21.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 334/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1242/2014

tal-20 ta' Novembru 2014

li jistabbilixxi regoli skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew Marittimu u s-Sajd rigward il-preżentazzjoni ta' data (dejta) kumulattiva rilevanti dwar l-operazzjonijiet

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 97(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 97(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, l-awtoritajiet ta' ġestjoni tal-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'dejta kumulattiva rilevanti dwar l-operazzjonijiet magħżula għall-finanzjament sa tmiem is-sena kalendarja ta' qabel, inklużi l-karatteristiċi ewlenin tal-benefiċjarji u l-operazzjonijiet.

(2)

Sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u l-kompletezza tad-dejta kumulattiva dwar l-operazzjonijiet magħżula għall-finanzjament, jeħtieġ li jiġu pprovduti speċifikazzjonijiet tekniċi komuni u regoli għall-preżentazzjoni ta' dik id-dejta kumulattiva. Għal dak il-għan huwa xieraq li wieħed jirreferi għall-istruttura tal-bażi tad-dejta prevista fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1243/2014 (2).

(3)

Sabiex tkun tista' ssir applikazzjoni fil-pront tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-awtoritajiet ta' ġestjoni għandhom isegwu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u r-regoli għall-preżentazzjoni ta' dejta kumulattiva dwar l-operazzjonijiet magħżula għall-finanzjament, inklużi l-karatteristiċi ewlenin tal-benefiċjarji u l-operazzjonijiet infushom, kif ipprovdut fl-Artikolu 97(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, skont il-forom u t-tabelli stabbiliti fl-Annessi ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1243/2014 tal-20 ta' Novembru 2014 li jistabbilixxi regoli skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri, kif ukoll dwar ir-rekwiżiti tad-dejta u s-sinerġiji bejn sorsi potenzjali tad-dejta (Ara paġna 39 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS I

Informazzjoni li trid tingħata għal kull operazzjoni għall-entrati li ġejjin kif imsemmi fl-istruttura ta' bażi ta' dejta stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1243/2014

Dejta kumulattiva dwar operazzjonijiet magħżula għall-finanzjament mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru ….

Qasam (etrata)

Kontenut tal-entrata

1

CCI

2

Identifikatur Uniku tal-Operazzjoni (ID)

3

Isem l-operazzjoni

5

Kodiċi NUTS

6

Benefiċjarju

7

Sess tal-benefiċjarju

8

Daqs tal-intrapriża

9

Stat ta' progress tal-operazzjoni

10

Spiża totali eliġibbli

11

Spiża totali eliġibbli pubblika

12

Appoġġ mill-FEMS

13

Data tal-approvazzjoni

14

Nefqa totali eliġibbli

15

Nefqa totali eliġibbli pubblika

16

Nefqa eliġibbli mill-FEMS

17

Data tal-aħħar pagament lill-benefiċjarju

18

Miżura kkonċernata

19

Indikatur tal-output


ANNESS II

Informazzjoni li trid tingħata għal kull operazzjoni biss meta l-operazzjoni tirrigwarda miżuri tal-flotta għal dawn l-entrati li ġejjin kif imsemmi fl-istruttura tal-bażi ta' dejta stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1243/2014

Dejta kumulattiva dwar operazzjonijiet magħżula għall-finanzjament mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru ….

Entrata

Kontenut tal-entrata

1

CCI

2

Identifikatur Uniku tal-Operazzjoni (ID)

4

In-numru tal-bastiment “Numru tar-Reġistru tal-Flotta tal-Komunità” (CFR)


ANNESS III

Informazzjoni li trid tingħata għal kull operazzjoni għall-entrati li ġejjin kif imsemmi fl-istruttura ta' bażi ta' dejta stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1243/2014

Dejta kumulattiva dwar operazzjonijiet magħżula għall-finanzjament mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru ….

Entrata

Kontenut tal-entrata

1

CCI

2

Identifikatur Uniku tal-Operazzjoni (ID)

20

Dejta ta' implimentazzjoni tal-operazzjoni

21

Valur tad-dejta ta' implimentazzjoni


ANNESS IV

Informazzjoni li għandha tingħata għal kull operazzjoni dwar indikaturi tar-riżultati għall-entrati li ġejjin kif imsemmi fl-istruttura ta' bażi ta' dejta stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1243/2014

Dejta kumulattiva dwar operazzjonijiet magħżula għall-finanzjament mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru ….

Entrata

Kontenut tal-entrata

1

CCI

2

Identifikatur Uniku tal-Operazzjoni (ID)

22

Indikatur(i) tar-riżultat relatat(i) mal-operazzjoni

23

Riżultat indikattiv mistenni mill-benefiċjarju

24

Valur tal-indikatur tar-riżultat meta jiġi vvalidat wara l-implimentazzjoni


ANNESS V

Tabelli ta' Referenza

Tabella 1 — Dejta ta' implimentazzjoni tal-proġett

Kodiċi tal-miżura

Miżuri tal-FEMS

Dejta ta' implimentazzjoni tal-proġett

Kodiċi tad-dejta ta' implimentazzjoni

Valur possibbli u t-tip ta' valur

Numru tar-Reġistru tas-Sajd tal-Komunità (CFR) obbligatorju (Iva jew Le)

Kolonna 18

Kolonna 20

Kolonna 21

Kapitolu I: Żvilupp sostenibbli tas-sajd

I.1

L-Artikolu 26 u l-Artikolu 44(3)

Innovazzjoni

Indikazzjoni dwar jekk l-operazzjoni tirrigwardax is-sajd fil-baħar jew f'ilmijiet interni jew it-tnejn li huma

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 2, numeriku

Iva jekk l-operazzjoni tirrigwarda l-baħar

Tip ta' innovazzjoni: prodotti u tagħmir; proċess u tekniki; sistemi ta' ġestjoni u ta' organizzazzjoni

2

Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku

Għadd ta' nies li jgawdu mill-operazzjoni direttament f'kumpaniji appoġġati

3

Numeriku

I.2

L-Artikolu 27 u l-Artikolu 44(3)

