speċijiet elenkati fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament:

Is-sid iħejji lista ta' zkuk u jidentifika l-ispeċijiet;

Is-sid iħejji lista ta' zkuk;

Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, is-sid iħejji fattura skont il-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija, li jservi wkoll bħala d-dokument ta' trasport.

 

Speċijiet oħra mhux elenkati fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament:

Is-sid iħejji lista ta' zkuk u jidentifika l-ispeċijiet;

Is-sid iħejji lista ta' zkuk;

is-sid jissottometti l-lista ta' zkuk u talba għal ħruġ ta' Dokumenti tat-Trasport taz-Zkuk lill-kap tar-raħal jew lill-uffiċjal maħtur;

Il-kap tar-raħal jew l-uffiċjal maħtur jagħmel eżamijiet tad-dokumenti u verifika fiżika taz-zkuk (identifikazzjoni ta' speċijiet, għadd ta' zkuk, marki/numru fuq full zokk, post tal-ħasda);

Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, il-kap tar-raħal jew l-uffiċjal maħtur joħroġ id-Dokumenti tat-Trasport taz-Zkuk skont il-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija;

Għall-injam kollu maħsud minn siġar imħawwla, jekk ma jkollux iċ-ċertifikazzjoni SVLK, is-sid joħroġ SDoC billi juża l-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija.

(c)

Rikonċiljazzjoni tad-data:

 

Il-kap tar-raħal jew l-uffiċjal maħtur mill-uffiċjal forestali tad-distrett, jew l-uffiċjal forestali tad-distrett (f'każ ta' injam minn siġar imkabbra b'mod naturali) jqabbel il-volum ta' zkuk maħsuda mal-lista taz-zkuk.

 

F'każ li l-operatur ikun involva ruħu fiċ-ċertifikazzjoni SVLK, il-KVK jeżamina wkoll il-konsistenza bejn il-volum ta' zkuk maħsuda u l-lista taz-zkuk matul l-awditjar inizjali u ta' sorveljanza. Il-KVK jorganizza wkoll spezzjonijiet fuq il-post fuq bażi ad hoc meta jkun meħtieġ.

 

F'każ ta' kwalunkwe inkonsistenza osservata, il-kap tar-raħal jew l-uffiċjal maħtur jew l-uffiċjal forestali tad-distrett (f'każ ta' injam minn siġar imkabbra b'mod naturali) jinforma l-KVK responsabbli sabiex jivverifika l-konformità tal-operatur u viċi versa.

3.   DESKRIZZJONI TAL-KONTROLL OPERAZZJONALI TA' KATINI TA' PROVVISTA TA' INJAM GĦAĊ-ĊENTRI TAL-INJAM U GĦALL-INDUSTRIJA.

Ċentri ta' Injam u ta' Injam Ipproċessat irreġistrati jirrappreżentaw atturi speċifiċi fi ħdan il-katina tal-provvista. Filwaqt li jaġixxu bħala negozjanti, dawn l-operaturi, jixtru l-istokk u jbiegħu l-injam u l-prodotti tal-injam lill-operaturi oħra mingħajr ma jkunu involuti fl-attivitajiet ta' produzzjoni jew ta' pproċessar.

Hemm tliet tipi differenti ta' permessi għal ċentri rreġistrati ta' injam u injam ipproċessat:

Iċ-ċentri tal-injam li jużaw esklussivament injam (iz-zkuk) li joriġinaw minn foresti tal-istat u/jew importazzjonijiet (TPT-KB);

Iċ-ċentri tal-injam li jużaw esklussivament l-injam u/jew l-injam ipproċessat li joriġina minn foresti/artijiet ta' proprjetà privata (TPT);

Iċ-ċentri tal-injam li jużaw esklussivament injam ipproċessat li joriġina minn foresti tal-istat u/jew importazzjonijiet (TPT-KO).

3.1.   Ċentru tal-Injam Irreġistrat għal injam minn foresti tal-Istat u injam Importat (TPT-KB)

Ċentri tal-Injam Irreġistrati għal injam minn foresti tal-Istat u injam importat (TPT-KB) jintużaw jekk iz-zkuk ma jinġarrux direttament lejn id-depost tal-mitħna, miż-żona ta' konċessjoni u/jew deposti intermedji ta' zkuk u/jew TPT-KB oħrajn jew fil-każ ta' injam importat (zkuk).

