28.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 84/67 |
DEĊIŻJONI (UE) 2015/530 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-11 ta' Frar 2015
dwar il-metodoloġija u l-proċeduri għad-determinazzjoni u l-ġbir ta' dejta dwar fatturi tariffarji użati għall-kalkolu tat-tariffi superviżorji annwali (BĊE/2015/7)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (1), u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikoli 4(3), l-Artikolu 30 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 33(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1163/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropea tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar it-tariffi superviżorji (BĊE/2014/41) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3), u l-Artikolu 10(4) u 5 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 30(3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, it-tariffi superviżorji annwali li għandhom jiġu imposti fuq istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti jew friegħi stabbiliti fi Stat Membru parteċipanti minn istituzzjoni ta' kreditu stabbilita fi Stat Membru mhux parteċipanti ser jiġu kkalkulati fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti u ser ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi relatati mal-importanza u l-profil ta' riskju tal-istituzzjoni ta' kreditu kkonċernata, inklużi l-assi tagħha ppeżati għar-riskju. |
(2) |
Skont l-Artikolu 10(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41), il-fatturi tariffarji użati biex tiġi ddeterminata t-tariffa superviżorja annwali individwali pagabbli fir-rigward ta' kull entità taħt superviżjoni jew grupp taħt superviżjoni għandhom ikunu l-ammont, fit-tmiem tas-sena kalendarja, ta' (i) assi totali u (ii) skopertura għar-riskju totali. |
(3) |
L-Artikolu 10(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) jipprovdi li d-dejta dwar il-fatturi tariffarji għandha tkun iddeterminata u miġbura skont deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li tistipula l-metodoloġija u l-proċeduri applikabbli. |
(4) |
Skont l-Aritkolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, għall-finijiet tal-kalkolu tal-fatturi tariffarji l-gruppi ta' superviżjoni għandhom, bħala regola, jeskludu assi ta' sussidjarji li jinsabu fi Stati Membri mhux parteċipanti u pajjiżi terzi. Skont l-Artikolu 10(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41), il-gruppi taħt superviżjoni jistgħu jiddeċiedu li ma jeskludux dawk l-assi għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-fatturi tariffarji. Madankollu, l-ispiża biex isir dak il-kalkolu ma għandhiex taqbeż it-tnaqqis mistenni fit-tariffa superviżorja. |
(5) |
L-Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) jiddikjara li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali (NCAs) għandhom jissottomettu dejta dwar il-fatturi tariffarji lill-BĊE skont il-proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti mill-BĊE. |
(6) |
L-Artikolu 10(5) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) jiddikjara li jekk debitur ta' tariffa jonqos milli jipprovdi l-fatturi tariffarji, il-BĊE għandu jiddetermina l-fatturi tariffarji skont il-proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti mill-BĊE. |
(7) |
Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni għandha tistabbilixxi l-metodoloġija u l-proċeduri għad-determinazzjoni u l-ġbir ta' dejta dwar il-fatturi tariffarji u l-kalkolu tal-fatturi tariffarji, inkluż f'każijiet fejn id-debitur tat-tariffa jonqos milli jipprovdihom, kif ukoll il-proċeduri għas-sottomissjoni ta' fatturi tariffarji minn NCAs lill-BĊE. B'mod partikolari, għandhom jiġu speċifikati l-formatti, il-frekwenza u l-waqt ta' dik is-sottomissjoni, kif ukoll it-tipi ta' kontrolli tal-kwalità li l-NCAs għandhom iwettqu qabel ma jissottomettu fatturi tariffarji lill-BĊE. |
(8) |
Għall-kalkolu tat-tariffi superviżorji annwali pagabbli fir-rigward ta' kull entità taħt superviżjoni u grupp taħt superviżjoni, id-debituri tat-tariffi għandhom jissottomettu dejta fir-rigward tal-fatturi tariffarji lil NCAs ibbażati fuq il-mudelli li jinsabu fl-Annessi I u II ta' din id-Deċiżjoni. |
(9) |
Huwa meħtieġ li tiġi stabbilita proċedura sabiex isiru emendi tekniċi lill-Annessi ta' din id-Deċiżjoni b'mod effettiv, kemm-il darba dawk l-emendi la jbiddlu l-qafas kunċettwali sottostanti u lanqas ma jaffettwaw il-piż tar-rapportar. Meta tkun qegħda tiġi segwita din il-proċedura, għandhom jitqiesu l-fehmiet tal-Kumitat tal-Istatistika (STC) tas-Sistema Ewropea tal-Banek Centrali (SEBĊ). L-NCAs u Kumitati oħra tas-SEBĊ b'hekk ikunu jistgħu jipproponu emendi tekniċi bħal dawn għall-Annessi permezz tal-STC, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
Din id-Deċizjoni tistabbilixxi l-metodoloġija u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) għad-determinazzjoni u l-ġbir tad-dejta dwar il-fatturi tariffarji użati għall-kalkolu tat-tariffi superviżorji annwali li għandhom jiġu imposti fir-rigward ta' entitajiet taħt superviżjoni u s-sottomissjoni tal-fatturi tariffarji mid-debituri tat-tariffi, kif ukoll il-proċeduri għas-sottomissjoni ta' dik id-dejta mill-NCAs lill-BĊE.
