8.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/109


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/558

tal-1 ta' April 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2015) 2160)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (4) tistabbilixxi miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri. L-Anness ta' din id-Deċiżjoni jiddemarka u jelenka ċerti żoni ta' dawk l-Istati Membri differenzjati skont il-livell ta' riskju bbażat fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika. Dik il-lista tinkludi ċerti żoni tal-Estonja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja.

(2)

L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE, li jistipula deroga mill-projbizzjoni fuq it-tqassim tal-kunsinni ta' prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin minn annimali porċini miż-żoni mniżżlin fil-Partijiet III u IV tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni, għandu jiġi eżaminat sabiex jippermetti r-rimi bla periklu tal-prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin minn annimali porċini minbarra l-ħnieżer slavaġ, inklużi l-iġsma mhux ipproċessati tal-annimali mejta, minn azjendi li jinsabu fiż-żoni mniżżla fil-Parti III tal-Anness b'mod li jkun konformi mar-riskju rappreżentat minn dawn l-annimali.

(3)

Fil-perjodu ta' bejn Jannar u Frar 2015, kienet irrappurtata tifqigħa fil-Polonja tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer domestiċi u fil-Litwanja u l-Polonja kienu rrappurtati ukoll diversi każijiet f'ħalluġ li jinsab fiż-żona ristretta mniżżla fil-Parti II tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Fi Frar u Marzu 2015 ġew irrappurtati xi każijiet fil-Latvja fiż-żoni ristretti mniżżla fil-Partijiet I u III tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE.

(4)

L-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali għandha titqies fil-valutazzjoni tar-riskju rappreżentat mis-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fil-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja. Sabiex tiffoka fuq il-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali, biex ikun evitat it-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, biex jiġi evitat kwalunkwe xkiel mhux meħtieġ għall-kummerċ fl-Unjoni u biex jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, il-lista tal-Unjoni ta' żoni soġġetti għall-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE għandha tiġi emendata biex tqis is-sitwazzjoni attwali tas-saħħa tal-annimali rigward dik il-marda fil-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja.

(5)

Għalhekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE għandha tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE hija emendata kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 7, il-frażi introduttorja tal-paragrafu 2 tinbidel b'dan li ġej:

“2.   B'deroga mill-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 2(d), l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin minn annimali porċini minbarra l-ħnieżer slavaġ, inklużi l-iġsma mhux ipproċessati tal-annimali mejta minn azjendi jew karkassi minn biċċeriji approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 li jkunu jinsabu fiż-żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness lejn impjanti tal-ipproċessar, tal-inċinerazzjoni jew tal-koinċinerazzjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 24(1)(a), (b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, li jkunu jinsabu 'l barra miż-żoni mniżżlin fil-Parti III tal-Anness, sakemm:”

;

2.

L-Anness għandu jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).


ANNESS

“ANNESS

PARTI I

1.   L-Estonja

Dawn iż-żoni fl-Estonja:

il-maakond (il-kontea) ta' Põlvamaa,

il-vald (il-muniċipalità) ta' Häädemeeste,

il-vald ta' Kambja,

il-vald ta' Kasepää,

il-vald ta' Kolga-Jaani,

il-vald ta' Konguta,

il-vald ta' Kõo,

il-vald ta' Kõpu,

il-vald ta' Laekvere,

il-vald ta' Lasva,

il-vald ta' Meremäe,

il-vald ta' Nõo,

il-vald ta' Paikuse,

il-vald ta' Pärsti,

il-vald ta' Puhja,

il-vald ta' Rägavere,

il-vald ta' Rannu,

il-vald ta' Rõngu,

il-vald ta' Saarde,

il-vald ta' Saare,

il-vald ta' Saarepeedi,

il-vald ta' Sõmeru,

il-vald ta' Surju,

il-vald ta' Suure-Jaani,

il-vald ta' Tahkuranna,

il-vald ta' Torma,

il-vald ta' Vastseliina,

il-vald ta' Viiratsi,

il-vald ta' Vinni,

il-vald ta' Viru-Nigula,

il-vald ta' Võru,

il-linn (il-belt) ta' Võru,

il-linn ta' Kunda,

il-linn ta' Viljandi.