Il-permess għat-twaqqif ta' TBT-KB jingħata mill-uffiċjal tal-forestrija abbażi ta' proposta mibgħuta mid-detentur ta' permess. Permess għal TBT-KB ikun validu għal tliet snin, iżda jista' jiġi estiż wara li jkun eżaminat u approvat mill-uffiċjal tal-forestrija.

L-operaturi TBT-KB jistgħu jużaw SDoC biss jekk huma jużaw esklussivament injam impurtat u/jew injam Perum Perhutani biċ-ċertifikazzjoni SVLK. Jekk wieħed biss mis-sorsi tal-injam tagħhom fih injam minn foresti tal-istat (ħlief l-injam iċċertifikat Perum Perhutani), dawn għandhom ikollhom iċ-ċertifikazzjoni SVLK.

(a)

Attivitajiet Prinċipali:

Il-Wasganis jittermina l-validità tad-Dokument ta' Trasport taz-Zkuk għaz-zkuk deħlin;

Tħejjija tar-Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta' Zkuk mid-detentur tal-permess;

Preparazzjoni ta' lista ta' zkuk mid-detentur ta' permess jew Ganis għaz-zkuk li jkunu qed jinħarġu;

Id-detentur tal-permess jew il-Ganis ilesti d-Dokumenti tat-Trasport taz-Zkuk għaz-zkuk li jkunu qed jinħarġu skont il-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija;

Ħruġ jew tħejjija tal-SDoC (fil-każ li jkun qed jintuża biss injam importat u/jew injam iċċertifikat Perum Perhutani u l-operatur ma jkollux iċ-ċertifikazzjoni SVLK)

(b)

Proċeduri:

Il-Wasganis jittermina l-validità tad-Dokument ta' Trasport taz-Zkuk għaz-zkuk deħlin.

Il-Wasganis fiżikament jivverifika l-għadd, l-ispeċijiet u l-qisien taz-zkuk deħlin billi jgħoddhom kollha (ċensiment) jew abbażi ta' kampjun jekk l-għadd ta' zkuk jaqbeż il-mija (100);

Jekk ikun hemm riżultat pożittiv tal-verifika, id-detentur tal-permess jirreġistra l-injam fir-Rapport dwar Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk;

Id-detentur ta' permess iħejji Rapport dwar Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk bħala mezz ta' kontroll taz-zkuk deħlin u ħerġin fiċ-ċentru taz-zkuk irreġistrat;

Għaz-zkuk li jkunu ħerġin, id-detentur ta' permess jew il-Ganis iħejji lista ta' zkuk, li tkun relatata mad-Dokumenti tat-Trasport taz-Zkuk preċedenti;

Id-Dokument tat-Trasport taz-Zkuk għaz-zkuk li jkunu ħerġin jitlesta mid-detentur tal-permess jew il-Ganis.

Jekk ma jkollux iċ-ċertifikazzjoni SVLK u qed juża esklussivament injam impurtat u/jew injam ċċertifikat Perum Perhutani, id-detentur tal-permess joħroġ SDoC billi juża l-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija.

Id-detentur ta' permess jaġġorna r-Rapport dwar Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk, li jirreġistra d-dħul, il-ħruġ u l-ħżin taz-zkuk fid-depost irreġistrat taz-zkuk, abbażi tad-Dokumenti tat-Trasport taz-Zkuk rilevanti.

Id-detentur tal-permess jibgħat ir-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk lill-uffiċjal forestali tad-distrett.

(c)

Rikonċiljazzjoni ta' data:

 

L-uffiċjal forestali tad-distrett jeżamina r-Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta' Zkuk u l-konsistenza bejn iz-zkuk li jkunu nġarru mid-depost taz-zkuk jew mid-depost intermedju taz-zkuk u z-zkuk li jidħlu fiċ-ċentru tal-injam irreġistrat billi jitqabbel id-dokument ta' trasport taz-zkuk u l-lista taz-zkuk deħlin. Meta jkun meħtieġ, l-uffiċjal forestali tad-distrett jagħmel spezzjonijiet fuq il-post.