Din id-Deċizjoni tapplika għad-debituri tat-tariffi u għall-NCAs.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41), ħlief jekk ikun ipprovdut mod ieħor, flimkien mad-definizzjoni li ġejja:
|
“jum ta' ħidma” tfisser jum li ma jkunx is-Sibt, il-Ħadd jew btala pubblika fl-Istat Membru fejn l-NCA relevanti tkun stabbilita. |
Artikolu 3
Mudell għar-rapportar tal-fatturi tariffarji lill-NCAs mid-debituri tat-tariffi
Il-fatturi tariffarji għandhom jiġu sottomessi lill-NCAs mid-debituri tat-tariffi permezz tal-mudelli li jinsabu fl-Annessi I u II ta' din id-Deċiżjoni. Id-dikjarazzjonijiet tal-awditur skont l-Artikolu 7 għandhom jiġu ppreżentati wkoll lill-NCAs. Fil-każ ta' grupp ta' entitajiet li jħallsu tariffi b'sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti jew pajjiżi terzi, id-debituri tat-tariffi għandhom jipprovdu spjegazzjoni tal-metodu użat għad-determinazzjoni tal-fatturi tariffarji skont l-Artikolu 10(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) fl-ispazju allokat għal dan l-iskop fil-formola.
Artikolu 4
Dati ta' spedizzjoni
1. L-NCAs għandhom jippreżentaw dejta dwar il-fatturi tariffarji lill-BĊE sa mhux aktar tard mill-għeluq tan-negozju fl-10 jum ta' ħidma wara d-dati ta' spedizzjoni msemmija fl-Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41). Wara dan, il-BĊE għandu jivverifika d-dejta li jkun irċieva fi żmien ħamest ijiem minn meta jkun irċeviha. L-NCAs għandhom jispjegaw jew jikkjarifikaw id-dejta, jekk jintalbu jagħmlu dan mill-BĊE. Il-BĊE għandu jiffinalizza d-dejta fil-15-il jum ta' ħidma wara d-data ta' spedizzjoni relevanti.
2. Malli l-BĊE jiffinalizza d-dejta skont il-paragrafu 1, huwa għandu jagħti lid-debituri tat-tariffi aċċess għad-dejta ffinalizzata. Id-debituri tat-tariffi għandhom jingħataw ħamest ijiem ta' ħidma sabiex jikkummentaw dwar id-dejta tal-fatturi tariffarji f'każ li jikkunsidraw li dik id-dejta hija skorretta. Wara dan, il-fatturi tariffarji għandhom jiġu applikati għall-kalkolu tat-tariffi superviżorji annwali.
Artikolu 5
Kontrolli tal-kwalità tad-dejta
L-NCAs għandhom jimmonitorjaw u jiżguraw il-kwalità u l-affidabbiltà tad-dejta fir-rigward tal-fatturi tariffarji sottomessi lill-BĊE. L-NCAs għandhom japplikaw verifiki ta' kontroll tal-kwalità sabiex jevalwaw jekk il-fatturi tariffarji ġewx ikkalkulati b'mod konformi mal-metodoloġija stipulata fl-Artikolu 7. Il-BĊE ma għandux jikkoreġi jew jimmodifika dejta dwar il-fatturi tariffarji pprovduti mid-debituri tat-tariffi. Kwalunkwe korrezzjonijiet jew modifiki għad-dejta għandhom isiru mid-debituri tat-tariffi u jiġu sottomessi minnhom lill-NCAs. L-NCAs għandhom jissottomettu lill-BĊE kwalunkwe dejta kkoreġuta jew immodifikata li huma jirċievu. Meta jissottomettu dejta dwar il-fatturi tariffarji, l-NCAs għandhom: (a) jipprovdu informazzjoni dwar kwalunkwe żvilupp sinifikanti implikat minn dik id-dejta; u (b) jikkomunikaw lill-BĊE r-raġunijiet għal kwalunkwe korrezzjoni jew modifika sinifikanti għaliha.