Servizzi ta' konsulenza

Indikazzjoni dwar jekk l-operazzjoni tirrigwardax is-sajd fil-baħar jew f'ilmijiet interni jew it-tnejn li huma

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 2, numeriku

Iva jekk l-operazzjoni tirrigwarda l-baħar

Tip ta' servizz konsultattiv: studji dwar il-fattibbiltà u servizzi ta' konsulenza; pariri professjonali; strateġiji ta' negozju

2

Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku

I.3

L-Artikolu 28 u l-Artikolu 44(3)

Sħubiji bejn xjenzati u sajjieda

Indikazzjoni dwar jekk l-operazzjoni tirrigwardax is-sajd fil-baħar jew f'ilmijiet interni jew it-tnejn li huma

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 2, numeriku

Iva jekk l-operazzjoni tirrigwarda l-baħar

Tip ta' attivitajiet: netwerks; ftehim ta' sħubija jew ta' assoċjazzjoni; ġbir u ġestjoni tad-dejta; studji; proġetti pilota; disseminazzjoni; seminars; l-aħjar prattiki

2

Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku

Għadd ta' xjenzati involuti fi sħubija

3

Numeriku

Għadd ta' sajjieda involuti fi sħubija

4

Numeriku

Għadd ta' korpi oħra li jibbenefikaw mill-operazzjoni

5

Numeriku

I.4

L-Artikolu 29(1) u (2) u l-Artikolu 44(1)(a)

Promozzjoni tal-kapital uman, il-ħolqien tal-impjiegi u d-djalogu soċjali — taħriġ, netwerking, djalogu soċjali, appoġġ lil konjuġi u sħab

Indikazzjoni dwar jekk l-operazzjoni tirrigwardax is-sajd fil-baħar jew f'ilmijiet interni jew it-tnejn li huma

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 2, numeriku

Iva jekk l-operazzjoni tirrigwarda l-baħar

Tip ta' attivitajiet: taħriġ u tagħlim; netwerking; djalogu soċjali

2

Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku

Għadd ta' konjuġi u sħab li jibbenefikaw mill-operazzjoni

3

Numeriku

Għadd ta' nies jew organizzazzjonijiet li jibbenefikaw mill-operazzjoni (parteċipanti fit-taħriġ, membri ta' netwerks, organizzazzjonijiet involuti f'azzjonijiet ta' djalogu soċjali)

4

Numeriku

I.5

L-Artikolu 29(3) u l-Artikolu 44(1)(a)

Promozzjoni tal-kapital uman, il-ħolqien tal-impjiegi u d-djalogu soċjali — apprendisti abbord l-SSCF

Indikazzjoni dwar jekk l-operazzjoni tirrigwardax is-sajd fil-baħar jew f'ilmijiet interni jew it-tnejn li huma

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 2, numeriku

Iva jekk l-operazzjoni tirrigwarda l-baħar

Tip ta' attivitajiet: taħriġ u tagħlim

2

Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku

Għadd ta' apprendisti li jibbenefikaw mill-operazzjoni

3

Numeriku

I.6

L-Artikolu 30 u l-Artikolu 44(4)

Diversifikazzjoni u forom ġodda ta' dħul

Indikazzjoni dwar jekk l-operazzjoni tirrigwardax is-sajd fil-baħar jew f'ilmijiet interni jew it-tnejn li huma

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 2, numeriku

Iva jekk l-operazzjoni tirrigwarda l-baħar

Tip ta' diversifikazzjoni: investimenti abbord; turiżmu tas-sajd bil-qasba; restoranti; servizzi ambjentali; attivitajiet edukattivi

2

Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku

Għadd ta' sajjieda kkonċernati

3

Numeriku

I.7

L-Artikolu 31 u l-Artikolu 44(2)

Appoġġ għall-bidu (start-up) għal sajjieda żgħażagħ

Indikazzjoni dwar jekk l-operazzjoni tirrigwardax is-sajd fil-baħar jew f'ilmijiet interni jew it-tnejn li huma

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 2, numeriku

Iva jekk l-operazzjoni tirrigwarda l-baħar

Età tas-sajjieda żgħażagħ li jibbenefikaw mill-operazzjoni

2

Numeriku

I.8

L-Artikolu 32 u l-Artikolu 44(1)(b)

Saħħa u sikurezza

Indikazzjoni dwar jekk l-operazzjoni tirrigwardax is-sajd fil-baħar jew f'ilmijiet interni jew it-tnejn li huma

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 2, numeriku

Iva jekk l-operazzjoni tirrigwarda l-baħar

Tip ta' tagħmir: investiment abbord; tagħmir individwali

2

Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku

Għadd ta' sajjieda kkonċernati mill-operazzjoni

3

Numeriku

I.9

L-Artikolu 33

Waqfien temporanju mill-attivitajiet tas-sajd

Għadd ta' sajjieda kkonċernati

1

Numeriku

Iva

Għadd ta' ġranet koperti

2

Numeriku

I.10

L-Artikolu 34

Waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd

Għadd ta' sajjieda kkonċernati

1

Numeriku

Iva

I.11

L-Artikolu 35

Fond Reċiproku għal avvenimenti klimatiċi negattivi u inċidenti ambjentali — Ħolqien tal-Fond

L-isem tal-fond reċiproku

1

Sensiela ta' karattri

Le

I.12

L-Artikolu 35

Fond reċiproku għal avvenimenti klimatiċi negattivi u inċidenti ambjentali — Kumpens imħallas

Kumpens imħallas għal: avvenimenti klimatiċi negattivi; inċidenti ambjentali; spejjeż ta' salvataġġ

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku

Iva

Għadd ta' membri tal-ekwipaġġ ikkonċernati

2

Numeriku

I.13

L-Artikolu 36

Appoġġ għas-sistemi ta' allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd

