5.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 349/25


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1291/2014

tas-16 ta' Lulju 2014

dwar il-kundizzjonijiet għall-klassifikazzjoni mingħajr ittestjar ta' pannelli b'bażi tal-injam taħt EN13986 u panelli u kisi tal-injam mastizz taħt EN14915 fir-rigward tal-kapaċità ta' protezzjoni min-nar tagħhom, meta jintużaw biex jgħattu ħitan u soqfa

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 27(5) tagħha,

Billi:

(1)

Fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/367/KE (2) ġiet adottata sistema għall-klassifikazzjoni tal-prestazzjoni ta' prodotti għall-bini, xogħlijiet ta' bini u partijiet minnhom fir-rigward tar-reżistenza tagħhom għan-nar. Pannelli b'bażi tal-injam koperti mill-istandard armonizzat EN 13986, kif ukoll pannelli u kisi tal-injam mastizz koperti mill-istandard armonizzat EN 14915, huma fost il-prodotti għall-bini li għalihom tapplika dik id-Deċiżjoni.

(2)

Testijiet urew li dawk il-prodotti għandhom prestazzjoni stabbli u prevedibbli dwar il-kapaċità ta' protezzjoni min-nar meta jintużaw biex jgħattu ħitan u soqfa, dment li l-prodotti jkunu jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet rigward id-densità tal-injam u l-ħxuna tal-pannelli u l-kisi.

(3)

Pannelli b'bażi tal-injam koperti mill-istandard armonizzat EN 13986 u pannelli u kisi tal-injam mastizz koperti mill-istandard armonizzat EN 14915 għandhom għalhekk jitqiesu li jissodisfaw l-klassijiet ta' prestazzjoni għall-kapaċità ta' protezzjoni min-nar stabbiliti fid-Deċiżjoni 2000/367/KE dwar dawk il-kundizzjonijiet, mingħajr ma jinħtieġ aktar ittestjar,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Pannelli b'bażi tal-injam koperti mill-istandard armonizzat EN 13986 u pannelli u kisi tal-injam mastizz koperti mill-istandard armonizzat EN 14915 li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness għandhom jitqiesu li jissodisfaw il-klassijiet ta' prestazzjoni indikati fl-Anness mingħajr ittestjar, meta jintużaw għal kisi ta' ħitan u soqfa.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/367/KE tat-3 ta' Mejju 2000 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward tal-klassifika ta' reżistenza għan-nar ta' prodotti għall-bini, xogħlijiet ta' bini u xi partijiet minnhom (ĠU L 133, 6.6.2000, p. 26).


ANNESS

Prodott (1)

Standard tal-prodott EN

Dettalji tal-prodott (2)

Densità medja minima

(kg/m3)

Ħxuna minima

(mm)

Klassi K (3)

Ħardbord

EN 13986

Bi u mingħajr mudullun u buvett (5)

800

9

K2 10 (4)

OSB

EN 13986

Bi u mingħajr mudullun u buvett (6)

600

10

K2 10 (4)

Particleboard

EN 13986

B'mudullun u buvett (7)

600

10

K2 10 (4)

Particleboard

EN 13986

Bi u mingħajr mudullun u buvett (6)

600

12

K2 10 (4)

Triplaj

EN 13986

Bi u mingħajr mudullun u buvett (6)

450

12

K2 10 (4)

Pannelli tal-injam mastizz

EN 13986

Bi u mingħajr mudullun u buvett (6)

450

12

K2 10 (4)

Particleboard

EN 13986

B'mudullun u buvett (8)

600

25

K2 30

OSB

EN 13986

B'mudullun u buvett (8)

600

30

K2 30

Triplaj

EN 13986

B'mudullun u buvett (8)

450

26

K2 30

Pannelli tal-injam mastizz

EN 13986

B'mudullun u buvett (8)

450

26

K2 30

Pannelli tal-injam mastizz

EN 13986

B'mudullun u buvett (9)

450

53

K2 60

Pannelli u kisi tal-injam mastizz

EN 14915

B'mudullun u buvett (10)

450

15

K2 10 (4)

Pannelli u kisi tal-injam mastizz

EN 14915

B'mudullun u buvett (10)

450

27

K2 30

Pannelli u kisi tal-injam mastizz

EN 14915

B'mudullun u buvett (11)

450

2 × 27 (12)

K2 60


(1)  Armat direttament fuq kull sostrat mingħajr vojt taħtu.

(2)  Minċotti bi truf kwadri jew bi profil tal-mudullun u l-buvett u bl-istess ħxuna tal-prodott tal-injam u mingħajr vojt.

(3)  Klassi kif stipulata fid-Deċiżjoni 2000/367/KE.

(4)  K1 10 għas-sustrati ≥ 300 kg/m3

(5)  Taċċ tul minimu ta' 40 mm u spazjar massimu ta' 100 mm

(6)  Viti b'tul minimu ta' 30 mm u bi spazjar massimu ta' 200 mm

(7)  Viti b'tul minimu ta' 30 mm u bi spazjar massimu ta' 150 mm

(8)  Viti b'tul minimu ta' 50 mm u bi spazjar massimu ta' 200 mm

(9)  Viti b'tul minimu ta' 75 mm u bi spazjar massimu ta' 200 mm

(10)  Musmar b'tul minimu ta' 60 mm u spazjar massimu ta' 600 mm

(11)  Imsiemer b'tul minimu ta' 50 mm (f'kull saff) u bi spazjar massimu ta' 600 mm

(12)  Iż-żewġ saffi jiġu mmuntati bid-direzzjoni lonġitudinali tas-saffi tkun perpendikolari ma' xulxin.