 

Fil-każ li detentur tal-permess ikun involva ruħu fiċ-ċertifikazzjoni SVLK, matul l-awditjar inizjali u ta' sorveljanza, il-KVK jivverifika wkoll ir-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk. Il-KVK jorganizza wkoll spezzjonijiet fuq il-post fuq bażi ad hoc meta jkun meħtieġ kif deskritt fil-Linji gwida tat-TLAS.

 

F'każ ta' kwalunkwe inkonsistenza osservata, l-uffiċjal forestali tad-distrett jinforma lill-KVK responsabbli sabiex jivverifika l-konformità tal-operatur u viċi versa.

3.2.   Ċentru Rreġistrat ta' Injam u/jew Injam Ipproċessat ta' injam li joriġina minn foresti/artijiet ta' proprjetà privata (TPT)

Ċentri Rreġistrati ta' Injam u/jew Injam Ipproċessat għal injam minn foresti/artijiet ta' proprjetà privata (TPTS) jintużaw jekk zkuk u/jew injam ipproċessat ma jiġux ittrasportati direttament għad-depost tal-mitħna, minn foresti/artijiet ta' proprjetà privata u/jew TPT oħrajn.

Il-permess għat-twaqqif ta' TPT jingħata mill-uffiċjal tal-forestrija abbażi ta' proposta mibgħuta mid-detentur ta' permess. Permess TPT jiġi rrevedut u approvat mill-uffiċjal tal-forestrija.

Operaturi li jħaddmu TPTs jistgħu jużaw SDoC biss jekk dawn ma jkunux involuti fiċ-ċertifikazzjoni SVLK.

Operaturi li jmexxu TPTs għandhom jużaw esklussivament injam u/jew injam ipproċessat minn siġar imħawla f'foresti/artijiet ta' proprjetà privata.

(a)

Attivitajiet Prinċipali:

Id-detentur tal-permess jivverifika l-validità tad-Dokument tat-Trasport tal-Injam u/jew tal-Injam Ipproċessat;

Tħejjija ta' Rapport dwar Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk u jew tal-Injam Ipproċessat mid-detentur tal-permess;

Id-detentur tal-permess iħejji l-lista taz-zkuk u/jew tal-injam ipproċessat;

Id-detentur tal-permess ilesti d-Dokument tat-Trasport taz-Zkuk u/jew tal-injam ipproċessat.

Ħruġ jew tħejjija tal-SDoC (fil-każ ta' operatur li ma jkunx involut fiċ-ċertifikazzjoni SVLK)

(b)

Proċeduri:

Id-detentur tal-permess jiċċekkja l-validità tad-Dokument tat-Trasport taz-Zkuk/Injam Ipproċessat li jkunu deħlin;

Id-detentur tal-permess iħejji Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk u/jew tal-Injam Ipproċessat bħala mezz ta' kontroll taz-zkuk u/jew tal-injam ipproċessat deħlin u ħerġin;

Għaz-zkuk li jkunu ħerġin, id-detentur ta' permess iħejji lista ta' zkuk u/jew ta' injam ipproċessat, li tista' jkollha x'taqsam mad-Dokumenti ta' Trasport ta' Zkuk u/jew Injam Importat preċedenti;

Id-Dokument tat-Trasport taz-Zkuk u/jew tal-Injam Ipproċessat jitlesta mid-detentur tal-permess;

Jekk ma jkunx involut fiċ-ċertifikazzjoni SVLK, id-detentur tal-permess joħroġ SDoC billi juża l-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija;

Id-detentur tal-permess jaġġorna r-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk u/jew tal-Injam Ipproċessat, li jirreġistra d-dħul, il-ħruġ u l-ħżin taz-zkuk u/jew l-injam ipproċessat fiċ-Ċentri rreġistrati, abbażi tad-Dokumenti ta' Trasport ta' Zkuk u/jew Injam Ipproċessat rilevanti.

Id-detentur ta' permess ta' kull xahar jibgħat ir-Rapport dwar Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk u/jew tal-Injam Ipproċessat lill-uffiċċju forestali distrettwali.