2.   Il-Latvja

Dawn iż-żoni fil-Latvja:

in-novads (il-muniċipalità) ta' Aizkraukles,

fin-novads ta' Alūksnes, il-pagasti (il-lokalitajiet) ta' Ilzenes, Zeltiņu, Kalncempju, Annas, Malienas, Jaunannas, Mālupes u Liepnas,

fin-novads ta' Krimuldas, il-pagasts ta' Krimuldas,

in-novads ta' Amatas,

fin-novads ta' Apes, il-pagasts ta' Virešu,

in-novads ta' Baltinavas,

in-novads ta' Balvu,

in-novads ta' Cēsu,

in-novads ta' Gulbenes,

in-novads ta' Ikšķiles,

in-novads ta' Inčukalna,

in-novads ta' Jaunjelgavas,

in-novads ta' Jaunpiepalgas,

in-novads ta' Ķeguma,

in-novads ta' Lielvārdes,

in-novads ta' Līgatnes,

in-novads ta' Mālpils,

in-novads ta' Neretas,

in-novads ta' Ogres,

in-novads ta' Priekuļu,

in-novads ta' Raunas,

in-novads ta' Ropažu,

in-novads ta' Rugāju,

in-novads ta' Salas,

in-novads ta' Sējas,

in-novads ta' Siguldas,

in-novads ta' Skrīveru,

in-novads ta' Smiltenes,

in-novads ta' Vecpiebalgas,

in-novads ta' Vecumnieku,

in-novads ta' Viesītes,

in-novads ta' Viļakas.

3.   Il-Litwanja

Dawn iż-żoni fil-Litwanja:

fir-rajono savivaldybė (id-distrett) ta' Kėdainiai, is-seniūnija (il-muniċipalitajiet) ta' Josvainių, Pernaravos, Krakių, Kėdainių miesto, Dotnuvos, Gudžiūnų u Surviliškio,

fir-rajono savivaldybė ta' Panevežys, is-seniūnija ta' Krekenavos, Upytės, Velžio, Miežiškių, Karsakiškio, Naujamiesčio, Paįstrio, Panevėžio u Smilgių,

fir-rajono svaivaldybė ta' Radviliškis is-seniūnija ta' Skėmių u Sidabravo,

fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnija ta' Akademijos, Alšėnų, Babtų, Batniavos, Čekiškės, Ežerėlio, Garliavos, Garliavos apylinkių, Kačerginės, Kulautuvos, Linksmakalnio, Raudondvario, Ringaudų, Rokų, Taurakiemio, Vilkijos, Vilkijos apylinkių u Zapyškio,

fir-rajono savivaldybė ta' Kaišiadorys, is-seniūnija ta' Kruonio, Nemaitonių, Žiežmarių, Žiežmarių apylinkės u l-parti tas-seniūnija ta' Rumšiškių li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq N. A1,

il-miesto savivaldybė (il-belt) ta' Panevežys,

ir-rajono savivaldybė ta' Pasvalys,

ir-rajono savivaldybė ta' Prienai,

is-savivaldybė (il-muniċipalità) ta' Birštonas,

is-savivaldybė ta' Kalvarija,

is-savivaldybė ta' Kazlu Ruda,

is-savivaldybė ta' Marijampole.

