29.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1270/2014
tat-28 ta' Novembru 2014
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014. |
(2) |
Fid-dawl tal-gravità kontinwata tas-sitwazzjoni fuq il-post fl-Ukraina, il-Kunsill iqis li għandhom jiżdiedu persuni u entitajiet addizzjonali mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014. |
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Novembru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
S. GOZI
ANNESS
Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1
Individwi
|
Isem |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni ta' raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
Serhiy KOZYAKOV (aka Sergey Kozyakov) Сергей Козьяков |
29.9.1982 |
Fil-kapaċità tiegħu bħala “Kap tal-Kummissjoni Elettoriali Ċentrali ta' Luhansk” huwa responsabbli għall-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tat-2 ta' Novembru 2014 fl-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk”. Dawn “l-elezzjonijiet” huma fi ksur tal-liġi Ukraina u għaldaqstant illegali. Fl-assunzjoni u filwaqt li jaġixxi f'din il-kapaċità, u fl-organizzazzjoni tal-“elezzjonijiet” illegali, huwa għaldaqstant b'mod attiv appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. |
29.11.2014 |
|
Oleg AKIMOV (aka Oleh AKIMOV) Олег Акимов |
|
Deputat fl-“Unjoni Ekonomika ta' Luhansk” fil-“Kunsill Nazzjonali” tar-“Repubblika Popolari ta' Luhansk”. Ikkandida ruħu fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet”, tat-2 ta' Novembru 2014 għall-kariga ta' “Kap” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk”. Dawn l-elezzjonijiet huma fi ksur tal-liġi Ukraina u għaldaqstant illegali. Fl-assunzjoni u filwaqt li jaġixxi f'din il-kapaċità, u fil-parteċipazzjoni formali bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, huwa għaldaqstant appoġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. |
29.11.2014 |
|
Larisa AIRAPETYAN (aka Larysa Ayrapetyan, Larisa Airapetyan jew Larysa Airapetyan) Лариса Айрапетян |
|
“Ministru għas-Saħħa” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk”. Ikkandidat ruħha fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet”, tat-2 ta' Novembru 2014 għall-kariga ta' “Kap” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk”. Dawn l-“elezzjonijiet” huma fi ksur tal-liġi Ukraina u għaldaqstant illegali. Fl-assunzjoni u filwaqt li taġixxi f'din il-kapaċità, u fil-parteċipazzjoni formali bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, hija għaldaqstant appoġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. |
29.11.2014 |
|
Yuriy SIVOKONENKO (aka Yuriy Sivokonenko, Yury Sivokonenko, Yury Syvokonenko) Юрий Викторович Сивоконенко |
|
Membru tal-“Parlament” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk” u jaħdem fl-Unjoni ta' veterani tad-Donbass Berkut. Ikkandida ruħu fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tat-2 ta' Novembru 2014 għall-kariga ta' Kap tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Dawn l-elezzjonijiet huma fi ksur tal-liġi Ukraina u għaldaqstant illegali. Fl-assunzjoni u filwaqt li jaġixxi f'din il-kapaċità, u fil-parteċipazzjoni formali bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, huwa għaldaqstant appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. |
29.11.2014 |
|
Aleksandr KOFMAN (aka Oleksandr Kofman) Александр Игоревич Кофман |
|
“L-ewwel viċi speaker” tal-“Parlament” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donestsk”. Ikkandida ruħu fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” illegali tat-2 ta' Novembru 2014 għall-kariga ta' Kap tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Dawn l-elezzjonijiet huma fi ksur tal-liġi Ukraina u għaldaqstant illegali. Fl-assunzjoni u filwaqt li jaġixxi f'din il-kapaċità, u fil-parteċipazzjoni formali bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. |
29.11.2014 |
|
Ravil KHALIKOV Равиль Халиков |
|
“L-Ewwel Viċi Prim Ministru” u l-“Prosekutur-Ġenerali” preċedenti tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Fl-assunzjoni u filwaqt li jaġixxi f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. |
29.11.2014 |
|
Dmitry SEMYONOV Дмитрий Семенов |
|
