17.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/46


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/251

tat-13 ta' Frar 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċerti Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2015) 710)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u partikolarment l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b' mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (4) dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri. L-Anness għal dik id-Deċiżjoni jiddemarka u jelenka ċerti żoni ta' dawk l-Istati Membri differenzjati skont il-livell ta' riskju abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika. Dik il-lista tinkludi ċerti żoni tal-Estonja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja.

(2)

L-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni 2014/709/UE, li jistipula projbizzjoni fuq id-dispaċċ lejn Stati Membri oħra u pajjiżi terzi ta' laħam tal-majjal frisk u ta' ċerti preparazzjonijiet tal-majjal u prodotti tal-majjal minn żoni elenkati fl-Anness, għandu jiġi rivedut biex titjieb il-konsistenza tiegħu fir-rigward ta' derogi applikabbli għal esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi.

(3)

Minn Ottubru tal-2014, kienu rrappurtati ftit każijiet ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħalluġ fil-fruntiera bejn l-Estonja u l-Latvja, fiż-żewġ Stati Membri f'żona inkluża f'Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Ġew irrappurtati żewġ każi fil-Litwanja, f'Kaunas u f'Kupiškis.

(4)

L-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali għandha titqies fil-valutazzjoni tar-riskju rappreżentat mis-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fl-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja. Sabiex tiffoka l-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali u biex ikun evitat it-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, kif ukoll biex jiġi evitat kwalunkwe xkiel mhux meħtieġ għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni u biex jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, il-lista tal-Unjoni ta' żoni soġġetti għall-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE għandha tiġi emendata u titqies is-sitwazzjoni attwali tas-saħħa tal-annimali fir-rigward ta' dik il-marda fl-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja.

(5)

Għaldaqstant, huwa meħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jiġi implimentat biex jinkludi, fil-Parti II ta' dak l-Anness, iż-żoni rilevanti tal-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja.

(6)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE, hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 11, il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b'dan li ġej:

“2.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri kkonċernati li għandhom żoni mniżżlin fil-Parti II, fil-Parti III u fil-Parti IV tal-Anness, jistgħu jawtorizzaw id-dispaċċ tal-laħam frisk tal-majjal imsemmi fil-paragrafu 1 u tal-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u tal-prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn dan il-laħam tal-majjal lejn Stati Membri u pajjiżi terzi oħra, sakemm dawk il-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u dawk il-prodotti tal-laħam tal-majjal ikunu ġejjin minn ħnieżer li jkunu nżammu minn twelidhom fi rziezet li jkunu jinsabu 'l barra miż-żoni mniżżlin fil-Parti II, fil-Parti III u fil-Parti IV tal-Anness, u l-laħam frisk tal-majjal, il-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u l-prodotti tal-laħam tal-majjal ikunu ġew prodotti, maħżuna u pproċessati fi stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 12.

3.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri kkonċernati li għandhom żoni mniżżlin fil-Parti II tal-Anness, jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-laħam frisk tal-majjal imsemmi fil-paragrafu 1 u tal-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u tal-prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn dan il-laħam tal-majjal lejn Stati Membri u pajjiżi terzi oħra, sakemm dawk il-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u dawk il-prodotti tal-laħam tal-majjal ikunu ġejjin minn ħnieżer li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 u l-paragrafu 2 jew il-paragrafu 3 tal-Artikolu 3.”

(2)

L-Anness huwa emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(4)  Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti I hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata għall-Estonja tinbidel b'dan li ġej:

“1.   L-Estonja

Dawn iż-żoni fl-Estonja:

il-maakond ta' Põlvamaa,

il-vald ta' Häädemeeste,

il-vald ta' Kambja,

il-vald ta' Kasepää,

il-vald ta' Kolga-Jaani,

il-vald ta' Konguta,

il-vald ta' Kõo,

il-vald ta' Kõpu,

il-vald ta' Laekvere,

il-vald ta' Lasva,

il-vald ta' Meremäe,

il-vald ta' Nõo,

il-vald ta' Paikuse,

il-vald ta' Pärsti,

il-vald ta' Puhja,

il-vald ta' Rägavere,

il-vald ta' Rannu,

il-vald ta' Rõngu,

il-vald ta' Saarde,

il-vald ta' Saare,

il-vald ta' Saarepeedi,

il-vald ta' Sõmeru,

il-vald ta' Surju,

il-vald ta' Suure-Jaani,

il-vald ta' Tahkuranna,

il-vald ta' Torma,

il-vald ta' Vastseliina,

il-vald ta' Viiratsi,

il-vald ta' Vinni,

il-vald ta' Viru-Nigula,

il-vald ta' Võru,

il-linn ta' Võru,

il-linn ta' Kunda,

il-linn ta' Viljandi.”

