16.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 359/30


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1329/2014

tad-9 ta' Diċembru 2014

li jistabbilixxi l-Formoli msemmija fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta' strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta' Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta' strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta' Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(3)(b), l-Artikolu 59(1), l-Artikolu 60(2), l-Artikolu 61(2), l-Artikolu 65(2) u l-Artikolu 67(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Għall-applikazzjoni xierqa tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 għandhom jiġu stabbiliti għadd ta' formoli.

(2)

B'konformità mal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dawk l-Istati Membri ma ħadux sehem fl-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 650/2012. Għalhekk, ir-Renju Unit u l-Irlanda ma ħadux sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.

(3)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih u lanqas mhi soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitati ta' Suċċessjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-formola li trid tintuża għall-attestazzjoni li tikkonċerna deċiżjoni f'materja ta' suċċessjoni msemmija fl-Artikolu 46(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tkun kif stabbilit fl-Anness 1 bħala l-Formola I.

2.   Il-formola li trid tintuża għall-attestazzjoni li tikkonċerna strument awtentiku f'materja ta' suċċessjoni msemmija fl-Artikolu 59(1) u l-Artikolu 60(2) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tkun kif stabbilit fl-Anness 2 bħala l-Formola II.

3.   Il-formola li trid tintuża għall-attestazzjoni li tikkonċerna soluzzjoni bil-qorti f'materja ta' suċċessjoni msemmija fl-Artikolu 61(2) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tkun kif stabbilit fl-Anness 3 bħala l-Formola III.

4.   Il-formola li trid tintuża għall-applikazzjoni għal Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni msemmi fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tkun kif stabbilit fl-Anness 4 bħala l-Formola IV.

5.   Il-formola li trid tintuża għaċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni msemmi fl-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tkun kif stabbilit fl-Anness 5 bħala l-Formola V.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-17 ta' Awwissu 2015.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 201, 27.7.2012, p. 107.


ANNESS 1

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 2

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 3

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 4

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 5

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni