2.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 171/18


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1056

tat-30 ta' Ġunju 2015

dwar l-inkonsistenza ta' ċerti miri fil-pjanijiet għall-blokok tal-ispazju tal-ajru nazzjonali jew funzjonali mressqa mill-Iżvizzera skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza u li tistabbilixxi r-rakkomandazzjonijiet għar-reviżjoni ta' dawk il-miri

(notifikata bid-dokument C(2015) 4407)

(It-testi bil-Franċiż, bil-Ġermaniż u bit-Taljan biss huma awtentiċi)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (1) (“il-Ftehim”),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (2), kif inkorporat fil-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3)(c) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004, kif inkorporat fil-Ftehim, l-Istati Membri u l-Iżvizzera għandhom jadottaw pjanijiet għall-blokok tal-ispazju tal-ajru nazzjonali jew funzjonali (“FAB”), inklużi l-miri nazzjonali vinkolanti jew il-miri fil-livell tal-FABs, filwaqt li jiżguraw il-konsistenza mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha. Ir-Regolament jistipula wkoll li l-Kummissjoni għandha tivvaluta l-konsistenza ta' dawk il-miri abbażi tal-kriterji tal-valutazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 11(6) tiegħu, u li l-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li toħroġ rakkomandazzjonijiet f'każ li tidentifika li dawk il-kriterji ma ntlaħqux. Fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 (3) ġew stabbiliti regoli dettaljati dwar dan.

(2)

Il-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha fl-oqsma tal-prestazzjoni ewlenin tas-sikurezza, tal-ambjent, tal-kapaċità u tal-kosteffiċjenza għat-tieni perjodu ta' referenza (2015-2019) ġew adottati bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/132/UE (4).

(3)

Fit-30 ta' Ġunju 2014, l-Iżvizzera bagħtet il-pjan tal-prestazzjoni fil-livell tal-FAB, lill-Kummissjoni, f'dan il-każ l-FAB tal-Ewropa Ċentrali (“FABEC”). Il-Kummissjoni bbażat il-valutazzjoni tagħha fuq l-informazzjoni li ntbagħtet fil-pjan tal-prestazzjoni.

(4)

Il-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni, li huwa inkarigat li jassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-iskema tal-prestazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013, ippreżenta l-ewwel rapport ta' valutazzjoni lill-Kummissjoni fis-7 ta' Ottubru 2014 u verżjoni aġġornata ta' dak ir-rapport fil-15 ta' Diċembru 2014. Il-Kummissjoni rċeviet ukoll mingħand il-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni, rapporti bbażati fuq informazzjoni mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali dwar il-monitoraġġ tal-pjanijiet u tal-miri tal-prestazzjoni ppreżentati skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013.

(5)

Dwar il-qasam tal-prestazzjoni ewlieni tal-kapaċità, ġiet ivvalutata l-konsistenza tal-miri mibgħuta mill-Iżvizzera, kif stabbiliti fil-pjan tal-prestazzjoni tal-FABEC, għad-dewmien tal-Ġestjoni tal-Fluss tat-Traffiku tal-Ajru (ATFM — Air Traffic Flow Management) en route, skont il-prinċipju stabbilit fil-punt 4 tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013, bl-użu tal-valuri ta' referenza għall-kapaċità tal-FAB rispettiv tagħhom, li meta jiġu applikati, jiżguraw li fil-livell tal-Unjoni tintlaħaq il-mira tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha, ikkalkulati mill-Maniġer tan-Netwerk u kif stabbilit fl-aktar verżjoni riċenti tal-Pjan Operattiv tan-Netwerk (2014-2018/2019) ta' Ġunju 2014 (“Il-Pjan Operattiv tan-Netwerk”). Dik il-valutazzjoni wriet li dawk il-miri mhumiex konformi mal-valuri ta' referenza rispettivi u għalhekk mhumiex konsistenti mal-mira tal-prestazzjoni rilevanti għall-Unjoni kollha.

(6)

Dwar il-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, ġew ivvalutati l-miri espressi fi spejjeż determinati għal kull unità en route mibgħuta mill-Iżvizzera, kif stabbiliti fil-pjan tal-prestazzjoni tal-FABEC, skont il-prinċipji stabbiliti fil-punt 5 b'mod konġunt mal-punt 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013, billi tqieset ix-xejra tal-ispejjeż determinati għal kull unità en route matul it-tieni perjodu ta' referenza u l-perjodu kombinat tal-ewwel u t-tieni perjodu ta' referenza (2012-2019), l-għadd ta' unitajiet ta' servizz (il-previżjoni tat-traffiku) u l-livell tal-ispejjeż determinati għal kull unità en route mqabbel ma' Stati Membri li jkollhom ambjent ekonomiku u operattiv simili. Dik il-valutazzjoni wriet li dawk il-miri ppreżentati mhumiex konsistenti mal-mira tal-prestazzjoni rilevanti għall-Unjoni kollha għar-raġunijiet li ġejjin.