(b)

l-entrata għal-Latvja tinbidel b'dan li ġej:

“2.   Il-Latvja

Dawn iż-żoni fil-Latvja:

in-novads ta' Aizkraukles,

in-novads ta' Alojas,

fin-novads ta' Alūksnes, il-pagasti ta' Ilzenes, Zeltiņu, Kalncempju, Annas, Malienas, Jaunannas, Mālupes u Liepnas,

in-novads ta' Amatas,

fin-novads ta' Apes, il-pagasts ta' Virešu,

in-novads ta' Baltinavas,

in-novads ta' Balvu,

in-novads ta' Cēsu,

in-novads ta' Gulbenes,

in-novads ta' Ikšķiles,

in-novads ta' Inčukalna,

in-novads ta' Jaunjelgavas,

in-novads ta' Jaunpiepalgas,

in-novads ta' Ķeguma,

in-novads ta' Kocēnu,

in-novads ta' Krimuldas,

in-novads ta' Lielvārdes,

in-novads ta' Līgatnes,

in-novads ta' Limbažu,

in-novads ta' Mālpils,

in-novads ta' Mazsalacas,

in-novads ta' Neretas,

in-novads ta' Ogres,

in-novads ta' Pārgaujas,

in-novads ta' Priekuļu,

in-novads ta' Raunas,

in-novads ta' Ropažu,

in-novads ta' Rugāju,

in-novads ta' Salacgrīvas,

in-novads ta' Salas,

in-novads ta' Sējas,

in-novads ta' Siguldas,

in-novads ta' Skrīveru,

in-novads ta' Smiltenes,

in-novads ta' Vecpiebalgas,

in-novads ta' Vecumnieku,

in-novads ta' Viesītes,

in-novads ta' Viļakas,

ir-republikas pilsēta ta' Valmiera.”

(c)

l-entrata għal-Litwanja tinbidel b'dan li ġej:

“3.   Il-Litwanja

Dawn iż-żoni fil-Litwanja:

fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnija ta' Josvainių, Pernaravos, Krakių, Kėdainių miesto, Dotnuvos, Gudžiūnų u Surviliškio,

fir-rajono savivaldybė ta' Panevežys, is-seniūnija ta' Krekenavos, Upytės, Velžio, Miežiškių, Karsakiškio, Naujamiesčio, Paįstrio, Panevėžio u Smilgių,

fir-rajono svaivaldybė ta' Radviliškis is-seniūnija ta' Skėmių u Sidabravo,

il-miesto savivaldybė ta' Kaunas,

il-miesto savivaldybė ta' Panevežys,

ir-rajono savivaldybė ta' Kaišiadorys,

ir-rajono savivaldybė ta' Kaunas,

ir-rajono savivaldybė ta' Pasvalys,

ir-rajono savivaldybė ta' Prienai,

is-savivaldybė ta' Birštonas,

is-savivaldybė ta' Kalvarija,

is-savivaldybė ta' Kazlu Ruda,

is-savivaldybė ta' Marijampole.”

(2)

Il-Parti II hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata għall-Estonja tinbidel b'dan li ġej:

“1.   L-Estonja

Dawn iż-żoni fl-Estonja:

il-maakond ta' Ida-Virumaa

il-maakond ta' Valgamaa,

il-vald ta' Abja,

il-vald ta' Halliste,

il-vald ta' Karksi,

il-vald ta' Paistu,

il-vald ta' Tarvastu,

il-vald ta' Antsla,

il-vald ta' Mõniste,

il-vald ta' Varstu,

il-vald ta' Rõuge,

il-vald ta' Sõmerpalu,

il-vald ta' Haanja,

il-vald ta' Misso,

il-vald ta' Urvaste.”

(b)

l-entrata għal-Latvja tinbidel b'dan li ġej:

“2.   Il-Latvja

Dawn iż-żoni fil-Latvja:

in-novads ta' Aknīstes,

fin-novads ta' Alūksnes, il-pagasti ta' Veclaicenes, Jaunlaicenes, Ziemeru, Alsviķu, Mārkalnes, Jaunalūksnes u Pededzes,

fin-novads ta' Apes, il-pagasts ta' Gaujienas, Trapenes u Apes,

in-novads ta' Cesvaines,

in-novads ta' Ērgļu,

in-novads ta' Ilūkstes,

ir-republikas pilsēta ta' Jēkabpils,

in-novads ta' Jēkabpils,

in-novads ta' Kokneses,

in-novads ta' Krustpils,

in-novads ta' Līvānu,

in-novads ta' Lubānas,

in-novads ta' Madonas,

in-novads ta' Pļaviņu,

in-novads ta' Varakļānu.”

(c)

l-entrata għal-Litwanja tinbidel b'dan li ġej:

“3.   Il-Litwanja

Dawn iż-żoni fil-Litwanja:

fir-rajono savivaldybė ta' Anykščiai, is-seniūnija ta' Andrioniškis, Anykščiai, Debeikiai, Kavarskas, Kurkliai, Skiemonys, Traupis, Troškūnai, Viešintos u l-parti ta' Svėdasai li tinsba fin-nofsinhar tat-triq Nru 118,

fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai is-seniūnija ta' Pelėdnagių, Vilainių, Truskavos u Šėtos,

fir-rajono savivaldybė ta' Kupiškis, is-seniūnija ta' Alizava, Kupiškis, Noriūnai u Subačius,

fir-rajono savivaldybė ta' Panevėžys is-seniūnija ta' Ramygalos, Vadoklių u Raguvos,

l-apskritis ta' Alytus;

il-miesto savivaldybė ta' Vilnius,

ir-rajono savivaldybė ta' Biržai,

ir-rajono savivaldybė ta' Jonava,

ir-rajono savivaldybė ta' Šalcininkai,

ir-rajono savivaldybė ta' Širvintos,

ir-rajono savivaldybė ta' Trakai,

ir-rajono savivaldybė ta' Ukmerge,

ir-rajono savivaldybė ta' Vilnius,

is-savivaldybė ta' Elektrenai.”