(c)

Rikonċiljazzjoni ta' data:

 

L-uffiċjal forestali tad-distrett jeżamina r-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk jew tal-Injam Ipproċessat u l-konsistenza bejn iz-zkuk u/jew l-injam ipproċessat ittrasportat minn foresti ta' proprjetà privata jew TPTs oħra u z-zkuk u/jew l-injam ipproċessat li jkun dieħel fit-TPT billi jqabbel id-Dokument tat-Trasport tal-Injam Ipproċessat u l-lista ta' zkuk u/jew il-lista ta' injam ipproċessat taz-zkuk u/jew l-injam ipproċessat li jkun dieħel. L-uffiċjal forestali tad-distrett jagħmel spezzjonijiet fuq il-post meta jkun meħtieġ.

 

Jekk id-detentur tal-permess ikun involut fiċ-ċertifikazzjoni SVLK, matul l-awditjar inizjali u ta' sorveljanza, il-KVKs jivverifikaw ukoll ir-Rapporti tal-Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk u/jew tal-Injam Ipproċessat. Il-KVKs jorganizzaw ukoll spezzjonijiet fuq il-post fuq bażi ad hoc meta jkun meħtieġ kif deskritt fil-Linji gwida tat-TLAS.

 

F'każ ta' kwalunkwe inkonsistenza osservata, l-uffiċjal forestali tad-distrett jinforma lill-KVK responsabbli sabiex jivverifika l-konformità tal-operatur u viċi versa.

3.3.   Industrija Primarja/Integrata

(a)

Attivitajiet Prinċipali:

Tħejjija ta' Rapport dwar Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk mill-mitħna tal-ipproċessar;

Terminazzjoni tal-validità ta' Dokument ta' Trasport ta' Zkuk minn uffiċjal forestali tad-distrett;

Verifika fiżika ta' zkuk mill-uffiċjal forestali tad-distrett;

F'każ li l-operatur juża sistema ta' rintraċċar onlajn, l-informazzjoni hija rreġistrata bl-użu ta' qarrej tal-barcodes u tittella' fis-sistema;

Tħejjija ta' Materja Prima u Karta tat-Talja ta' Prodotti mill-operatur tal-mitħna;

Tħejjija ta' Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta' Injam Ipproċessat mill-operatur tal-mitħna;

L-operatur tal-mitħna ilesti d-Dokument ta' Trasport ta' Prodotti tal-Injam skont il-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija;

Tħejjija ta' rapport dwar il-bejgħ tal-mitħna;

Ħruġ jew tħejjija tal-SdoC (f'każ li l-operatur juża esklussivament injam li joriġina minn foresti/artijiet ta' sidien privati u li mhumiex involuti fiċ-ċertifikazzjoni SVLK).

(b)

Proċeduri:

L-operatur tal-mitħna jħejji abbozz ta' Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk bħala mezz biex ikun irreġistrat il-fluss ta' zkuk li jkun wasal fil-mitħna (depost tal-mitħna) u z-zkuk li jidħlu fil-mitħna (linji ta' produzzjoni);

L-operatur tal-mitħna jissottometti kopji tad-Dokumenti tat-Trasport taz-Zkuk li jkunu jaqblu ma' kull lott ta' zkuk li jkun wasal fil-mitħna lill-uffiċjal forestali tad-distrett;

L-uffiċjal forestali tad-distrett jittermina l-validità tad-Dokumenti tat-Trasport taz-Zkuk;

F'każ li l-operatur juża sistema ta' rintraċċar ta' zkuk onlajn uffiċjali, id-Dokumenti tat-Trasport taz-Zkuk jintemmu mill-persunal tekniku rreġistrat.

L-uffiċjal forestali tad-distrett jivverifika l-informazzjoni fid-Dokumenti ta' Trasport ta' Zkuk billi jqabbel mal-prodotti fiżiċi. Dan jista' jsir abbażi ta' kampjun jekk ikun hemm aktar minn 100 zokk;

L-uffiċjal forestali tad-distrett jivverifika l-informazzjoni li tinsab fir-Rapporti dwar Karti tal-Bilanċ ta' Zkuk;

Jekk ikun hemm riżultat pożittiv tal-verifika, l-injam jiġi rreġistrat fid-Dokumenti tat-Trasport taz-Zkuk;