Tip ta' attività: disinn; żvilupp; monitoraġġ; evalwazzjoni; ġestjoni

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 2, numeriku

Le

Tip ta' benefiċjarju

2

Ara l-kodiċi fit-Tabella 4, numeriku

I.14

L-Artikolu 37

Appoġġ għad-disinn u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' konservazzjoni u ta' kooperazzjoni reġjonali

Tip ta' attività: disinn; żvilupp u monitoraġġ; parteċipazzjoni tal-partijiet interessati; stokkjar mill-ġdid dirett

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku

Le

Għadd ta' stokkijiet ikkonċernati (jekk rilevanti)

2

Numeriku

Żona totali li tikkonċerna l-proġett (f'km2) (jekk rilevanti)

3

Numeriku

I.15

L-Artikolu 38 u l-Artikolu 44(1)(c)

Limitazzjoni tal-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar u l-adattament tas-sajd għall-protezzjoni tal-ispeċijiet

Indikazzjoni dwar jekk l-operazzjoni tirrigwardax is-sajd fil-baħar jew f'ilmijiet interni jew it-tnejn li huma

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 2, numeriku

Iva jekk l-operazzjoni tirrigwarda l-baħar

Tip ta' investiment: selettività tal-irkaptu; jitnaqqas ir-rimi jew jiġu ttrattati qabdiet mhux mixtieqa; jiġu eliminati l-impatti fuq l-ekosistema u fuq qiegħ il-baħar; irkaptu u qabdiet jiġu protetti minn mammiferi u għasafar; mezzi tal-ġbir tal-ħut fir-reġjuni ultraperiferiċi

2

Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku

Għadd ta' sajjieda li jibbenefikaw mill-operazzjoni

3

Numeriku

I.16

L-Artikolu 39 u l-Artikolu 44(1)(c)

Innovazzjoni marbuta mal-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar

Indikazzjoni dwar jekk l-operazzjoni tirrigwardax is-sajd fil-baħar jew f'ilmijiet interni jew it-tnejn li huma

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 2, numeriku

Iva jekk l-operazzjoni tirrigwarda l-baħar

Tip ta' operazzjoni: żvilupp ta' għarfien tekniku jew organizzattiv ġdid li jnaqqas l-impatti; introduzzjoni ta' għarfien tekniku jew organizzattiv ġdid li jnaqqas l-impatti; żvilupp ta' għarfien tekniku jew organizzattiv ġdid biex jinkiseb użu sostenibbli; introduzzjoni ta' għarfien tekniku jew organizzattiv ġdid biex jinkiseb użu sostenibbli

2

Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku

Għadd ta' sajjieda li jibbenefikaw mill-operazzjoni

3

Numeriku

I.17

L-Artikolu 40(1a)

Protezzjoni u rkuprar tal-bijodiversità tal-baħar — ġbir tal-iskart

Għadd ta' sajjieda li jibbenefikaw mill-operazzjoni

1

Numeriku

Iva

I.18

L-Artikolu 40(1)(b) sa (g) u (i) u l-Artikolu 44(6)

Protezzjoni u rkuprar tal-bijodiversità tal-baħar — kontribut għal ġestjoni jew konservazzjoni aħjar, il-kostruzzjoni, l-installazzjoni jew il-modernizzazzjoni ta' faċilitajiet statiċi jew mobbli, it-tħejjija ta' pjanijiet ta' protezzjoni u ta' ġestjoni marbutin mas-siti NATURA 2000 u żoni ta' spazji protetti, il-ġestjoni, l-irkupru u l-monitoraġġ ta' żoni protetti tal-baħar, inkluż siti NATURA 2000, għarfien ambjentali, il-parteċipazzjoni f'azzjonijiet oħra mmirati lejn iż-żamma u t-titjib tas-servizzi tal-bijodiversità u tal-ekosistemi

Indikazzjoni dwar jekk l-operazzjoni tirrigwardax is-sajd fil-baħar jew f'ilmijiet interni jew it-tnejn li huma

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 2, numeriku

Iva jekk l-operazzjoni tirrigwarda l-baħar

Tip ta' operazzjoni: investiment f'faċilitajiet; ġestjoni tar-riżorsi; pjanijiet ta' ġestjoni għal Natura 2000 u SPA; ġestjoni ta' NATURA 2000; ġestjoni ta MPAs; żieda fis-sensibilizzazzjoni; azzjonijiet oħra li jsaħħu l-bijodiversità

2

Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku

Żona totali li tikkonċerna n-Natura 2000 (f'km2) (jekk rilevanti)

3

Numeriku

Żona totali li tikkonċerna MPA (f'km2) (jekk rilevanti)

4

Numeriku

Għadd ta' sajjieda kkonċernati

5

Numeriku

I.19

L-Artikolu 40(1)(h)

Protezzjoni u rkuprar tal-bijodiversità tal-baħar — skemi għall-kumpens għall-ħsara li ssir lill-qabdiet ikkawżata minn mammiferi u għasafar

Għadd ta' sajjieda li jibbenefikaw mill-operazzjoni

1

Numeriku

Iva jekk l-operazzjoni tirrigwarda l-baħar

I.20

L-Artikolu 41(1)(a) sa (c) u l-Artikolu 44(1)(d)

Effiċjenza enerġetika u mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima — Investimenti abbord, awditi u skemi ta' effiċjenza enerġetika, studji

Indikazzjoni dwar jekk l-operazzjoni tirrigwardax is-sajd fil-baħar jew f'ilmijiet interni jew it-tnejn li huma

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 2, numeriku

Iva jekk l-operazzjoni tirrigwarda l-baħar (għall-Artikolu 41(1)(a) biss

Tip ta' operazzjoni: tagħmir abbord; irkaptu tas-sajd: awditi u skemi ta' effiċjenza enerġetika; studji

2

Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku

Għadd ta' sajjieda li jibbenefikaw mill-operazzjoni

3

Numeriku

% tnaqqis fil-konsum tal-fjuwil

4

Numeriku

% tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 jekk rilevanti

5

Numeriku

I.21

L-Artikolu 41(2) u l-Artikolu 44(1)(d)