4.   Il-Polonja

Dawn iż-żoni fil-Polonja:

fil-województwo (il-provinċja) ta' Podlaskie:

il-powiat (id-distrett) ta' M. Suwałki,

il-powiat ta' M. Białystok,

il-gminy (il-muniċipalitajiet) ta' Rutka-Tartak, Szypliszki, Suwałki u Raczki fil-powiat ta' Suwałki,

il-gminy ta' Krasnopol u Puńsk fil-powiat ta' Sejny,

il-gminy ta' Augustów bil-bliet ta' Augustów, Nowinka, Sztabin u Bargłów Kościelny fil-powiat ta' Augustów,

il-powiat ta' ta' Moniecki,

il-gminy ta' Suchowola u Korycin fil-powiat ta' Sokółka,

il-gminy ta' Choroszcz, Juchnowiec Kościelny, Suraż, Turośń Kościelna, Tykocin, Zabłudów, Łapy, Poświętne, Zawady u Dobrzyniewo Duże fil-powiat ta' Białystok,

il-powiat ta' Bielsk,

il-powiat ta' Hajnówka,

il-gminy ta' Grodzisk, Dziadkowice u Milejczyce fil-powiat ta' Siemiatycze,

il-gminy ta' Rutki fil-powiat ta' Zambrów,

il-gminy ta' Kobylin-Borzymy, Kulesze Kościelne, Sokoły u Wysokie Mazowieckie bil-bliet ta' Wysokie Mazowieckie, Nowe Piekuty, Szepietowo, Klukowo u Ciechanowiec fil-powiat ta' Wysokie Mazowieckie.

PARTI II

1.   L-Estonja

Dawn iż-żoni fl-Estonja:

il-maakond (il-kontea) ta' Ida-Virumaa,

il-maakond ta' Valgamaa,

il-vald (il-muniċipalità) ta' Abja,

il-vald ta' Halliste,

il-vald ta' Karksi,

il-vald ta' Paistu,

il-vald ta' Tarvastu,

il-vald ta' Antsla,

il-vald ta' Mõniste,

il-vald ta' Varstu,

il-vald ta' Rõuge,

il-vald ta' Sõmerpalu,

il-vald ta' Haanja,

il-vald ta' Misso,

il-vald ta' Urvaste.

2.   Il-Latvja

Dawn iż-żoni fil-Latvja:

in-novads (il-muniċipalità) ta' Aknīstes,

fin-novads ta' Alūksnes, il-pagasti (il-lokalitajiet) ta' Veclaicenes, Jaunlaicenes, Ziemeru, Alsviķu, Mārkalnes, Jaunalūksnes u Pededzes,

fin-novads ta' Apes, il-pagasts ta' Gaujienas, Trapenes u Apes,

fin-novads ta' Krimuldas, il-pagasts ta' Lēdurgas,

in-novads ta' Alojas,

in-novads ta' Cesvaines,

in-novads ta' Ērgļu,

in-novads ta' Ilūkstes,

ir-republikas pilsēta (il-belt) ta' Jēkabpils,

in-novads ta' Jēkabpils,

in-novads ta' Kocēnu,

in-novads ta' Kokneses,

in-novads ta' Krustpils,

in-novads ta' Līvānu,

in-novads ta' Lubānas,

in-novads ta' Limbažu,

in-novads ta' Madonas,

in-novads ta' Mazsalacas,

in-novads ta' Pārgaujas,

in-novads ta' Pļaviņu,

in-novads ta' Salacgrīvas,

in-novads ta' Varakļānu,

ir-republikas pilsēta ta' Valmiera.

3.   Il-Litwanja

Dawn iż-żoni fil-Litwanja:

fir-rajono savivaldybė (id-distrett) ta' Anykščiai, is-seniūnija (il-muniċipalitajiet) ta' Andrioniškis, Anykščiai, Debeikiai, Kavarskas, Kurkliai, Skiemonys, Traupis, Troškūnai, Viešintos u l-parti ta' Svėdasai li tinsab fin-Nofsinhar tat-triq Nru 118,

fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnija ta' Pelėdnagių, Vilainių, Truskavos u Šėtos,

fir-rajono savivaldybė ta' Kupiškis, is-seniūnija ta' Alizava, Kupiškis, Noriūnai u Subačius,

fir-rajono savivaldybė ta' Panevėžys, is-seniūnija ta' Ramygalos, Vadoklių u Raguvos,

