5.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 349/27


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1292/2014

tas-17 ta' Lulju 2014

dwar il-kondizzjonijiet għall-klassifikazzjoni, mingħajr ittestjar, ta' ċerti pavimenti tal-injam mhux miksi skont EN14342 fir-rigward tar-reazzjoni tagħhom għan-nar

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 27(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/147/KE (2) adottat sistema għall-klassifikazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini, rigward ir-reazzjoni tagħhom għan-nar. Il-pavimenti tal-injam huma fost il-prodotti għall-bini li għalihom tapplika dik id-Deċiżjoni.

(2)

It-testijiet urew li l-pavimenti tal-injam koperti mill-istandard armonizzat EN 14342 għandhom prestazzjoni stabbli u prevedibbli rigward ir-reazzjoni għan-nar sakemm jissodisfaw ċerti kondizzjonijiet dwar id-densità tal-injam, il-ħxuna tal-pavimentar u l-użu aħħari tal-prodott.

(3)

Il-pavimenti tal-injam koperti mill-istandard armonizzat EN 14342 għandhom għalhekk jitqiesu li jissodisfaw il-klassijiet ta' prestazzjoni għal reazzjoni għan-nar stabbiliti fid-Deċiżjoni 2000/147/KE dwar dawk il-kondizzjonijiet mingħajr il-ħtieġa ta' aktar ittestjar,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-pavimenti tal-injam koperti mill-istandard armonizzat EN 14342 li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness għandhom jitqiesu li jissodisfaw il-klassijiet ta' prestazzjoni mingħajr ittestjar indikati fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/147/KE tat-8 ta' Frar 2000 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE rigward il-klassifikazzjoni tar-reazzjoni għan-nar tal-prodotti għall-bini (ĠU L 50, 23.2.2000, p. 14).


ANNESS

Prodott (1)  (7)

Dettalji tal-prodott (4)

Densità medja minima (5)

(kg/m3)

Ħxuna nominali minima

(mm)

Kondizzjoni tal-użu aħħari

Klassi għall-pavimenti (3)

Pavimentar tal-injam

Pavimentar tal-injam solidu tal-arżnu jew tal-abit (spruce)

Arżnu: 480

Abit: 400

14

Mingħajr spazju tal-arja taħt

Dfl-s1

Pavimentar tal-injam

Pavimentar solidu tal-fagu, tal-ballut, tal-arżnu jew tal-abit (spruce)

Fagu: 700

Ballut: 700

Arżnu: 430

Abit: 400

20

Bil-spazju tal-arja taħt jew mingħajru

Dfl-s1

Parkè tal-injam

Parkè tal-injam solidu (saff wieħed) tal-ġewż

650

8

Inkullat mas-sottostrat (6)

Dfl-s1

Parkè tal-injam

Parqè solidu (saff wieħed) tal-ballut, tal-fraxxnu jew tal-aġġru

Fraxxnu: 650

Aġġru: 650

Ballut: 720

8

Inkullat mas-sottostrat (6)

Dfl-s1

Parkè tal-injam

Parkè bis-saffi bis-saff ta' fuq tal-ballut, ta' mill-inqas 3,5 mm

550

15 (2)

Mingħajr spazju tal-arja taħt

Dfl-s1

Pavimentar tal-injam u parkè

Paviment tal-injam solidu u parkè li mhumiex speċifikati hawn fuq

400

6

Kollha

Efl


(1)  Immuntat skont EN ISO9239-1, fuq sottostrat li jkun mill-inqas tal-Klassi D-s2, d0 u b'densità minima ta' 400 kg/m3 jew bil-spazju tal-arja taħt (tul minimu ta' 30 mm).

(2)  Jista' jiddaħħal saff ta' bejniethom li jkun mill-inqas tal-Klassi Efl u bi ħxuna massima ta' 3 mm u b'densità minima ta' 280 kg/m3.

(3)  Il-klassi kif prevista fit-Tabella 2 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2000/147/KE.

(4)  Mingħajr kisi tal-wiċċ.

(5)  Trattat skont EN 13238 (50 % RH, 23 °C).

(6)  Sottostrat li jkun mill-inqas tal-Klassi D-s2, d0.

(7)  Japplika wkoll għat-turġien tat-taraġ.