L-uffiċjal forestali tad-distrett jiffajlja kopji tad-Dokumenti ta' Trasport ta' Zkuk u jħejji Lista Sommarja tad-Dokumenti tat-Trasport taz-Zkuk, skont il-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija;

Kopji tad-Dokumenti tat-Trasport taz-Zkuk li l-validità tagħhom tkun ġiet itterminata minn uffiċjal jgħaddu għal għand il-kumpanija biex jiġu ffajljati;

Ġabra fil-qosor tad-Dokumenti tat-Trasport taz-Zkuk tintbagħat lill-uffiċċju forestali tad-distrett fl-aħħar ta' kull xahar;

L-operatur tal-mitħna jħejji karta tat-talja tal-materja prima u karta tat-talja għall-prodott skont il-linja ta' produzzjoni bħala mezz ta' kontroll tad-dħul ta' zkuk u l-ħruġ tal-prodotti tal-injam u biex tiġi kkalkulata r-rata ta' rkupru;

L-operatur tal-mitħna jħejji Rapport dwar Karti tal-Bilanċ tal-Injam Ipproċessat bħala mezz biex ikunu rrapportati l-flussi ta' prodotti tal-injam li jidħlu fil-mitħna u joħorġu minnha, kif ukoll stokkijiet;

L-operatur tal-mitħna li jħejji rapporti dwar il-bejgħ tal-mitħna għar-rekords tiegħu;

Jekk juża esklussivament injam li joriġina minn foresti/artijiet ta' proprjetà privata u li mhuwiex involut fiċ-ċertifikazzjoni SVLK, id-detentur tal-permess joħroġ SDoC billi juża l-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija;

Ta' kull xahar, id-detentur tal-permess jissottometti r-Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta' Zkuk, u r-Rapport dwar Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk Ipproċessat lill-uffiċċju forestali.

(c)

Rikonċiljazzjoni ta' data:

 

L-uffiċjal forestali jeżamina r-Rapporti dwar Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk u taz-Zkuk Ipproċessat billi jqabbel id-dħul, il-ħruġ u l-ħżin taz-zkuk abbażi ta' Dokumenti tat-Trasport taz-Zkuk.

 

Il-Karta tat-Talja tal-Produzzjoni tintuża għar-rikonċiljazzjoni ta' volum ta' dħul u ħruġ ta' linji ta' produzzjoni u r-rata ta' rkupru titqabbel mar-rata medja ppubblikata.

 

Jekk id-detentur tal-permess ikun involut fiċ-ċertifikazzjoni SVLK, matul l-awditjar inizjali u ta' sorveljanza l-KVK jivverifika wkoll ir-Rapporti tal-Karti tal-Bilanċ taz-Zkuk u tal-Injam Ipproċessat. Il-KVK jorganizza wkoll spezzjonijiet fuq il-post fuq bażi ad hoc meta jkun meħtieġ kif deskritt fil-Linji gwida tat-TLAS.

 

F'każ ta' kwalunkwe inkonsistenza osservata, l-uffiċjal forestali jinforma l-KVK responsabbli sabiex jivverifika l-konformità tal-operatur u viċi versa.

3.4.   Ċentri Rreġistrati ta' Injam Ipproċessat għal injam li ġej minn Foresta tal-Istat u/jew Importazzjonijiet (TPT-KO)

Ċentri Rreġistrati ta' Injam Ipproċessat għal injam li ġej minn Foresti tal-Istat u/jew Importazzjonijiet (TPT-KOs) huma ċentri ta' injam ipproċessat li jirċievu injam ipproċessat minn unitajiet tal-ipproċessar primarju, u/jew minn TPT-KOs oħra, u/jew injam ipproċessat importat. Prodotti tal-injam minn TPT-KOs jinbiegħu lil unitajiet oħra ta' pproċessar sekondarju, TPT-KOs oħra, industriji ta' affarijiet domestiċi, esportaturi reġistrati, u/jew utenti aħħarin.

Il-permess għat-twaqqif ta' TBT-KO jingħata mill-uffiċjal forestali tad-distrett abbażi ta' proposta mibgħuta mid-detentur ta' permess. Permess għal TPT-KO ikun validu għal tliet snin, iżda jista' jiġi estiż wara li jkun eżaminat u approvat mill-uffiċjal forestali tad-distrett.