Effiċjenza enerġetika u mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima — Is-sostituzzjoni jew il-modernizzazzjoni ta' magni

Indikazzjoni dwar jekk l-operazzjoni tirrigwardax is-sajd fil-baħar jew f'ilmijiet interni jew it-tnejn li huma

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 2, numeriku

Iva jekk l-operazzjoni tirrigwarda l-baħar

Tip ta' operazzjoni: is-sostituzzjoni ta' magna; modernizzazzjoni

2

Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku

kW qabel l-intervent (iċċertifikata jew spezzjonata fiżikament)

3

Numeriku

kW wara l-intervent (iċċertifikata jew spezzjonata fiżikament)

4

Numeriku

Għadd ta' sajjieda li jibbenefikaw mill-operazzjoni

5

Numeriku

% tnaqqis fil-konsum tal-fjuwil

6

Numeriku

% tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 jekk rilevanti

7

Numeriku

I.22

L-Artikolu 42 u l-Artikolu 44(1)(e)

Il-valur miżjud, il-kwalità tal-prodotti u l-użu ta' qabdiet mhux mixtieqa

Indikazzjoni dwar jekk l-operazzjoni tirrigwardax is-sajd fil-baħar jew f'ilmijiet interni jew it-tnejn li huma

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 2, numeriku

Iva jekk l-operazzjoni tirrigwarda l-baħar

Tip ta' operazzjoni: investimenti li jżidu valur lill-prodotti; investimenti abbord li jtejbu l-kwalità tal-prodotti tas-sajd

2

Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku

L-għadd ta' sajjieda li jibbenefikaw mill-operazzjoni

3

Numeriku

I.23

L-Artikolu 43(1) u (3) u l-Artikolu 44(1)(f)

Portijiet tas-sajd, siti ta' żbark, swali tal-irkant u postijiet ta' kenn — investimenti li jtejbu l-infrastruttura tal-portijiet tas-sajd, is-swali tal-irkant jew is-siti ta' żbark u l-postijiet ta' kenn, investimenti sabiex tittejjeb is-sikurezza tas-sajjieda

Indikazzjoni dwar jekk l-operazzjoni tirrigwardax is-sajd fil-baħar jew f'ilmijiet interni jew it-tnejn li huma

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 2, numeriku

Iva jekk l-operazzjoni tirrigwarda l-baħar

Kategorija ta' investiment: Portijiet tas-sajd; siti ta' żbark; swali tal-irkant; postijiet ta' kenn

2

Ara l-kodiċi fit-Tabella 5, numeriku

Tip ta' investiment: kwalità; kontroll u traċċabbiltà, effiċjenza enerġetika; protezzjoni tal-ambjent; kondizzjonijiet tax-xogħol u tas-sikurezza

3

Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku

Għadd ta' sajjieda li jibbenefikaw mill-operazzjoni

4

Numeriku

Għadd ta' utenti oħrajn tal-port jew ħaddiema oħra li jibbenefikaw mill-operazzjoni

5

Numeriku

I.24

L-Artikolu 43(2)

Portijiet tas-sajd, siti ta' żbark, swali tal-irkant u postijiet ta' kenn — investimenti biex tiġi faċilitata l-konformità mal-obbligu tal-iżbark tal-qabdiet kollha

Kategorija ta' investiment: Portijiet tas-sajd; siti ta' żbark; swali tal-irkant; postijiet ta' kenn

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 5, numeriku

Le

Għadd ta' sajjieda li jibbenefikaw mill-operazzjoni

2

Numeriku

Kapitolu II: Żvilupp sostenibbli tal-akkwakultura

II.1

L-Artikolu 47

Innovazzjoni

Tip ta' innovazzjoni: żvilupp tal-għarfien; l-introduzzjoni ta' speċijiet ġodda; studji dwar il-fattibbiltà

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku

Le

Tip ta' korp tar-riċerka involut

2

Ara l-kodiċi fit-Tabella 4, numeriku

Għadd ta' impjegati li jgawdu mill-operazzjoni marbuta direttament fl-intrapriżi appoġġati

3

Numeriku

II.2

L-Artikolu 48(1)(a) sa (d) u (f) sa (h)

Investimenti produttivi fl-akkwakultura-

Tip ta' investiment: produttiv; diversifikazzjoni; modernizzazzjoni; saħħa tal-annimali; kwalità tal-prodotti; irkupru; attivitajiet komplementari

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku

Le

Għadd ta' impjegati li jibbenefikaw mill-operazzjoni

2

Numeriku

II.3

L-Artikolu 48(1)(e) u (i) u (j)

Investimenti produttivi fl-akkwakultura — effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, jitnaqqas l-użu tal-ilma u ta' kimiċi, sistemi ta' riċirkolazzjoni li jimminimizzaw l-użu tal-ilma

Tip ta' investiment: ambjent u riżorsi; l-użu u l-kwalità tal-ilma; sistemi magħluqa

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku

Le

II.4

L-Artikolu 48(1)(k)

Investimenti produttivi fl-akkwakultura — żieda fl-effiċjenza enerġetika, enerġija rinnovabbli

Tip ta' investiment: effiċjenza enerġetika; enerġija rinnovabbli

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku

Le

II.5

L-Artikolu 49

Servizzi ta' ġestjoni, ta' għajnuna u konsulenza għall-farms tal-akkwakultura

Tip ta' operazzjoni: l-istabbiliment ta' servizzi ta' ġestjoni, servizzi ta' konsulenza għax-xiri ta' farms; servizzi ta' għajnuna u ta' konsulenza (b'enfasi fuq il-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali); servizzi ta' għajnuna u ta' konsulenza (b'enfasi fuq il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali); servizzi ta' għajnuna u ta' konsulenza (b'enfasi fuq il-konformità mal-benessri tal-annimali, is-saħħa u s-sikurezza, u l-leġiżlazzjonijiet tas-saħħa pubblika); servizzi ta' għajnuna u ta' konsulenza (b'enfasi fuq strateġiji tal-kummerċjalizzazzjoni u tan-negozju)