Artikolu 6
Frekwenza ta' rapportar u l-ewwel data ta' referenza tar-rapportar
Id-dejta dwar il-fatturi tariffarji għandha tiġi sottomessa mid-debituri tariffarji lill-NCAs fuq bażi annwali. L-ewwel data ta' referenza tar-rapportar għall-fatturi tariffarji hija l-31 ta' Diċembru 2014.
Artikolu 7
Metodoloġija għall-kalkolu tal-fatturi tariffarji
1. Il-figura totali tal-iskopertura għar-riskju li għandha tiġi rrapportata għandha tinstilet mir-rapportar regolari mwettaq skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (3). Ir-rekwiżiti speċifiċi ta' kalkolu li ġejjin għandhom japplikaw.
(a) |
Għal grupp taħt superviżjoni li ma jkollux sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti jew pajjiżi terzi, l-iskopertura għar-riskju totali tal-grupp għandha tiġi ddeterminata b'referenza għall-formola ta' “rekwiżiti ta' fondi proprji” tar-rapportar komuni dwar il-proporzjon ta' solvenza (COREP) stabbilit fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 (iktar 'il quddiem il-“formola dwar ir-rekwiżiti ta' fondi proprji”). |
(b) |
Għal grupp taħt superviżjoni li jkollu sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti jew pajjiżi terzi, l-iskopertura għar-riskju totali tal-grupp għandha tiġi ddeterminata b'referenza għall-formola tar-rekwiżiti ta' fondi proprji, bl-opzjoni li jitnaqqas il-kontribut għall-iskopertura għar-riskju totali tal-grupp ta' dawk is-sussidjarji li huma stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti jew pajjiżi terzi b'referenza għall-formola COREP “solvenza tal-grupp: informazzjoni dwar affiljati” li jinsab fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. Jekk id-dejta dwar il-kontribut tas-sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti jew pajjiżi terzi ma tkunx disponibbli fil-formola COREP “solvenza tal-grupp: informazzjoni dwar affiljati” għall-finijiet tal-kalkolu ta' tariffi superviżorji, id-debituri tat-tariffi jistgħu jissottomettu din id-dejta huma stess lill-NCAs. |
(c) |
Jekk l-istituzzjoni ta' kreditu li tħallas tariffi ma tkunx parti minn grupp taħt superviżjoni, l-iskopertura totali ta' riskju tal-istituzzjoni għandha tiġi ddeterminata b'referenza għall-formola dwar ir-rekwiżiti ta' fondi proprji. |
2. Il-figura ta' attiv totali li għandha tiġi rapportata għandha tikkorrispondi għall-ammont ta' attiv totali stipulat fl-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/17) (4). Jekk l-assi totali ma jistgħux jiġu ddeterminati b'referenza għal dak l-Artikolu, għandhom jiġu ddeterminati fuq il-bażi tad-dejta li ġejja.
(a) |
Għal grupp taħt superviżjoni li jkollu biss sussidjarji stabibliti fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti, il-pakketti ta' rapportar użati mill-entitajiet taħt superviżjoni għat-tħejjija ta' kontijiet ikkonsolidati fil-livell ta' grupp għandhom jintużaw biex jiġu ddeterminati l-assi totali. Awditur għandu jiċċertifika l-assi totali tal-grupp taħt superviżjoni billi jagħmel verifika xierqa tal-pakketti ta' rapportar. |
(b) |
Għal istituzzjoni ta' kreditu li tħallas tariffa li ma tkunx parti minn grupp taħt superviżjoni iżda jkollha kumpannija parent stabbilita fi Stat Membru mhux parteċipanti jew pajjiż terz, il-pakketti ta' rapportar użati mill-istituzzjoni ta' kreditu li tħallas tariffa għat-tħejjija ta' kontijiet ikkonsolidati fil-livell tal-grupp għandhom jintużaw biex jiġu ddeterminati l-assi totali. Awditur għandu jiċċertifika l-assi totali tal-istituzzjoni ta' kreditu li tħallas tariffa billi jagħmel verifika xierqa tal-pakketti ta' rapportar. |
(c) |
F'każ li l-assi totali ta' fergħa li tħallas tariffa jiġu kkalkulati fuq il-bażi ta' dejta statistika rrapportata skont ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/33) (5), awditur għandu jiċċertifika l-assi totali tal-fergħa li tħallas tariffa billi jwettaq verifika xierqa tal-kontijiet finanzjarji tagħha. |
3. Għal grupp taħt superviżjoni li jkollu sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti jew pajjiżi terzi, l-assi totali tiegħu għandhom jiġu ddeterminati skont waħda mill-opzjonijiet li ġejjin.