L-operaturi tat-TPT-KOs jistgħu jużaw SDoC biss jekk jużaw esklussivament prodotti tal-injam li joriġinaw minn injam ipproċessat importat. Jekk wieħed biss mill-prodotti ta' injam ipproċessat tagħhom ikun fih injam ipproċessat li joriġina minn foresti naturali, dawn għandhom ikollhom ċertifikazzjoni SVLK.

(a)

Attivitajiet Prinċipali:

Terminazzjoni tal-validità tad-Dokument ta' Trasport ta' Prodotti tal-Injam mill-Ganis;

Tħejjija ta' Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta' Injam Ipproċessat mid-detentur tal-permess;

Tħejjija ta' lista ta' injam ipproċessat mid-detentur tal-permess;

Id-detentur ta' permess ilesti d-Dokumenti ta' Trasport tal-Prodott tal-Injam billi jimla l-formola/uża l-mudell skont il-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija;

Ħruġ jew tħejjija tal-SDoC (fil-każ ta' injam ipproċessat esklussivament minn injam importat u l-operatur ma jkunx involut fiċ-ċertifikazzjoni SVLK).

(b)

Proċeduri:

Il-Ganis jittermina l-validità tad-Dokumenti ta' Trasport ta' Prodotti tal-Injam għall-injam ipproċessat li jkun dieħel.

Id-detentur tal-permess iħejji Rapport dwar Karti tal-Bilanċ tal-Injam Ipproċessat bħala mezz ta' kontroll ta' injam ipproċessat li jidħol u joħroġ fmiċ-Ċentri Rreġistrati tal-Injam Ipproċessat;

Għaz-zkuk li jkunu ħerġin, id-detentur ta' permess iħejji lista ta' injam, li tkun relatata mad-Dokumenti ta' Trasport ta' Prodotti tal-Injam preċedenti;

Id-detentur ta' permess ilesti d-Dokumenti ta' Trasport tal-Prodotti tal-Injam

Jekk ma jkollux ċertifikazzjoni SVLK u qed juża b'mod esklussiv injam importat ipproċessat, id-detentur tal-permess joħroġ SDoC billi juża l-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija.

Id-detentur tal-permess jaġġorna r-Rapport dwar Karti tal-Bilanċ tal-Injam Ipproċessat, li jirreġistra d-dħul, il-ħruġ u l-ħżin ta' prodotti tal-injam fiċ-Ċentri tal-Injam Ipproċessat, abbażi tad-Dokumenti ta' Trasport ta' Prodotti tal-Injam rilevanti u dokumenti ta' importazzjoni.

(c)

Rikonċiljazzjoni ta' data:

 

Il-Ganis jivverifika r-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ tal-Injam Ipproċessat u l-konsistenza bejn l-injam ipproċessat u Dokumenti tat-Trasport tal-Prodotti tal-Injam irrelatati u dokumenti ta' importazzjoni.

 

Meta jkun meħtieġ, l-uffiċjal forestali tad-distrett jagħmel spezzjonijiet fuq il-post.

 

F'każ li d-detentur tal-permess ikun involut fiċ-ċertifikazzjoni SVLK, matul l-awditjar inizjali u ta' sorveljanza, il-KVK jivverifika wkoll ir-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ tal-Injam Ipproċessat. Il-KVK jorganizza spezzjonijiet fuq il-post fuq bażi ad hoc meta jkun meħtieġ kif deskritt fil-Linji gwida tat-TLAS.

 

F'każ ta' kwalunkwe inkonsistenza osservata, l-uffiċjal forestali tad-distrett jinforma lill-KVK responsabbli li jivverifika l-konformità tal-operatur u viċi versa.

3.5.   Industrija Sekondarja

(a)

Attivitajiet Prinċipali:

Tħejjija ta' Rapporti ta' Karti tal-Bilanċ ta' Injam Ipproċessat (prodotti nofshom ipproċessati) u ta' Prodotti Pproċessati mill-operatur tal-fabbrika;

Tħejjija ta' fatturi mill-operatur tal-fabbrika, billi juża l-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija, li jservu wkoll bħala dokumenti ta' trasport għal prodotti pproċessati tal-injam;

L-operatur tal-fabbrika jħejji Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ tal-Injam Ipproċessat;

Il-kumpanija jew l-operatur tal-fabbrika jħejju Rapport dwar il-Bejgħ.