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku

Le

Għadd ta' impjegati li jibbenefikaw mill-operazzjoni

2

Numeriku

II.6

L-Artikolu 50

Promozzjoni tal-kapital uman u tan-netwerking

Tip ta' attività: taħriġ professjonali; tagħlim tul il-ħajja disseminazzjoni; ħiliet professjonali ġodda; titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-promozzjoni tas-sikurezza fuq il-post tax-xogħol; netwerking u l-iskambju tal-esperjenzi

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku

Le

Għadd ta' impjegati li jibbenefikaw mill-operazzjoni

2

Numeriku

Għadd ta' konjuġi u sħab li jibbenefikaw mill-operazzjoni

3

Numeriku

II.7

L-Artikolu 51

Potenzjal akbar għas-siti tal-akkwakultura

Tip ta' operazzjoni: identifikazzjoni taż-żoni; żvilupp ta' faċilitajiet u infrastrutturi ta' appoġġ; prevenzjoni ta' ħsara serja; azzjonijiet wara l-iskoperta ta' żieda fil-mortalità jew mard

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku

Le

Għadd ta' impjegati li jibbenefikaw mill-operazzjoni

2

Numeriku

II.8

L-Artikolu 52

Inħeġġu akkwakulturisti ġodda li jipprattikaw akkwakultura sostenibbli

Żona totali kkonċernata (f'km2)

1

Numeriku

Le

Għadd ta' impjegati li jibbenefikaw mill-operazzjoni

2

Numeriku

II.9

L-Artikolu 53

Konverżjoni għal skemi tal-immaniġġjar u l-awditjar tal-ambjent u l-akkwakultura organika

Tip ta' operazzjoni: konverżjoni għall-akkwakultura organika; parteċipazzjoni fl-EMAS

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku

Le

Għadd ta' impjegati li jibbenefikaw mill-operazzjoni

2

Numeriku

Żona totali kkonċernata (f'km2)

3

Numeriku

II.10

L-Artikolu 54

Akkwakultura li tipprovdi servizzi ambjentali

Tip ta' operazzjoni: akkwakultura f'żoni Natura 2000; konservazzjoni u riproduzzjoni ex-situ; operazzjonijiet fis-settur tal-akkwakultura, inkluż il-konservazzjoni u t-titjib tal-ambjent u tal-bijodiversità

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku

Le

Għadd ta' impjegati li jibbenefikaw mill-operazzjoni

2

Numeriku

Żona totali li tikkonċerna n-Natura 2000 (f'km2)

3

Numeriku

Żona totali kkonċernata barra Natura 2000 (f'km2)

4

Numeriku

II.11

L-Artikolu 55

Miżuri tas-saħħa pubblika

Għadd ta' impjegati li jibbenefikaw mill-operazzjoni

1

Numeriku

Le

II.12

L-Artikolu 56

Miżuri għas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali

Tip ta' operazzjoni: il-kontroll u l-qerda tal-mard; l-aqwa prattiki u l-kodiċijiet ta' mġiba; it-tnaqqis tad-dipendenza fuq mediċini veterinarji; studji veterinarji jew studji farmaċewtiċi u prattiki tajbin; gruppi għall-protezzjoni tas-saħħa; kumpens lill-persuni li jaħdmu fil-farms tal-molluski

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku

Le

Għadd ta' impjegati li jibbenefikaw mill-operazzjoni

2

Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku

II.13

L-Artikolu 57

Assigurazzjoni tal-istokkijiet fis-settur tal-akkwakultura

Għadd ta' impjegati li jibbenefikaw mill-operazzjoni

1

Numeriku

Le

Kapitolu III: Żvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd u tal-akkwakultura

III.1

L-Artikolu 62(1)(a)

Appoġġ preparatorju

Tip ta' benefiċjarju

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 4, numeriku

Le

III.2

L-Artikolu 63

Implimentazzjoni ta' strateġiji għall-iżvilupp lokali għażla ta' FLAGs (1)

Popolazzjoni totali koperta mill-FLAG (f'unitajiet)

1

Numeriku

Le

Għadd ta' sħab pubbliċi fil-FLAG

2

Numeriku

Għadd ta' sħab privati fil-FLAG

3

Numeriku

Għadd ta' sħab tas-soċjetà ċivili fil-FLAG

4

Numeriku

Għadd ta' FTE impjegati mill-FLAG għall-amministrazzjoni

5

Numeriku

Għadd ta' FTE impjegati mill-FLAG għall-animazzjoni

6

Numeriku

III.3

L-Artikolu 63

Implimentazzjoni ta' strateġiji għall-iżvilupp lokali

Proġetti appoġġati mill-FLAGs (inklużi spejjeż operazzjonali u animazzjoni)

Tip ta' operazzjoni: żieda fil-valur; diversifikazzjoni; ambjent; soċjokulturali; governanza; spejjeż operazzjonali u animazzjoni

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku

Le

Tip ta' benefiċjarju

2

Ara l-kodiċi fit-Tabella 4, numeriku

III.4

L-Artikolu 64

Attivitajiet ta' kooperazzjoni

Tip ta' operazzjoni: appoġġ preparatorju; proġetti fl-istess SM; proġetti ma' SM oħra; proġetti ma' sħab barra l-UE

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku

Le

Għadd ta' sħab jekk rilevanti

2

Numeriku

Kapitolu IV: Miżuri relatati mal-kummerċjalizzazzjoni u l-ipproċessar

IV.1

L-Artikolu 66

Pjanijiet dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni

Għadd ta' membri ta' Organizzazzjonijiet tal-Produtturi involuti

1

Numeriku

Le

IV.2

L-Artikolu 67

Għajnuna għall-ħażna

Għadd ta' membri ta' Organizzazzjonijiet tal-Produtturi li jibbenefikaw mill-operazzjoni

