8.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 295/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-4 ta’ Settembru 2015

li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016

(2015/C 295/03)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314(3) tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Billi:

1.

Fil-25 ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 (1),

2.

Fis-26 ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni ppreżentat ittra emendatorja Nru 1 għall-abbozz tal-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2016 (2),

3.

Il-Kunsill eżamina l-proposta tal-Kummissjoni bil-ħsieb li jiddefinixxi pożizzjoni konsistenti, fuq in-naħa tad-dħul, mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta’ Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (3), u fuq in-naħa tal-infiq, mar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (4),

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 ġiet adottata mill-Kunsill fl-4 ta’ Settembru 2015.

It-test sħiħ huwa aċċessibbli għal konsultazzjoni jew għat-tniżżil mill-website tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Settembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN


(1)  COM(2015) 300 final.

(2)  COM(2015) 317 final.

(3)  ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.

(4)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.