Ħruġ jew tħejjija tal-SDoC (f'każ li l-operatur juża esklussivament injam li joriġina minn foresti/artijiet ta' sidien privati u li mhumiex involuti fiċ-ċertifikazzjoni SVLK).

(b)

Proċeduri:

Il-fabbrika tiffajlja d-Dokumenti ta' Trasport ta' Injam Ipproċessat (għal materjal li jkun dieħel) u tħejji ġabra fil-qosor ta' dawn id-dokumenti;

L-operatur tal-fabbrika juża l-Karta tat-Talja tal-Injam Ipproċessat u tal-Prodotti Pproċessati skont linja ta' produzzjoni bħala mezz għal rapportar dwar flussi ta' materjali fil-fabbrika u l-ħruġ ta' prodotti u biex tkun ikkalkulata r-rata ta' rkupru ta' materja prima;

L-operatur tal-fabbrika iħejji Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ tal-Injam Ipproċessat bħala mezz biex ikunu eżaminati l-flussi tal-materjali fil-mitħna, il-ħruġ tal-prodotti tal-injam u l-istokkijiet miżmuma; l-operatur tal-fabbrika iħejji fatturi għal prodotti pproċessati, skont il-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija, li jservi wkoll bħala d-dokument ta' trasport, u jarkivja kopji tal-fatturi. Lista ta' prodotti tal-injam tkun mehmuża ma' kull fattura;

L-operatur tal-fabbrika jħejji Rapporti dwar il-Bejgħ għar-rekords tiegħu;

F'każ li l-operatur tal-fabbrika jkun jixtieq jittrasporta mill-ġdid il-prodotti tal-injam isserrat, il-kumpanija għandha tiġi rreġistrata wkoll bħala Ċentru tal-Injam Ipproċessat u l-operatur għandu jħejji d-Dokumenti ta' Trasport tal-Injam Ipproċessat għall-prodotti tal-injam isserrat li jkunu ħerġin;

Jekk jintuża esklussivament injam ipproċessat li joriġina minn foresti/artijiet ta' proprjetà privata u li mhumiex involuti fiċ-ċertifikazzjoni SVLK, detentur tal-permess non-ETPIK joħroġ SDoC billi juża l-format mogħti mill-Ministeru għall-Forestrija.

(c)

Rikonċiljazzjoni tad-data:

 

L-operatur tal-fabbrika jeżamina r-Rapport dwar Karti tal-Bilanċ ta' Injam Ipproċessat billi jqabbel id-dħul, il-ħruġ u l-ħżin ta' materjali abbażi tad-Dokumenti tat-Trasport tal-Injam Ipproċessat u tal-Karta tat-Talja tal-Injam Ipproċessat.

 

Il-Karta tat-Talja tal-Produzzjoni tintuża biex ikun eżaminat volum ta' dħul u ħruġ ta' linji ta' produzzjoni u tkun evalwata r-rata ta' rkupru.

 

L-operatur tal-kumpanija jeżamina r-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ ta' Injam Ipproċessat, billi jqabbel id-dħul, il-ħruġ u l-ħżin ta' prodotti abbażi ta' fatturi.

 

Meta jkun meħtieġ, l-uffiċjal forestali jwettaq spezzjonijiet fuq il-post.

 

Fil-każ li d-detentur tal-permess ikun involva ruħu fiċ-ċertifikazzjoni SVLK, matul l-awditjar inizjali u ta' sorveljanza, il-KVK jivverifika wkoll ir-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ tal-Injam Ipproċessat. Il-KVK jorganizza spezzjonijiet fuq il-post fuq bażi ad hoc meta jkun meħtieġ kif deskritt fil-Linji gwida tat-TLAS.

 

F'każ ta' kwalunkwe inkonsistenza osservata, l-uffiċjal forestali jinforma l-KVK responsabbli sabiex jivverifika l-konformità tal-operatur u viċi versa.

4.   ESPORTAZZJONI

Il-proċeduri u l-proċessi ta' rikonċiljazzjoni tad-data għall-esportazzjoni ta' injam li joriġina minn foresti proprjetà tal-Istat u minn foresti/artijiet ta' proprjetà privata huma identiċi.