1

Numeriku

Le

IV.3

L-Artikolu 68

Miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni

Tip ta' operazzjoni: il-ħolqien ta' Organizzazzjonijiet tal-Produtturi, organizzazzjonijiet ta' assoċjazzjoni jew interprofessjonali; jinstabu swieq ġodda u jitjiebu l-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni (enfasi fuq speċi b'potenzjal għall-kummerċjalizzazzjoni); jinstabu swieq ġodda u jitjiebu l-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni (b'enfasi fuq qabdiet mhux mixtieqa); jinstabu swieq ġodda u jitjiebu l-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni (b'enfasi fuq prodotti b'impatt baxx jew prodotti organiċi); il-promozzjoni tal-kwalità u l-valur miżjud (b'enfasi fuq iċ-ċertifikazzjoni u l-promozzjoni ta' prodotti sostenibbli); il-promozzjoni tal-kwalità u l-valur miżjud (b'enfasi fuq skemi ta' kwalità); il-promozzjoni tal-kwalità u l-valur miżjud (b'enfasi fuq il-kummerċjalizzazzjoni diretta); il-promozzjoni tal-kwalità u l-valur miżjud (b'enfasi fuq l-imballaġġ); trasparenza tal-produzzjoni; traċċabbiltà u ekotikketti; kuntratti standard; kampanji ta' komunikazzjoni u promozzjonali

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku

 

Għadd ta' impriżi li jibbenefikaw mill-operazzjoni

2

Numeriku

Għadd ta' membri minn Organizzazzjonijiet tal-Produtturi li jibbenefikaw mill-operazzjoni

3

Numeriku

IV.4

L-Artikolu 69

Proċessar ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

Tip ta' investiment: iffrankar tal-enerġija u t-tnaqqis tal-impatt fuq l-ambjent; titjib tas-sikurezza, l-iġjene, is-saħħa u l-kundizzjonijiet tax-xogħol; ipproċessar ta' qabdiet mhux għall-konsum mill-bniedem; proċessar ta' prodotti sekondarji; proċessar ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura; prodotti ġodda jew imtejba, proċessi ġodda jew imtejba jew sistemi ġodda jew imtejba ta' ġestjoni

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku

Le

Għadd ta' impriżi appoġġati

2

Numeriku

Għadd ta' impjegati li jibbenefikaw mill-operazzjoni

3

Numeriku

Kapitolu V: Kumpens għall-ispejjeż addizzjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

V.1

L-Artikolu 70

Reġim ta' kumpens

spejjeż addizzjonali kkumpensati

1

Numeriku

Le

Għadd ta' impjegati li jibbenefikaw mill-operazzjoni

2

Numeriku

Għadd ta' impjegati li jibbenefikaw mill-operazzjoni

3

Numeriku

Kapitolu VI: Miżuri ta' akkumpanjament għall-PKS taħt ġestjoni konġunta

VI.1

L-Artikolu 76

Kontroll u infurzar

tip ta' operazzjoni: xiri, installazzjoni u żvilupp tat-teknoloġija; żvilupp, xiri u installazzjoni tal-komponenti sabiex tiġi żgurata t-trażmissjoni tad-dejta; żvilupp, xiri u installazzjoni tal-komponenti li huma meħtieġa sabiex tkun żgurata t-traċċabbiltà; implimentazzjoni tal-programmi għall-iskambju u l-analiżi tad-dejta; immodernizzar u x-xiri ta' bastimenti, inġenji tal-ajru u ħelikopters ta' sorveljanza; xiri ta' mezzi ta' kontroll oħrajn; żvilupp ta' sistemi innovattivi ta' kontroll u monitoraġġ innovattivi u proġetti pilota; programmi ta' taħriġ u ta' skambju: analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji u valutazzjonijiet tal-awditi; seminars u għodod tal-mezzi tax-xandir; spejjeż operattivi; implimentazzjoni ta' pjan ta' azzjoni

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku

Iva jekk investimenti abbord

Tip ta' benefiċjarju

2

Ara l-kodiċi fit-Tabella 4, numeriku

VI.2

L-Artikolu 77

Ġbir ta' dejta

Tip ta' benefiċjarju

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 4, numeriku

Le

Kapitolu VII: Assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri

VII.1

L-Artikolu 78

Assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri

Tip ta' operazzjoni, implimentazzjoni tal-programm operazzjonali; Sistemi tal-IT; titjib tal-kapaċità amministrattiva; attivitajiet ta' komunikazzjoni; evalwazzjoni; studji; kontroll u awditu, netwerk ta' FLAGs; oħrajn

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku

Le

Kapitolu VIII: It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata

VIII.1

L-Artikolu 80(1a)

Is-Sorveljanza Marittima Integrata

Tip ta' operazzjoni: kontribut għall-IMS; kontribut għas-CISE

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku

Le

Tip ta' benefiċjarju

2

Ara l-kodiċi fit-Tabella 4, numeriku

VIII.2

L-Artikolu 80(1)(b)

Promozzjoni tal-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar, u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u kostali

Tip ta' operazzjoni: MPA; NATURA 2000

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku

Le

Superfiċje ta' MPA kopert (km2) (jekk rilevanti)

2

Numeriku

Superfiċje ta' NATURA 2000 kopert (km2) (jekk rilevanti)

3

Numeriku

Tip ta' benefiċjarju

4

Ara l-kodiċi fit-Tabella 4, numeriku

VIII.3

L-Artikolu 80(1)(c)

It-titjib tal-għarfien dwar il-qagħda tal-ambjent tal-baħar

Tip ta' operazzjoni: stabbiliment ta' programm ta' monitoraġġ; stabbiliment tal-miżuri għall-MSFD

1

Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku

Le

Tip ta' benefiċjarju

2

Ara l-kodiċi fit-Tabella 4, numeriku


Tabella 2 — tip ta' sajd

Kodiċi

Deskrizzjoni

1

Baħar

2

Sajd Intern

3

It-tnejn


Tabella 3 — tip ta' operazzjoni

Kodiċi

Deskrizzjoni

Marbuta ma' kodiċi ta' miżura(i)