fir-rajono savivaldybė ta' Kaunas, is-seniūnija ta' Domeikavos, Karmėlavos, Kauno miesto, Lapių, Neveronių, Samylų, Užliedžių u Vandžiogalos,

fir-rajono savivaldybė ta' Kaišiadorys, is-seniūnija ta' Kaišiadorių miesto, Kaišiadorių apylinkės, Palomenės, Paparčių, Pravieniškių, Žąslių u l-parti tas-seniūnija ta' Rumšiškių li tinsab fit-Tramuntana tat-triq N. A1,

l-apskritis (il-kontea) ta' Alytus,

il-miesto savivaldybė (il-belt) ta' Vilnius,

ir-rajono savivaldybė ta' Biržai,

ir-rajono savivaldybė ta' Jonava,

ir-rajono savivaldybė ta' Šalcininkai,

ir-rajono savivaldybė ta' Širvintos,

ir-rajono savivaldybė ta' Trakai,

ir-rajono savivaldybė ta' Ukmerge,

ir-rajono savivaldybė ta' Vilnius,

is-savivaldybė (il-muniċipalità) ta' Elektrenai.

4.   Il-Polonja

Dawn iż-żoni fil-Polonja:

fil-województwo (il-provinċja) ta' Podlaskie:

il-gminy (il-muniċipalitajiet) ta' Giby u Sejny bil-belt ta' Sejny fil-powiat (id-distrett) ta' Sejny,

il-gminy ta' Lipsk u Płaska fil-powiat ta' Augustów,

il-gminy ta' Dąbrowa Białostocka, Janów, Nowy Dwór u Sidra fil-powiat ta' Sokółka,

il-gminy ta' Czarna Białostocka, Supraśl u Wasilków fil-powiat ta' Białystok.

PARTI III

1.   Il-Latvja

Dawn iż-żoni fil-Latvja:

in-novads (il-muniċipalità) ta' Aglonas,

in-novads ta' Beverīinas,

in-novads ta' Burtnieku,

in-novads ta' Ciblas,

in-novads ta' Dagdas,

in-novads ta' Daugavpils,

in-novads ta' Kārsavas,

in-novads ta' Krāslavas,

in-novads ta' Ludzas,

in-novads ta' Naukšēnu,

in-novads ta' Preiļu,

in-novads ta' Rēzeknes,

in-novads ta' Riebiņu,

in-novads ta' Rūjienas,

in-novads ta' Streņču,

in-novads ta' Valkas,

in-novads ta' Vārkavas,

in-novads ta' Viļānu,

in-novads ta' Zilupes,

ir-republikas pilsēta (il-belt) ta' Daugavpils,

ir-republikas pilsēta ta' Rēzekne.

2.   Il-Litwanja

Dawn iż-żoni fil-Litwanja:

ir-rajono savivaldybe (id-distrett) ta' Ignalina,

ir-rajono savivaldybe ta' Moletai,

ir-rajono savivaldybe ta' Rokiškis,

ir-rajono savivaldybe ta' Švencionys,

ir-rajono savivaldybe ta' Utena,

ir-rajono savivaldybe ta' Zarasai,

is-savivaldybe (il-muniċipalità) ta' Visaginas,

fir-rajono savivaldybė ta' Kupiškis, is-seniūnija (il-muniċipalitajiet) ta' Šimonys u Skapiškis,

fir-rajono savivaldybė ta' Anykščiai, il-parti tas-seniūnija ta' Svėdasai li tinsab fit-Tramuntana tat-triq Nru 118.

3.   Il-Polonja

Dawn iż-żoni fil-Polonja:

fil-województwo (il-provinċja) ta' Podlaskie:

il-gminy (il-muniċipalitajiet) ta' Krynki, Kuźnica, Sokółka u Szudziałowo fil-powiat (id-distrett) ta' Sokółka,

il-gminy ta' Gródek u Michałowo fil-powiat ta' Białystok.

PARTI IV

L-Italja

Dawn iż-żoni tal-Italja:

iż-żoni kollha ta' Sardinja.”