“Viċi Prim Minstru għall-Finanzi” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk” . Fl-assunzjoni u filwaqt li jaġixxi f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant b'mod attiv appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. |
29.11.2014 |
|
Oleg BUGROV |
|
“Ministru għad-Difiża” tal-hekk ismejħa Repubblika Popolari ta' Luhansk. Fl-assunzjoni u filwaqt li jaġixxi f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. |
29.11.2014 |
|
Lesya LAPTEVA Леся Лаптева |
|
“Ministru għall-Edukazzjoni. ix-Xjenza, il-Kultura u r-Reliġjon” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk”. Fl-assunzjoni u filwaqt li taġixxi f'din il-kapaċità, hija għaldaqstant appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. |
29.11.2014 |
|
Yevgeniy Eduardovich MIKHAYLOV (aka Yevhen Eduardovych Mychaylov)
|
17.3.1963, f'Arkhangelsk |
“Kap tal-amministrazzjoni għall-affarijiet governattivi” tal-hekk ismejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Fl-assunzjoni u filwaqt li jaġixxi f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. |
29.11.2014 |
|
Ihor Vladymyrovych KOSTENOK (aka Igor Vladimirovich Kostenok) Игорь Владимирович Костенок |
|
“Ministru għall-Edukazzjoni” tal-hekk ismejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Fl-assunzjoni u filwaqt li jaġixxi f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. |
29.11.2014 |
|
Yevgeniy Vyacheslavovich ORLOV (aka Yevhen Vyacheslavovych Orlov) Евгений Вячеславович Орлов |
|
Membru tal-“Kunsill Nazzjonali” tal-hekk ismejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Fl-assunzjoni u filwaqt li jaġixxi f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. |
29.11.2014 |
|
Vladyslav Nykolayevych DEYNEGO (aka Vladislav Nykolayevich Deynego) Владислав Дейнего |
|
“Viċi Kap” tal-“Kunsill Popolari” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk”. Fl-assunzjoni u filwaqt li jaġixxi f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. |
29.11.2014 |
Entitajiet
|
Isem |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni ta' raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
Donetsk Republic (Organizzazzjoni pubblika) Донецкая республика |
|
“Organizzazzjoni” pubblika li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk” fit-2 ta' Novembru 2014. Dawn “l-elezzjonijiet” huma fi ksur tal-liġi Ukraina u għaldaqstant illegali. Fil-parteċipazzjoni formali fl-“elezzjonijet” illegali hija għalhekk appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. Immexxija minn Alexander ZAKHARCHENKO u mnedija minn Andriy PURGIN. |
29.11.2014 |
|
Peace to Luhansk Region (Russu: Mir Luganschine) Мир Луганщине |
|
“Organizzazzjoni” pubblika li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk” fit-2 ta' Novembru 2014. Dawn “l-elezzjonijiet” huma fi ksur tal-liġi Ukraina u għaldaqstant illegali. Fil-parteċipazzjoni formali fl-“elezzjonijet” illegali hija għalhekk appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. Immexxija minn Igor PLOTNITSKY. |
29.11.2014 |
|
Free Donbass (aka “Free Donbas”, “Svobodny Donbass”) Свободный Донбасс |
|
“Organizzazzjoni” pubblika li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk” fit-2 ta' Novembru 2014. Dawn l-elezzjonijiet huma fi ksur tal-liġi Ukraina u għaldaqstant illegali. Fil-parteċipazzjoni formali fl-“elezzjonijet” illegali hija għalhekk appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. |
29.11.2014 |
|
People's Union (Narodny Soyuz) Народный союз |
|
“Organizzazzjoni” pubblika li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk” fit-2 ta' Novembru 2014. Dawn l-elezzjonijiet huma fi ksur tal-liġi Ukraina u għaldaqstant illegali. Fil-parteċipazzjoni formali fl-“elezzjonijet” illegali hija għalhekk appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. |
29.11.2014 |
|
Luhansk Economic Union (Luganskiy Ekonomicheskiy Soyuz)
|
|
“Organizzazzjoni soċjali” li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk” fit-2 ta' Novembru 2014. Innominat kandidat, Oleg AKIMOV, għal “Kap” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk” . Dawn “l-elezzjonijiet” huma fi ksur tal-liġi Ukraina u għaldaqstant illegali. Fil-parteċipazzjoni formali fl-“elezzjonijet” illegali hija għalhekk appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. |
29.11.2014 |