1

Prodotti u tagħmir

I.1

2

Proċess u tekniki

I.1

3

Sistema ta' ġestjoni u organizzazzjoni

I.1

4

Studji dwar il-fattibbiltà u servizzi ta' konsulenza

I.2

5

Pariri professjonali

I.2

6

Strateġiji kummerċjali

I.2

7

Netwerks

I.3

8

Ftehim ta' sħubija jew assoċjazzjoni

I.3

9

Ġbir u ġestjoni tad-dejta

I.3

10

Studji

I.3

11

Proġetti pilota

I.3

12

Disseminazzjoni

I.3

13

Seminars

I.3

14

L-aħjar prattiki

I.3

15

Taħriġ u tagħlim

I.4, I.5

16

Netwerking

I.4

17

Djalogu soċjali

I.4

18

Investimenti abbord

I.6

19

Turiżmu tas-sajd bil-qasba

I.6

20

Restoranti

I.6

21

Servizzi ambjentali

I.6

22

Attivitajiet edukattivi

I.6

23

Investiment abbord

I.8

24

Tagħmir individwali

I.8

25

Avveniment klimatiku negattiv

I.12

26

Inċident ambjentali

I.12

27

Spejjeż ta' salvataġġ

I.12

28

Disinn

I.13, I.14

29

Żvilupp

I.13, I.14

30

Monitoraġġ

I.13, I.14

31

Evalwazzjoni

I. 13

32

Ġestjoni

I.13

33

Parteċipazzjoni tal-partijiet interessati

I.14

34

Stokkjar mill-ġdid dirett

I.14

35

Selettività tal-irkaptu

I.15

36

It-tnaqqis tar-rimi jew it-trattament ta' qabdiet mhux mixtieqa

I.15

37

L-eliminazzjoni tal-impatti fuq l-ekosistemi u fuq qiegħ il-baħar

I.15

38

Il-protezzjoni tal-irkaptu u l-qabdiet minn mammiferi u għasafar

I.15

39

Irkaptu biex jinġemal-ħut fir-reġjuni ultraperiferiċi

I.15

40

Żvilupp ta' għarfien tekniku jew organizzattiv ġdid li jnaqqas l-impatti

I.16

41

Introduzzjoni ta' għarfien tekniku jew organizzattiv ġdid li jnaqqas l-impatti

I.16

42

Żvilupp ta' għarfien tekniku jew organizzattiv ġdid biex jinkiseb użu sostenibbli

I.16

43

Żvilupp ta' għarfien tekniku jew organizzattiv ġdid biex jinkiseb użu sostenibbli

I.16

44

Investiment f'faċilitajiet

I.18

45

Ġestjoni tar-riżorsi

I.18

46

Pjanijiet ta' ġestjoni għal NATURA 2000 u SPA

I.18

47

Ġestjoni ta' NATURA 2000

I.18

48

Ġestjoni tal-MPAs

I.18

49

Żieda fis-sensibilizzazzjoni

I.18

50

Azzjonijiet oħra li jsaħħu l-bijodiversità

I.18

51

Tagħmir abbord

I.20

52

Irkaptu tas-sajd

I.20

53

Awditi u skemi ta' effiċjenza enerġetika

I.20

54

Studji

I.20

55

Sostituzzjoni tal-magna

I.21

56

Modernizzazzjoni

I.21

57

Investiment li jżid il-valur lill-prodotti

I.22

58

Investimenti abbord li jtejbu l-kwalità tal-prodotti tas-sajd

I.22

59

Kwalità

I.23

60

Kontroll u traċċabbiltà

I.23

61

Effiċjenza enerġetika

I.23

62

Protezzjoni ambjentali

I.23

63

Kundizzjonijiet tax-xogħol u tas-sikurezza

I.23

64

Żvilupp tal-għarfien

II.1

65

Introduzzjoni ta' speċijiet ġodda

II.1

66

Studji dwar il-fattibbiltà

II.1

67

Produttiv

II.2

68

Diversifikazzjoni

II.2

69

Modernizzazzjoni

II.2

70

Is-saħħa tal-annimali

II.2

71

Il-kwalità tal-prodotti

II.2

72

Irkupru

II.2

73

Attivitajiet komplementari

II.2

74

Ambjentali u riżorsi

II.3

75

Użu u kwalità tal-ilma

II.3

76

Sistemi magħluqa

II.3

77

Effiċjenza enerġetika

II.4

78

Enerġija rinnovabbli

II.4

79

Twaqqif ta' ġestjoni

II.5

80

Xiri ta' servizzi ta' konsulenza għall-farms

II.5

81

Servizzi ta' għajnuna u ta' konsulenza (b'enfasi fuq il-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali)

II.5

82

Servizzi ta' għajnuna u ta' konsulenza (b'enfasi fuq il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali)

II.5

83

Servizzi ta' għajnuna u ta' konsulenza (b'enfasi fuq il-konformità mal-benessri tal-annimali, is-saħħa u s-sikurezza, u leġiżlazzjonijiet dwar is-saħħa pubblika)

II.5

84

Servizzi ta' għajnuna u ta' konsulenza (b'enfasi fuq strateġiji tal-kummerċjalizzazzjoni u tan-negozju)

II.5

85

Taħriġ professjonali

II.6

86

Tagħlim tul il-ħajja

II.6

87

Disseminazzjoni

II.6

88

Ħiliet professjonali ġodda

II.6

89

Titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-promozzjoni tas-sikurezza fuq il-post tax-xogħol

II.6

90

Netwerking u skambju tal-esperjenzi

II.6

91

Identifikazzjoni ta' żoni

II.7

92

Titjib ta' faċilitajiet u infrastrutturi ta' appoġġ

II.7

93

Prevenzjoni ta' ħsara serja

II.7

94

Azzjonijiet wara l-iskoperta ta' żieda fil-mortalità jew mard

II.7

95

Konverżjoni għall-akkwakultura organika

II.9

96

Parteċipazzjoni fl-EMAS

II.9

97

Akkwakultura f'żoni Natura 2000

II.10

98

Konservazzjoni u riproduzzjoni ex-situ

II.10

99

Operazzjonijiet tal-akkwakultura, inkluż il-konservazzjoni u t-titjib tal-ambjent u l-bijodiversità