(a) |
L-assi totali tiegħu jistgħu jiġu ddeterminati fuq il-bażi tal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17) (inklużi sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti jew pajjiżi terzi). Jekk l-assi totali ma jistgħux jiġu ddeterminati b'referenza għal dak l-Artikolu, għandhom jiġu ddeterminati skont l-Artikolu 7(2)(a) ta' din id-Deċiżjoni. |
(b) |
L-assi totali tigħu jistgħu jiġu ddeterminati billi jiġu aggregati l-assi totali żvelati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji statutorji tal-entitajiet kollha taħt superviżjoni stabbiliti fi Stati Membri parteċipanti fi ħdan il-grupp taħt superviżjoni, jekk dawn ikunu disponibbli, jew inkella billi jiġu aggregati l-assi totali ddikjarati fil-pakkett(i) ta' rapportar relevanti użat(i) mill-entitajiet taħt superviżjoni jew grupp ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li jħallsu tariffa għat-tħejjija ta' kontijiet ikkonsolidati fil-livell ta' grupp. Sabiex jiġi evitat għadd doppju, id-debitur tat-tariffa għandu l-opzjoni li jelimina pożizzjonijiet intragrupp fost l-entitajiet kollha taħt superviżjoni li jkunu stabbiliti fi Stati Membri parteċipanti tal-grupp taħt superviżjoni fil-proċess ta' konsolidazzjoni. Kwalunkwe avvjament inkluż fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati tal-impriża parent ta' grupp taħt superviżjoni għandu jiġi inkluż fl-aggregazzjoni; l-esklużjoni ta' avvjament allokat lil sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti jew pajjiżi terzi hija fakultattiva. Meta debitur ta' tariffa juża dikjarazzjonijiet finanzjarji statutorji, awditur għandu jiċċertifika li l-assi totali jikkorrispondu għall-assi totali żvelati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji statutorji awditjati tal-entitajiet taħt supeviżjoni individwali. Meta debitur ta' tariffa juża pakketti ta' rapportar, awditur għandu jiċċerifika l-assi totali użati għall-kalkolu tat-tariffi superviżorji annwali billi jwettaq verifika xierqa tal-pakketti ta' rapportar użati. Fi kwalunkwe każ, l-awditur għandu jikkonferma li l-proċess ta' aggregazzjoni ma jiddevjax mill-proċedura stipulata f'din id-Deċiżjoni u li l-kalkolu mwettaq mid-debitur tat-tariffa huwa koerenti mal-metodu ta' kontabilità użat għall-konsolidazzjoni tal-kontijiet tal-grupp ta' entitajiet li jħallsu tariffa. |
Artikolu 8
Determinazzjoni ta' fatturi tariffarji mill-BĊE f'każ li ma jiġux ipprovduti jew sottomessi l-korrezzjonijiet jew modifiki meħtieġa
F'każ li fattur tariffarju ma jiġix irrapportat jew il-korrezzjonijiet jew modifiki meħtieġa ma jiġux sottomessi minn debitur ta' tariffa, il-BĊE għandu juża l-informazzjoni disponibbli għalih sabiex jiddetermina l-fattur tariffarju nieqes.
Artikolu 9
Proċedura ta' emenda simplifikata
Filwaqt li jqis il-fehmiet tal-STC, il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE huwa intitolat li jagħmel kwalunkwe emenda teknika fl-Annessi ta' dan ir-Regolament, sakemm dawn l-emendi la jbiddlu l-qafas kunċettwali sottostanti u lanqas ma jaffettwaw il-piż ta' rapportar fuq id-debituri tat-tariffi. Il-Bord Eżekuttiv għandu jinforma lill-Kunsill Governattiv b'kull emenda bħal din mingħajr dewmien żejjed.