(7)

Fil-każ tal-Iżvizzera, il-miri tagħha huma bbażati fuq tnaqqis ippjanat tal-ispejjeż determinati għal kull unità en route matul it-tieni perjodu ta' referenza b'medja ta' 1,0 % fis-sena biss. Dan huwa ħafna inqas mit-tnaqqis immirat tal-medja tal-ispejjeż determinati għal kull unità en route għall-Unjoni kollha matul it-tieni perjodu ta' referenza (– 3,3 % fis-sena). Minbarra dan matul il-perjodu kombinat tal-ewwel u t-tieni perjodu ta' referenza, l-ispejjeż determinati għal kull unità en route ma jonqsux b'mod konformi max-xejra tal-Unjoni (– 0,6 % meta mqabbel ma' – 1,7 %). Barra minn hekk, il-mira għall-2019 hija bbażata fuq spejjeż determinati għal kull unità en route ippjanati għall-2019, li huma sostanzjalment ogħla (+ 26,6 %) mill-medja tal-ispejjeż determinati għal kull unità en route ta' Stati Membri li jkollhom ambjent ekonomiku u operattiv simili għal dak tal-Iżvizzera u madwar 41 % ogħla mill-mira tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-2019.

(8)

Għaldaqstant huwa xieraq li l-Kummissjoni toħroġ rakkomandazzjonijiet dwar il-miżuri neċessarji li jridu jittieħdu mill-Iżvizzera biex tiżgura li l-awtorità superviżorja nazzjonali tagħha tipproponu miri tal-prestazzjoni riveduti, li jindirizzaw l-inkonsistenzi identifikati f'din id-Deċiżjoni. Huwa f'idejn l-Iżvizzera li tadotta l-miri tal-prestazzjoni riveduti u li tinnotifikahom lill-Kummissjoni fi żmien erba' xhur min-notifika ta' din id-Deċiżjoni, f'konformità mar-Regolament (KE) nru 549/2004 u mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013.

(9)

Biex jiġu indirizzati l-inkonsistenzi fil-qasam tal-prestazzjoni ewlieni tal-kapaċità, għandu jiġi żgurat li tal-inqas, il-miri tal-prestazzjoni riveduti jkunu konformi mal-valuri ta' referenza għall-kapaċità tal-FAB stabbiliti fil-Pjan Operattiv tan-Netwerk. Fir-reviżjoni ta' dawn il-miri tal-prestazzjoni għandhom jitqiesu l-miżuri ta' rimedju jew ta' mitigazzjoni maħsuba biex jiżguraw li l-valuri ta' referenza tal-FAB rilevanti huma rispettati, kif speċifikat fil-Pjan Operattiv tan-Netwerk.

(10)

Biex jiġu indirizzati l-inkonsistenzi fir-rigward tal-qasam tal-prestazzjoni ewlieni tal-kosteffiċjenza, il-miri tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza tal-Iżvizzera espressi fi spejjeż determinati għal kull unità en route għandhom jiġu riveduti 'l isfel, biex ikunu konformi mat-tnaqqis tal-medja tal-ispejjeż determinati għal kull unità en route fil-livell tal-Unjoni, matul it-tieni perjodu ta' referenza u matul il-perjodu kombinat tal-ewwel u t-tieni perjodu ta' referenza.

(11)

Barra minn hekk, waqt ir-revizjoni tal-miri tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, għandhom jiġu riveduti wkoll il-previżjonijiet tat-traffiku rilevanti li fuqhom ikunu bbażati dawk il-miri. Fid-dawl taż-żieda fit-traffiku osservata fl-2014, l-unitajiet tas-servizz previsti matul it-tieni perjodu ta' referenza għandhom jiżdiedu għall-Iżvizzera.

(12)

Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Iżvizzera dwar ir-rakkomandazzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni, f'konformità mal-Artikolu 14(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u l-Artikolu 19(2) tal-Ftehim.

(13)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miri tal-prestazzjoni li jikkonċernaw l-oqsma tal-prestazzjoni ewlenin tal-kapaċità u tal-kosteffiċjenza fil-pjan tal-prestazzjoni tal-FABEC ppreżentati mill-Iżvizzera skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004, kif inkorporati fil-Ftehim u elenkati fl-Anness, mhumiex konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza, stabbiliti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/132/UE.