II.10

100

Kontroll u l-qerda ta' mard

II.12

101

L-aqwa prattiki u kodiċijiet tal-kondotta

II.12

102

Tnaqqis tad-dipendenza fuq mediċini veterinarji

II.12

103

Studji farmaċewtiċi jew veterinarji u prattiki tajba

II.12

104

Gruppi tal-protezzjoni tas-saħħa

II.12

105

Kumpens lill-bdiewa tal-molluski

II.12

106

Valur miżjud

III.3

107

Diversifikazzjoni

III.3

108

Ambjent

III.3

109

Soċjokulturali

III.3

110

Governanza

III.3

111

Spejjeż operazzjonali u animazzjoni

III.3

112

Appoġġ preparatorju

III.4

113

Proġetti fl-istess SM

III.4

114

Proġetti ma' SM oħra

III.4

115

Proġetti ma' sħab barra mill-UE

III.4

116

Ħolqien ta' organizzazzjonijiet tal-Produtturi, assoċjazzjoni jew organizzazzjonijiet interprofessjonali

IV.3

117

Sejbien ta' swieq ġodda u t-titjib tal-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni (b'enfasi fuq speċi b'potenzjal għall-kummerċjalizzazzjoni)

IV.3

118

Sejbien ta' swieq ġodda u t-titjib tal-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni (b'enfasi fuq qabdiet mhux mixtieqa)

IV.3

119

Sejbien ta' swieq ġodda u t-titjib tal-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni (b'enfasi fuq prodotti b'impatt baxx jew prodotti organiċi)

IV.3

120

Promozzjoni tal-kwalità u l-valur miżjud (b'enfasi fuq iċ-ċertifikazzjoni u l-promozzjoni ta' prodotti sostenibbli)

IV.3

121

Promozzjoni tal-kwalità u l-valur miżjud (b'enfasi fuq skemi tal-kwalità)

IV.3

122

Promozzjoni tal-kwalità u l-valur miżjud (b'enfasi fuq il-kummerċjalizzazzjoni diretta)

IV.3

123

Promozzjoni tal-kwalità u l-valur miżjud (b'enfasi fuq l-imballaġġ)

IV.3

124

Trasparenza tal-produzzjoni

IV.3

125

Traċċabbiltà u ekotikketti

IV.3

126

Kuntratti standard

IV.3

127

Kampanji informattivi u promozzjonali

IV.3

128

Iffrankar tal-enerġija u t-tnaqqis tal-impatt fuq l-ambjent

IV.4

129

Titjib tas-sikurezza, tal-iġjene, tas-saħħa u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol

IV.4

130

Ipproċessar ta' qabdiet mhux għall-konsum mill-bniedem

IV.4

131

Ipproċessar ta' prodotti sekondarji

IV.4

132

Ipproċessar ta' prodotti tal-akkwakultura organiċi

IV.4

133

Prodotti, proċessi u sistema ta' ġestjoni ġodda jew imtejba

IV.4

134

Xiri, installazzjoni u żvilupp tat-teknoloġija

VI.1

135

Żvilupp, xiri u installazzjoni tal-komponenti sabiex tiġi żgurata t-trażmissjoni tad-dejta

VI.1

136

Żvilupp, xiri u installazzjoni tal-komponenti meħtieġa sabiex tkun żgurata traċabbiltà

VI.1

137

Implimentazzjoni tal-programmi għall-iskambju u l-analiżi tad-dejta

VI.1

138

Immodernizzar u xiri ta' bastimenti, inġenji tal-ajru u ħelikopters ta' sorveljanza

VI.1

139

Xiri ta' mezzi ta' kontroll oħrajn

VI.1

140

Żvilupp ta' sistemi innovattivi ta' kontroll u monitoraġġ u proġetti pilota

VI.1

141

Programmi ta' taħriġ u ta' skambju

VI.1

142

Analiżi tal-kost/benefiċċji u valutazzjonijiet tal-awditi

VI.1

143

Seminars u għodod tal-midja

VI.1

144

Spejjeż operattivi

VI.1

145

Implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni

VI.1

146

Implimentazzjoni tal-programm operazzjonali

VII.1

147

Sistemi tal-IT

VII.1

148

Titjib tal-kapaċità amministrattiva

VII.1

149

Attivitajiet ta' komunikazzjoni

VII.1

150

Evalwazzjoni

VII.1

151

Studji

VII.1

152

Kontroll u awditjar

VII.1

153

Netwerk ta' FLAGs

VII.1

154

Oħrajn

VII.1

155

Kontribut għall-IMS

VIII.1

156

Kontribut għas-CISE

VIII.1

157

MPA

VIII. 2

158

NATURA 2000

VIII.2

159

Stabbiliment ta' programm ta' monitoraġġ

VIII.3

160

Stabbiliment tal-miżuri għall-MSFD

VIII.3


Tabella 4 — tip ta' benefiċjarju

Kodiċi

Deskrizzjoni

1

Awtorità pubblika

2

Persuna ġuridika

3

Persuna fiżika

4

Organizzazzjoni tas-sajjieda

5

Organizzazzjonijiet ta' produtturi

6

NGO

7

Ċentru ta' Riċerka/Università

8

Imħallat


Tabella 5 — Kategoriji ta' investiment

Kodiċi

Deskrizzjoni

Marbuta ma' kodiċi ta' miżura(i)

1

Portijiet tas-sajd

I.23, I.24

2

Siti ta' żbark

I.23, I.24

3

Swali tal-irkant

I.23, I.24

4

Postijiet ta' kenn

I.23, I.24


(1)  Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta biss meta tintgħażel il-FLAG