29.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 344/5

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1270/2014

tat-28 ta' Novembru 2014

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2)

Fid-dawl tal-gravità kontinwata tas-sitwazzjoni fuq il-post fl-Ukraina, il-Kunsill iqis li għandhom jiżdiedu persuni u entitajiet addizzjonali mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Novembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI

(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.

ANNESS

Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1

Individwi

Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

Dikjarazzjoni ta' raġunijiet

Data tal-elenkar

Serhiy KOZYAKOV (aka Sergey Kozyakov)

Сергей Козьяков

29.9.1982

Fil-kapaċità tiegħu bħala “Kap tal-Kummissjoni Elettoriali Ċentrali ta' Luhansk” huwa responsabbli għall-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tat-2 ta' Novembru 2014 fl-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk”. Dawn “l-elezzjonijiet” huma fi ksur tal-liġi Ukraina u għaldaqstant illegali.

Fl-assunzjoni u filwaqt li jaġixxi f'din il-kapaċità, u fl-organizzazzjoni tal-“elezzjonijiet” illegali, huwa għaldaqstant b'mod attiv appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina.

29.11.2014

Oleg AKIMOV (aka Oleh AKIMOV)

Олег Акимов

Deputat fl-“Unjoni Ekonomika ta' Luhansk” fil-“Kunsill Nazzjonali” tar-“Repubblika Popolari ta' Luhansk”. Ikkandida ruħu fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet”, tat-2 ta' Novembru 2014 għall-kariga ta' “Kap” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk”. Dawn l-elezzjonijiet huma fi ksur tal-liġi Ukraina u għaldaqstant illegali.

Fl-assunzjoni u filwaqt li jaġixxi f'din il-kapaċità, u fil-parteċipazzjoni formali bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, huwa għaldaqstant appoġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina.

29.11.2014

Larisa AIRAPETYAN (aka Larysa Ayrapetyan, Larisa Airapetyan jew Larysa Airapetyan)

Лариса Айрапетян

“Ministru għas-Saħħa” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk”. Ikkandidat ruħha fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet”, tat-2 ta' Novembru 2014 għall-kariga ta' “Kap” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk”.

Dawn l-“elezzjonijiet” huma fi ksur tal-liġi Ukraina u għaldaqstant illegali.

Fl-assunzjoni u filwaqt li taġixxi f'din il-kapaċità, u fil-parteċipazzjoni formali bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, hija għaldaqstant appoġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina.

29.11.2014

Yuriy SIVOKONENKO (aka Yuriy Sivokonenko, Yury Sivokonenko, Yury Syvokonenko)

Юрий Викторович Сивоконенко

Membru tal-“Parlament” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk” u jaħdem fl-Unjoni ta' veterani tad-Donbass Berkut. Ikkandida ruħu fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tat-2 ta' Novembru 2014 għall-kariga ta' Kap tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Dawn l-elezzjonijiet huma fi ksur tal-liġi Ukraina u għaldaqstant illegali.

Fl-assunzjoni u filwaqt li jaġixxi f'din il-kapaċità, u fil-parteċipazzjoni formali bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, huwa għaldaqstant appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina.

29.11.2014

Aleksandr KOFMAN (aka Oleksandr Kofman)

Александр Игоревич Кофман

“L-ewwel viċi speaker” tal-“Parlament” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donestsk”. Ikkandida ruħu fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” illegali tat-2 ta' Novembru 2014 għall-kariga ta' Kap tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Dawn l-elezzjonijiet huma fi ksur tal-liġi Ukraina u għaldaqstant illegali.

Fl-assunzjoni u filwaqt li jaġixxi f'din il-kapaċità, u fil-parteċipazzjoni formali bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina.

29.11.2014

Ravil KHALIKOV

Равиль Халиков

“L-Ewwel Viċi Prim Ministru” u l-“Prosekutur-Ġenerali” preċedenti tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

Fl-assunzjoni u filwaqt li jaġixxi f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina.