(a)

Attivitajiet Prinċipali:

Il-Ministeru tal-Kummerċ joħroġ Ċertifikat ta' Esportaturi Reġistrati ta' Prodotti tal-Industrija tal-Forestrija (ETPIK) lill-esportatur;

L-esportatur jitlob il-ħruġ ta' Dokument V-Legali/Liċenzja FLEGT għal kull konsenja ta' esportazzjoni;

Jekk detentur ta' ETPIK ikun konformi ma' rekwiżiti ta' legalità u ta' katina ta' provvista, l-AL toħroġ Dokument V-Legali/liċenzja FLEGT. Il-liċenzja FLEGT tinħareġ fil-format ippreżentat fl-Anness IV;

L-esportatur iħejji Dokument ta' Dikjarazzjoni ta' Esportazzjoni (PEB) filwaqt li juża l-format pprovdut mid-Dwana, li mbagħad jintbagħat lid-Dwana;

Id-Dwana toħroġ Dokument ta' Approvazzjoni ta' Esportazzjoni għal Approvazzjoni Doganali.

(b)

Proċeduri:

L-esportatur jitlob lill-AL biex toħroġ Dokument V-Legali/Liċenzja FLEGT billi tibgħat ittra ta' applikazzjoni u tehmeż dokumenti biex turi li l-materja prima ta' injam fil-prodotti toriġina biss minn sorsi legali vverifikati (ċertifikazzjoni SVLK jew koperti minn SDoC);

L-AL toħroġ Dokument V-Legali/Liċenzja FLEGT wara verifika abbażi ta' dokumenti u verifika fiżika tal-konsistenza tad-data jekk meħtieġ, biex ikun żgurat li l-prodotti tal-injam jiġu minn sorsi vverifikati legalment u jkunu, għalhekk, maħduma b'konformità mad-definizzjoni ta' legalità deskritta fl-Anness II. L-AL trid toħoroġ il-liċenzja ta' esportazzjoni permezz tal-bażi tad-data onlajn SILK. Dan jiżgura li l-operatur għandu ċertifikati validi ta' esportazzjoni (ETPIK) u ċertifikati ta' legalità;

L-esportatur jissottometti Dokument ta' Dikjarazzjoni ta' Esportazzjoni (PEB) li miegħu jkunu mehmuża l-fattura, Lista ta' Imballaġġ, Irċevuta ta' Dazju ta' Esportazzjoni (jekk tkun regolata), Ċertifikat ETPIK, Dokument V-Legali/Liċenzja FLEGT, Permess ta' Esportazzjoni (jekk ikun regolat), Rapport ta' Servejer (jekk ikun regolat), u Dokument CITES (meta applikabbli) lid-Dwana għal approvazzjoni;

Jekk ikun hemm riżultat pożittiv tal-verifika tad-Dokument ta' Dikjarazzjoni ta' Esportazzjoni, id-Dwana toħroġ Dokument ta' Approvazzjoni ta' Esportazzjoni.

(c)

Rikonċiljazzjoni tad-data

 

L-uffiċjal forestali jwettaq spezzjonijiet fuq il-post meta jkun meħtieġ.

 

Il-KVK u l-AL jikkontrollaw il-konsistenza tad-dħul, il-ħruġ u l-ħżin abbażi tar-Rapport dwar il-Karti tal-Bilanċ tal-Injam Ipproċessat. Matul l-awditjar inizjali u ta' sorveljanza, il-KVK jikkontroverifika wkoll din id-data mal-volum mogħti fil-fattura. Il-KVK jorganizza spezzjonijiet fuq il-post u l-AL torganizza verifika fiżika tal-konsistenza tad-data fuq bażi ad hoc meta jkun meħtieġ kif deskritt fil-Linji gwida tat-TLAS.

 

F'każ ta' kwalunkwe inkonsistenza osservata, l-uffiċjal forestali jinforma lill-KVK responsabbli sabiex jivverifika l-konformità tal-operatur u viċi versa.


(1)  Huma indikati r-regolamenti ewlenin, li jkopru wkoll l-emendi sussegwenti.