Artikolu 2

Fir-rigward tal-FABEC, l-Iżvizzera għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li l-awtorità superviżorji nazzjonali tagħha tipproponi miri tal-prestazzjoni riveduti dwar l-oqsma tal-prestazzjoni ewlenin tal-kapaċità u tal-kosteffiċjenza, f'konformità mal-Artikoli 3 u 4.

Artikolu 3

Il-miri tal-prestazzjoni fil-qasam tal-prestazzjoni ewlieni tal-kapaċità mibgħuta mill-Iżvizzera fir-rigward tal-FABEC għandhom jiġu riveduti 'l isfel. Tal-inqas, dawk il-miri għandhom ikunu konformi mal-valuri ta' referenza tal-FAB rispettiv stabbiliti fil-Pjan Operattiv tan-Netwerk. Fir-reviżjoni ta' dawn il-miri tal-prestazzjoni għandhom jitqiesu l-miżuri ta' rimedju jew ta' mitigazzjoni maħsuba biex jiżguraw li l-valuri ta' referenza tal-FAB rilevanti huma rispettati, kif speċifikat fil-Pjan Operattiv tan-Netwerk.

Artikolu 4

Il-miri tal-prestazzjoni fil-qasam tal-prestazzjoni ewlieni tal-kosteffiċjenza espressi fi spejjeż determinati għal kull unità en route mibgħuta mill-Iżvizzera għall-FABEC għandhom jiġu riveduti 'l isfel, għal livell li huwa konformi mat-tnaqqis tal-medja tal-ispejjeż determinati għal kull unità en route fil-livell tal-Unjoni, tul it-tieni perjodu ta' referenza u, meta dan ma jkunx għadu l-każ, matul il-perjodu kombinat tal-ewwel u t-tieni perjodu ta' referenza. Dik ir-reviżjoni 'l isfel għandha tinkludi tnaqqis tal-ispejjeż determinati en route matul it-tieni perjodu ta' referenza u reviżjoni tat-traffiku previst espressa f'unitajiet ta' servizz.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Konfederazzjoni Żvizzera.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 73.

(2)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk (ĠU L 128, 9.5.2013, p. 1).

(4)  Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta' Marzu 2014 li tistabbilixxi miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u l-livelli limiti ta' twissija għat-tieni perjodu ta' referenza mill-2015 sal-2019 (ĠU L 71, 12.3.2014, p. 20).


ANNESS

Il-miri tal-prestazzjoni fl-oqsma tal-prestazzjoni ewlenin tal-kapaċità u tal-kosteffiċjenza fil-pjanijiet tal-blokok tal-ispazju tal-ajru nazzjonali jew funzjonali mressqa mill-Iżvizzera skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 li nstab li mhumiex konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza

IL-QASAM TAL-PRESTAZZJONI EWLIENI TAL-KAPAĊITÀ

Dewmien tal-Ġestjoni tal-Fluss tat-Traffiku tal-Ajru (ATFM) en route f'min/titjira

STAT MEMBRU

FAB

MIRA tal-FAB tal-KAPAĊITÀ EN-ROUTE

2015

2016

2017

2018

2019

[Il-Belġju/il-Lussemburgu]

FAB EC

0,48

0,49

0,48

0,47

Konsistenti (0,43)

[Franza]

[Il-Ġermanja]

[In-Netherlands]

L-Iżvizzera

IL-QASAM TAL-PRESTAZZJONI EWLIENI TAL-KOSTEFFIĊJENZA

Tifsira:

Tifsira

Partita

Unitajiet

(A)

It-total tal-Ispejjeż Determinati En-route

(f'termini nominali u fil-munita nazzjonali)

(B)

Ir-rata tal-inflazzjoni

(%)

(C)

L-indiċi tal-inflazzjoni

(100 = 2009)

(D)

It-total tal-Ispejjeż Determinati En-route

(f'termini ta' prezzijiet reali tal-2009 u fil-munita nazzjonali)

(E)

It-total tal-Unitajiet tas-Servizzi En-route

(TSUs)

(F)

L-ispiża Ddeterminata għal Kull Unità En-route (DUC)

(f'termini ta' prezzijiet reali tal-2009 u fil-munita nazzjonali)

FAB EC

Żona tal-Imposti: L-Iżvizzera — Munita: CHF

 

2015

2016

2017

2018

2019

(A)

155 368 493

156 819 377

158 799 337

159 144 368

160 894 397

(B)

0,5 %

1,0 %

1,0 %

1,0 %

1,0 %

(C)

100,8

101,8

102,8

103,9

104,9

(D)

154 139 443

154 038 465

154 438 925

153 242 061

153 393 253

(E)

1 418 755

1 428 660

1 440 060

1 454 424

1 470 383

(F)

108,64

107,82

107,24

105,36

104,32