29.11.2014

Dmitry SEMYONOV

Дмитрий Семенов

“Viċi Prim Minstru għall-Finanzi” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk” .

Fl-assunzjoni u filwaqt li jaġixxi f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant b'mod attiv appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina.

29.11.2014

Oleg BUGROV

“Ministru għad-Difiża” tal-hekk ismejħa Repubblika Popolari ta' Luhansk.

Fl-assunzjoni u filwaqt li jaġixxi f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina.

29.11.2014

Lesya LAPTEVA

Леся Лаптева

“Ministru għall-Edukazzjoni. ix-Xjenza, il-Kultura u r-Reliġjon” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk”.

Fl-assunzjoni u filwaqt li taġixxi f'din il-kapaċità, hija għaldaqstant appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina.

29.11.2014

Yevgeniy Eduardovich MIKHAYLOV (aka Yevhen Eduardovych Mychaylov)

Image

17.3.1963, f'Arkhangelsk

“Kap tal-amministrazzjoni għall-affarijiet governattivi” tal-hekk ismejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

Fl-assunzjoni u filwaqt li jaġixxi f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina.

29.11.2014

Ihor Vladymyrovych KOSTENOK (aka Igor Vladimirovich Kostenok)

Игорь Владимирович Костенок

“Ministru għall-Edukazzjoni” tal-hekk ismejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

Fl-assunzjoni u filwaqt li jaġixxi f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina.

29.11.2014

Yevgeniy Vyacheslavovich ORLOV (aka Yevhen Vyacheslavovych Orlov)

Евгений Вячеславович Орлов

Membru tal-“Kunsill Nazzjonali” tal-hekk ismejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

Fl-assunzjoni u filwaqt li jaġixxi f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina.

29.11.2014

Vladyslav Nykolayevych DEYNEGO (aka Vladislav Nykolayevich Deynego)

Владислав Дейнего

“Viċi Kap” tal-“Kunsill Popolari” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk”.

Fl-assunzjoni u filwaqt li jaġixxi f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina.

29.11.2014

Entitajiet

Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

Dikjarazzjoni ta' raġunijiet

Data tal-elenkar

Donetsk Republic (Organizzazzjoni pubblika)

Донецкая республика

“Organizzazzjoni” pubblika li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk” fit-2 ta' Novembru 2014. Dawn “l-elezzjonijiet” huma fi ksur tal-liġi Ukraina u għaldaqstant illegali.

Fil-parteċipazzjoni formali fl-“elezzjonijet” illegali hija għalhekk appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. Immexxija minn Alexander ZAKHARCHENKO u mnedija minn Andriy PURGIN.

29.11.2014

Peace to Luhansk Region (Russu: Mir Luganschine)

Мир Луганщине

“Organizzazzjoni” pubblika li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk” fit-2 ta' Novembru 2014. Dawn “l-elezzjonijiet” huma fi ksur tal-liġi Ukraina u għaldaqstant illegali.

Fil-parteċipazzjoni formali fl-“elezzjonijet” illegali hija għalhekk appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. Immexxija minn Igor PLOTNITSKY.

29.11.2014

Free Donbass (aka “Free Donbas”, “Svobodny Donbass”)

Свободный Донбасс

“Organizzazzjoni” pubblika li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk” fit-2 ta' Novembru 2014. Dawn l-elezzjonijiet huma fi ksur tal-liġi Ukraina u għaldaqstant illegali.

Fil-parteċipazzjoni formali fl-“elezzjonijet” illegali hija għalhekk appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina.

29.11.2014

People's Union (Narodny Soyuz)

Народный союз

Luhansk Economic Union (Luganskiy Ekonomicheskiy Soyuz)

Image

“Organizzazzjoni soċjali” li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk” fit-2 ta' Novembru 2014. Innominat kandidat, Oleg AKIMOV, għal “Kap” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk” . Dawn “l-elezzjonijiet” huma fi ksur tal-liġi Ukraina u għaldaqstant illegali.