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-11 ta' Frar 2015.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.
(2) ĠU L 311, 31.10.2014, p. 23.
(3) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1.).
(4) Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u mal-awtoritajiet nazzjonali ddenominati (Regolament Qafas dwar l-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1).
(5) Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1).
ANNESS I
|
KALKOLU TA' TARIFFI |
Perjodu ta' referenza |
|
ISEM |
|
SKOPERTURA TOTALI GĦAR-RISKJU |
Data |
|
Kodiċi MFI |
|
|
|
Kodiċi LEI |
|
|||
|
|||||
Partita |
|
Tip ta' istituzzjoni |
Sors għall-ammont ta' skopertura għar-riskju |
Ammont tal-iskopertura għar-riskju |
Kummenti |
|
|
010 |
020 |
030 |
040 |
010 |
SKOPERTURA TOTALI GĦAR-RISKJU |
(1), (2), (3) jew (4) |
COREP C 02.00, ringiela 010 |
|
|
020 |
KONTRIBUZZJONI TA' SUSSIDJARJI fi Stati Membri mhux parteċipanti jew pajjiżi terzi |
(4) |
COREP C06.02, kolonna 250 (SUM) |
|
|
021 |
Entità 1 |
(4) |
|
|
|
. |
Entità 2 |
(4) |
|
|
|
. |
Entità 3 |
(4) |
|
|
|
N |
Entità N |
(4) |
|
|
|
030 |
AMMONT TOTALI TA' SKOPERTURA GĦAR-RISKJU tal-grupp taħt superviżjoni li jnaqqas il-KONTRIBUT TA' SUSSIDJARJI fi Stati Membri mhux parteċipanti jew pajjiżi terzi: Il-partita 030 hija ugwali għal 010 bi tnaqqis ta' 020 |
(4) |
|
|
|
Jekk jogħġbok ara li dan il-mudell jimtela skont l-istruzzjonijiet li huma pprovduti separatament. |
ANNESS II
|
KALKOLU TA' TARIFFI |
Perjodu ta' referenza |
|
ISEM |
|
ASSI TOTALI |
Data |
|
Kodiċi MFI |
|
|
|
Kodiċi LEI |
|
|||
|
|||||
Partita |
|
Tip ta' istituzzjoni |
Konferma tal-verifika tal-awditur (Iva/Le) |
Assi totali |
Kummenti |
|
|
010 |
020 |
030 |
040 |
010 |
ASSI TOTALI skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17) |
(1), (2), (3), (4), (5) |
|
|
|
020 |
ASSI TOTALI skont l-Artikolu 7(2)(a) jew (b) ta' din id-Deċiżjoni |
(6) jew (7) |
|
|
|
030 |
ASSI TOTALI skont l-Artikolu 7(3)(b) ta' din id-Deċiżjoni: Il-partita 030 hija ugwali għal 031 bi tnaqqis ta' 032 u b'żieda ta' 033 u tnaqqis ta' 034 |
(8) |
|
|
|
031 |
Assi totali tal-entitajiet kollha li huma gruppi stabbiliti fi Stati Membri parteċipanti |
|
|
|
|
032 |
Pożizzjonijiet intragrupp fost entitajiet taħt superviżjoni stabbiliti fi Stati Membri parteċipanti (minn pakketti ta' rapportar użati għall-eliminazzjoni ta' bilanċi għal skopijiet ta' rapportar ta' grupp) — opzjonali |
|
|
|
|
033 |
Avvjament inkluż fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati tal-impriża parent ta' grupp taħt superviżjoni — obbligatorju |
|
|
|
|
034 |
Avvjament allokat lil sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti jew pajjiżi terzi — opzjonali |
|
|
|
|
040 |
Assi totali għal entità taħt superviżjoni jew grupp taħt superviżjoni kklassifikati bħala inqas sinifikanti fuq il-bażi ta' deċiżjoni tal-BĊE meħuda skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 flimkien mal-Artikolu 70(1) u l-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17) u l-Artikolu 10(3)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41). |
(9) |
|
|
|
Jekk jogħġbok ara li dan il-mudell jimtela skont l-istruzzjonijiet li huma pprovduti separatament. |